Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52006PC0222

    Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kkodifikata)

    /* KUMM/2006/0222 finali - COD 2006/0070 */

    52006PC0222

    Proposta għal direttiva tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2006/0222 finali - COD 2006/0070 */


    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 19.05.2006

    KUMM(2006) 222 finali

    2006/0070(COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (verżjoni kkodifikata)

    (preżentata mill-Kummissjoni)

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunita sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih.

    Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti.

    Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunita tkun ċara u trasparenti.

    2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunita huma ċari u jinftiehmu malajr.

    3. Il-Konklużjoni tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli.

    Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunita.

    Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

    4. L-għan ta’ din il-proposta hi li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE ta' l-10 ta' Settembru 1984 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

    5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 84/450/KEE u ta’ l-att ili jemendaha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Publikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Direttiva kkodifikata.

    ê 97/55/KE Art. 1 pt. 1

    2006/0070(COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar reklamar qarrieqi u komparattiv

    (test b’rilevanza ŻEE)

    ê 84/450/KEE (adattat)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’ mod partikolari l-Artikolu Ö 95 Õ tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

    Mixjin skond il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6],

    Billi:

    ê

    1. Id-Direttiva 84/450/KEE tal- Kunsill ta’ l-10 ta' Settembru 1984 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv[7] ġiet emendata kemm-il darba[8] b’mod sostanzjali ħafna drabi. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmija Direttiva għandha tiġi kkodifikata.

    ê 84/450/KEE premessa 1 (adattat)

    2. Il-liġijiet kontra reklamar qarrieqi li hemm fis-seħħ fl-Istati Membri jvarjaw ħafna. La darba r-reklamar jmur ’l hinn mill-fruntieri ta’ Stati Membri individwali, għandu effett dirett fuq l-operat Ö bla xkiel Õ tas-suq Ö intern Õ.

    ê 84/450/KEE premessa 2 (adattat)

    3. Ir-reklamar qarrieqi Ö u r-reklamar komparattiv mhux permess Õ jista’ jwassal għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni fis-suq Ö intern Õ.

    ê 84/450/KEE premessa 3 (adattat)

    4. Ir-reklamar, sew jekk jirriżultax f’kuntratt jew le, jaffettwa l-qagħda ekonomika tal-konsumaturi Ö u kummerċjanti Õ.

    ê 84/450/KEE premessa 4 (adattat)

    5. Id-differenzi bejn il-liġijiet ta’ l-Istati Membri Ö dwar ir-reklamar li jqarraq bin-ifixklu Õ t-twettiq ta’ kampanji ta’ reklamar ’l hinn minn fruntieri nazzjonali u hekk jaffettwaw iċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta’ merkanzija u provvista ta’ servizzi.

    ê 97/55/KE premessa 2 (adattat)

    6. Is-sedqa tas-suq intern Ö tfisser firxa wiesa' ta' għażla Õ. La darba li l-konsumaturi Ö u l-kummerċjanti Õ jistgħu u għandhom jagħmlu l-aħjar użu mis-suq intern, u r-reklamar huwa mezz importanti ħafna biex joħloq sbokki ġenwini għall-oġġetti u servizzi mal-Komunità kollha, id-dispożizzjonijiet bażiċi li jirregolaw il-forma u l-kontenut ta' reklamar komparattiv għandhom ikunu uniformi u l-kondizzjonijiet għall-użu ta' reklamar komparattiv fl-Istati Membri għandhom ikunu f'konformità. Jekk dawn il-kondizzjonijiet ikunu milqugħa, dan il-fatt Ö għandu Õ jgħin biex juri oġġettivament il-meriti tal-prodotti komparabbli diversi. Ir-reklamar komparattiv jista' jistimula wkoll kompetizzjoni bejn il-fornituri ta' l-oġġetti u s-servizzi għal vantaġġ tal-konsumatur.

    ê 84/450/KEE premessa 7 (adattat)

    7. Il-kriterji minimi u oġġettivi biex jiġi stabbilit jekk reklamar Ö min-negozju għan-negozju Õ huwiex qarrieqi għandhom jiġu stabbiliti għal dan il-għan.

    ê 97/55/KE premessi 5 u 6 (adattat)

    8. Ir-reklamar komparattiv, meta jikkompara karatteristiċi materjali, rilevanti, verifikabbli u rappreżentattivi u ma jkunx qarrieqi, jista' jkun mezz leġittimu biex jinforma lill-konsumaturi bil-vantaġġ tagħhom. Ö Hu siewi li jkun hemm kunċett wiesa' ta' reklamar komparattiv biex jirregola l-modi kollha ta' reklamar komparattiv. Õ

    ê 97/55/KE premessa 7

    9. Il-kondizzjonijiet għal reklamar komparattiv permess, sa fejn jirrigwarda l-paragun, għandhom ikunu stabbiliti sabiex jistabbilixxu liema prattiċi rrelatati mar-reklamar komparattiv jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni, ikunu detrimentali għal kompetituri u jkollhom effett negattiv fuq l-għażla tal-konsumatur. Dawn il-kondizzjonijiet ta' reklamar permess għandhom jinkludu kriterji ta' paragun oġġettiv ta' karatteristiċi ta' oġġetti u servizzi.

    ê 97/55/KE premessa 10

    10. Il-konvenzjonijiet internazzjonali fuq id-drittijiet ta' l-awtur kif ukoll id-dispożizzjonijiet nazzjonali fuq ir-risponsabbiltà kuntrattwali u mhix għandhom japplikaw meta r-riżultati ta' testijiet komparattivi mwettqa minn terzi jissemmew jew ikunu riprodotti f'reklamar komparattiv;

    ê 97/55/KE premessa 11

    11. l-kondizzjonijiet ta' reklamar komparattiv għandhom ikunu kumulattivi u rispettati kollha kemm huma; billi skond it-Trattat, l-għażla ta' forom u metodi għall-implimentazzjoni ta' dawn il-kondizzjonijiet għandhom jitħallew għall-Istati Membri, sakemm dawk il-forom u metodi mhumiex diġà stipulati minn din id-Direttiva.

    ê 97/55/KE premessa 12

    12. Dawn il-kondizzjonijiet għandhom jinkludu, b'mod partikulari, konsiderazzjoni għad- dispożizzjonijiet li jirriżultaw mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 ta' l-14 ta' Lulju 1992 dwar il-protezzjoni ta' l-identifikazzjonijiet ġeografiċi u d-desinjazzjonijiet ta' oriġini għall-prodotti agrikoli u oġġetti ta' l-ikel[9], u b'mod partikulari l-Artikolu 13 tiegħu, u tad-dispożizzjonijiet l-oħra tal-Komunità adottati fil-qasam agrikolu;

    ê 97/55/KE premessa 13

    13. L-Artikolu 5 ta' l-Ewwel Direttiva tal-Kunsill tal-KEE 89/104 tal-21 ta' Diċembru 1988 biex japprossima l-liġijiet ta' l-Istati Membri rrelatati mat-trade marks[10] jagħti drittijiet esklussivi lill-proprjetarju ta' trade mark reġistrata, inkluż id-dritt li jipprevjeni lil terzi milli jużaw, fin-negozju, kull marka li hija identika mat-, jew bħat-trade mark irrelatata ma' l-oġġetti jew servizzi identiċi jew ukoll, fejn hu xieraq, oġġetti oħra;

    ê 97/55/KE premessa 14

    14. B'danakollu, jistà jkun indispensabbli, sabiex isir reklamar komparattiv effettiv, li jiġu identifikati l-oġġetti jew servizzi ta' kompetitur u li jagħmel riferenza għal trade mark jew isem ta' ditta li tagħhom dan ta' l-aħħar huwa l-proprjetarju.

    ê 97/55/KE premessa 15

    15. Dan l-użu ta' trade mark, isem ta' ditta jew marki distintivi oħra ta' ħaddieħor, ma jiksirx dan id-dritt esklussiv f'każi fejn ikun konformi mal-kondizzjonijiet stipulati b'din id-Direttiva, l-iskop intenzjonat huwa biss li jiddistingwu bejniethom u hekk li oġġettivament joħorġu aħjar id-differenzi.

    ê 84/450/KEE premessa 9 (adattat)

    16. Il-persuni jew organizzazzjonijiet meqjusa skond il-liġi nazzjonali li għandhom interess leġġittimu fil-kwistjoni għandu jkollhom faċilitajiet biex jagħtu bidu għal proċeduri kontra reklamar qarrieqi, Ö u r-reklamar komparattiv mhux permess Õ jew quddiem qorti jew quddiem awtorità amministrattiva li tkun kompetenti biex tiddeċidi dwar l-ilmenti jew biex jagħtu bidu għal proċeduri legali xierqa.

    ê 84/450/KEE premessa 11 u 12 (adattat)

    17. Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi għandu jkollhom setgħat li bihom ikunu jistgħu jordnaw jew jiksbu l-waqfien ta' reklamar qarrieqi Ö u r-reklamar komparattiv mhux permess Õ. Ö F'ċerti każijiet jista' jkun mixtieq li jipprojbixxu reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv mhux permess ukoll qabel dan ikun ippubblikat; billi, b'danakollu, dan bl-ebda mod ma jimplika li l-Istati Membri huma obbligati li jdaħħlu regoli li jeħtieġu vvettjar sistematiku minn qabel ta' reklamar. Õ

    ê 84/450/KEE premessa 16 (adattat)

    18. Il-kontroll volontarju eżerċitat mill-korpi awto-regolatorji biex jeliminaw reklamar qarrieqi Ö u r-reklamar komparattiv mhux permess Õ jista' jevita r-rikors għal azzjoni amministrattiva jew ġuridika u għandu għalhekk ikun imħeġġeġ.

    ê 97/55/KE premessa 17

    19. Korpi nazzjonali awto-regolatorji jistgħu jikkordinaw ix-xogħol tagħhom permezz ta' assoċjazzjonijiet jew organizzazzjonijiet stabbiliti f'livell ta' Komunità u fost oħrajn jittrattaw ilmenti lil hinn mill-fruntieri.

    ê 2005/29/KE premessa 21 (adattat)

    20. Waqt li l-oneru tal-prova għandu jiġi stabbilit skond il-liġi nazzjonali, huwa xieraq li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi ikunu jistgħu jobbligaw lill-kummerċjanti jipproduċu prova dwar l-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali li jkunu ressqu.

    ê 97/55/KE premessa 23

    21. Li tirregola reklamar komparattiv huwa, skond il-kondizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva, meħtieġ għat-tmexxija bla xkiel tas-suq intern u billi azzjoni f'livell ta' Komunità huwa għalhekk meħtieġ; billi l-adozzjoni ta' Direttiva huwa l-istrument addattat għax tistipula prinċipji uniformi ġenerali fil-waqt li tippermetti lill-Istati Membri li jagħżlu l-forma u l-metodu xieraq li bihom jilħqu dawn l-għanijiet; billi hija skond il-prinċipju ta' sussidjarjetà.

    ê

    22. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara lill-obbligi ta’ l-Istati Membri rigwardanti t-termini ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti B,

    ê 84/450/KEE

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    ê 2005/29/KE Art. 14 pt. 1

    Artikolu 1

    L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tipproteġi lill-kummerċjanti minn reklamar qarrieqi u l-konsegwenzi żleali tiegħu u tistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom huwa permess ir-reklamar komparattiv.

    ê 84/450/KEE

    Artikolu 2

    Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

    (a) “reklamar” ifisser l-għemil ta’ preżentazzjoni fi kwalunkwe forma b’konnessjoni ma’ kummerċ, negozju, sengħa jew professjoni sabiex jippromwovi l-provvista ta’ merkanzija jew servizzi, inkluż proprjetà immobbli, drittijiet u obbligi;

    (b) “reklamar qarrieqi” jfisser kull reklamar li, bi kwalunkwe mod, inkluż il-preżentazzjoni tiegħu, iqarraq jew ikun hemm probabilta li jqarraq lill-persuni li lejhom ikun ġie indirizzati jew li jasal għandhom u li, minħabba n-natura qarrieqa tiegħu, jista’ jaffettwaw l-imġieba ekonomika tagħhom jew li, għal dawk ir-raġunijiet, jagħmel ħsara jew ikun hemm probabilta li jagħmel ħsara lill-kompetitur;

    ê 97/55/KE Art. 1 pt. 3

    (ċ) “reklamar komparattiv” ifisser kull reklamar li espliċitament jew b'deduzzjoni jidentifika kompetitur jew oġġetti jew servizzi offruti minn kompetitur;

    ê 2005/29/KE art. 14 pt. 2, l-ewwel inċiż

    (d) “kummerċjant” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li taġixxi għal skopijiet konnessi mal-kummerċ, sengħa, negozju jew professjoni tagħha u kull minn jaġixxi f’isem jew fl-interessi ta’ kummerċjant;

    ê 2005/29/KE Art. 14 pt. 2, it-tieni inċiż

    (e) “sid ta’ kodiċi” tfisser kwalunkwe entità, inkluż kummerċjant jew grupp ta’ kummerċjanti, responsabbli mit-tfassil u r-reviżjoni ta’ kodiċi ta’ kondotta u/jew mill-monitoraġġ tal-konformità mal-kodiċi minn dawk li assumew l-obbligu li josservawh.

    ê 84/450/KEE

    Artikolu 3

    Biex jiġi stabbilit jekk reklamar huwiex qarrieqi, għandhom jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi tiegħu kollha, u b’mod partikulari kull informazzjoni li jkollu dwar:

    (a) il-karatteristiċi tal-merkanzija jew servizzi, bħad-disponibbiltà tagħhom, in-natura, l-eżekuzzjoni, l-kompożizzjoni, il-metodu u d-data ta’ manifattura jew provvista, kemm huma adattati għall-iskop, l-użu, il-kwantita, l-ispeċifikazzjoni, l-oriġini ġeografika jew kummerċjali jew ir-riżultati li għandhom jistennew mill-użu tagħhom, jew ir-riżultati u l-karatteristiċi materjali tat-testijiet jew kontrolli imwettqa fuq il-merkanzija jew servizzi;

    (b) il-prezz jew il-manjiera li bihom l-prezz jiġi kkalkolat, u l-kondizzjonijiet li bihom il-merkanzija tkun pprovduti jew is-servizzi jkunu mogħtija;

    (ċ) in-natura, l-attributi u d-drittijiet ta’ min jagħmel ir-reklam, bħall-identità u l-assi tiegħu, il-kwalifiki u l-pussess ta’ drittijiet ta’ proprjetà industrijali, kummerċjali jew intellettwali jew il-premjijiet u d-distinzjonijiet tiegħu.

    ê 2005/29/KE Art. 14 pt. 3

    Artikolu 4

    Ir-reklamar komparattiv għandu, safejn il-paragun huwa konċernat, jiġi permess fejn jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a) ma jqarraqx fit-tifsira ta’ l-Artikoli 2(b), 3 u 8(1) ta’ din id-Direttiva jew l-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11];

    (b) jagħmel paragun bejn merkanziji jew servizzi li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet jew li huma maħsuba għall-istess għan;

    (ċ) jagħmel paragun oġġettiv bejn wieħed jew iżjed mill-karatteristiċi essenzjali, rilevanti, verifikabbli u rappreżentattivi ta’ dawk il-merkaniziji u servizzi, li jistgħu jinkludu l-prezz;

    (d) la jiskredita u lanqas imaqdar it-trade marks, l-ismijiet kummerċjali, jew il-marki oħra distintivi, il-merkanziji, is-servizzi, l-attivitajiet, jew iċ-ċirkostanzi ta’ xi kompetitur;

    (e) jirriferixxi, għal prodotti b’titlu ta’ oriġini, f’kull każ għal prodotti bl-istess titlu;

    (f) ma jiħux vantaġġ inġustament mir-reputazzjoni ta’ trade mark, ta’ isem kummerċjali jew ta’ marki oħra distintivi ta’ xi kompetitur jew tat-titlu ta’ oriġini ta’ prodotti konkorrenti;

    (g) ma jippreżentax merkanzija jew servizzi bħala imitazzjonijiet jew repliki ta’ merkanzija jew servizzi li għandhom trade mark jew isem kummerċjali protett;

    (h) ma joħloqx konfużjoni bejn kummerċjanti, bejn dak li jirreklama u xi kompetitur jew bejn it-trade marks, ismijiet kummerċjali jew marki oħra distintivi, merkanzija jew servizzi tar-riklamant u dawk ta’ xi kompetitur.

    ê 84/450/KEE

    Artikolu 5

    ê 2005/29/KE Art. 14 pt. 4

    1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jeżistu mezzi adegwati u effettivi sabiex jiġi miġġieled ir-reklamar qarrieqi u jinfurzaw konformità mad-dispożizzjonijiet dwar reklamar komparattiv fl-interess tal-kummerċjanti u tal-kompetituri.

    Tali mezzi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet legali li taħthom persuni jew organizzazzjonijiet li f’għajnejn il-liġi nazzjonali għandhom interess leġittimu li jiġġieldu r-reklamar qarrieqi jew li jirregolaw ir-reklamar komparattiv jistgħu:

    (a) jistitwixxu azzjoni legali kontra tali reklamar;

    jew

    (b) iġibu każijiet ta’ tali reklamar quddiem awtorità amministrattiva li għandha l-kompetenza jew li tiddeċiedi dwar ilmenti jew li tagħti bidu għall-proċedimenti legali adegwati.

    2. Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi liema mezz imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandu jkun disponibbli u li jiddeċiedi jekk il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi jistgħux jesiġu li jkun preċedentement sar rikors għal mezzi stabbiliti oħra tat-trattament ta’ ilmenti, inklużi dawk msemmija fl-Artikolu 6.

    Għandu jkun għal kull Stat Membru li jiddeċiedi:

    (a) jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti separatament jew konġuntement kontra numru ta’ kummerċjanti fl-istess settur ekonomiku;

    u

    (b) jekk dawn il-mezzi legali jistgħux jiġu diretti kontra sid ta’ kodiċi fejn il-kodiċi rilevanti jippromwovi in-nonkonformità mar-rekwiżiti legali.

    ê 84/450/KEE (adattat)

    3. Skond id-dispożizzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħtu lill-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi setgħat li jagħtuhom is-setgħa, f’każi fejn iqisu li dawn il-miżuri huma meħtieġa waqt li jikkunsidraw l-interessi involuti kollha u b’mod partikulari l-interess pubbliku:

    ê 97/55/KE Art. 1 pt. 6(a)

    (a) biex jordnaw il-waqfien ta', jew biex jistabbilixxu proċedimenti legali xierqa għal ordni għat-twaqqif ta', reklamar qarrieqi jew reklamar komparattiv mhux permess, jew;

    (b) jekk ir-reklamar qarrieqi jew ir-reklamar komparattiv mhux permess ma jkunx għadu ppubblikat jew il-pubblikazzjoni tkun fil-qrib, sabiex jordnaw il-projbizzjoni ta', jew biex jistabbilixxu proċeduri legali xierqa għal ordni ta' projbizzjoni ta', din il-pubblikazzjoni.

    ê 84/450/KEE (adattat)

    Ö L-ewwel subparagrafu japplika ukoll meta m’hemmx Õ prova ta’ telf jew ħsara attwali jew ta’ intenzjoni jew negliġenza fuq il-parti tar-reklamant.

    L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu li għandhom jittieħdu skond proċedura aċċellerata Ö jew b’seħħ temporanju, jew b’seħħ definittiv, fid-diskrezzjoni ta’ l-Istati Membri. Õ

    ê 97/55/KE Art. 1 pt. 6(b)

    4. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-qrati jew awtoritajiet amministrattivi setgħat li jagħtuhom poteri li, bl-għan li jeliminaw l-effetti kontinwi ta' reklamar qarrieqi jew reklamar komparattiv mhux permess, it-tmiem tagħhom kien ordnat b'deċiżjoni finali:

    ê 84/450/KEE

    (a) li jitolbu l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni fl-interità jew f’parti u f’dik il-forma li huma jqisu adekwata;

    (b) li jeħtieġu b’żieda ma’ dan il-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjoni korrettiva.

    5. L-awtoritajiet amministrattivi msemmija fil-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 għandhom:

    (a) ikunu kkostitwiti hekk li ma jitfgħux dubbju fuq l-imparzjalità tagħhom;

    (b) ikollhom setgħat biżżejjed, fejn huma jiddeċidu dwar l-ilmenti, biex josservaw kontinwament u jinfurzaw l-osservanza tad-deċiżjonijiet tagħhom effettivament;

    (ċ) normalment jagħtu raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħhom.

    6. Fejn is-setgħat imsemmija fil-paragrafi 3 u 4 huma eżerċitati esklussivament mill-awtorità amministrattiva, dejjem għandhom jingħataw raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha F’dan il-aż, għandu jkun hemm dispożizzjoni għal proċeduri li bihom twettiq mhux xieraq jew mhux raġonevoli tas-setgħat tagħha minn awtorità amministrattiva jew nuqqas mhux xieraq jew mhux raġonevoli biex twettaq is-setgħat imsemmija jistgħu jkunu bla ħsara għar-reviżjoni ġudizzjarja.

    ê Corrigendum 97/55/KE (ĠU 194, 10.7.1998, p. 54)

    Artikolu 6

    Din id-Direttiva ma teskludix il-kontroll volontarju, li Stati Membri jistgħu jinkoraġġixxu, ta' reklamar qarrieqi jew komparattiv minn korpi awto-regolatorji u r-rikors għal korpi bħal dawn minn persuni jew organizzazzjonijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(1) bil-kundizzjoni li jekk il-proċedimenti quddiem dawn il-korpi jkunu b'żieda mal-proċedimenti fil-qrati jew proċedimenti amministrattivi msemmija f'dak l-Artikolu.

    ê 84/450/KEE (adattat)

    Artikolu 7

    L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi setgħat li jagħtuhom poteri fil-proċeduri ċivili jew amministrattivi Ö imsemmija Õ fl-Artikolu 5:

    ê 97/55/KE Art. 1 pt. 8

    (a) biex jesiġu mill-konsulent li jagħti xhieda għall-eżattezza tal-pretensjonijiet fattwali fir-reklamar jekk, waqt li jikkunsidraw l-interessi leġittimi tal-konsulent u kull parti oħra tal-proċeduri, dan ir-rekwiżit jidher xieraq fuq il-bażi taċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari u fil-każ ta' reklamar komparattiv biex jesiġu mill-konsulent biex jagħti din ix-xhieda f'perijodu qasir ta' żmien; u

    ê 84/450/KEE

    (b) biex jikkunsidra l-pretensjonijiet fattwali bħala mhux eżatti jekk ix-xhieda mitluba skond il-punt (a) ma tingħatax jew titqies bħala mhux suffiċjenti mill-qorti jew awtorità amministrattiva.

    ê 97/55/KE Art. 1 pt. 9

    Artikolu 8

    ê 2005/29/KE Art. 14 pt. 5

    1. Din id-Direttiva ma tipprekludix l-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet bil-għan li jiżguraw protezzjoni aktar estensiva, fir-rigward ta’ reklamar qarrieqi, għall-kummerċjanti u għall-kompetituri.

    ê 97/55/KE Art. 1 pt. 9

    L-ewwel subparagrafu għandu japplika għal reklamar komparattiv sa fejn jirrigwarda l-paragun.

    2. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Komunità fuq reklamar għal prodotti u/jew servizzi speċifiċi jew għal restrizzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq reklamar f' media partikulari;

    3. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar reklamar komparattiv m'għandhomx jobbligaw lill-Istati Membri li, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet ta' reklamar rigward ċerti oġġetti jew servizzi, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, biex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività kummerċjali, industrijali, ta' sengħa jew professjonali, biex jippermetu reklamar komparattiv rigward oġġetti jew servizzi. Fejn dawn il-projbizzjonijiet huma limitati għal media partikulari, id-Direttiva għandha tapplika għall- media li mhix irregolata minn dawn il-projbizzjonijiet.

    4. Xejn f'din id-Direttiva m'għandu jżomm lill-Istati Membri, b'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat, milli iżommu jew jintroduċu projbizzjonijiet jew limitazzjonijiet fuq l-użu ta' paraguni fir-reklamar ta' servizzi professjonali, sew jekk imposti direttament jew minn korp jew organizzazzjoni responsabbli, skond il-liġi ta' l-Istati Membri, biex jirregolaw l-eżerċizzju ta' attività professjonali.

    ê 84/450/KEE (adattat)

    Artikolu 9

    L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet Ö prinċipali Õ kollha tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam irregolat b’din id-Direttiva.

    ê

    Artikolu 10

    Id-Direttiva 84/450/KEE, kif emendata mid-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti A hi mħassra, bla ħsara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B.

    Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

    Artikolu 11

    Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fit-12 ta' Diċembru 2007 .

    ê 84/450/KEE

    Artikolu 12

    Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussel,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    é

    ANNESS I

    Parti A

    Direttiva mħassra flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 10)

    Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE (ĠU L 250, id-19.9.1984, p. 17) |

    Direttiva 97/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 290, it-23.10.1997, p. 18) |

    Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22) | l-Artikolu 14 biss |

    Parti B

    Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 10)

    Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ Applikazzjoni |

    84/450/KEE | L-1 ta’ Ottubru, 1986 | - |

    97/55/KE | It-23 ta’ April 2000 | - |

    2005/29/KE | 12 ta’ Ġunju 2007 | 12 ta’ Diċembru 2007 |

    _____________

    ANNESS II

    Tabella Ta’ Korrelazzjoni

    Direttiva 84/450/KEE | Din id-Direttiva |

    Artikolu 1 | Artikolu 1 |

    Artikolu 2, kliem introduttorji | Artikolu 2, kliem introduttorji |

    Artikolu 2(1) | Artikolu 2(a) |

    Artikolu2(2) | Artikolu 2(b) |

    Artikolu2(2a) | Artikolu2(c) |

    Artikolu2(3) | Artikolu2(d) |

    Artikolu2(4) | Artikolu2(e) |

    Artikolu 3 | Artikolu 3 |

    Artikolu 3a(1) | Artikolu 4 |

    Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza | Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu |

    Artikolu 4(1) l-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza | Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu |

    Artikolu 4(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 5(2), l-ewwel subparagrafu |

    Artikolu 4(1) it-tielet subparagrafu | Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu |

    Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorji | Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu, kliem introduttorji |

    Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu (a) |

    Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 5(3), l-ewwel subparagrafu (b) |

    Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, kliem finali | Artikolu 5(3), it-tieni subparagrafu |

    Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem introduttorji | Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |

    Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |

    Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |

    Artikolu 4(2), it-tieni subparagrafu, kliem finali | Artikolu 5(3), it-tielet subparagrafu |

    Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu kliem introduttorji | Artikolu 5(4), ir-raba’ subparagrafu kliem introduttorji |

    Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu l-ewwel inċiż | Artikolu 5(4) (a) |

    Artikolu 4(2), it-tielet subparagrafu it-tieni inċiż | Artikolu 5(4 (b) |

    Artikolu 4(3), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 5(5) |

    Artikolu 4(3), it-tieni subparagrafu | Artikolu 5(6) |

    Artikolu 5 | Artikolu 6 |

    Artikolu 6 | Artikolu 7 |

    Artikolu 7(1) | Artikolu 8(1), l-ewwel subparagrafu |

    Artikolu 7(2) | Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu |

    Artikolu 7(3) | Artikolu 8(2) |

    Artikolu 7(4) | Artikolu 8(3) |

    Artikolu 7(5) | Artikolu 8(4) |

    Artikolu 8, l-ewwel paragrafu | _____ |

    Artikolu 8, it-tieni paragrafu | Artikolu 9 |

    _____ | Artikolu 10 |

    _____ | Artikolu 11 |

    Artikolu 9 | Artikolu 12 |

    _____ | Anness I |

    _____ | Anness II |

    _____________

    [1] KUMM(87) 868 PV.

    [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet.

    [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l-Acquis Communautaire, KUMM(2001) 645 finali.

    [4] Ara l-Anness I għal din il-proposta.

    [5] ĠU C [...], [...] p. [...].

    [6] ĠU C [...], [...] p. [...].

    [7] ĠU L 250, tad-19.9.1984, p. 17. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 149. 11.6.2005, p. 22).

    [8] Ara l-Anness I, Parti A.

    [9] ĠU L 208, ta' l-24.7.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 806/2003 ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).

    [10] ĠU L 40, tal-11.2.1989, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 92/10/KEE (ĠU L 6, tal-11.1.1992, p. 35).

    [11] ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

    Top