This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52006PC0005
Amended Proposal for a Council Regulation establishing a Cohesion Fund (Codified version) (presented by the Commission pursuant to Article 250 (2) of the EC Treaty)
Proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni (Verżjoni kkodifikata) (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)
Proposta emendata għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni (Verżjoni kkodifikata) (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE)
/* KUMM/2006/0005 finali - AVC 2003/0129 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 16.1.2006 KUMM(2006) 5 finali 2003/0129 (AVC) Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni (Verżjoni kkodifikata) (preżentat mill-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250 (2) tat-Trattat KE) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. Fis-16 ta’ Ġunju 2003, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament tal-Kunsill li jikkodifika ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 tas-16 ta’ Mejju 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni[1]. 2. Fil-opinjoni tiegħu tad-29 ta’ Settembru 2003 il-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali, mwaqqaf taħt il-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994 fuq metodu ta’ ħidma mgħaġġel għall-kodifikazzjoni uffiċjali ta' atti leġislattivi[2], iddikjara illi l-proposta fuq imsemmija tabilħaqq tillimita ruħha għas-sempliċi kodifikazzjoni, mingħajr ebda tibdiliet sostanzjali lil-atti li tkopri. 3. Fid-dawl tal-bidliet il-ġodda[3] li saru sadattant fuq il-proposta inizjali msemmija fil-punt 1 u anke tax-xogħol fuq din il-proposta li diġà sar fi ħdan il-Kunsill, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta – skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE- proposta emendata għall-kodifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1164/94. Din il-proposta emendata tqies ukoll l-emendi purament formali jew testwali proposti mill-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali fejn dawn huma kkunsidrati ġustifikati[4]. Din il-proposta tinkludi ukoll corrigenda għar-Regolament (KE) Nru 1264/1999[5]. 4. Meta mqabbla mal-proposta fil-punt 1, l-emendi magħmula f’din il-proposta huma dawn li ġejjin: (1) Fl-Artikolu 2, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda : “5. Mid-data ta' l-adeżjoni sal-31 ta' Diċembru 2006 ir-Republika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Fond. 6. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, PGN għandu jfisser l-IGN għas-sena li tkun bil-prezzijiet tas-suq kif ipprovduti mill-Kummissjoni b'applikazzjoni ta' l-ESA 95 skond ir-Regolament (KE) Nru. 2223/96.” (2) It-tielet paragrafu ta l-Artikolu 4 jinbidel bis-segwenti: “Mill-1 ta' Jannar 2000, it-total tar-riżorsi disponibbli għall-impenji għall-Greċja, Spanja, il-Portugall u l-Irlanda għall-perijodu mis-sena 2000 sas-sena 2006 għandu jkun ta' EUR 18-il biljun bil-prezzijiet ta' l-1999.” (3) Fl-Artikolu 4, il-paragrafi li ġejjin huma miżjuda wara il-ħames paragrafu: “It-total tar-riżorsi disponibbli għall-impenji għar-Republika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fil-perijodu mid-data ta' l-adeżjoni sas-sena 2006 għandu jkun ta' EUR 7,5905 biljun bil-prezzijiet ta' l-1999. L-approprjazzjonijiet għall-impenji għal kull sena ta' dak il-perijodu għandhom ikunu: - 2004: EUR 2,6168 biljun, - 2005: EUR 2,1517 biljun, - 2006: EUR 2,8220 biljun.” (4) It-tielet paragrafu ta’ Artikolu 5: l-emendi jikkonċernaw biss il-verżjoni Daniża, Finlandiz, Olandiz, Portugiż u Svediż. (5) Is-subparagrafu segwenti ġie miżjud ma' l-Artikolu 11(3): “Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, l-infiq fit-tifsira ta' l-Artikolu 7(1) għandu jitqies li huwa eliġibbli għall-assistenza mill-Fond biss jekk jiġi magħmul wara l-1 ta' Jannar 2004 u sakemm il-ħtiġiet kollha ta' dan ir-Regolament ikunu mwettqa.” (6) L-Artikolu li ġej ġie miżjud wara L-Artikolu 16: Artikolu 16a Disposizzjonijiet speċifiċi wara l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea ta' Stat Membru ġdid li jkun ibbenefika mill-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni taħt l-Istrument għall-Politiki Strutturali għal qabel l-Adeżjoni (ISPA) | 1. Miżuri li, fid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja kienu s-suġġett ta' deċiżjonjiet tal-Kummissjoni dwar assistenza taħt ir-Regolament (KE) Nru. 1267/1999 li jistabbilixxi strument għall-Politiki Strutturali għal qabel l-Adeżjoni(*) u li l-implimentazzjoni tagħhom ma tkunx għadha twutqu sa dik id-data għandhom ikunu kkunsidrati li huma approvati mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament. Sakemm il-paragrafi (2) u (5) ma jistipulawx mod ieħor, id-disposizzjonijiet l jirregolaw l-implimentazzjoni ta' miżuri approvati skond dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dawn il-miżuri. (*) | ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73. | 2. Kull proċedura ta' l-akkwist li tirrigwarda xi miżura li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 li, fid- data ta' l-adeżjoni, diġà kienu is-suġġett ta' stedina għall-offerti ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea , għandha tiġi mplementata skond mar-regoli mniżżla f'dik l-istedina għall-offerti. Id-disposizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 165 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-budget ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(**) ma għandhomx japplikaw. (*) | ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1. | Kull proċedura ta' l-akkwist li tirrigwarda xi miżura li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 li għadha ma kenitx is-suġġett ta' stedina għall-offerti ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea , għandha ssegwi r-regoli u d-disposizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8. 3. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, f'każijiet ġustifikati kif suppost, fuq talba ta' l-Istat Membru konċernat u fir-rigward biss tal-pagamenti annwali li għad iridu jkunu impenjati fil-budget ġenerali, li timmodifika l-assistenza Komunitarja li għandha tingħata, filwaqt li tieħu kont tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 7. Il-modifikazzjoni ta' l-assistenza Komunitarja ma għandhiex taffetwa il-parti tal-miżura diġà koperta minn self iffirmat ma' l-BEI, il-Bank Ewropew għar-Rikonstruzzjoni u l-Iżvilupp jew xi istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra. Il-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni taħt xi miżura li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw għall-ewwel impenji miftuħa magħmula fl-ewwel istanza skond ir-Regolament (KE) Nru. 1267/1999, u mbagħad skond dan ir-Regolament. 4. Għall-miżuri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, ir-regoli li jirregolaw l-eliġibilita' ta' l-infiq skond ir-Regolament (KE) Nru. 1267/1999 għandhom jibqgħu applikabbli, ħlief f'każijiet ġustifikati kif suppost li tiddeċiedi fuqhom il-Kummissjoni fuq talba ta' l-Istat Membru konċernat. 5. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif suppost, li tawtorizza eżenzjonijiet speċifiċi mir-regoli applikabbli skond dan ir-Regolament għall-miżuri li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1.” (7) L-Artikolu 16a jsir L-Artikolu 17. (8) L-ex-Artikoli 17 u 18 jsiru L-Artikoli 18 u 19 rispettivament. (9) L-Anness I huwa mibdul b'dan li ġej: “ANNESS I L-allokazzjoni indikattiva mir-riżorsi totali tal-Fond ta' Koeżjoni għall-Istati Membri li jebbenifikaw minnu, kif hemm referenza għaliha fit-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 4: Il-Greċja: 16 % sa 18 % tat-total Spanja: 61 % sa 63,5 % tat-total L-Irlanda: 2 % sa 6 % tat-total Il-Portugall: 16 % sa 18 % tat-total. L-allokazzjoni indikattiva mir-riżorsi totali tal-Fond ta' Koeżjoni għall-Istati Membri li jibbenifikaw minnu, kif hemm referenza għaliha fil-ħames paragrafu ta' l-Artikolu 4: Ir-Repubblika Ċeka: 9,76 % sa 12,28 % tat-total L-Estonja: 2,88 % sa 4,39 % tat-total Ċipru: 0,43 % sa 0,84 % tat-total Il-Latvja: 5,07 % sa 7,08 % tat-total Il-Litwanja: 6,15 % sa 8,17 % tat-total L-Ungerija: 11,58 % sa 14,61 % tat-total Malta: 0,16 % sa 0,36 % tat-total Il-Polonja: 45,65 % sa 52,72 % tat-tota Is-Slovenja: 1,72 % sa 2,73 % tat-total Is-Slovakkja: 5,71 % sa 7,72 % tat-total. | - 5. Fl-Anness IV, it-Tabella ta’ Korrelazzjoni kienet riorganizzata skond l-emendi fil-punt 4 ta’ dan il-Memorandum. 6. Sabiex jiġi ffaċilitat il-qari u r-reviżjoni, it-test sħiħ tal-proposta emendata għall-kodifikazzjoni huwa hawnhekk mehmuż. ê 1164/94 (adattat) 2003/0129 (AVC) Proposta emendata għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni (Verżjoni kkodifikata) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 161 Õ tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[6], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[7], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,[8] Billi: ê 1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 tas-16 ta’ Mejju 1994 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni[9] ġie emendat kemm-il darba[10] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. ê 1164/94 Premessa (1) (adattat) 2. L-Artikolu 2 tat-Trattat jinkludi l-kompitu għall-promozzjoni tal-koeżjoni u s-solidarjetà ekonomika u soċjali fost l-Istati Membri bħala l-għanijiet essenzjali għall-iżvilupp u s-suċċess tal-Komunità. It-tisħiħ ta' din il-koeżjoni huwa msemmi fil-punt (Ö k Õ) ta' Artikolu 3 tat-Trattat bħala wieħed mill-attivitajiet tal-Komunità għall-iskopijiet stabbiliti f'Artikolu 2 tat-Trattat. ê 1164/94 Premessa (2) (adattat) 3. L-Artikolu Ö 158 Õ tat-Trattat jipprovdi biex il-Komunità tiżviluppa u twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali tagħha, u jipprovdi b’ mod partikolari li jimmira biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni, u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti. L-azzjoni Komunitarja permezz tal-Fond ta' Koeżjoni Ö hawn iktar ‘il quddiem imsejjaħ ‘Fond’ Õ għandha tappoġġa li jintlaħqu l-miri stabbiliti f'Artikolu Ö 158 Õ. ê 1164/94 Premessa (3) (adattat) 4. Il-konklużjonijiet tal-Kunsilli Ewropej f'Lisbona fis-26 u fis-27 ta' Ġunju, 1992, u f'Edinburgu fil-11 u fit-12 ta' Diċembru, 1992, li jikkonċernaw l-istabbiliment tal-Fond, stabbilew il-prinċipji li jirregolawh. ê 1164/94 Premessa (4) (adattat) 5. Il-promozzjoni ta' koeżjoni ekonomika u soċjali teħtieg azzjoni mill-Fond, barra minn dik meħuda permezz tal-Fondi Strutturali, il-Bank Ewropew ta' Investiment Ö (BEI) Õ u l-istrumenti l-oħra finanzjarji fl-oqsma tal-ambjent u l-infrastruttura tat-trasport ta' interess komuni. ê 1164/94 Premessa (5) (adattat) 6. Il-Protokoll dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali anness mat-Trattat jirriafferma l-kompitu Komunitarju tal-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri, u jispeċifika li Fond jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti fl-oqsma tal-ambjent u r-rettikolati trans-Ewropej fl-Istati Membri, soġġett għal żewġ kondizzjonijiet: l-ewwel, li huma jkollhom prodott gross nazzjonali (PGN) per capita ta' anqas minn 90 % tal-medja Komunitarja, u t-tieni, li jkollhom programm li jwassal għat-twettiq tal-kondizzjonijiet ta' konverġenza ekonomika kif stabbilit f'Artikolu Ö 104 Õ tat-Trattat. Il-prosperità relattiva tal-Istati Membri hija l-aħjar stmata a bażi tal-PGN per capita , imkejjel f’ paritajiet ta' poter kontrattwali. ê 1164/94 Premessa (6) (adattat) 7. Sabiex jiġu sodisfatti l-kriterji ta' konverġenza jeħtieġ sforz Ö kontinwu u Õ determinat mill-Istati Membri kkonċernati. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri kollha benefiċjarji għandhom jissottomettu lill-Kunsill programm ta' konverġenza Ö jew programm ta’ stabbilità Õ maħsub għal dak l-iskop u jevitaw deficits eċċessivi tal-gvern. ê 1264/1999 Art. 1, pt. 1(a) 8. Fir-rigward tal-kriterju tal-konverġenza ekonomika, id-dispożizzjonijiet ta’ kondizzjonalità makroekonomiċi kurrenti jibqgħu japplikaw. Bix-xieraq, l-ebda proġett ġdid jew l-ebda fażi ta’ proġett ma għandha tiġi finanzjata mill-Fond fi Stat Membru fil-każ li l-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni, isib li Stat Membru ma rrispettax il-Patt ta’ Stabbiltà u ta’ Tkabbir. ê 1264/1999 Art. 1, pt. 1(b) 9. Id-dispożizzjonijiet li jħaffu u li jiċċaraw il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv, li għandhom l-għan li jimpedixxu żbilanċi ġenerali eċċessivi tal-gvern u, jekk iseħħ dan, li jżidu l-korrezzjoni fil-pront tagħhom, fejn stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97[11]. ê 1264/1999 Art. 1, pt. 1(d) 10. Għandha ssir dispożizzjoni, flimkien ma’ li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet tal-konverġenza ekonomika stabbiliti fl-Artikolu 104 tat-Trattat u mal-ħtieġa ta’ ġestjoni tajba ta’ l-iżbilanċ tal-gvern, għal forma ta’ kundizzjonalità fl-għotja ta’ għajnuna finanzjarja. F’dak il-kuntest, il-konformità ma’ l-obbligi li jirriżultaw mit-Trattat għandha tiġi stmata wkoll wara li jiġu kunsidrati l-linji ta’ gwida adottati fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Ewropew tas-17 ta’ Ġunju 1997 dwar il-Patt ta’ Stabbilità u ta’ Tkabbir[12] u billi l-kunċett ta’ żbilanċ eċċessiv għandu jiġi interpretat fid-dawl ta’ dik ir-Riżoluzzjoni. Għal kull Stat Membru parteċipant, għandha tiġi stmata l-kundizzjonalità makroekonomika filwaqt li jitqiesu r-responsabilitajiet ta’ dak l-Istat Membru fir-rigward ta’ l-istabbilità tal-Euro. ê 1164/94 Premessa (7) (adattat) 11. Ö Skond Õ it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu Ö 161 Õ tat-Trattat, Fond Ö stabbilit mill-Kunsill Õ għandu jagħti kontribuzzjoni finanzjarja għal proġetti fl-oqsma tal-ambjent u r-rettikolati trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport. ê 1164/94 Premessa (8) (adattat) 12. L-Artikolu Ö 155 Õ(1) tat-Trattat jipprovdi illi l-Komunità tista’ tikkontribwixxi permezz tal-Fond għall-iffinanzjar ta' proġetti speċifiċi fl-Istati Membri fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport, waqt li tieħu kont tal-vijabilità ekonomika potenzjali tal-proġetti. Proġetti finanzjati mill-Fond għandhom jiffurmaw parti mil-linji gwida ta' rettikolati trans Ewropej li ġew adottati mill-Kunsill inklużi dawk koperti mill-pjanijiet għal rettikolati trans-Ewropej approvati mill-Kunsill jew proposti mill-Kummissjoni qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Madankollu, proġetti oħra ta' infrastruttura ta' trasport li jikkontribwixxu biex jiġu sodisfatti l-miri ta' Artikolu Ö 154 Õ tat-Trattat jiġu finanzjati sakemm il-Kunsill ikun adotta l-linji gwida approprjati. ê 1164/94 Premessa (9) (adattat) 13. L-Artikolu Ö 174 Õ tat-Trattat jiddefinixxi l-miri u l-prinċipji Komunitarji fil-qasam tal-ambjent. Il-Komunità tista’ tikkontribwixxi, permezz tal-Fond, għal azzjonijiet maħsuba sabiex jissodisfaw dawk il-miri; billi, skond Artikolu Ö 175 Õ(5) tat-Trattat, u mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li min iniġġeż għandu jħallas, il-Kunsill jista jiddeċiedi dwar assistenza finanzjarja mill-Fond meta miżura bbażata fuq il-paragrafu 1 ta' dak l-Artikolu tinvolvi spejjeż meqjusa sproporzjonati għall-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru. ê 1164/94 Premessa (10) 14. Il-prinċipji u l-miri għal żvilupp sostenibbli huma stabbiliti fil-programm Komunitarju ta' politika u azzjoni fir-rigward tal-ambjent u l-iżvilupp sostenibbli kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-1 ta' Frar, 1993[13]. ê 1164/94 Premessa (11) 15. Għandu jinżamm bilanċ adattat bejn l-iffinanzjar għal proġetti ta' infrastruttura ta' trasport u l-iffinanzjar għal proġetti ambjentali. ê 1164/94 Premessa (12) 16. Li l-Karta l-Ħadra tal-Kummissjoni dwar l-Impatt tat-Trasport fuq l-Ambjent[14] ittenni l-ħtieġa ta' żvilupp ta' sistema ta' trasport li tirrispetta aħjar lill-ambjent li tieħu kont tal-ħtiġiet ta' żvilupp sostenibbli tal-Istati Membri. ê 1164/94 Premessa (13) 17. Kwalunkwe kalkolu tal-ispiża tal-proġetti tal-infrastruttura ta' trasport għandu jinvolvi spejjeż ambjentali. ê 1164/94 Premessa (14) (adattat) 18. Fid-dawl tal-impenn mill-Istati Membri konċernati sabiex ma jnaqqsux l-isforzi tagħhom li jagħmlu investiment fl-oqsma tal-protezzjoni tal-ambjent u l-infrastruttura ta' trasport, il-prinċipju tal-addizzjonalità fis-sens ta' l-Artikolu Ö 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali[15]Õ ma japplikax għall-Fond. ê 1164/94 Premessa (15) (adattat) 19. Skond l-Artikolu Ö 267 Õ tat-Trattat, il-BEI għandu jiffaċilita l-iffinanzjar ta' investimenti flimkien ma’ assistenza mill-istrumenti finanzjari Komunitarji l-oħra. ê 1164/94 Premessa (16) (adattat) 20. Huwa neċessarju li tiġi koordinata azzjoni meħuda fl-oqsma tal-ambjent u tar-rettikolati tal-infrastruttura tat-trasport trans-Ewropej permezz tal-Fond, il-Fondi Strutturali, il-BEI u l-instrumenti finanzjarji l-oħra sabiex titjieb l-effettività tal-assistenza Komunitarja. ê 1164/94 Premessa (17) (adattat) 21. Ö Sabiex Õ jiġu megħjuna l-Istati Membri fil-preparazzjoni tal-proġetti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tassigura li jkun hemm l-appoġġ tekniku neċessarju disponibbli għalihom, partikolarment sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-preparazzjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-proġetti. ê 1164/94 Premessa (18) 22. Partikolarment sabiex jiġi assigurat valur għall-flus, għandu jsir studju dettaljat qabel l-impenn tar-riżorsi Komunitarji sabiex jiġi assigurat li dawn iħallu benefiċċji soċjo-ekonomiċi skond ir-riżorsi mħaddma. ê 1264/1999 Premessa (11) 23. Filwaqt li jinżamm il-prinċipju ta’ livell għoli ta’ assistenza, it-tfittxija għal sorsi oħra ta’ finanzi, b’mod partikolari l-isforz ta’ l-Istati Membri benefiċjarji f’li jkabbru kemm jista’ jkun l-ingranaġġ tar-riżorsi tal-Fond billi jħeġġu użu akbar ta’ sorsi privati ta’ fondi. Ir-rati ta’ l-assistenza għandhom jiġu varjati biex jitjieb l-ingranaġġ tar-riżorsi tal-Fond u biex titqies aħjar ir-rendita finali fuq proġetti. L-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas stabbilit f’Artikolu 174 tat-Trattat għandu jiġi mħares fil-proġetti iffinanzjati mill-Fond. ê 1164/94 Premessa (19) (adattat) 24. L-assistenza mill-Fond għandha tkun konsistenti mal-politiki Komunitarji, inkluża l-protezzjoni ambjentali, it-trasport, ir-rettikolati trans-Ewropej, il-kompetizzjoni u għoti ta' kuntratti pubbliċi. Il-protezzjoni ambjentali tinkludi l-istima tal-impatt ambjentali. ê 1164/94 Premessa (20) 25. Għandha ssir dispożizzjoni għal allokazzjoni ndikattiva tar-riżorsi globali disponibbli għal impenn bejn l-Istati Membri sabiex tiġi ffaċilitata l-preparazzjoni tal-proġetti. ê 1264/1999 Art. 1, pt. 1(ċ) (adattat) 26. Id-dħul totali annwali fi kwalunkwe Stat Membru mill-Fond taħt dan ir-Regolament, flimkien ma’ l-assistenza pprovduta taħt il-Fondi Strutturali, għandu jkun illimitat taħt livell ġenerali li jkun jiddependi fuq il-kapaċità nazzjonali ta’ assorbiment. ê 1264/1999 Premessa (9) (adattat) 27. Il-figuri preliminari u l-figuri finali tal-ħtieġa tas-self tas-settur pubbliku, il-prodott gross domestiku Ö (PGD) Õ u l- Ö PGN Õ għandhom jiġu kompilati skond ir-regoli tas-sistema Ewropea ta’ kontijiet ekonomiċi integrati stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2223/96[16]. ê 1164/94 Premessa (22) 28. Huwa neċessarju, mogħtija l-ħtiġiet tal-koeżjoni ekonomika u soċjali, li tiġi pprovduta rata għolja ta' assistenza. ê 1164/94 Premessa (23) 29. Sabiex tiġi ffaċilitata l-amministrazzjoni ta' assistenza mill-Fond, għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-identifikazzjoni tal-istadji ta' proġetti li jistgħu jiġu kkunsidrati teknikament u finanzjarjament separati, u biex il-proġetti jinġabru flimkien, jekk neċessarju. ê 1164/94 Premessa (24) 30. Għandu jkun possibli li wieħed jagħżel assistenza mill-Fond jew b’ pagamenti annwali jew għall-proġett kollu; u billi skond il-prinċipju stabbilit fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Edinburgu, fil-11 u fit-12 ta' Diċembru, 1992, pagamenti wara avvanz inizjali għandhom ikunu marbutin mill-qrib u b'mod trasparenti mal-progress lejn il-kompletazzjoni tal-proġetti. ê 1164/94 Premessa (25) 31. Il-poteri u r-responsabbiltajiet rispettivi tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni li jikkonċernaw il-kontroll finanzjarju fuq l-operazzjonijiet tal-Fond għandhom jiġu speċifikati. ê 1265/1999 Premessa (5) 32. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru għandhom itejbu l-kooperazzjoni tagħhom fil-proġetti ta’ kontroll u din il-kooperazzjoni għandha tkun sistematika. ê 1164/94 Premessa (26) (adattat) 33. Fl-interessi ta' amministrazzjoni sewwa tal-Fond, għandha ssir dispożizzjoni għal metodi effettivi ta' valutazzjoni, monitoraġġ u kontroll ta' operazzjonijiet Komunitarji, li jispeċifikaw il-prinċipji li jirregolaw il-valutazzjoni, li jiddefinixxu n-natura ta' u r-regoli li jirregolaw il-monitoraġġ, u li jistabbilixxu l-azzjoni li għandha tittieħed fir-rigward ta' sorveljanza u kif japplikaw, u li tgħid x'għandu jsir meta jkun hemm irregolaritajiet jew nuqqas tat-tħaris ta' waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija meta għajnuna mill-Fond tkun ġiet approvata. ê 1265/1999 Premessa (6) 34. Fejn jinkixfu irregolaritajiet, għandu jkun hemm sistema ta’ korrezzjonijiet finanzjarji sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità. ê 1164/94 Premessa (27) 35. Għandu tiġi provduta informazzjoni adegwata, inter alia, fil-forma ta' rapport annwali. ê 1164/94 Premessa 28 (adattat) 36. Għandha ssir dispożizzjoni biex tingħata pubbliċità adegwata lill-assistenza Komunitarja mill-Fond. ê 1164/94 Premessa 29 (adattat) 37. Il-pubblikazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għal sejħiet għal offerti pubbliċi li jikkonċernaw proġetti li jirċievu assistenza mill-Fond, għandha issemmi l-assistenza. ê 1164/94 Premessa 30 38. Sabiex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għandhom jiġu definiti fl-Anness II. Sabiex tiġi assigurata l-flessibiltà neċessarja fl-applikazzjoni tagħhom, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jkun jista, jekk neċessarju, fid-dawl tal-esperjenza ggwadanjata, jemenda dawk id-dispożizzjonijiet, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: ê 1164/94 Artikolu 1 Id-definizzjoni u l-għan 1. Il-Fond ta' Koeżjoni, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ «il-Fond» huwa hawnhekk stabbilit. 2. Il-Fond għandu jikkontribwxxi għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali tal-Komunità u għandu jopera skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f’ dan ir-Regolament. 3. Il-Fond jista’ jikkontribwixxi għall-finanzjament ta': (a) proġetti, jew (b) stadji ta' proġett li huma teknikament u finanzjarjament indipendenti, jew (ċ) gruppi ta' proġetti marbutin ma’ strateġija viżibbli li jiffurmaw ġabra waħda koerenti. ê 1164/94 (adattat) Artikolu 2 Il-Qasam ta' applikazzjoni 1. Il-Fond għandu jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji għal proġetti li jikkontribwixxu biex jiġu sodisfatti l-miri stabbiliti fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fl-oqsma tal-ambjent u r-rettikolati tal-infrastruttura tat-trasport trans-Ewropej fi Stati Membri li jkollhom Prodott Gross Nazzjonali (PGN) per capita , imkejjel f’ paritajiet ta' poter kontrattwali, ta' inqas minn (90 %) tal-medja Komunitarja li jkollhom programm li jwassal biex jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta' konverġenza ekonomika msemmija f'Artikolu Ö 104 Õ tat-Trattat. 2. Fir-rigward tal-kriterju tal-PGN imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jibqgħu ikunu eliġibbli għal assistenza mill-Fond, sakemm, wara reviżjoni ta' nofs Ö il-perjodu li ssir qabel l-aħħar ta’ l-2003 bażata fuq il-PGN per capita kif muri fid-data tal-Komunità għall-perjodu 2000 sa 2002 Õ, il-PGN tagħhom jibqa’ taħt id-90 % tal-medja Komunitarja. Kull Stat Membru eliġibbli, li l-PGN tiegħu jaqbeż l-għatba ta' 90 % f’ dak il-ħin għandu jitlef l-intitolament tiegħu għal assistenza mill-Fond għal proġetti ġodda jew, fil-każ ta' proġetti mportanti maqsuma f’ ħafna stadji, teknikament u finanzjarjament separati, għal stadji ġodda ta' proġett. ê 1264/1999 Art. 1 pt. 2 (adattat) 3. Biex ikun eliġibbli taħt il-Fond mill-1 ta’ Jannar 2000, l-Istat Membru benefiċjarju għandu jkun daħħal programm kif għalih hemm provdut fl-Artikoli 3 u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97[17] . L-erba’ Stati Membri li jissodisfaw il-kriterju tal-PGN li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 huma Spanja, il-Greċja, il-Portugall u l-Irlanda. ê Att ta’ Adeżjoni 2003, Art. 20 u L-Anness II, Parti 15, pt. 1(a) (adattat) Ö 4. Õ Mid-data ta' l-adeżjoni sal-31 ta' Diċembru 2006 ir-Republika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja għandhom ukoll ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Fond. Ö 5. Õ Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, PGN għandu jfisser id-Dħul Gross Nazzjonali (DGN) Ögħal dik is-senaÕ bil-prezzijiet tas-suq kif ipprovduti mill-Kummissjoni b'applikazzjoni ta' l-ESA 95 skond ir-Regolament (KE) Nru. 2223/96. ê 1164/94 (adattat) Artikolu 3 Miżuri eliġibbli 1. Il-Fond jista’ jipprovdi assistenza għal li ġej: (a) proġetti ambjentali li jikontribwixxu biex jiġu sodisfatti l-miri ta' l-Artikolu Ö 174 Õ tat-Trattat, inklużi proġetti li jirriżultaw minn miżuri adottati skond l-Artikolu Ö 175 Õ tat-Trattat u, b’ mod partikolari, proġetti in linja mal-prijoritajiet konferiti fuq il-politika ambjentali Komunitarja bil-Programm ta' Politika u Azzjoni fir-rigward tal-Ambjent u Żvilupp Sostenibbli; ê 1264/1999 Art. 1 pt. 3 (adattat) (b) proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport ta’ interess komuni, sostnuti minn Stati Membri, li huma identifikati fi ħdan il-qafas tal-linji ta’ gwida adottati bid-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18]. ê 1164/94 (adattat) è1 1264/1999 Art. 1 pt. 3 2. L-Assistenza tista’ tingħata wkoll għal: (a) studji preliminari li jkollhom x’ jaqsmu ma’ proġetti eliġibbli, inklużi dawk neċessarji għall-implimentazzjoni tagħhom; (b) è1 miżuri ta’ appoġġ tekniku, inklużi kampanji ta’ pubbliċità u ta’ informazzjoni, b’mod partikolari: ç (i) miżuri orizzontali bħalma huma studji komparattivi sabiex jistmgħu l-impatt ta' assistenza Komunitarja; (ii) miżuri u studji li jikkontribwixxu għal stima, monitoraġġ è1 , sorveljanza ç jew valutazzjoni ta' proġetti, u sabiex tissaħħaħ u tiġi assigurata l-koordinazzjoni u l-konsistenza ta' proġetti, partikolarment il-konsistenza tagħhom ma’ politiki Komuniatrji oħra; (iii) miżuri u studji li jgħinu sabiex isiru l-aġġustamenti neċessarji għall-implimentazzjoni ta' proġetti. Artikolu 4 Riżorsi finanzjarji ê Att ta’ Adeżjoni 2003, Art. 20 u L-Anness II, Parti 15, pt. 1(b) Mill-1 ta' Jannar 2000, it-total tar-riżorsi disponibbli għall-impenji għall-Greċja, Spanja, il-Portugall u l-Irlanda għall-perijodu mis-sena 2000 sas-sena 2006 għandu jkun ta' EUR 18-il biljun bil-prezzijiet ta' l-1999. ê 1264/1999 Art. 1, pt. 4 L-approprjazzjonijiet ta’ l-impenni għal kull sena ta’ dak il-perjodu għandhom ikunu ta’: - 2000: 2,615 biljun EUR, - 2001: 2,615 biljun EUR, - 2002: 2,615 biljun EUR, - 2003: 2,615 biljun EUR, - 2004: 2,515 biljun EUR, - 2005: 2,515 biljun EUR, - 2006: 2,510 biljun EUR. Fil-każ li Stat Membru ma jibqax eliġibbli, ir-riżorsi tal-Fond għandhom jitnaqqsu kif xieraq. ê Att ta’ Adeżjoni 2003, Art. 20 u L-Anness II, Parti 15, pt. 1(ċ) It-total tar-riżorsi disponibbli għall-impenji għar-Republika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja fil-perijodu mid-data ta' l-adeżjoni sas-sena 2006 għandu jkun ta' EUR 7,5905 biljun bil-prezzijiet ta' l-1999. L-approprjazzjonijiet għall-impenji għal kull sena ta' dak il-perijodu għandhom ikunu: - 2004: EUR 2,6168 biljun, - 2005: EUR 2,1517 biljun, - 2006: EUR 2,8220 biljun ê 1264/1999 Art. 1, pt. 5 (adattat) Artikolu 5 Allokazzjoni indikattiva Għandha ssir allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi totali tal-Fond fuq il-bażi ta’ kriterji preċiżi u oġġettivi, b’mod partikolari l-populazzjoni, il-PGN per capita waqt li jitqies it-titjib fil-prosperità nazzjonali milħuq fil-perijodu ta’ qabel, u l-erja tal-wiċċ; għandhom jitqiesu wkoll fatturi soċjo-ekonomiċi oħra bħal defiċjenzi fl-infrastruttura tat-trasport. L-allokazzjoni indikattiva tar-riżorsi totali li jirriżultaw mill-applikazzjoni ta’ dawk il-kriterji hija stabbilita f’Anness I. Id-dħul totali annwali mill-Fond taħt dan ir-Regolament, flimkien ma’ l-assistenza provduta taħt il-Fondi Strutturali, ma għandux jaqbeż l-4 % tal-Ö prodott gross domestiku Õ (PGD) nazzjonali. ê 1264/1999 Art. 1, pt. 6 (adattat) Artikolu 6 Assistenza kondizzjonali 1. L-ebda proġetti ġodda, jew, fil-każ ta’ proġetti importanti, l-ebda fażi ġdida ta’ proġett ma għandhom jiġu finanzjati mill-Fond fi Stat Membru fil-każ li l-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq rakkommandazzjoni mill-Kummissjoni, isib li l-Istat Membru, fl-applikazjoni ta’ dan ir-Regolament, ma implimentax il-programm li hemm referenza għalih fl-Artikolu 2(Ö 3 Õ ) b’tali mod hekk li jevita żbilanċ eċċessiv tal-gvern. Is-sospensjoni tal-finanzjament għandha tieqaf meta l-Kunsill, li jaġixxi taħt l-istess kondizzjonijiet, isib li l-Istat Membru konċernat ikun ħa miżuri biex jimplimenta l-programm b’tali mod li jevita żbilanċ eċċessiv tal-gvern. 2. B’mod eċċezzjonali, fil-każ ta’ proġetti li jeffettwaw direttament aktar minn Stat Membru wieħed, il-Kunsill, b’maġġoranza kwalifikata fuq rakkommandazzjoni tal-Kummissjoni, jista’ jiddeċiedi li jiddiferixxi s-sospensjoni tal-finanzjament. ê 1164/94 Artikolu 7 Ir-Rata ta' assistenza 1. Ir-rata ta' assistenza Komunitarja mogħtija mill-Fond għandha tkun minn 80 % sa 85 % tan-nefqa pubblika jew ekwivalenti, inkluż kull infiq minn korpi li l-attivitajiet tagħhom isiru fil-kwadru amministrattiv jew ġuridiku li permezz tagħhom jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal korpi pubbliċi. ê 1264/1999 Art. 1, pt. 7 (adattat) Madankollu, din ir-rata tista’ tiġi mnaqqsa biex tagħti kas, flimkien ma’ l-Istat Membru konċernat, tad-dħul stmat minn proġetti u minn kwalunkwe applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Biex jinkiseb dan, il-Kummissjoni għandha tappoġġja l-ħidma ta’ l-Istati Membri benefiċjarji f’li jkabbru kemm jista’ jkun l-ingranaġġ tar-riżorsi tal-Fond billi tħeġġeġ użu akbar ta’ sorsi privati ta’ fondi. ê 1164/94 2. Meta tingħata assistenza għal proġett li jiġġenera d-dħul, l-ammont tal-infiq li fuqu hu bbażat il-kalkolu ta' assistenza mill-Fond għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni, b’kont meħud ta' dħul meta jikkostitwixxi dħul nett sostanzjali għal promoturi u b’ kollaborazzjoni mill-qrib ma’ l-Istat Membru benefiċjarju. «Proġett li jiġgenera d-dħul» tfisser: (a) infrastrutturi li l-użu tagħhom jinvolvi piżijiet imħallsa direttament mill-utenti, (b) investimenti produttivi fis-sutur tal-ambjent. 3. L-Istati Membri benefiċjarji jistgħu jissottomettu proposti għal studji preparatorji u miżuri tekniċi ta' sostenn. 4. Studji preliminari u miżuri tekniċi ta' sostenn, inklużi dawk meħuda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, jistgħu jiġu finanzjati f’każijiet eċċezzjonali b’100 % tan-nefqa totali. In-nefqa totali mwettqa skond dan il-paragrafu ma tistax taqbeż 0.5 % tal-allokazzjoni totali għall-Fond. Artikolu 8 Il-Koordinazzjoni u l-kompatibilità ma’ politiki Komunitarji 1. Proġetti finanzjati mill-Fond għandhom ikunu skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, skond l-istrumenti adottati in segwitu tagħhom u skond politiki Komunitarji, inklużi dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni ambjentali, it-trasport, ir-rettikolati trans-Ewropej, il-kompetizzjoni u l-għoti ta' kuntratti pubbliċi. 2. Il-Kummissjoni għandha tassigura koordinazzjoni u konsistenza bejn proġetti meħuda skond dan ir-Regolament, u miżuri meħudin b’ kontribuzzjonijiet mill-baġit Komunitarju, mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u mill-istrumenti finanzjarji oħra tal-Komunità. Artikolu 9 Il-Kumulazzjoni u s-sovrappożizzjoni 1. L-ebda partita ta' nefqa ma tista’ tibbenefika kemm mill-Fond u kemm mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija, mill-Fond Soċjali Ewropew, mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali jew mill-istrument finanzjarju ta' gwida għas-sajd . 2. L-assistenza kombinata tal-Fond u għajnuna Komunitarja oħra għal proġett m'għandhomx jeċċedu 90 % tan-nefqa totali li tirrelata għal dak il-proġett. ê 1164/94 (adattat) è1 1264/1999 Art. 1, pt. 8 Artikolu 10 L-approvazzjoni ta' proġetti 1. Il-proġetti li għandhom jiġu finanzjati mill-Fond għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni bi ftehim ma’ l-Istat Membru benefiċjarju. 2. Għandu jinżamm bilanċ tajjeb bejn proġetti fil-qasam tal-ambjent u proġetti li jirrelataw għall-infrastruttura ta' trasport. Dan il-bilanċ għandu jieħu kont ta' l-Artikolu Ö 175 Õ (5) tat-Trattat. 3. Applikazzjonijiet għal assistenza għal proġetti taħt l-Artikolu 3(1) għandhom jiġu sottomessi mill-Istat Membru benefiċjarju. Proġetti, inklużi gruppi ta' proġetti relatati, għandhom ikunu ta' skala suffiċjenti li jkollhom impatt sinifikanti fil-qasam ta' protezzjoni ambjentali jew fit-titjib ta' rettikolati tal-infrastruttura tat-trasport trans-Ewropej. F'kull każ, in-nefqa totali ta' proġetti jew gruppi ta' proġetti ma tistax fil-prinċipju tkun anqas minn 10 miljun è1 EUR ç. Proġetti jew gruppi ta' proġetti li jqumu anqas minn hekk jistgħu jiġu approvati f'każijiet ġustifikati kif dovut. 4. L-applikazzjonijiet għandhom jikkontjenu l-informazzjoni li ġejja: il-korp responsabbli għall-implimentazzjoni, għan-natura tal-investiment u għad-deskrizzjoni tiegħu, l-ispejjeż u l-post, inkluż, meta applikabbli, indikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni li jinstabu fuq l-istess assi tat-trasport, orarju għall-implimentazzjoni tax-xogħol, analiżi tal-benefiċċju mill-ispiża, inklużi l-effetti diretti u indiretti fuq l-impieg, informazzjoni li tippermetti li jiġi stmat l-impatt fuq l-ambjent, informazzjoni dwar kuntratti pubbliċi, il-pjan ta' finanzjament inkluża, meta possibbli, informazzjoni dwar il-vijabilità ekonomika tal-proġett, u l-iffinanzjar totali li l-Istat Membru qiegħed ifittex mill-Fond u kull fonti Komunitarja oħra. Għandhom ukoll jikkontjenu l-informazzjoni kollha rilevanti sakemm il-prova meħtieġa li l-proġetti jikkonformaw mar-Regolament u mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 5, u partikolarment il-fatt li hemm benefiċċji ekonomiċi u soċjali għal żmien medju jaqblu mar-riżorsi involuti. 5. Il-kriterji li ġejjin għandhom jiġu applikati sabiex jassiguraw il-kwalità għolja ta' proġetti: (a) il-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tagħhom għal żmien medju, li għandhom jaqblu mar-riżori wżati; għandha ssir stima fid-dawl ta' analiżi tal-benefiċċju tal-ispejjeż; (b) il-prijoritajiet stabbiliti mill-Istati Membri benefiċjarji; (ċ) il-kontribuzzjoni li l-proġetti jistgħu jagħtu għall-implimentazzjoni ta' politiki Komunitarji fuq l-ambjent è1 inkluż il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas ç u fuq ir-rettikolati trans-Ewropej; (d) il-kompatibilità ta' proġetti ma’ politiki Komunitarji u l-konsistenza tagħhom ma’ miżuri oħra Komunitarji strutturali; (e) l-istabbiliment ta' bilanċ approprjat bejn l-oqsma tal-ambjent u l-infrastruttura tat-trasport. 6. Soġġett għal Artikolu 6, u għad-disponibilità ta' approprjazzjonijiet ta' impenn, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-għotja ta' assistenza mill-Fond sakemm il-ħtiġiet ta' dan l-Artikolu huma sodisfatti, bħala regola ġenerali fi żmien tlett xhur minn meta l-applikazzjoni tkun ġiet riċevuta. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fl-approvazzjoni ta' proġetti, stadji ta' proġetti jew gruppi ta' proġetti relatati, għandhom jiddeterminaw l-ammont ta' sostenn finanzjarju u jistabbilixxu pjan ta' finanzjament flimkien mad-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet kollha neċessarji għall-implimentazzjoni tal-proġetti. 7. Id-dettalji ewlenin tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jiġu ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . ê 1164/94 Artikolu 11 Dispożizzjonijiet finanzjarji 1. L-approprjazzjonijiet ta' impenn iskritti fil- budget għandhom jingħataw abbażi tad-deċiżjonijiet li japprovaw il-miżuri kkonċernati, skond l-Artikolu 10. 2. Assistenza relatata mal-proġetti msemmija f'Artikolu 3(1), għandha bħala regola ġenerali tingħata b’ pagamenti annwali. Madankollu, f’ każijiet approprjati, il-Kummissjoni tista’ tagħti l-ammont totali ta' assitenza mogħtija meta tadotta d-deċiżjoni li tagħti l-assistenza. 3. Nefqa fis-sens ta' l-Artikolu 7(1) m'għandiex titqies eliġibbli għal assistenza mill-Fond jekk tkun saru mill-Istat Membru benefiċjarju qabel id-data li fiha l-Kummissjoni tirċievi l-applikazzjoni rilevanti. ê Att ta’ Adeżjoni 2003, Art. 20 u L-Anness II, Parti 15, pt. 1(d) Għar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja, l-infiq fit-tifsira ta' l-Artikolu 7(1) għandu jitqies li huwa eliġibbli għall-assistenza mill-Fond biss jekk jiġi magħmul wara l-1 ta' Jannar 2004 u sakemm il-ħtiġiet kollha ta' dan ir-Regolament ikunu mwettqa. ê 1164/94 è1 1264/1999 Art. 1, pt. 9 4. Pagamenti magħmula wara avvanz inizjali għandhom ikunu marbuta mill-qrib u b’ mod trasparenti, mal-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-proġetti jsiru. 5. Il-Pagamenti għandhom isiru f’è1 euro ç u għandhom ikunu soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'Anness II. Artikolu 12 Kontrolli finanzjarji ê 1264/1999 Art. 1, pt. 10 1. Mingħajr preġudizzju għar-responsabbilità tal-Kummissjoni għall-implementazzjoni ta’ l-estimi tal-Komunità, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli l-ewwel nett għall-kontroll finanzjarju tal-proġetti. Għal dak il-għan, il-miżuri li għandhom jieħdu għandhom jinkludu: (a) li jivverifikaw li jkunu ġew stabbiliti l-arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u li dawn qegħdin jiġu implementati b’mod li jiżguraw li l-Fondi tal-Komunità qegħdin jintużaw b’mod effiċjenti u korrett; (b) li jipprovdu lill-Kummissjoni b’deskrizzjoni ta’ dawn l-arranġamenti; (ċ) li jiżguraw li l-proġetti huma amministrati skond ir-regoli applikabbli tal-Komunità u li l-fondi impoġġija għad-dispożizzjoni tagħhom jintużaw skond il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; (d) li jiċċertifikaw li d-dikjarazzjonijiet ippreżentati lill-Kummissjoni huma preċiżi u jiggarantixxu li jirriżultaw minn sistemi ta’ żamma ta’ kontijiet ibbażati fuq dokumenti ta’ appoġġ u li jistgħu jiġu vverifikati; (e) li jimpedixxu u li jikxfu irregolaritajiet, li jinnotifikawhom lill-Kummissjoni, bi qbil mar-regoli, u li jżommu lill-Kummissjoni aġġornata fuq il-progress tal-proċedimenti amministrattivi u legali. F’dak il-kuntest, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-informazzjoni skambjata tibqa’ kunfidenzjali; (f) li jippreżentaw lill-Kummissjoni, meta kull proġett, fażi ta’ proġett jew grupp ta’ proġetti jiġu mitmuma, dikjarazzjoni miktuba minn persuna jew dipartiment li għandu funzjoni indipendenti minn dik ta’ l-awtorità maħtura. Din id-dikjarazzjoni għandha tfisser fil-qosor il-konklużjonijiet tal-kontrolli mwettqa matul is-snin ta’ qabel u għandha teżamina l-validità ta’ l-applikazzjoni għall-ħlas tal-bilanċ finali u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa koperta bl-aħħar ċertifikat. L-Istati Membri jistgħu jehmżu l-opinjoni tagħhom ma’ din id-dikjarazzjoni jekk jaħsbu li tkun meħtieġa; (ġ) li jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiżguraw li l-fondi tal-Komunità jkunu qegħdin jintużaw skond il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; (ħ) li jirkupraw kull ammont mitluf minħabba irregolarità mikxufa u, fejn xieraq, jieħdu l-interessi fuq ħlas tard. 2. Il-Kummissjoni, fir-responsabbilità tagħha għall-implementazzjoni ta’ l-estimi tal-Komunità, għandha tiżgura li l-Istati Membri jkollhom sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll li jaħdmu mingħajr xkiel sabiex il-fondi tal-Komunità jintużaw b’mod effiċjenti u korrett. Għal dan il-għan, mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mwettqa mill-Istati Membri u skond il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amminstrattivi nazzjonali, l-uffiċjali jew l-impjegati tal-Kummissjoni jistgħu, skond ftehim milħuq ma’ l-Istati Membri fil-parametri tal-kooperazzjoni deskritta f’Artikolu G(1) ta’ l-Anness II, iwettqu kontrolli fuq il-post, inklużi kontrolli kampjuni, fuq il-proġetti finanzjati mill-Fond u fuq is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll wara avviż ta’ mill-anqas ġurnata xogħol. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istat Membru konċernat bil-ħsieb li tkun tista’ tikseb l-għajnuna kollha neċessarja. L-Uffiċjali jew l-impjegati ta’ l-Istat Membru konċernat jistgħu jieħdu sehem f’kontrolli bħal dawn. Il-Kummissjoni tista’ titlob li l-Istat Membru konċernat iwettaq kontroll fuq il-post biex jivverifika l-korrettezza ta’ transizzjoni waħda jew aktar. L-uffiċjali jew l-impjegati tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f’kontrolli bħal dawn. ê 1265/1999 Art. 1 pt. 7 Qabel jitwettaq kontroll fuq il-post, il-Kummissjoni għandha tagħti notifika lill-Istat Membru konċernat bil-ħsieb li tiġi ottenuta l-assistenza kollha neċessarja. Kontrolli fuq il-post mill-Kummissjoni mingħajr notifika għandhom ikunu soġġetti għal ftehim milħuq skond ir-Regolament Finanzjarju. Uffiċjali jew aġenti tal-Istat Membru kkonċernat jistgħu jieħdu sehem fil-kontrolli. Il-Kummissjoni tista’ teħtieġ lill-Istat Membru kkonċernat iwettaq kontroll fuq il-post biex jivverifika il-korrettezza tal-applikazzjonijiet ta' pagament. Uffiċjali jew aġenti tal-Kummissjoni jistgħu jieħdu sehem f'dawn il-kontrolli, u għandhom jagħmlu hekk jekk l-Istat Membru kkonċernat jitlob hekk. Il-Kummissjoni għandha tassigura li kwalunkwe kontroll li twettaq isir b'mod koordinat sabiex jiġu evitati repetizzjonijiu ta' kontrolli fir-rigward tal-istess suġġett tul l-istess perjodu. L-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni għandhom immedjatament jiskambjaw kull informazzjoni relevanti li tikkonċerna r-riżultati tal-kontrolli mwettqa. ê 1164/94 (adattat) è1 1264/1999 Art. 1 pt. 10 3. Stati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni kull rapport nazzjonali ta' kontroll fuq il-proġetti kkonċernati. è1 4 ç Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u għandha tinforma b’ dan lill-Parlament Ewropew. Artikolu 13 Stima, monitoraġġ u valutazzjoni 1. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jassiguraw illi hemm monitoraġġ u valutazzjoni effettivi fuq l-implimentazzjoni ta' proġetti taħt dan ir-Regolament. Il-proġetti għandhom jiġu aġġustati abbażi tar-riżultati tal-monitoraġġ u tal-valutazzjoni. 2. Sabiex tiġi assigurata l-effettività ta' assistenza Komunitarja, il-Kummissjoni u l-Istati Membri benefiċjarji għandhom, f’ kooperazzjoni mal-BEI meta approprjat, iwettqu stima u valutazzjoni sistematika ta' proġetti. 3. Meta tkun riċevuta talba għal assistenza u qabel l-approvazzjoni ta' proġett, il-Kummissjoni għandha twettaq stima dettaljata sabiex tistma l-konsistenza tal-proġett mal-kriterji stabbiliti f'Artikolu 10(5). Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-BEI sabiex jikkontribwixxi għall-istima ta' proġetti kif neċessarju. 4. Matul l-implimentazzjoni tal-proġetti u wara l-kompletazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istati Membri benefiċjarji għandhom jivvalutaw il-mod li bih twettqu u l-impatt potenzjali u attwali tal-implimentazzjoni tagħhom sabiex jiġi stmat jew l-objettivi oriġinali jistgħu jintlaħqu jew jekk intlaħqux. Din il-valutazzjoni għandha, inter alia , tindirizza l-impatt ambjentali tal-proġetti, in konformità mar-regoli Komunitarji eżistenti. 5. Fl-għażla ta' applikazzjonijiet individwali għal assistenza, il-Kummissjoni għandha tieħu kont tar-riżultati ta' stimi u valutazzjonijiet magħmula skond dan l-Artikolu. 6. Ir-regoli dettaljati għall-monitoraġġ u valutazzjoni, kif previst fil-paragrafu 4, għandhom jiġu stabbiliti fid-deċiżjonijiet li japprovaw il-proġetti. Artikolu 14 L-Informazzjoni u l-pubbliċità 1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Fond, għall-iskopijiet ta' kontroll u l-opinjoni tagħhom, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Il-Parlament Ewropew għandu jaghti opinjoni dwar ir-rapport malajr kemm jista’ jkun. Il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar kif applikat l-osservazzjonijiet kontenuti fl-opinjoni tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni għandha tassigura li l-Istati Membri huma informati bl-attivitajiet tal-Fond. 2. L-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni ta' miżura li tirċievi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond għandhom jassiguraw li tingħata pubbliċitá adegwata lill-miżura bl-iskop li: (a) il-pubbliku in ġenerali isir konxju mir-rwol li tiżvolġi l-Komunità f’ relazzjoni mal-miżura, (b) benefiċjarji potenzjali u organizzazzjonijiet professjonali isiru konxji mil-possibiltajiet li toffri dik il-miżura, L-Istati Membri għandhom jassiguraw, b’ mod partikolari, illi jitwaħħlu tabelli direttament viżibbli li juru perċentwali tal-ispiża totali ta' proġett partikolari li qiegħed jiġi ffinanzjat mill-Komunità, flimkien mal- logo tal-Komunità, u li rappreżentanti tal-istituzzjonijiet Komunitarji jkollhom sehem kif imiss fl-attivitajiet pubbliċi l-aktar importanti konnessi mal-Fond. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bl-inizjattivi meħuda taħt dan il-paragrafu. 3. Il-Kummissjoni għandha tadotta regoli dettaljati dwar informazzjoni u pubbliċità, għandha tinforma b'dan lill-Parlament Ewropew u għandha tippubblikahom fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . ê 1164/94 Artikolu 15 L-Implimentazzjoni Id-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament huma stabbiliti f’Anness II ma’ hawnhekk. ê 1164/94 (adattat) è1 1264/1999 Art. 1 pt. 11 Artikolu 16 Dispożizzjonijiet finali u transitorji 1. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu Ö 161 Õ tat-Trattat, għandu jerġa jeżamina dan ir-Regolament è1 l-aktar tard sal-31 ta’ Diċembru 2006 ç. Ö 2. Õ Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni ta' miżuri approvati mill-Kummissjoni abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KEE) Nru 792/93 applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ Ö tar- Õ Regolament Ö (KE) Nru 1164/94. Dan ir-Regolament Õ, għandu konsegwentement japplika, wara Ö d-dħul fis-seħħ tiegħu, Õ għal dawk il-miżuri. Ö 3. Applikazzjonijiet ippreżentati fil-kwadru tar-Regolament (KEE) Nru 792/93 qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1164/94 għandhom jibqgħu validi sakemm dawn l-applikazzjonijiet jiġu supplimentati, meta neċessarju, sabiex jikkonformaw mal-ħtiġiet tar-Regolament(KE) Nru 1164/94 sas-26 ta’ Lulju 1994. Õ ê Att ta’ Adeżjoni 2003, Art. 20 u L-Anness II, Parti 15, pt. 1(e) (adattat) Artikolu 17 Disposizzjonijiet speċifiċi wara l-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea ta' Stat Membru ġdid li jkun ibbenefika mill-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni taħt l-Istrument għall-Politiki Strutturali għal qabel l-Adeżjoni (ISPA) 1. Miżuri li, fid-data ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja kienu s-suġġett ta' deċiżjonjiet tal-Kummissjoni dwar assistenza taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1267/1999[19] u li l-implimentazzjoni tagħhom ma tkunx għadha twettqet sa dik id-data għandhom ikunu kkunsidrati li huma approvati mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament. Sakemm il-paragrafi (2) u (5) ma jistipulawx mod ieħor, id-disposizzjonijiet l jirregolaw l-implimentazzjoni ta' miżuri approvati skond dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal dawn il-miżuri. 2. Kull proċedura ta' l-akkwist li tirrigwarda xi miżura li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 li, fid- data ta' l-adeżjoni, diġà kienet is-suġġett ta' stedina għall-offerti ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea , għandha tiġi mplementata skond mar-regoli mniżżla f'dik l-istedina għall-offerti. Id-disposizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 165 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru. 1605/2002[20] ma għandhomx japplikaw. Kull proċedura ta' l-akkwist li tirrigwarda xi miżura li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 li għadha ma kenitx is-suġġett ta' stedina għall-offerti ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea , għandha ssegwi r-regoli u d-disposizzjonijiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 8. 3. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, f'każijiet ġustifikati kif suppost, fuq talba ta' l-Istat Membru konċernat u fir-rigward biss tal-pagamenti annwali li għad iridu jkunu impenjati fil-budget ġenerali, li timmodifika l-assistenza Komunitarja li għandha tingħata, filwaqt li tieħu kont tal-kriterji stipulati fl-Artikolu 7. Il-modifikazzjoni ta' l-assistenza Komunitarja ma għandhiex taffetwa l-parti tal-miżura diġà koperta minn self iffirmat ma' l-BEI, il-Bank Ewropew għar-Rikonstruzzjoni u l-Iżvilupp jew xi istituzzjoni finanzjarja internazzjonali oħra. Il-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni taħt xi miżura li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 għandhom jingħataw għall-ewwel impenji miftuħa magħmula fl-ewwel istanza skond ir-Regolament (KE) Nru. 1267/1999, u mbagħad skond dan ir-Regolament. 4. Għall-miżuri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 1, ir-regoli li jirregolaw l-eliġibilita' ta' l-infiq skond ir-Regolament (KE) Nru. 1267/1999 għandhom jibqgħu applikabbli, ħlief f'każijiet ġustifikati kif suppost li tiddeċiedi fuqhom il-Kummissjoni fuq talba ta' l-Istat Membru konċernat. 5. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, f'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif suppost, li tawtorizza eżenzjonijiet speċifiċi mir-regoli applikabbli skond dan ir-Regolament għall-miżuri li għalihom hemm referenza fil-paragrafu 1. ê Artikolu 18 Tħassir Ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 hu mħassar. Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness IV. ê 1164/94 Art. 17 (adattat) Artikolu 19 Id-dħul fis-seħħ. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ Ö fl-għoxrin Õ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, […] Għall-Kunsill Il-President […] ê Att ta’ Adeżjoni 2003, Art. 20 u L-Anness II, Parti 15, pt. 1(f) (adattat) ANNESS I L-allokazzjoni indikattiva mir-riżorsi totali tal-Fondi għall-Istati Membri li jebbenifikaw minnu, kif hemm referenza għaliha Ö fl-ewwel Õ paragrafu ta' l-Artikolu 4: Il-Greċja: | 16 % sa 18 % tat-total, | Spanja: | 61 % sa 63,5 % tat-total, | L-Irlanda: | 2 % sa 6 % tat-total, | Il-Portugall: | 16 % sa 18 % tat-total. | - L-allokazzjoni indikattiva mir-riżorsi totali tal-Fondi għall-Istati Membri li jibbenifikaw minnu, kif hemm referenza għaliha Ö fir-rabàÕ paragrafu ta' l-Artikolu 4: Ir-Repubblika Ċeka: | 9,76 % sa 12,28 % tat-total, | L-Estonja: | 2,88 % sa 4,39 % tat-total, | Ċipru: | 0,43 % sa 0,84 % tat-total, | Il-Latvja: | 5,07 % sa 7,08 % tat-total, | Il-Litwanja: | 6,15 % sa 8,17 % tat-total, | L-Ungerija: | 11,58 % sa 14,61 % tat-total, | Malta: | 0,16 % sa 0,36 % tat-total, | Il-Polonja: | 45,65 % sa 52,72 % tat-total | Is-Slovenja: | 1,72 % sa 2,73 % tat-total, | Is-Slovakkja: | 5,71 % sa 7,72 % tat-total. | - _____________ ê 1164/94 ANNESS II DISPOSIZZJONIJIET TA' IMPLIMENTAZZJONI ê 1265/1999 Art. 1 pt. 1 (adattat) Artikolu A Deżinjazzjoni ta’ proġetti, ta’ fażijiet jew gruppi ta’ proġetti 1. Il-Kummissjoni tista’, bi ftehim ma’ l-Istat Membru benefiċjarju tiġbor flimkien proġetti u ssemmi fażijiet tekniċi u finanzjarji separati ta’ proġett għall-għan li tingħata l-għajnuna. 2. Għall-għan ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet: (a) “proġett” għandu jkun serje ta’ xogħlijiet li ma jistgħux jinqasmu ekonomikament, li għandhom funzjoni teknika preċiża u b’għanijiet identifikati b’mod ċar li wieħed jista’ jiġġudika minnhom jekk il-proġett jissodisfax il-kriterju stabbilit Ö f’ Õ Artikolu 10(5) Ö (a) Õ; (b) “fażi teknikament u finanzjarjament indipendenti” għandha tkun fażi li tista’ tiġi identifikata bħala operazzjonali fiha nfisha. 3. Fażi tista’ tkopri wkoll studji preliminarji, tekniċi u ta’ fattibilità meħtieġa għat-twettiq ta’ proġett. 4. Sabiex jikkonformaw ma’ dan il-kriterju Ö f’ Õ Artikolu 1(3)Ö (ċ) Õ, proġetti li jissodisfaw it-tlett kundizzjonijiet li ġejjin jistgħu jiġu raggruppati: ê 1265/1999 Art. 1 pt. 1 (a) għandom ikunu jinsabu fl-istess żona jew jinsabu fuq l-istess linja ta’ trasport; (b) għandhom jitwettqu taħt pjan ġenerali għall-erja jew għal-linja b’għanijiet identifikati b’mod ċar, kif hemm provdut għalihom f’Artikolu 1(3); (ċ) għandhom jiġu sorveljati minn korp responsabbli għall-koordinament u għall-kontroll tal-grupp ta’ proġetti f’każijiet fejn il-proġetti jkunu qegħdin jitwettqu minn awtoritajiet kompetenti differenti. ê 1164/94 è1 1265/1999 Art 1. pt. 2 è2 1265/1999 Art. 1 pt. 3 Artikolu B Valutazzjoni ex-ante. 1. Il-Kummissjoni għandha teżamina applikazzjonijiet għal assistenza sabiex tivverifika b’ mod partikolari li l-mekkaniżmi amministrattivi u finanzjarji huma adegwati għall-implimentazzjoni effettiva tal-proġett 2. Skond l-Artikolu 13(3), il-Kummissjoni għandha tagħmel stima tal-proġetti sabiex tiddetermina l-impatt antiċipat tagħhom f’ termini tal-miri tal-Fond, kwantifikat bl-użu ta' indikaturi approprjati. è1 L-Istati Membri benefiċjarji għandhom jipprovdu kull informazzjoni meħtieġa, kif stabbilit f’Artikolu 10(4), inklużi r-riżultati ta’ l-istudju tal-fattibilità u stimi ex ante . Sabiex din l-istima ssir kemm jista’ jkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll ir-riżultati ta’ l-istima fuq l-impatt ambjentali skond il-liġijiet tal-Komunità, u l-konsistenza tagħhom ma l-istrateġija ġenerali ambjentali jew tat-trasport fuq livell ta’ unità amministrattiva jew settorjali u, fejn xieraq: (a) indikazzjoni ta’ l-alternattivi possibbli li ma ntagħżlux, u (b) ir-rabtiet bejn proġetti ta’ interess komuni li jinsabu fuq l-istess linja ta’ transport.ç Artikolu Ċ Impenji. 1. L-Impenji tal- budget għandhom isiru abbażi tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw il-miżuri kkonċernati (il-proġett, l-istadju tal-proġett, il-grupp ta' proġetti, l-istudju jew il-miżura teknika ta' sostenn). L-Impenji għandhom ikunu validi għal perjodu determinat bin-natura tal-miżura u l-kondizzjonijiet speċifiċi għall-implimentazzjoni tagħha. 2. Impenji tal- budget fir-rigward ta' assistenza mogħtija lil proġetti, stadji ta' proġetti jew gruppi ta' proġetti għandhom jitwettqu b’ wieħed minn żewġ modi: (a) impenji fir-rigward tal-proġetti msemmija f’Artikolu 3(1) li għandhom jitwettqu tul perjodu ta' sentejn jew iktar għandhom, bħala regola ġenerali u soġġett għad-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu (b), jiġu effettwati f’ pagamenti annwali. L-impenji fir-rigward tal-ewwel pagament annwali għandhom isiru meta d-deċiżjoni li tagħti assistenza Komunitarja tiġi adottata mill-Kummissjoni. è2 Impenni sussegwenti ta’ ħlasijiet parzjali annwali sussegwenti għandhom ikunu bażati fuq il-pjan finanzjarju tal-bidu jew fuq il-pjan finanzjarju rivedut tal-proġett u normalment għandhom isiru fil-bidu ta’ kull sena ta’ l-estimi u bħala regola ġenerali sat-30 ta’ April ta’ kull sena, ibbażati fuq it-tbassir ta’ l-infiq għall-proġett għal dik is-sena kurrenti. ç ê 1265/1999 Art. 1 pt. 3 (b) għal proġetti li għandhom jitwettqu fuq perjodu ta’ żmien ta’ inqas minn sentejn jew fejn l-għajnuna tal-Komunità tkun inqas minn EUR 50 miljun, jista’ jsir impenn inizjali ta’ 80 % ta’ għajnuna meta l-Kummissjoni tadotta d-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna tal-Komunità. Il-bilanċ għandu jitwettaq skond l-implementazzjoni tal-proġett. ê 1164/94 3. Fil-każijiet tal-istudji u tal-miżuri tekniċi ta' sostenn imsemmija f'Artikolu 3(2), l-assistenza għandha tingħata meta l-Kummissjoni tapprova l-miżura kkonċernata. 4. L-arranġamenti għal impenji għandhom jiġu speċifikati fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw il-miżuri kkonċernati. ê 1264/1999 Art. 1 pt. 3 5. Għajr f’każijiet iġġustifikati kif dovut, l-għajnuna mogħtija għal proġett, jew grupp ta’ proġetti jew għal fażi ta’ proġett fejn ix-xogħlijiet ma jkunux inbdew fi żmien sentejn mid-data ta’ meta kien mistenni li jinbeda x-xogħol kif indikat fid-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna jew fid-data ta’ l-approvazzjoni tagħha jekk hija iktar tard, għandha tiġi kanċellata. F’kull każ il-Kummissjoni għandha tavża f’ħin xieraq lill-Istati Membri u lill-awtorità maħtura kull meta jkun hemm ir-riskju ta’ kanċellament. ê 1164/94 è1 1265/1999 Art. 1 pt. 4 Artikolu D Pagamenti 1. Il-pagamenti ta' assistenza finanzjarja għandhom isiru, skond l-impenji korrispondenti tal- budget , lill-awtorità jew lill-korp maħtur għall-iskop fl-applikazzjoni sottomessa mill-Istat Membru benefiċjarju kkonċernat. è1 Il-pagamenti jistgħu jieħdu l-forma ta’ pagamenti fuq il-kont, pagamenti interim jew pagamenti fuq il-bilanċ finali. Pagamenti interim u pagamenti fuq il-bilanċ għandhom ikollhom x’jaqsmu ma’ l-infiq fil-fatt imħallas, li għandu jiġi appoġġjat b’fatturi reġistrati jew dokumenti ta’ żamma tal-kontijiet li għandhom l-istess valur probattiv. ç ê 1265/1999 Art. 1 pt. 4 2. Il-pagamenti għandhom isiru kif ġej: (a) għandu jitħallas pagament wieħed akkont ta’ 20 % ta’ l-għajnuna tal-Fond kif deċiż fil-bidu meta tiġi adottata d-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna tal-Komunità u, għajr fejn ikun ġustifikat bix-xieraq, wara l-firma tal-kuntratti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-akkwist pubbliku. Parti minn pagament jew il-pagament kollu fuq kont għandu jerġa’ jitħallas mill-awtorità jew mill-korp maħtur li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 jekk l-ebda applikazzjoni għal pagament ma tintbagħat lill-Kummissjoni fi żmien 12-il xahar mid-data li fiha jsir il-pagament fuq il-kont; (b) il-pagamenti interim jistgħu jitħallsu sakemm il-proġett ikun miexi lejn it-tmiem tiegħu b’mod sodisfaċjenti u għandhom isiru sabiex jirrifondu l-infiq attestat u fil-fatt imħallas, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin: (i) li l-Istat Membru jkun ippreżenta applikazzjoni li tiddeskrivi l-progress tal-proġett f’termini ta’ l-indikaturi fiżiċi u finanzjarji tiegħu u l-konformità tiegħu mad-deċiżjoni għall-għoti ta’ l-għajnuna, inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe kondizzjonijiet speċifiċi mehmuża għall-għajnuna; (ii) li tkun ittieħdu azzjoni fuq l-osservazzjonijiet jew ir-rakkommandazzjonijiet ta’ l-awtoritajiet ta’ spezzjoni nazzjonali u/jew tal-Komunità, b’mod partikolari fil-korrezzjoni ta’ kwalunkwe irregolaritajiet osservati jew preżunti; (iii) li jkunu ġew indikati l-problemi tekniċi, finanzjarji u legali prinċipali li tfaċċaw u l-miżuri meħudin sabiex dawn jiġu kkoreġuti; (iv) li jkun ġie analizzat kull ħruġ mill-pjan finanzjarju oriġinali; (v) li jkunu ġew deskritti l-passi meħuda sabiex jippubbliċizzaw il-proġett. Il-Kummissjoni għandha tavża lill-Istati Membri mingħajr dewmien jekk waħda mill-kundizzjonijiet imsemmija fuq ma tkunx ġiet sodisfatta; (ċ) l-ammont totali tal-pagamenti magħmulin taħt (a) u (b) ma jistax jaqbeż it-80 % tat-total ta’ l-għajnuna mogħtija. Dan il-persentaġġ jista’ jiżdied sa 90 % għal proġetti importanti mogħti fi ħlas parzjali annwali u f’każijiet ġustifikati; (d) il-bilanċ finali tal-għajnuna tal-Komunità maħdum fuq il-bażi ta’ l-infiq attestat u fil-fatt imħallas għandu jitħallas sakemm: (i) il-proġett, fażi ta’ proġett, jew grupp ta’ proġetti jkunu twettqu skond l-għanijiet tagħhom; (ii) l-awtorità jew korp maħtur li hemm referenza għalih fil-paragrafu 1 jkunu preżentaw applikazzjoni għall-ħlas lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mid-data ta’ għeluq għat-tlestija tax-xogħol u għall-infiq stabbilit fid-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna lill-proġett, fażi tal-proġett jew grupp ta’ proġetti; (iii) ir-rapport finali imsemmi f’Artikolu F(4) jiġi preżentat lill-Kummissjoni; (iv) l-Istat Membru jkun iċċertifika lill-Kummissjoni li l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni għall-ħlas u fir-rapport hija korretta; (v) l-Istat Membru jkun bagħat id-dikjarazzjoni msemmija f’Artikolu 12(1) lill-Kummissjoni; (vi) l-informazzjoni kollha u l-miżuri ta’ pubbliċità mfasslin mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 14(3) jkunu ġew implementati. 3. Jekk ir-rapport finali msemmi fil-paragrafu 2 ma jintbagħatx lill-Kummissjoni fi żmien 18-il xahar mid-data finali għat-tmiem tax-xogħlijiet u tal-pagamenti kif mogħti fid-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna, dik il-parti ta’ l-għajnuna li tirrappreżenta l-bilanċ li jibqa’ għall-proġett għandha tiġi kanċellata. ê 1164/94 4. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li jkollhom is-setgħa li joħorġu ċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 2(d). ê 1265/1999 Art. 1 pt. 4 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjonijiet għall-ħlas jingħataw lill-Kummissjoni bħala regola ġenerali tlett darbiet fis-sena, l-aktar tard sal-1 ta’ Marzu, l-1 ta’ Lulju u l-1 ta’ Novembru. ê 1164/94 (adattat) è1 1265/1999 Art. 1 pt. 4 6. Il-Pagament għandu jsir lill-awtorità jew lill-korp maħtura mill-Istat Membru, bħala regola ġenerali sa mhux aktar tard minn xagħrejn mill-irċevuta ta' applikazzjoni ammessibbli għal pagament è1 sakemm il-fondi ta’ l-estimi jkunu disponibbli ç . 7. Fil-każ tal-istudji u l-miżuri oħra msemmija f'Artikolu 3(2), il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-proċeduri approprjati ta' pagament. ê 1265/1999 Art. 1 pt. 4 8. Il-Ketmmissjoni għandha tistabbilixxi regoli komuni dwar l-eliġibbiltà ta’ l-infiq. ê 1164/94 è1 1265/1999 Art. 1 pt. 5 Artikolu E L-użu tal- è1 euro ç 1. Applikazzjonijiet għal assistenza, flimkien mal-pjan rilevanti ta' finanzjament għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni f’ è1 euros ç . 2. L-ammonti ta' assistenza u l-pjanijiet ta' finanzjament approvati mill-Kummissjoni għandhom jiġu espressi f’ è1 euros ç. 3. Dikjarazzjonijiet ta' nfiq l-applikazzjonijiet korrispondenti ta' pagament għandhom jiġu espressi f’è1 euros ç. 4. Il-Pagamenti ta' assistenza finanzjarja mill-Kummissjoni għandhom isiru f'è1 euros ç lill-awtorità maħtura mill-Istat Membru sabiex tirċievi dawn il-pagamenti. ê 1265/1999 Art. 1 pt. 5 5. Għall-Istati Membri li mhumiex qegħdin jipparteċipaw fl-Euro, ir-rata ta’ kambju għandha tkun ir-rata tal-kontabilità finanzjarja tal-Kummissjoni. ê 1164/94 Artikolu F Il-Monitoraġġ 1. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru għandhom jassiguraw monitoraġġ effettiv ta' implimentazzjoni ta' proġetti Komunitarji finanzjati in parti mill-Fond. Il-Monitoraġġ għandu jtiwettaq permezz ta' proċeduri ta' rapport miftiehma konġuntement, kontrolli ta' kampjuni u l-istabbiliment ta' kumitati ad hoc. 2. Il-monitoraġġ għandu jitwettaq b’referenza għall-indikaturi fiżiċi u finanzjarji. L-indikaturi għandhom jirrelataw għall karattru speċifiku tal-proġett u l-miri tiegħu. Għandhom jiġu rranġati b tali mod li juru: (a) l-istadju milħuq fl-irċevuta fir-rigward tal-pjan u l–għanijiet oriġinarjament stabbiliti; (b) il-progress milħuq minn naħa tal-amministrazzjoni u kwalunkwe problemi relatati. 3. Għandhom jiġu stabbiliti kumitati ta' monitoraġġ b'arranġament bejn l-Istat Membru konċernat u l-Kummissjoni. L-awtoritajiet jew il-korpi maħtura mill-Istat Membru, mill-Kummissjoni u, meta approprjat, mill-BEI, għandhom jiġu rappreżentati fil-kumitati. Meta awtoritajiet reġjonali u lokali huma kompetenti għall eżekuzzjoni ta' proġett u, meta approprjat, meta huma direttament ikkonċernati bi proġett għandhom ukoll jiġu rappreżentati f’ dawn il-kumitati. 4. Għall kull proġett, l-awtorità jew il-korp maħtura għall-iskop mill-Istat Membru għandhom jissottomettu rapporti ta' progress lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-aħħar ta' kull sena kompleta ta' implimentazzjoni. Għandu jiġi sottomess rapport finali lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mill-kompletazzjoni tal-proġett jew tal-istadju tal-proġett. ê 1265/1999 Art. 1 pt. 6 Dan ir-rapport għandu jinkludi: (a) deskrizzjoni tax-xogħol imwettaq, flimkien ma’ l-indikaturi fiżiċi, l-infiq skond il-kategorija tax-xogħol u kwalunkwe miżura li taqa’ taħt klawsoli speċifiċi fid-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna; (b) informazzjoni fuq kull miżura ta’ pubbliċità; (ċ) ċertifikazzjoni li x-xogħol jikkonforma mad-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna; (d) stima inizjali fuq jekk ir-riżultati mbassrin kif indikat f’Artikolu 13(4) jistgħux jintlaħqu, inklużi b’mod partikolari: (i) id-data attwali tal-bidu tal-proġett, (ii) il-mod li bih sejjer ikun amministrat meta dan jitlesta, (iii) konferma, jekk xieraq, tat-tbassir finanzjarju, b’mod speċjali fir-rigward ta’ l-ispejjeż tat-tħaddim u d-dħul mistenni, (iv) konferma tat-tbassir soċjo-ekonomiċi, b’mod partikolari l-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija, (v) indikazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni ambjentali adottati, u ta’ kemm jiswew, inkluża l-konformità mal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. ê 1164/94 5. Abbażi tar-riżultati ta' monitoraġġ, u b’ kont meħud tal-kummenti tal-kumitat ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha taġġusta l-ammonti u l-kondizzjonijiet biex tingħata assistenza kif inizjalment approvat, kif ukoll il-pjan ta' finanzjament maħsub, jekk neċessarju fuq proposta mill-Istat Membru. ê 1265/1999 Art. 1 pt. 6 Id-deċiżjoni li tagħti l-għajnuna għandha tinkludi arranġamenti xierqa sabiex isiru modifiki, u ssir differenza bejniethom fuq il-bażi tan-natura u ta’ l-importanza tagħhom. ê 1164/94 6. Għal effettività akbar tal-Fond, il-Kummissjoni għandha tassigura li meta l-Fond huwa amministrat tingħata attenzjoni partikolari lit-trasparenza tal-amministrazzjoni. 7. L-arranġamenti ta' monitoraġġ għandhom jiġu stabbiliti fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw il-proġetti. Artikolu G Kontrolli ê 1265/1999 Art. 1 pt. 7 1. Il- Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fuq il-bażi ta’ arranġamenti amministrattivi bilaterali, jikkooperaw biex jikkoordinaw pjanijiet, metodi u implementazzjoni ta’ kontrolli sabiex ikabbru kemm jista’ jkun l-utilità ta’ dawk imwettqa. Għandhom jiskambjaw mill-ewwel, ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa. Mill-inqas darba fis-sena, dawn li ġejjin għandhom jiġu eżaminati u stmati: (a) ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-Istat Membru u mill-Kummissjoni; (b) kull kumment magħmul minn korpi jew istituzzjonijiet ta’ kontroll nazzjonali jew tal-Komunità; (ċ) l-impatt finanzjarju ta’ l-irregolaritajiet innotati, il-passi diġà meħuda jew li għad iridu jittieħdu biex jikkoreġuhom u, fejn ikun hemm bżonn, aġġustamenti għas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Wara din l-eżaminazzjoni u din l-evalwazzjoni u mingħajr preġudizzju għall-miżuri li għandhom jittieħdu immedjatament mill-Istat Membru skond l-Artikolu H, il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet, b’mod partikolari fuq l-impatt finanzjarju ta’ l-irregolaritajiet mikxufa. Dawn l-osservazzjonijiet għandhom jiġu ndirizzati lill-Istat Membru u lill-awtorità maħtura tal-proġett konċernat. Fejn ikun hemm bżonn, l-osservazzjonijiet jistgħu jkunu akkompanjati, b’talbiet għal miżuri ta’ korrezzjoni sabiex jagħmlu tajjeb għan-nuqqasijiet li nstabu fil-ġestjoni u jikkoreġu l-irregolaritajiet mikxufa li jkunu għadhom ma ġewx ikkoreġuti. L-Istat Membru għandu jkollu l-opportunità li jikkumenta fuq dawn l-osservazzjonijiet. Fejn wara jew fin-nuqqas tal-kummenti ta’ l-Istat Membru, il-Kummissjoni tadotta konklużjonijiet, l-Istat Membru għandu jieħu kull pass meħtieġ fi ħdan id-data ta’ għeluq stabbilita sabiex jikkonforma mat-talba tal-Kummissjoni u għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-azzjonijiet tiegħu. 2. Mingħajr preġudizzju għal dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ tissospendi parti minn pagament interim jew il-pagament interim kollu jekk issib li l-infiq konċernat huwa marbut ma irregolarità serja. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru konċernat bl-azzjoni meħuda u r-raġunijiet għaliha. 3. Għal perjodu ta’ tlett snin, sakemm ma jsirx ftehim b’mod ieħor f’arranġamenti amministrattivi bilaterali, wara li l-Kummissjoni tkun ħallsu il-bilanċ finali fir-rigward tal-proġett, il-korp u l-awtoritajiet responsabbli għandhom iżommu disponibbli għall-Kummissjoni, kull dokument ta’ appoġġ (jew l-oriġinali jew verżjonijiet attestati li huma f’ konformità ma’ l-oriġinali fuq data carriers aċċettati komunament) dwar l-infiq u l-kontrolli fuq il-proġett konċernat. Dan il-perjodu għandu jiġi sospiż jew fil-każ ta’ proċedimenti legali jew fuq talba sostanzjata kif dovut mill-Kummissjoni. ê 1164/94 Artikolu H ê 1265/1999 Art. 1 pt. 8 Korrezzjonijiet finanzjarji 1. Jekk, wara li tlesti il-verifiki meħtieġa, il-Kummissjoni tikkonkludi li: (a) l-implementazzjoni ta’ proġett ma tiġġustifikax l-għajnuna mogħtija kollha jew parti minnha, inkluż in-nuqqas li tiġi sodisfatta waħda mill-kondizzjonijiet fid-deċiżjoni li tingħata għajnuna u b’mod partikolari kwalunkwe bdil sinnifikanti li jaffettwa l-implementazzjoni tal-proġett u li għalih ma tkunx intalbu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, jew (b) hemm irregolarità fir-rigward ta’ l-assistenza mill-Fond u li l-Istat Membru nvolut ma ħax il-miżuri ta’ korrezzjoni meħtieġa, il-Kummissjoni għandha tissospendi l-għajnuna fir-rigward tal-proġett konċernat u filwaqt li tagħti r-raġunijiet tagħha, għandha titlob li l-Istat Membru jagħmel il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu speċifikat. Jekk l-Istat Membru jagħmel oġġezzjoni għall-osservazzjonijiet magħmulin mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-Istat Membru għal seduta, li fiha, ż-żewġ naħat għandhom jaħdmu sabiex jilħqu ftehim dwar l-osservazzjonijiet u għandhom joħorġu konklużjonijiet minnhom. 2. Fl-aħħar tal-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha, soġġetta li tiġi rispettata l-proċedura x-xierqa, jekk fi żmien tlett xhur ma jkun intlaħaq ebda qbil, wara li jiġu kunsidrati l-kummenti ta’ l-Istat Membru, tiddeċiedi li: (a) tnaqqas il-pagament fuq kont li hemm referenza għalih f’Artikolu D(2), jew (b) tagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa. Dan għandu jfisser li titneħħa parti jew l-assistenza kollha mogħtija għall-proġett. Dawn id-deċiżjonijiet għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-Kummissjoni, meta tiddeċiedi l-ammont tal-korrezzjoni, għandha tikkunsidra t-tip ta’ l-irregolarità jew bidla u kemm huwa kbir l-impatt finanzjarju potenzjali tan-nuqqasijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll. Kull tnaqqis jew tħassir għandu jwassal għal irkupru ta’ l-ammonti mħallsa. ê 1164/94 è1 1265/1999 Art. 1 pt. 8 3. è1 Kull somma riċevuta b’mod mhux dovut u li għandha tiġi rkuprata għandha titħallas lill-Kummissjoni. Għandhom jiġu mitlubin l-interessi fuq il-kont ta’ ħlas lura tard bi qbil mar-regoli li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. ç ê 1265/1999 Art. 1 pt. 8 4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implementazzjoni tal-paragrafi 1 sa 3 u għandha tinforma lill-Istati Membri u lill-Parlament Ewropew bihom. ê 1164/94 (adattat) è1 1265/1999 Art. 1 pt. 9 Artikolu I Kuntratti pubbliċi Fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi, notifiki mibgħuta għall-pubblikazzjoni fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea għandhom jispeċifikaw dawk il-proġetti li għalihom tkun saru applikazzjoni jew ingħatat assistenza Komunitarja. Artikolu J Informazzjoni L-Informazzjoni li għandha tingħata fir-rapport annwali previst f’Artikolu 14 għandha tkun kif stabbilit fl-Ö Appendiċi Õ ma’ dan l-Anness. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' informazzjoni ma’ l-Istati Membbi kull sitt xhur. è1 F’din il-laqgħa l-Kummissjoni għandha tavża b’mod partikolari lill-Istati Membri bis-suġġetti relevanti għar-rapport annwali u bl-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħha meħuda. Il-Kummissjoni għandha tibgħat id-dokumenti rilevanti x-xierqa lill-Istati Membri fi żmien suffiċjenti qabel il-laqgħa. ç Artikolu K Reviżjoni Jekk neċessarju, fid-dawl tal-esperjenza ggwadanjata, il-Kunsill jista’, waqt li jaġixxi fuq maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jemenda d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Anness. _________________ Ö L-Appendiċi Õ għal Anness II. Ir-rapport annwali għandu jipprovdi informazzjoni dwar li ġej: 1. assistenza finanzjarja mogħtija u mħallsa mill-Fond, b’rendikont annwali mill-Istat Membru u skond it-tip ta’ proġett (ambjent jew trasport); ê 1265/1999 Art. 1 pt. 10 (adattat) 2. l-impatt ekonomiku u soċjali tal-Fond fl-Istati Membri u dwar il-koeżjoni ekonomika u soċjali Ö fil-Komunità Õ , inkluż l-impatt fuq l-impjieg; ê 1164/94 (adattat) 3. sommarju ta’ informazzjoni dwar il-programmi implimentati fl-Istati Membri benefiċjarji sabiex jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet ta’ konverġenza ekonomika msemmija f’Artikolu Ö 104 Õ tat-Trattat u dwar l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament; 4. informazzjoni dwar il-konklużjonijiet li tasal għalihom il-Kummissjoni, fir-rigward tas-sospensjoni ta’ finanzjament, minn deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni, bħal dawk imsemmija f’Artikolu 6; 5. il-kontribuzzjoni li l-Fond ikun ta lill-isforzi tal-Istati Membri benefiċjarji sabiex jimplimentaw il-politika ambjentali Komunitarja u sabiex jissaħħu r-rettikolati trans-Ewropej tal-infrastruttura tat-trasport; il-bilanċ bejn proġetti fil-qasam tal-ambjent u proġetti li jirrelataw għall-infrastruttura tat-trasport; 6. stima dwar il-kompatibilità ta’ operazzjonijiet tal-Fond ma’ politiki Komunitarji, inklużi dawk li jikkonċernaw il-protezzjoni ambjentali, it-trasport, il-kompetizzjoni u l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi; 7. il-miżuri meħuda sabiex jiġu assigurati koordinazzjoni u konsistenza bejn proġetti finanzjati mill-Fond u miżuri finanzjati b’ kontribuzzjonijiet mill- budget Komunitarju, mill-BEI u mill-istrumenti finanzjarji oħra tal-Komunità. 8. l-isforzi ta’ investiment tal-Istati Membri benefiċjarji fl-oqsma ta’ protezzjoni ambjentali u l-infrastruttura tat-trasport; 9. l-istudji preparatorji u l-miżuri tekniċi ta’ sostenn finanzjati, inkluża speċifikazzjoni tat-tipi ta’ dawn l-istudji u miżuri; 10. ir-riżultati ta’ stima, monitoraġġ u valutazzjoni ta’ proġetti, inkluża informazzjoni dwar kull aġġustament ta’ proġetti sabiex jaqblu mar-riżultati tal-istima, monitoraġġ u valutazzjoni; 11. il-kontribuzzjoni tal-BEI għall-valutazzjoni tal-proġetti; 12. sommarju ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ kontrolli mwettqa, irregolaritajiet misjuba u proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji fi progress. _____________ é ANNESS III Parti A Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendamenti suċċessivi tiegħu Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 | (ĠU L 130, tal-25.5.1994, p. 1) | Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1264/1999 | (ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 57) | Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1265/1999 | (ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 62) | Parti B Att li jemenda li mhux imħassar 2003 Att ta’ Adeżjoni | _____________ ANNESS IV Tabella Ta’ Korrelazzjoni Regolament (KE) Nru 1164/94 | Dan ir-Regolament | Artikolu 1(1) u (2) | Artikolu 1(1) u (2) | Artikolu 1(3) frażi introduttorja | Artikolu 1(3) frażi introduttorja | Artikolu 1(3) l-ewwel inċiż | Artikolu 1(3)(a) | Artikolu 1(3) it-tieni inċiż | Artikolu 1(3)(b) | Artikolu 1(3) it-tielet inċiż | Artikolu 1(3)(ċ) | Artikolu 2(1) | Artikolu 2(1) | Artikolu 2(2) | – | Artikolu 2(3) | Artikolu 2(2) | Artikolu 2(4) l-ewwel u t-tieni subparagrafi | Artikolu 2(3) l-ewwel u t-tieni subparagrafi | Artikolu 2(4) it-tielet sub-paragrafu | Artikolu 2(2) l-ewwel frażi | Artikolu 2(5) | Artikolu 2(4 | Artikolu 2(6) | Artikolu 2(5) | Artikolu 3(1) frażi introduttorja | Artikolu 3(1) frażi introduttorja | Artikolu 3(1) l-ewwel inċiz | Artikolu 3(1)(a) | Artikolu 3(1) it-tieni inċiz | Artikolu 3(1)(b) | Artikolu 3(2) frażi introduttorja | Artikolu 3(2) frażi introduttorja | Artikolu 3(2) l-ewwel inċiz | Artikolu 3(2)(a) | Artikolu 3(2) it-tieni inċiz | Artikolu 3(2)(b) | Artikolu 3(2) it-tieni inċiz, punt (a) | Artikolu 3(2)(b)(i) | Artikolu 3(2) it-tieni inċiz, punt (b) | Artikolu 3(2)(b)(ii) | Artikolu 3(2, it-tieni inċiz, punt (ċ) | Artikolu 3(2)(b)(iii) | Artikolu 4l-ewwel paragrafu | – | Artikolu 4, it-tieni paragrafu | – | Artikolu 4, it-tielet paragrafu | Artikolu 4, l-ewwel paragrafu | Artikolu 4, ir-raba’ paragrafu | Artikolu 4, it-tieni paragrafu | Artikolu 4, il-ħamest paragrafu | Artikolu 4, it-tielet paragrafu | Artikolu 4, is-sitt paragrafu | Artikolu 4, ir-raba’ paragrafu | Artikolu 4, septième paragrafu | Artikolu 4, il-ħamest paragrafu | Artikoli 5 u 6 | Artikoli 5 u 6 | Artikolu 7(1) | Artikolu 7(1) | Artikolu 7(2) l-ewwel sub-paragrafu | Artikolu 7(2) l-ewwel sub-paragrafu | Artikolu 7(2) it-tieni sub-paragrafu, frażi introduttorja | Artikolu 7(2), it-tieni sub-paragrafu, frażi introduttorja | Artikolu 7(2) it-tieni sub-paragrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 7(2) it-tieni sub-paragrafu, punt (a) | Artikolu 7(2) it-tieni sub-paragrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 7(2) it-tieni sub-paragrafu, punt (b) | Artikolu 7(3) u (4) | Artikolu 7(3) u (4) | Artikoli 8 u 9 | Artikoli 8 u 9 | Artikolu 10( 1) – (4) | Artikolu 10(1) – (4) | Artikolu 10(5) frażi introduttorja | Artikolu 10(5) frażi introduttorja | Artikolu 10(5) l-ewwel inċiż | Artikolu 10(5)(a) | Artikolu 10(5) it-tieni inċiż | Artikolu 10(5)(b) | Artikolu 10(5) it-tielet inċiż | Artikolu 10(5)(ċ) | Artikolu 10(5) ir-raba’ inċiż | Artikolu 10(5)(d) | Artikolu 10(5) il-ħamest inċiż | Artikolu 10(5)(e) | Artikolu 10(6) u (7) | Artikolu 10(6) u (7) | Artikoli 11 – 13 | Artikoli 11 – 13 | Artikolu 14(1) | Artikolu 14(1) | Artikolu 14(2) l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja | Artikolu 14(2) l-ewwel subparagrafu, frażi introduttorja | Artikolu 14(2) l-ewwel subparagrafu, l-ewwel inċiż | Artikolu 14(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a) | Artikolu 14(2) l-ewwel subparagrafu, it-tieni inċiż | Artikolu 14(2) l-ewwel subparagrafu, punt (b) | Artikolu 14(2) it-tieni u it-tielet subparagrafi | Artikolu 14(2) it-tieni u it-tielet subparagrafi | Artikolu 14(3) | Artikolu 14(3) | Artikolu 15 | Artikolu 15 | Artikolu 16(1) | Artikolu 16(1) | Artikolu 16(2) | – | Artikolu 16(3) | Artikolu 16(2) | Artikolu 16(4) | Artikolu 16(3) | Artikolu 16a | Artikolu 17 | – | Artikolu 18 | Artikolu 17 | Artikolu 19 | Anness I | Anness I | Anness II | Anness II | Artikolu A | Artikolu A | Artikolu B(1) | Artikolu B(1) | Artikolu B(2) parti introduttorja | Artikolu B(2) parti introduttorja | Artikolu B(2) l-ewwel inċiż | Artikolu B(2)(a) | Artikolu B(2) it-tieni inċiż | Artikolu B(2)(b) | Artikolu Ċ | Artikolu Ċ | Artikolu D(1) | Artikolu D(1) | Artikolu D(2) frażi introduttorja | Artikolu D(2) frażi introduttorja | Artikolu D(2)(a) | Artikolu D(2)(a) | Artikolu D(2(b) l-ewwel inċiż | Artikolu D(2)(b)(i) | Artikolu D(2(b) it-tieni inċiż | Artikolu D(2)(b)(ii) | Artikolu D(2(b) it-tielet inċiż | Artikolu D(2)(b)(iii) | Artikolu D(2)(b) ir-raba’ inċiż | Artikolu D(2)(b)(iv) | Artikolu D(2)(b) il-ħamest inċiż | Artikolu D(2)(b)(v) | Artikolu D(2)(ċ) | Artikolu D(2)(ċ) | Artikolu D(2)(d) frażi introduttorja | Artikolu D(2)(d) frażi introduttorja | Artikolu D(2)(d) l-ewwel inċiż | Artikolu D(2)(d)(i) | Artikolu D(2)(d) it-tieni inċiż | Artikolu D(2)(d)(ii) | Artikolu D(2)(d) it-tielet inċiż | Artikolu D(2)(d)(iii) | Artikolu D(2)(d) ir-raba’ inċiż | Artikolu D(2)(d)(iv) | Artikolu D(2)(d) il-ħamest inċiż | Artikolu D(2)(d)(v) | Artikolu D(2)(d) is-sitt inċiż | Artikolu D(2)(d)(vi) | Artikolu D( 3) u (4) | Artikolu D(3) u (4) | Artikolu D(4)a | Artikolu D(5) | Artikolu D(5) | Artikolu D(6) | Artikolu D(6) | Artikolu D(7) | Artikolu D(7) | Artikolu D(8) | Artikolu E | Artikolu E | Artikolu F(1) | Artikolu F(1) | Artikolu F(2) parti introduttorja | Artikolu F(2) parti introduttorja | Artikolu F(2) l-ewwel inċiż | Artikolu F(2)(a) | Artikolu F(2) it-tieni inċiż | Artikolu F(2)(b) | Artikolu F(3) | Artikolu F(3) | Artikolu F(4) l-ewwel subparagrafu | Artikolu F(4) l-ewwel subparagrafu | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, frażi introduttorja | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, frażi introduttorja | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punti (a) – (ċ) | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punti (a) – (ċ) | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d), frażi introduttorja | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d), frażi introduttorja | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d), l-ewwel inċiż | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d)(i) | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d), it-tieni inċiż | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d)(ii) | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d), it-tielet inċiż | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d) (iii) | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d), ir-raba’ inċiż | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d) (iv) | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d), il-ħamest inċiż | Artikolu F(4) it-tieni subparagrafu, punt (d) (v) | Artikolu F(5) – (7) | Artikolu F(5) – (7) | Artikoli Ġ – K | Artikoli Ġ – K | Anness għal Anness II | L-Appendiċi ta’Anness II | - | Anness III | - | Anness IV | _____________ [1] KUMM(2003) 352 finali tas-16.6.2003. [2] ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2. [3] Att ta’ Adeżjoni 2003. [4] Ara l-Opinjoni tal-Grupp Konsultattiv tad-29 ta’ Settembru 2003. [5] (Il-Corrigenda tikkonċerna biss il-verżjonijiet bid-Daniż, il-Finlandiż, l-Olandiż, il-Portugiż u l-Isvediż.) [6] ĠU C [...], [...], p. [...]. [7] ĠU C [...], [...], p. [...]. [8] ĠU C [...], [...], p. [...]. [9] ĠU L 130, tal-25.5.1994, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar mill-Att ta’ Adeżjoni 2003. [10] Ara l-Anness III. [11] ĠU L 209, tat-2.8.1997, p. 6. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 1056/2005 (ĠU L 174 7.7.2005, p. 5). [12] ĠU C 236, tat-2.8.1997, p. 1. [13] ĠU C 138, tas-17.5.1993, p. 1. [14] KUMM(92) 46 finali. [15] ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 173/2005 (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 3). [16] ĠU L 310, tat-30.11.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) 1267/2003 (ĠU L 180 18.7.2003, p. 1). [17] ĠU L 209, tat-2.8.1997, p. Ö 1 Õ. [18] ĠU L 228, tad-9.9.1996, p. 1. [19] ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73. [20] ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.