Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R0942

    Aġenzija għall-kooperazzjoni tar-regolaturi nazzjonali tal-enerġija

    Aġenzija għall-kooperazzjoni tar-regolaturi nazzjonali tal-enerġija

     

    SOMMARJU TA’:

    Ir-Regolament (UE) 2019/942 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija

    X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

    PUNTI EWLENIN

    Ir-rwol tal-ACER

    • Li tassisti lill-awtoritajiet regolatorji fit-twettiq, fil-livell tal-UE, tal-kompiti regolatorji li jsiru fil-pajjiżi tal-UE.
    • Jekk ikun meħtieġ, tikkoordina l-azzjoni mill-awtoritajiet regolatorji u timmedja u ssolvi nuqqas ta’ qbil.
    • Li tikkontribwixxi għall-adozzjoni ta’ prattiki regolatorji u ta’ superviżjoni komuni ta’ kwalità tajba, u b’hekk għal applikazzjoni koerenti, effettiva u effiċjenti tad-dritt tal-Unjoni sabiex jintlaħqu l-objettivi marbuta mal-klima u l-enerġija tal-Unjoni.

    Status

    • Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-ACER taġixxi b’mod indipendenti, b’mod oġġettiv u fl-interess tal-UE.
    • Tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b’mod awtonomu, indipendentement mill-interessi privati jew korporattivi.

    Opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet

    L-aġenzija toħroġ opinjonijiet u rakkomandazzjonijiet lil:

    L-aġenzija hija kompetenti biex tieħu deċiżjonijiet, b’mod partikolari:

    • dwar l-approvazzjoni tat-termini, il-kundizzjonijiet u l-metodoloġiji applikabbli fil-pajjiżi kollha tal-UE li huma previsti fil-kodiċijiet u l-linji gwida tan-netwerk;
    • dwar ir-reviżjonijiet taż-żoni tal-offerti;
    • dwar l-arbitraġġ bejn l-awtoritajiet regolatorji dwar kwistjonijiet transkonfinali regolatorji;
    • dwar l-eżenzjonijiet minn ċerti regoli tas-suq;
    • dwar kwistjonijiet ta’ infrastruttura;
    • dwar kwistjonijiet relatati mar-regoli dwar l-integrità u t-trasparenza tas-suq tal-operaturi;
    • għall-fini tat-talbiet għal informazzjoni.

    Monitoraġġ u rappurtar

    F’kooperazzjoni mal-Kummissjoni, il-pajjiżi tal-UE u l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, inklużi l-awtoritajiet regolatorji, l-ACER tissorvelja s-swieq bl-ingrossa u bl-imnut fl-elettriku u l-gass naturali, inkluż:

    • il-prezzijiet bl-imnut tal-elettriku u tal-gass naturali;
    • il-konformità mad-drittijiet tal-konsumatur;
    • l-impatt tal-iżviluppi tas-suq fuq il-klijenti domestiċi;
    • l-aċċess għan-netwerks inkluż l-aċċess tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

    L-ACER se tippubblika rapporti ta’ monitoraġġ annwali li jidentifikaw kwalunkwe ostaklu għat-tlestija tas-swieq interni għall-elettriku u l-gass naturali.

    MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

    Dan ilu japplika mill-4 ta’ Lulju 2019. Ir-Regolament (UE) 2019/942 irreveda u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 713/2009 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENT EWLIENI

    Ir-Regolament (UE) 2019/942 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni) (ĠU L 158, 14.6.2019, pp. 22-53)

    DOKUMENTI RELATATI

    Ir-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (ĠU L 158, 14.6.2019, pp. 1-21)

    Ir-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54-124)

    Id-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125-199)

    Ir-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 663/2009 u (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 94/22/KE, 98/70/KE, 2009/31/KE, 2009/73/KE, 2010/31/UE, 2012/27/UE u 2013/30/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 2009/119/KE u (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1-77)

    Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82-209)

    Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75-91)

    Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, pp. 1-56)

    L-Emendi suċċessivi għad-Direttiva 2012/27/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

    Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13-35)

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 09.09.2019

    Fuq