Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009L0103

    Assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili għall-vetturi bil-mutur

    Assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili għall-vetturi bil-mutur

    SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

    Direttiva 2009/103/KE - Assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili għall-vetturi bil-mutur

    SOMMARJU

    L-assigurazzjoni għall-vetturi tirrappreżenta proporzjon sinifikanti mill-poloz tal-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja li jsiru fi ħdan l-Unjoni Ewropea (UE). Din id-Direttiva għandha l-għan li tgħin lir-residenti tal-UE li jkunu involuti f’inċident tat-traffiku f’pajjiż ieħor tal-UE.

    X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

    Skont id-Direttiva, l-abbonati f’poloz tal-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi bil-mutur fil-pajjiżi kollha tal-UE huma koperti għas-sewqan mal-UE kollha.

    PUNTI EWLENIN

    Id-Direttiva:

    teħtieġ li l-vetturi bil-mutur kollha fl-UE jkunu koperti minn assigurazzjoni tar-responsabbiltà ta’ terzi obbligatorja*

    tabolixxi l-kontrolli fil-fruntieri fuq l-assigurazzjoni sabiex tiffaċilita l-ivvjaġġar internazzjonali fi ħdan l-UE

    tippreskrivi kopertura minima tal-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ta’ terzi fil-pajjiżi tal-UE

    tispeċifika l-persuni eżentati u l-awtoritajiet responsabbli għall-kumpens

    tintroduċi mekkaniżmu biex tikkumpensa lill-vittmi lokali ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi minn pajjiż tal-UE ieħor

    tirrikjedi ħlas malajr tal-pretensjonijiet li jirriżultaw minn inċidenti li jsiru barra l-pajjiż tal-UE ta’ residenza tal-vittma (’l hekk imsejħa “visiting victims”)

    tintitola lid-detenturi tal-polza jitolbu għal stqarrija dwar il-pretensjonijiet (jew in-nuqqas ta’ pretensjonijiet) li jinvolvu l-vettura tagħhom matul il-ħames snin ta’ qabel il-kuntratt.

    Id-Direttiva ma tirregolax kwistjonijiet ta’ responsabbiltà ċivili, inkluż l-għoti ta’ kumpens, li huma deċiżi mill-pajjiżi tal-UE, jew “kopertura komprensiva” għal korriment fiżiku tas-sewwieq jew ħsara fil-vetturi.

    META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

    Mis-27 ta’ Ottubru 2009.

    SFOND

    Il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-assigurazzjoni tal-vetturi bil-mutur

    TERMINI EWLENIN

    *Assigurazzjoni tar-responsabbiltà ta’ terzi: kopertura għal ħsara, telf jew korriment imġarrab minn parti oħra minħabba l-azzjonijiet tad-detentur tal-polza.

    ATT

    Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà

    REFERENZA

    Att

    Dħul fis-seħħ

    Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    Direttiva 2009/103/KE

    27.10.2009

    -

    ĠU L 263, 7.10.2009, p. 11-31

    l-aħħar aġġornament 12.10.2015

    Fuq