Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52005PC0467

    Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relatata mas-Sena Ewropew tad-djalogu interkulturali (2008) {SEG(2005) 1202}

    /* KUMM/2005/0467 finali - COD 2005/0203 */

    52005PC0467




    [pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

    Brussel 5.10.2005

    KUMM(2005) 467 finali

    2005/0203 (COD)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    relatata mas-Sena Ewropew tad-djalogu interkulturali (2008)

    (preżentata mill-Kummissjoni) {SEG(2005) 1202}

    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    KUNTEST TAL-PROPOSTA |

    110 | Raġunijiet għall-proposta Id-djalogu interkulturali hu magħqud mill-qrib ma’ l-ambizzjoni fundamentali tal-kostruzzjoni Ewropea ta’ tqarrib tal-popli ta’ l-Ewropa. Din il-vokazzjoni ta’ l-Unjoni teħtieġ li d-djalogu jkun iddikjarat prijorità b’mod volontarju, sabiex jistieden liċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea biex jieħdu sehem bis-sħiħ għat-tmexxija tad-diversità tagħna, li hi mogħnija b’realtà aktar u aktar varja, kif ukoll b’tibdiliet miġjuba permezz tal-globalizzazzjoni. Barra min hekk, id-djalogu interkulturali hu strument suxxettibbli li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ sensiela ta’ prijoritajiet strateġiċi għall-Unjoni. Sena Ewropea ddedikata għad-djalogu interkulturali tikkostitwixxi għodda unika ta’ tqanqil ta’ kuxjenza għall-affirmazzjoni ta’ din il-prijorità u l-involviment taċ-ċittadini. |

    120 | Kuntest ġenerali It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jagħtiha l-missjoni li toħloq unjoni kull ma tmur aktar maqgħuda bejn il-popli ta’ l-Ewropa u li tikkontribwixxi għat-twarrid tal-kulturi ta’ l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità tagħhom nazzjonali u reġjonali, tagħti importanza lill-wirt kulturali komuni. Is-suċċess ta’ din il-missjoni jissejjes b’mod qawwi fuq id-djalogu interkulturali. Barra minn hekk, l-effett konġunt tat-tkabbir suċċessiv ta’ l-Unjoni, taż-żieda fil-mobbilità bħala riżultat tas-Suq Uniku, ta’ l-influssi migratorji qodma u ġodda, ta’ l-iskambji l-aktar importanti mal-bqija tad-dinja, permezz tal-kummerċ, l-edukazzjoni, id-divertiment u l-globalizzazzjoni b’mod ġenerali, iżid l-interazzjonijiet fost iċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea u d-diversi kulturi, ilsna, gruppi etniċi u reliġjonijiet fl-Ewropa u bnadi oħra. Iċ-ċittadini Ewropej, u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni temporanjament jew għal dejjem, jistgħu għalhekk jiksbu l-għarfien, kwalifiki u ħiliet li ser jippermettilhom ikollhom x’jaqsmu ma’ ambjent aktar miftuħ, imma wkoll aktar kumpless u li jimmaniġġja d-diffikultajiet u t-tensjonijiet biex jieħu vantaġġ mill-okkażjonijet li soċjetà bħal din toffrilhom, mhux biss fl-Ewropa, imma wkoll fid-dinja. Fil-qalba tal-proġett Ewropew, il-prijorità tingħata lid-djalogu interkulturali msaħħaħ u aktar strutturat, biex jinvolvi flimkien ma’ l-approċċ il-ġdid ta’ djalogu mixtieq mill-Kummissjoni, iċ-ċittadini Ewropej kollha u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari ż-żgħażagħ. Id-djalogu interkulturali jitqies bħala l-għodda privileġġjata għaċ-ċittadini biex immexxu r-realtà kumplessa tas-soċjetajiet tagħna u jiddinamiżawhom. F’dan il-kuntest, jeħtieġ li wieħed iħeġġeġ lill persuni li jgħixu fl-Unjoni li jfittxu b’mod attiv kuntatt ma’ kulturi oħra, kemm f’pajjiżihom kif ukoll barra pajjiżhom, u b’hekk jikkontribwixxu għat-toleranza u għar-rispett reċiproku li huma kondizzjonijiet ewlenin għad-djalogu interkulturali. B’hekk, id-djalogu interkulturali jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ bosta prijoritajiet strateġiċi ta’ l-Unjoni, ’notevolment : billi jirrispeta u jippromwovi d-diversità kulturali fl-Ewropa u jħeġġeġ ċittadinanza Ewropea attiva u miftuħa fuq dinja msejsa fuq il-valuri komuni ta’ l-Unjoni Ewropea; billi jinkludi l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona, li l-ekonomija ta’ għarfien tagħha teħtieġ persuni kapaċi jadattaw għal bidliet u li jieħdu vantaġġ mill-għejun ta’ innovazzjoni possibbli sabiex ikabbru l-prosperità ; billi jiffavorixxi l-impenn ta’ l-Unjoni favur is-solidarjetà, il-ġustizzja soċjali u ’l-koeżjoni msaħħa b’rispett lejn il-valuri komuni fl-Unjoni Ewropea ; billi jippermetti lill-Ewropa li ssemma’ l-vuċi tagħha iżjed fid-dinja u li joħloq sħubijiet effikaċji mal-pajjiżi ġirien, u b’hekk ikabbar iż-żona ta’ stabbiltà u ta’ demokrazija lil hinn mill-Unjoni, u jinfluwenza l-benesseri u s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea. F’dan l-ispirtu, il-Kummissjoni tipproponi li l-2008 tkun iddikjarata Sena tad-djalogu interkulturali. |

    139 | Dispożizzjonijiet fis-seħħ fil-qasam tal-proposta M’hemmx dispożizzjoni fis-seħħ fil-qasam tal-proposta li għandha ’x’taqsam mad-djalogu interkulturali fih innifsu, imma bosta proġetti ffinanzjati f’isem programmi differenti Komunitarji qed jikkontribwixxu direttament jew indirettament għall-iżvilupp ta’ dan id-djalogu. |

    140 | Koerenza ma’ l-istrutturi politiċi l-oħra u l-għanijiet ta’ l-Unjoni Is-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali proposta għall-2008 ser tippreżenta u tikkonkretizza bosta prinċipji fondamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jagħtiha l-missjoni li toħloq unjoni kull ma tmur aktar maqgħuda bejn il-popli ta’ l-Ewropa u li din tikkontribwixxi għat-twarrid tal-kulturi ta’ l-Istati Membri filwaqt li tirrispetta d-diversità tagħhom nazzjonali u reġjonali u tagħti importanza lill-wirt kulturali komuni. Barra minn hekk, dan jistipula li “l-Komunità tikkunsidra l-aspetti kulturalli fl-azzjoni tagħhom f’isem dispożizzjonijiet oħra ta’ dan it-Trattat, sabiex b’mod partikolari tirrispetta u tħeġġeġ id-diversità tal-kulturi tagħha”. Fi qbil mal-Preambolu tal-Karta tad-Drittijiet Fondamentali ta’ l-Unjoni, “l-Unjoni tissejjes fuq il-valuri indiviżibbli u unversali tad-dinjità umana, ’il-libertà, ’l- ugwaljanza u ’l-solidarjetà; tissejjes fuq il-prinċipju ta’ demokrazija u l-prinċipju ta’ l-istat tad-dritt. Tqiegħed il-persuna fil-qalba ta’ l-azzjoni tagħha billi twaqqaf ċittadinanza ta’ l-Unjoni [...] L-Unjoni tikkontribwixxi għall-ħarsien u l-iżvilupp ta’ dawn il-valuri komuni b’rispett lejn id-diversità tal-kulturi u t-tradizzjonijiet tal-popli ta’ l-Ewropa kif ukoll ta’ l-identità nazzjonali ta’ l-Istati Membri”. Is-sena tad-djalogu interkulturali se tikkontribwixxi għat-twettiq ta’ bosta prijoritajiet strateġiċi ta’ l-Unjoni, b’mod partikolari għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona għat-tkabbir u l-impjieg kif ukoll l-impenn ta’ l-Unjoni favur is-solidarjetà, il-ġustizzja u l-koeżjoni msaħħa. Hi ser tippermetti wkoll lill-Ewropa li ssemma’ iżjed il-vuċi tagħha fid-dinja, u b’hekk tkabbar iż-żona ta’ stabbiltà u ’ demokrazija lil hinn mill-Unjoni. Fl-aħħar, id-djalogu interkulturali jagħmel parti mill-approċċ il-ġdid ta’ djalogu u ta’ komunikazzjoni mixtieqa mill-Kummissjoni, billi jikkontribwixxi fid-djalogu maċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea. Għadd importanti ta’ azzjonijiet Komunitarji hu kkonċernat mit-tema ġenerali tad-djalogu interkulturali, għalkemm b’għanijiet u miri differenti. Tnedew jew ġew ippjanati inizjattivi importanti għal dak li għandu x’jaqsam mad-djalogu interkulturali, pereżempju fl-oqsma tal-kultura, it-taħriġ kontinwu, iż-żgħażagħ, iċ-ċittadinanza, il-ġlieda kontra d-diskiriminazzjoni u l-esklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, il-politika ta’ kenn politiku u ta’ l-integrazzjoni ta’ l-immigranti, il-politika awdjoviżiva u r-riċerka. Fir-relazzjonijiet esterni tagħha, il-Komunità Ewropea hi impenjata f’bosta attivitajiet li jikkontribwixxu b’mod sinifikattiv għal promozzjoni tad-djalogu interkulturali. Eżempju notevoli hu s-sħubija Ewro-Meditteranja li tassoċja pajjiżi li huma wkoll pajjiżi importanti ta’ oriġini ta’ immigranti lejn l-UE. Din is-sħubija tinkludi, fost oħrajn, programm ta’ skambju għaż-żgħażagħ u żewġ programmi ta’ djalogu interkulturali dwar il-partimonju u l-medja awdjo-viżivi. L-azzjoni Phare waqqfet fl-2005 il-Fondazzjoni Anna Lindh għad-djalogu bejn il-kulturi f’Lixandra, fl-Eġittu. Is-Sena Ewropea ser tikkostitwixxi okkazjoni sabiex jissaħħaħ dan il-"mainstreaming" fl-għadd ta’ programmi u azzjonijiet Komunitarji rilevanti fl-2008 sabiex ikabbru l-profil u l-impatt ġenerali ta’ dawn l-azzjonijiet fil-qafas tas-Sena. Dan jippermetti li titħeġġeġ dehra koerenti tal-multipliċità ta’ l-azzjonijiet Komunitarji li jikkontribwixxu għad-djalogu interkulturali filwaqt li jiżviluppaw sinerġiji fost il-programmi. Dan ser jippermetti wkoll li jiġu ddiversifikati l-azzjonijiet billi wieħed jisma’ ċ-ċittadin Ewropew u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea fl-ambjenti differenti tiegħu u billi jinvolvihom fit-tfittxija tal-forom ta’ djalogu adattat. B’hekk, l-azzjonijiet tas-Sena jistgħu jissejsu fuq kritika tal-massa tal-proġetti konkreti tad-djalogu interkulturali f’għadd ta’ setturi. Dawn il-proġetti kollha (u l-programmi li jappoġġawhom) ser jibbenefikaw mill-profil supplimentari li s-Sena Ewropea għad-djalogu interkulturali ser tipprovdilhom. It-tħejjija għas-Sena għandha tkun ikkoordinata mill-qrib mat-tħejjija u l-implimentazzjoni tas-Sena Ewropea ta’ l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd fl-2007[1] sabiex ikabbru kemm jistgħu s-sinerġiji u l-komplementarjetà ta’ dawn iż-żewġ inizjattivi. Is-Sena Ewropea tindirizza ruħha ’prinċipalment lill-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea. Il-pajjiżi kandidati ser ikunu assoċjati mill-qrib mas-Sena permezz ta’ inizjattivi oħrajn ta’ promozzjoni tad-djalogu interkulturali li ser ikunu żviluppati fl-oqsfa ta’ kooperazzjoni ta’ djalogu rilevanti, b’mod partikolari fil-qafas tad-djalogu bejn is-soċejtajiet ċivili ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati. Peress li d-djalogu interkulturali fi ħdan l-Unjoni Ewropea hu fondalmentalment marbut ma’ l-isforzi tagħna ta’ promozzjoni tad-djalogu bejn il-kulturi u ċ-ċivilizzazzjonijiet fuq livell nazzjonali, jeħtieġ ukoll li wieħed jieħu ħsieb li jiżgura l-komplementarjetà bejn is-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali u l-għadd ta’ sezzjonijiet esterni ta’ l-inizjattivi ta’ promozzjoni tad-djalogu interkulturali żviluppati fl-oqsfa xierqa mal-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma parti mill-ftehim ŻEE, il-pajjiżi Balkani tal-Punent u l-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea dwar il-Pajjiżi Ġirien (l-ENP). Kwalunkwe inizjattiva ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, notevolmentma’ pajjiżi fi żvilupp, rilevanti għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-għanijiet tad-djalogu interkulturali tas-Sena għandha tkun suġġetta wkoll għal koordinazzjoni mill-viċin. |

    KONSULTAZZJONIJIET TAL-PARTIJIET INTERESSATI U TA’ L-ANALIżIJIET TA’ IMPATT |

    Konsultazzjoni tal-partijiet interessati |

    219 | Id-djalogu interkulturali hu kwistjoni orrizontali li jikkonċerna s-setturi kollha tas-soċjetà. La hemm settur speċjalizzat u lanqas parteċipant li hu speċifiku għalih. M’hemm l-ebda formola diġà lesta jew ambjent privileġġjat għad-djalogu interkulturali. Iċ-ċittadini kollha Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea huma kkonċernati u għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem f’dan id-djalogu. Peress li l-eżistenza u l-karattru reċenti ta’ sensiela diversifikata ta’ konsultazzjonijiet rilevanti, notevolment fil-qafas tat-tħejjija ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ programmi li għandhom x’jaqsmu ma’ edukazzjoni, kultura, żgħażagħ, u ċittadinanza, ma ġiex ġudikat bżonjuż li wieħed jipproċedi lejn eżerċizzju ta’ konsultazzjoni speċifika għas-Sena Ewropea ta’ djalogu interkulturali. |

    Kisba u użu ta’ għarfien espert |

    229 | L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ. |

    230 | Analiżi ta’ impatt L-ebda azzjoni supplimentari : in-nuqqas ta’ azzjoni lil hinn minn dak li diġà twettaq fl-azzjonijiet speċifiċi u settorjali ser ineħħi l-attenzjoni minn fuq il-prijorità politika ta’ l-Unjoni, u fuq kollox ser iżid l-ispejjeż ta’ opportunità : L-azzjonijiet ta’ “mainstreaming” implimentati b’mod sinifikattiv f’bosta oqsma ma jitħallux jilħqu kwantità kritika u profil ġenerali. Il-qasam ta’ djalogu interkulturali jiġi limitat għas-setturi fejn jeżistu programmi xierqa u ma jippermettux esplorazzjoni f’oqsma oħra kif ukoll approċċ trans-settorjali tad-djalogu interkulturali. Ma jippermettux lill-azzjonijiet meħudha s’issa li jilħqu lill-pubbliku lil hinn mill-ambjenti speċifiċi (pereżempju : komunitajiet edukattivi, speċjalisti universitarji, parteċipanti kulturali, eċċ) lil liema huma ħafna drabi konfinati. Ma jippermettux kooperazzjoni akbar, koordinazzjoni u sinerġija bejniethom. L-involviment tal-pubbliku ġenerali u s-soċjetà Ewropea kollha hu magħmul aktar diffiċli. Azzjoni regolamentari: l-Artikolu 151 tat-Trattat jeskludi “kull armonizzazzjoni tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamenti ta’ l-Istati Membru”. B’hekk, kull strument ta’ natura regolamentari għandu jitwarrab. Approċċ orrizontali jew ta’ “mainstreaming”: dan l-approċċ hu diġà implimentat b’mod sinifikattiv f’bosta oqsma u għandu jissokta. Madankollu, din l-għażla ma tippermettix fiha nfisha li tikseb kwantità kritika u importanza biżżejjed. L-għan tad-djalogu interkulturali ser jiġi limitat għas-setturi fejn jeżistu programmi xierqa u li ma jippermettux esplorazzjoni f’oqsma oħra kif ukoll approċċi trans-settorjali. Programm multi-annwali u/jew pjan ta’ azzjoni: s’issa, l-esperjenza wriet li għażla bħal din ser tkun prematura. Bħala l-ewwel pass, jeħtieġ li tiġi eżaminata r-realtà fuq il-post. Il-karattru xieraq ta’ programm multi-annwali jew pjan ta’ azzjoni jista’ jirriżulta minn esperjenza tas-Sena Ewropea imma ma jistax jiġi previst f’dan il-punt. L-għażla proposta hi dik tas-Sena Ewropea msejsa madwar tliet linji ta’ azzjonijiet iffokati fil-qasam ta’ l-implimentazzjoni u l-komunikazzjoni. Dawn il-linji ta’ azzjoni jissejsu fuq l-għana u d-diversità ta’ massa kritika ta’ proġetti konkreti implimentati fl-2008 permezz ta’ programmi u azzjonijiet Komunitarji oħra. |

    231 | Il-Kummissjoni wettqet analiżi ta’ impatt imdaħħla fil-Programm leġiżlattiv u ta’ ħidma tal-Kummissjoni. Ir-rapport tagħha hu disponibbli fuq http://europa.eu.int/comm/dgs/education_culture/evalreports/index_en.htm. |

    ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA |

    305 | Sinteżi ta’ l-għanijiet ta’ l-azzjoni u tal-miżuri proposti L-għanijiet ġenerali tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali huma : Il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali bħala strument li jgħin liċ-ċittadini Ewropej, u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea temporanjament jew għal dejjem, biex jiskbu għarfien, kwalifiki u ħiliet li jippermettulhom jittrattaw ma’ ambjent aktar miftuħ, għalkemm aktar kumpless u li jimmaniġġja d-diffikultajiet biex jieħu vantaġġ mill-okkażjonijet li soċjetà diversa u dinamika bħal din toffrilu, mhux biss fl-Ewropa, imma wkoll fid-dinja Tiftaħ għajnejn iċ-ċittadini Ewropej, u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, lejn l-importanza li jiżvillupaw ċittadinanza Ewropea attiva[2] u miftuħa lejn id-dinja, li tirrispetta d-diversità kulturali u msejsa fuq il-valuri komuni ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ rispett, ta’ dinjità umana, ta’ libertà, ta’ ugwaljanza, ta’ nuqqas ta’ diskriminzazzjoni, ta’ solidarjetà, ta’ prinċipji ta’ demokrazija, u ta’ l-istat tad-dritt kif ukoll tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll id-drittijiet tal-persuna li tagħmel parti mill-minoranzi. L-għanijiet speċifiċi ta’ l-azzjoni ser ikunu li jikkontribwixxu biex Iżżid l-importanza u l-koerenza ta’ l-għadd ta’ programmi u azzjonijiet Komunitarji li jikkontribwixxu għad-djalogu interkulturali. Id-djalogu interkulturali hu ppreżentat b’mod ġenerali permezz ta’ strutturi politiċi u strumenti Komunitarji. L-inizjattivi Komunitarji f’dan il-qasam wasslu għal għadd ta’ proġetti konkreti li jikkonċernaw id-djalogu interkulturali f’diversi aspetti u b’setturi differenti tas-soċjetà. Dawn l-inizjattivi ppermettew ukoll li tiġi involuta s-soċjetà ċivili fit-tfittxija ta’ tipi ta’ djalogi xierqa għall-esperjenzi taċ-ċittadini. Madankollu, l-impatt globali u l-importanza ta’ l-azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam għandhom jissaħħu. B’mod ġenerali, id-djalogu interkulturali jista’ jitqajjem f’kull programm jew azzjoni Komunitarja rilevanti meta dan hu kompatibbli ma’ l-idea u t-tmexxija tagħha. Is-sena għandha tippermetti wkoll li tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta’ l-azzjonijiet Komunitarji rilevanti għall-organizzaturi ta’ proġetti li għandhom x’jaqsmu mad-djalogu interkulturali kif ukoll l-iżvilupp ta’ sinerġiji bejn dawn l-azzjonijiet. Is-Sena ser tikkontribwixxi biex tkabbar il-valur ta’ l-azzjoni Komunitarja f’dan il-qasam u ser tkabbar ukoll il-koerenza u l-effiċjenza. Issaħħaq il-kontribuzzjoni ta’ kulturi differenti lill-wirt u l-istili ta’ ħajjitna ; tiftaħ għajnjen iċ-ċittadini Ewropej u kull persuna li tgħix fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, lejn l-importanza tat-tfittxija ta’ mezzi għall-implimentazzjoni għat-twettiq, permezz ta’ djalogu interkulturali, ta’ ċittadinanza Ewropea attiva u miftuħa lejn id-dinja, li tirrispetta d-diversità kulturali, u msejsa fuq il-valuri komuni fl-Unjoni Ewropea. Tikkontribwixxi għall-innovazzjoni u d-dimensjoni orrizontali u trans-settorjali ta’ l-istrateġiji maħsuba biex iħeġġu d-djalogu interkulturali, b’mod partikolari maż-żgħażagħ. Is-Sena għandha tisħaq b’mod partikolari l-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ l-inizjattivi li jgħaqqdu l-Komunitajiet u setturi differenti tas-soċjetà u jinkludu d-djalogu interkulturali f’perspettiva multipla. Peress li tiffavorixxi din il-kooperazzjoni trans-settorjali, is-Sena qiegħda tikkontribwixxi indirettament għall-iskambju ta’ prassi tajbin u ta’ esperjenzi bejn is-setturi għal dak li għandu x’jaqsam mal-promozzjoni tad-djalogu interkulturali. Is-sena ser tiżviluppa madwar tliet tipi ta’ azzjonijiet, li ser jikkostitwixxu l-għanijiet tat-tħaddim. Azzjonijiet fuq livell Komunitarju: kampanja ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni ta’ l-għanijiet tas-Sena Ewropea (kif ukoll il-lokalizzazzjoni tagħha fuq livell nazzjonali), stħarriġ u studji fuq livell Komunitarju, sabiex jevalwaw u jagħmlu rapport dwar it-tħejjija, l-effiċjenza, l-impatt u l-immonitorjar fit-tul tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali. Sussidju ta’ azzjonijiet fuq livell Komunitarju: numru limitat ta’ azzjonijiet simboliċi fuq livell Ewropew maħsuba għall-għarfien, b’mod partikolari taż-żgħażagħ, għall-għanijiet tas-Sena Ewropea jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna Komunitarja, b’massimu ta’ 80 % ta’ l-infiq totali . Kofinanzjament ta’ azzjonijiet fuq livell nazzjonali li għandhom dimensjoni kbira Ewropea: azzjonijiet fuq livell nazzjonali jistgħu jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa biex jibbenefikaw minn għajnuna Komunitarja, b’kompetizzjoni ta’ 50% ta’ l-infiq totali massima. Il-Komunità tista’ toffri appoġġ mhux finanzjarju, kif ukoll l-awtorizzazzjoni miktuba għall-użu tal-logo u materjali oħra assoċjati mas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali, għal inizjattivi ta’ l-entitajiet pubbliċi jew privati, sakemm dawn ta’ l-aħħar jistgħu jiggarantixxu lill-Kummissjoni li l-inizjattivi kkonċernati huma jew ser jitwettqu tul is-sena 2008 u huma suxxetibbli li jikkontribwixxu b’mod sensittiv għat-twettiq ta’ l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali. L-inizjattivi organizzati f’pajjiżi terzi flimkien jew b’kooperazzjoni mas-Sena, mingħajr ma jkunu megħjuna finanzjarjament mis-Sena, jistgħu jibbenefikaw mill-għajnuna mhux finanzjarja tal-Komunità u l-użu tal-logo u l-għodda oħra assoċjati mas-Sena. |

    310 | Bażi legali Artikolu 151 KE. |

    320 | Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-prinċipju tas-sussidjarjetà japplika fil-każ li l-proposta ma taffettwax qasam rilevanti tal-kompetenza esklussiva tal-Komunità. |

    L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jitwettqu b’mod suffiċjenti b’azzjoni waħedha mill-Istati Membri minħabba r-raġunijiet li ġejjin : |

    321 | Il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali jeħtieġ azzjoni fuq aspetti differenti u fuq għadd ta’ livelli, f’oqsma fejn l-awtoritajiet nazzjonali u lokali għandhom kompetenza mferrxa (notevolment fis-setturi tal-politika kulturali u ta’ l-edukazzjoni) Il-Komunità għandha rwol komplementarju safejn l-azzjoni tagħha, filwaqt li tkun iffokata fuq iċ-ċittadin individwali, ikollha aktar effetti fuq livell Komunitarju milli fuq livell ta’ l-Istati Membri. Fil-fatt, azzjoni fuq livell nazzjonali biss tirriskja li tillimita l-qasam ta’ djalogu interkulturali u ma tqisx biżżejjed id-dimensjoni taċ-ċittadinanza Ewropea marbuta ma’ dan id-djalogu. |

    L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jitwettqu minn azzjoni tal-Komunità minħabba r-raġunijiet li ġejjin : |

    324 | Fil-qafas ta’ l-implimentazzjoni tal-programmi Komunitarji rilevanti, id-djalogu interkulturali ser jiġi ttratat kull meta jkun possibbli. Dan it-tisħiħ tal-“mainstreaming” tad-djalogu interkulturali fil-programmi Komunitarji ser jippermetti mhux biss li massa kritika tal-proġetti u inizjattivi ta’ djalogu interkulturali fuq livell Ewropew ikunu disponibbli imma ser jipprovdi wkoll sensiela ta’ netwerks għall-involviment tal-pubbliku inġenerali. |

    325 | Is-Snin Ewropej huma maħsuba tipikament sabiex jippermettu l-involviment ta’ varjetà akbar ta’ pubbliku sabiex iqanqlu kuxjenza dwar tema speċifika. Il-parteċipazzjoni kbira f’qafas ta’ ħin limitat jista’ jikkontribwixxi biex ikabbar il-valur tal-prijoritajiet politiċi ta’ l-Unjoni. |

    327 | Minbarra l-effetti mġarrba minħabba dan it-tisħiħ tal-"mainstreaming" tad-djalogu interkulturali fi ħdan il-prgrammi Komunitarji, is-Sena Ewropew tad-djalogu interkulturali ser tiffoka fuq l-azzjonijiet Komunitarji b’valur qawwi miżjud , li jħallu f-idejn l-Istati Membri sabiex jimmobbilizaw il-parteċipanti fuq livell reġjonali u lokali skond ir-realtajiet tagħhom. |

    Prinċipju ta’ proporzjonalità |

    331 | Peress li s-Sena tissejjes fuq il-kwantità kritika ta’ proġetti appoġġati mill-programmi Komunitarji, azzjoni sinifikattiva ta’ implimentazzjoni Komunitarja tista’ tinkiseb mis-Sena b’baġit stimat ta’ 10 miljuni €. Id-dinamika msawwra mis-Sena għandha tqajjem mobilizzazzjonijiet finanzjarji supplimentari. L-azzjonijiet ta’ appoġġ mhux finanzjarju jistgħu jintużaw biex ikabbru n-numru ta’ azzjonijiet li jużaw l-għodda ta’ komunikazzjoni tas-Sena u b’hekk ikabbru l-importanza tagħha. Is-sena ma tillimita bl-ebda mod l-azzjoni fuq livell nazzjonali u toqgħod lura milli tagħtiha impulsjoni Komunitarja. Barra minn hekk, il-metodi ta’ ndħil adottati huma sempliċi u ma jimponu l-ebda xkiel ta’ tmexxija disporporzjonata għall-amministrazzjonijiet responsabbli mill-implimentazzjoni tas-Sena. L-azzjonijiet maħsuba hawnhekk u l-finanzjament tagħhom ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet, skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità. |

    Għażla ta’ l-istrumenti |

    342 | Il-kwistjoni tad-djalogu interkulturali mhix suġġetta għal azzjonijiet normattivi. Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tikkostitwixxi l-istrument l-aktar xieraq għat-twaqqif ta’ qafas xieraq għall-iżvilupp. |

    IMPATT TAL-BAġIT |

    401 | Il-baġit stipulat għas-sena hu ta’ 10 miljun €. |

    1. 2005/0203 (COD)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    relatata mas-Sena Ewropew tad-djalogu interkulturali (2008)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 151(5) l-ewwel inċiż tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[3]

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[4]

    Wara li kkunisdraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-reġjuni[5]

    li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251 tat-Trattat[6]

    billi:

    (1) It-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jagħtiha l-missjoni li toħloq unjoni kull ma tmur aktar mqarrba fost il-popli ta’ l-Ewropa u li tikkontribwixxi għat-twarrid tal-kulturi ta’ l-Istati Membri filwaqt li tirrispetta d-diversità tagħhom nazzjonali u reġjonali u tagħti importanza lill-wirt kulturali komuni.

    (2) L-effett konġunt tat-tkabbir suċċessiv ta’ l-Unjoni, taż-żieda fil-mobbilità bħala riżultat tas-Suq Uniku, ta’ l-influssi migratorji qodma u ġodda, ta’ l-iskambji l-aktar importanti mal-bqija tad-dinja, permezz tal-kummerċ, l-edukazzjoni, id-divertiment u l-globalizzazzjoni b’mod ġenerali, iżidu l-interazzjonijiet bejn iċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea u d-diversi l-kulturi, ilsna, gruppi etniċi, reliġjonijiet fl-Ewropa u bnadi oħra.

    (3) Iċ-ċittadini Ewropej, u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni temporanjament jew għal dejjem, jistgħu jiksbu l-għarfien, kwalifiki u ħiliet li ser jippermettilhom li jittrattaw ma’ ambjent aktar miftuħ, imma wkoll aktar kumpless u li jimmaniġġjaw id-diffikultajiet u t-tensjonijiet biex jieħdu vantaġġ mill-okkażjonijiet li soċjetà bħal din toffrilhom, mhux biss fl-Ewropa, imma wkoll fid-dinja.

    (4) Fil-qalba tal-proġett Ewropew, id-djalogu interkulturali jitqies bħala l-għodda privileġġata għaċ-ċittadini biex immexxu r-realtà kumplessa tas-soċjetajiet tagħna u jiddinamiżahom.

    (5) Id-djalogu interkulturali jikkontribwixxi għat-twettiq ta’ bosta prijoritajiet strateġiċi ta’ l-Unjoni, notevolment :

    - billi jirrispetta u jippromwovi d-diversità kulturali fl-Ewropa, u billi jistabbilixxi ċittadinanza Ewropea attiva msejsa fuq il-valuri komuni fl-Unjoni Ewropea ;

    - billi jinkludi l-istrateġija mġedda ta’ Liżbona, li l-ekonomija ta’ għarfien tagħha teħtieġ persuni kapaċi li jadattaw għal bidliet u li jieħdu vantaġġ mill-għejun ta’ innovazzjoni possibbli sabiex ikabbru l-prosperità ;

    - billi jiffavorixxi l-impenn ta’ l-Unjoni favur is-solidarjetà, il-ġustizzja soċjali u l-koeżjoni msaħħa u filwaqt li jirrispetta l-valuri komuni fl-Unjoni Ewropea ;

    - billi jippermetti lill-Ewropa li ssemma’ l-vuċi tagħha iżjed fid-dinja u li toħloq sħubijiet effikaċji mal-pajjiżi ġirien, u b’hekk tkabbar iż-żona ta’ stabbiltà u ta’ demokrazija lil hinn mill-Unjoni, u tinfluwenza l-benesseri u s-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea.

    (6) Id-djalogu interkulturali jikkostitwixxi dimensjoni importanti ta’ bosta setturi politiċi u strumenti Komunitarji, fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni, taż-żgħażagħ, tal-kultura, taċ-ċittadinanza u ta’ l-isport, tal-ġlieda kontra d-diskiriminazzjonijiet u l-esklużjoni soċjali, it-taħriġ kontinwu, il-ġlieda kontra r-razziżmu u l-ksenofobija, tal-politika ta’ kenn politiku u ta’ integrazzjoni ta’ l-immigranti, tal-politika awdjoviżiva u tar-riċerka. Jikkostitwixxi fl-istess ħin fattur li kull ma jmur jikber fir-relazzjonijiet esterni ta’ l-Unjoni Ewropea b’mod partikolari fir-rigward tal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni, tal-pajjiżi Balkani tal-Punent u tal-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea dwar il-Pajjiżi Ġirien (l-ENP)[7].

    (7) Billi jibni fuq dawn is-sisien diversifikati b’esperjenzi u inizjattivi Komunitarji, jeħtieġ li jinvolvi kull ċittadin u s-soċjetà Ewropea bis-sħiħ fi proċess ta’ djalogu interkulturali.

    (8) Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-kunċett ta’ “ċittadinanza Ewropea attiva” ma jikkonċernax biss iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea kif iddefinit fl-Artikolu 17 tat-Trattat ta’ l-Unjoni, imma kull persuna li tgħix temporanjament jew għal dejjem fl-Unjoni Ewropea.

    (9) Il-valuri komuni ta’ l-Unjoni Ewropea huma dawk iddefiniti fl-Artikolu 6.1 tat-Trattat ta’ l-Unjoni.

    (10) Jeħtieġ li tiġi żgurata l-komplementarjetà ma’ l-għadd ta’ azzjonijiet Komunitarji, nazzjonali, reġjonali u lokali li jinkludu dimensjoni qawwija fid-djalogu interkulturali. Is-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali għandha tippermetti li żżid l-importanza u l-koerenza tagħhom filwaqt li tikkontribwixxi għall-innovazzjoni u d-dimensjoni orrizontali u trans-settorjali ta’ l-approċċi li għandhom l-għan jippromwovu d-djalogu interkulturali.

    (11) Jeħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn is-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali u l-għadd ta’ setturi esterni ta’ l-inizjattivi ta’ promozzjoni tad-djalogu interkulturali żviluppati fl-oqsfa xierqa mal-pajjiżi ta’ l-EFTA li jagħmlu parti mill-ftehim ŻEE, il-pajiżi Balkani tal-Punent u l-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea dwar il-Pajjiżi Ġirien (l-ENP). Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà ma’ kull inizjattiva oħra ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw, li huma rilevanti għall-għanijiet tad-djalogu interkulturali għas-Sena Ewropea.

    (12) Din id-Deċiżjoni tindirizza ruħha lill-Istati Membri. Il-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni għandhom ikunu assoċjati mill-qrib fl-azzjonijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali permezz ta’ inizjattivi ta’ promozzjoni tad-djalogu interkulturali li ser ikunu żviluppati fl-oqsfa ta’ kooperazzjoni ta’ djalogu rilevanti, b’mod partikolari fil-qafas tad-djalogu bejn is-soċjetajiet ċivili ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati[8].

    (13) Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi għat-tul kollu ta’ l-azzjoni, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi għall-awtorità tal-baġit ir-referenza privileġġata, skond il-punt 33 tal-ftehim interistituzzjonali tas-6 ta’ Mejju 1999 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, dwar id-dixxiplina tal-baġit u t-titjib tal-proċedura tal-baġit[9].

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju ta’ kompetenzi ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni. Kumitat konsultattiv hu b’hekk meqjus xieraq għat-tip u għad-daqs ta’ l-azzjoni maħsuba.

    Peress li l-għanijiet ta’ l-azzjoni maħsuba ma jistgħux jitwettqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba l-bżonn, notevolment, tas-sħubijiet multilaterali u l-iskambji transnazzjonali fuq livell Komunitarju u b’hekk jistgħu, minħabba d-daqs ta’ l-azzjoni, jitwettqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tieħu l-miżuri, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta’ proporzjonalità kif imsemmi f’dan l-Artikolu, din id-deċiżjoni ma tmux lil hinn minn dak li jeħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet.

    ADOTTAW DIN ID-DECIZJONI:

    Artikolu 1 Għan

    Is-Sena 2008 hi ddikjarata “Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali”.

    Artikolu 2 Għanijiet

    1. L-għanijiet ġenerali tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali huma li jikkontribwixxu għal :

    - promozzjoni tad-djalogu interkulturali bħala strumenti li jgħinu liċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni temporanjament jew għal dejjem, biex jiksbu l-għarfien, il-kwalifiki u l-ħiliet li ser jippermettulhom jittrataw ma’ ambjent aktar miftuħ, għalkemm aktar kumpless u li jimmaniġġaw id-diffikultajiet biex jieħdu vantaġġ mill-okkażżjonijiet offruti minn soċjetà diversa u dinamika, mhux biss fl-Ewropa, imma wkoll fid-dinja;

    - tqanqal il-kuxjenza taċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea għall-importanza ta’ l-iżvilupp ta’ ċittadinanza Ewropea attiva u miftuħa fuq id-dinja li tirrispetta d-diversità kulturali u msejsa fuq valuri komuni fl-Unjoni Ewropea ta’ rispett tad-dinjità umana, il-libertà, l-ugwaljanza, in-nuqqas ta’ diskriminazzjoni, is-solidarjetà, il- prinċipji ta’ demokrazija, u ta’ l-istat tad-dritt kif ukoll tar-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll tad-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi.

    2. L-għanijiet speċifiċi tas-Sena Ewropew tad-djalogu interkulturali għandhom l-għan li:

    - ikabbru l-importanza u l-koerenza tal-programmi u azzjonijiet kollha Komunitarji li jikkontribwixxu għad-djalogu interkulturali ;

    - isaħqu l-kontribuzzjoni tal-kulturi differenti lill-wirt u lill-istili ta’ ħajjitna ; jqanqlu l-kuxjenza taċ-ċittadini Ewropej u dawk kollha li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, għall-importanza tat-tfittxija ta’ mezzi sabiex jiġi implimentat t-twettiq, permezz ta’ djalogu interkulturali ta’ ċittadinanza Ewropea attiva u miftuħa fuq id-dinja, li tirrispetta d-diversità kulturali u msejsa fuq valuri komuni fl-Unjoni Ewropea.

    - jikkontribwixxu għall-innovazzjoni u għad-dimensjoni orrizontali u trans-settorjali ta’ l-approċċi li għandhom l-għan jippromwovu d-djalogu interkulturali, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ.

    Artikolu 3 Kontenut tal-miżuri

    Il-miżuri meħuda sabiex jitwettqu l-għanijiet definiti fl-Artikolu 2 huma ddettaljati fl-Anness.

    Huma jinkludu l-implimentazzjoni ta’ l-attivitajiet li ġejjin jew l-għotja ta’ appoġġ għalihom:

    2. kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni, notevolment b’kooperazzjoni mal-medja, fuq livell Komunitarju u nazzjonali biex ixandru l-messaġġi ewlenin li għandhom x’jaqsmu ma’ l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali ;

    3. avvenimenti u inizjattivi fuq livell Ewropew li għandhom l-għan li jippromwovu d-djalogu interkulturali, u li jenfasizzaw it-twettiq u l-esperjenzi dwar it-temi tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali ;

    4. avvenimenti u inizjattivi meħuda fuq livelli nazzjonali u li għandhom dimensjoni kbira Ewropea bl-għan li jippromwovu l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali ;

    5. stħarriġ u studji fuq livell Komunitarju jew nazzjonali sabiex jiġi evalwat u jitwettaq rapport dwar it-tħejjija, l-effiċjenza, l-impatt u l-immonitorjar fit-tul tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali.

    Artikolu 4 Implimentazzjoni

    Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni huma adottati skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 6(2).

    Artikolu 5 Kooperazzjoni ta’ l-Istati Membri

    Kull Stat Membru jaħtar entità nazzjonali ta’ koordinazzjoni, jew entità amministrattiva ekwivalenti, responsabbli li torganizza l-parteċipazzjoni ta’ dan l-Istat għas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali. Kull Stat Membru jiżgura li din l-entità tinvolvi b’mod xieraq il-partijiet differenti tad-djalogu interkulturali fuq livell nazzjonali. Din l-entità tiżgura l-koordinazzjoni, fuq livell nazzjonali, ta’ l-azzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali.

    Artikolu 6 Kumitat

    1. Il-Kummissjoni hi megħjuna minn Kumitat.

    2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 3 u 7 ta-Deċiżjoni 1999/468/KE japplikaw, b’qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 8 ta’ din id-Deċiżjoni.

    3. Il-Kumitat jadotta r-Regolament intern tiegħu.

    Artikolu 7 Dispożizzjonijiet finanzjarji

    1. Il-miżuri li huma mifruxa mal-Komunità kollha msemmija fil-Parti A ta’ l-Anness iwasslu għal kuntratt pubbliku jew għall-għotja ta’ sussidji finanzjarji fuq il-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

    2. Il-miżuri mifruxa mal-Komunità kollha msemmija fil-Parti B ta’ l-Anness jistgħu jiġu ssussidjati, sa 80% ta’ l-infiq totali massima fuq il-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

    3. Il-miżuri msemmija fil-Parti C ta’ l-Anness jistgħu jiġu ssussidjati, sa 50% ta’ l-infiq totali, fuq il-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 8.

    Artikolu 8 Proċedura ta’ introduzzjoni u ta’ għażla tat-talbiet

    1. Id-deċiżjonijiet ta’ għotja ta’ sussidji jittieħdu mill-Kummissjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 6(2). Il-Kummissjoni tiżgura tqassim ibbilanċjat fost l-Istati Membri u fost l-oqsma differenti ta’ attivitajiet ikkonċernati.

    2. It-talbiet ta’ sussidju, ippreżentati skond l-Artikolu 7(3), huma ppreżentati lill-Kummissjoni mill-entità msemmija fl-Artikolu 5.

    Artikolu 9 Organizzazzjonijiet internazzjonali

    Il-Kummissjoni tista’ tikkoopera ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali xierqa għall-finijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali.

    Artikolu 10 Ir-rwol tal-Kummissjoni

    1. Il-Kummissjoni tiżgura l-koerenza fost il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni u l-azzjonijiet u inizjattivi Komunitarji oħra.

    2. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb li l-pajjiżi kandidati jinvolvu ruħhom fis-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali billi tenfasizza fuq il-parteċipazzjoni tagħhom għal għadd ta’ programmi Komunitarji li fihom dimensjoni ta’ djalogu interkulturali u billi tiżviluppa inizjattivi speċifiċi fl-oqsfa xierqa, b’mod partikolari fil-qafas tad-djalogu bejn is-soċjetajiet ċivili ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati.

    3. Il-Kummissjoni tiżgura l-kumplementarjetà bejn il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali u l-inizjattivi suxxetibbli li jkunu żviluppati fl-oqsfa ta’ kooperazzjoni u ta’ djalogu rilevanti, mal-pajjiżi ta’ l-EFTA li huma parti mill-ftehim ŻEE, il-pajjiżi Balkani tal-Punent u l-pajjiżi msieħba tal-Politika Ewropea tal-Pajjiżi Ġirien (l-ENP).

    Artikolu 11 Baġit

    1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2008 hu stabbilit għal 10 miljuni euros.

    2. L-approprjazzjonijiet annwali huma awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limitu tal-perspettivi finanzjarji.

    Artikolu 12 Ħarsien ta’ l-interessi finanzjarji Komunitarji

    1. Il-Kummissjoni tieħu ħsieb li, meta l-azzjonjiet iffinanzjati fil-qafas ta’ din id-Deċiżjoni huma implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità huma mħarsa mill-applikazzjoni tal-miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korrużjoni u kull attività oħra illegali, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-ħlas lura ta’ l-ammonti mħallsa bla ġustifikazzjoni, u, meta jsiru irregolarjitajiet, permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ penalitajiet effettivi, proporzjonati u dissważivi, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (KE, Euratom) Nru 2988/95 u (Euratom, KE) tal-Kunsill Nru 2185/96, u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

    2. Rigward l-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati fil-qafas ta’ din id-Deċiżjoni, għandu jkun mifhum b’irregularità fis-sens ta’ l-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 kull vjolazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kull vjolazzjoni ta’ obbligazzjoni ta’ kuntratt li tirriżulta minn att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku li għandha jew ikollha bħala effett li twassal għal ħsara fil-baġit ġenerali tal-komunitajiet jew fil-baġits immexxija minnhom, minħabba spiża li ma kellhix issir.

    3. Il-Kummissjoni għandha tnaqqas, tissospendi jew treġġa’ lura l-ammont ta’ appoġġ finanzjarju favur azzjoni jekk issib irregolaritajiet, notevolment in-nuqqas ta’ rispett tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, tad-deċiżjoni individwali jew ta’ kuntratt li jagħti l-appoġġ finanzjarju kkonċernat, jew jekk jidher li, għalkemm l-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma ġietx mitluba, l-azzjoni kienet suġġetta għal modifikazzjoni importanti inkompatibbli mat-tip jew mal-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni ta’ l-azzjoni msemmija.

    4. Jekk id-dati ta’ l-għeluq ma ġewx imħarsa jew jekk it-twettiq ta’ azzjoni jippermetti li parti biss mill-appoġġ jingħata, il-Kummissjoni titlob lill-benefiċjarju li jippreżentalha l-osservazzjonijiet tiegħu fiż-żmien stipulat. Jekk dan ta’ l-aħħar ma jipprovdix ġustifikazzjoni valida, il-Kummissjoni tista’ twaqqaf milli tagħti l-bqija ta’ l-appoġġ finanzjarju u titlob lura l-ammonti li diġà tħallsu.

    5. Kull ammont mħallas bla ġustifikazzjoni għandu jingħata lura lill-Kummissjoni. L-ammonti li ma jingħatawx lura fiż-żmien previst huma miżjuda b’interessi fuq id-dewmien skond il-kondizzjonijiet stipulati mir-Regolament Finanzjarju.

    Artikolu 13 Superviżjoni

    1. Il-benefiċjarju jippreżenta rapporti tekniċi u finanzjarji dwar l-istat ta’ progress tal-ħidmiet għal kull azzjoni ffinanzjata fil-qafas ta’ din id-Deċiżjoni. Għandu jiġi ppreżentat ukoll rapport finali fi żmien tliet xhur wara t-twettiq ta’ l-azzjoni. Il-Kummissjoni tiddetermina l-forma u l-kontenut tar-rapporti.

    2. Tul ħames snin wara l-ħlas finali relatat ma’ kwalunkwe azzjoni, il-benefiċjarju ta’ l-appoġġ finanzjarju jżomm għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni kull dokument ġustifikattiv relatat ma’ l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu ma’ l-azzjoni.

    3. Il-Kummissjoni tieħu kull miżuri meħtieġa biex tivverifika li l-proġetti ffinanzjarji huma mmexxija kif suppost u fi qbil mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni u tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euraton) Nru 1605/2002, tal-25 ta’ Ġunju 2002).

    Artikolu 14 Immonitorjar u evalwazzjoni

    Il-Kumissjoni tippreżenta sal-31 ta’ Diċembru 2009, rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill,il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar l-implimentazzjoni, ir-riżultati u l-evalwazzjoni globali tal-miżuri previsti fl-Artiklu 3 ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 15 Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva tidħol b’seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea .

    Artikolu 16

    Din id-Direttiva għandha tiġi indirizzata lill-Istati Membri kollha.

    Magħmula fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

    Il-President Il-President

    ANNESS

    MIŻURI INDIKATI FL-ARTIKOLU 3

    A) AZZJONIJIET FUQ LIVELL KOMUNITARJU

    1) Kampanji ta’ tagħrif u ta’ promozzjoni li jinkludu:

    6. ħolqien ta’ logo u ta’ slogans għas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali, li ser ikunu assoċjati ma’ kull attività marbuta ma’ din;

    7. kampanja ta’ tagħrif fuq livell Komunitarju u l-lokalizzazzjoni tiegħu fuq livell nazzjonali;

    8. kooperazzjoni mas-settur privat, l-entitajiet tax-xandir tar-radju u medja oħra bħala msieħba biex ixandru t-tagħrif dwar is-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali ;

    9. il-produzzjoni ta’ għodda jew għajnuna maħsuba li jħeġġu l-interess tal-pubbliku u li jistgħu jinkisbu fil-Komunità kollha;

    10. miżuri xierqa li jgħarrfu r-riżultati u jsaħħu l-importanza tal-programmi, azzjonijiet u inizjattivi Komunitarji li jikkontribwixxu għall-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali;

    11. inizjattivi xierqa ta’ l-istituzzjonijiet edukattivi kif ukoll il-pubbliku ġenerali bl-għan li jixxandar it-tagħrif dwar is-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali;

    12. l-implimentazzjoni ta’ websajt ta’ tagħrif, fuq il-websajt Europa, kif ukoll portall għall-organizzaturi ta’ proġetti relatati mad-djalogu interkulturali, sabiex imexxuhom fost il-programmi differenti u azzjonijiet Komunitarji rilevanti.

    2) Azzjonijiet oħra:

    Stħarriġ u studji fuq livell Komunitarju, sabiex jiġi evalwat u jitwettaq rapport dwar it-tħejjija, l-effiċjenza, l-impatt u l-immonitorjar fit-tul tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali.

    3) B’mod ġenerali l-finanzjament se jieħu l-forma ta’ xiri dirett ta’ beni u servizzi permezz ta’ sejħiet ta’ offerti miftuħa u/jew limitati. Jista’ jieħu wkoll il-forma ta’ sussidji.

    B) KOFINANZJAMENT TA’ AZZJONIJIET FUQ LIVELL KOMUNITARJU

    Numru limitat ta’ azzjonijiet simboliċi fuq livell Ewropew maħsuba għall-għarfien, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, ta’ l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali jistgħu jibbenefikaw minn sussidju Komunitarju, li jista’ jlaħħaq massimu ta’ 80 % ta’ l-ispejjeż totali .

    Dawn l-azzjonijiet jistgħu notevolment jinkludu avvenimenti, kif ukoll avveniment Komunitarju ta’ ftuħ u ta’ għeluq tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali b’kooperazzjoni mal-presidenzi fil-kariga tul is-sena 2008 .

    C) KOFINANZJAMENT TA’ AZZJONIJIET FUQ LIVELL KOMUNITARJU

    Azzjonijiet fuq livell nazzjonali li għandhom dimensjoni kbira Ewropea jistgħu jissodisfaw il-kondizzjonijiet meħtieġa biex jibbenefikaw minn għajnuna Komunitarja, b’ħlas massimu 50% ta’ l-infiq totali .

    Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkollhom x’jaqsmu notevolment mal-kofinanzjament ta’ inizjattiva nazzjonali mill-Istati Membri.

    D) AZZJONIJIET LI MA JIBBENEFIKAW MILL-EBDA GĦAJNUNA FINANZJARJA KOMUNITARJA

    Il-Komunità tista’ toffri appoġġ mhux finanzjarju, kif ukoll l-awtorizzazzjoni miktuba għall-użu tal-logo, meta jkun lest u materjali oħra assoċjati mas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali, għal inizjattivi ta’ l-entitajiet pubbliċi jew privati, sakemm dawn ta’ l-aħħar jistgħu jiggarantixxu lill-Kummissjoni li l-inizjattivi kkonċernati huma jew ser jitwettqu tul is-sena 2008 u huma suxxetibbli li jikkontribwixxu b’mod sensittiv għat-twettiq ta’ l-għanijiet tas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali. L-inizjattivi organizzati f’pajjiżi terzi flimkien jew b’kooperazzjoni mas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali, mingħajr ma jkunu megħjuna finanzjarment mis-Sena, jistgħu jibbenefikaw ukoll mill-għajnuna mhux finanzjarja tal-Komunità u l-użu tal-logo u materjal oħra assoċjati mas-Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali.

    DIKJARAZZJONI LEĠIZLATTIVA FINANZJARJA

    1. ISEM TAL-PROPOSTA : Sena Ewropea tad-djalogu interkulturali

    2. QAFAS ABM/ABB (tmexxija/ twaqqif ta’ baġit skond l-attivitajiet)

    Qasam(Oqsma) politiku(ċi) u attività(jiet) assoċjata(i):

    Qasam politiku: Edukazzjoni u Kultura

    Attività: Kultura u ilsna

    3. LINJI TAL-BAĠIT

    3.1. Linji tal-baġit (linji ta’ tħaddim u linji marbuta ta’ għajnuna teknika u amministrattiva (il-linji BA l-qodma)), kif ikoll l-intestaturi tagħhom:

    15.04.02.04 Sena Ewropea tad-Djalogu Interkulturali

    3.2. Tul ta’ l-azzjoni u impatt finanzjarju:

    01.01.2007 – 31.12.2008

    3.3. Karattersitiċi tal-baġit (żied il-linji fejn meħtieġ):

    Linji tal-Baġit | Tip ta’ nfiq | Ġdid | Parteċipazzjoni EFTA | Parteċipazzjoni pajjiżi kandidati | Intestatura fil-Perspettiva Finanzjarja |

    15.04.02.04 | NCE | NDA | IVA | LE | LE | 3 |

    4. SINTEŻI TAR-RIŻORSI

    4.1. Riżorsi finanzjarji

    4.1.1. Sinteżi ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ impenn (l-AI) u ta’ l-approprjazzjonijiet ta’ ħlas (l-AĦ) bi prezzijiet attwali

    miljun euro (sa tliet skali deċimali)

    Tip ta’ nfiq | Taqsima Nru | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | n+4 u wara | Total |

    Spejjeż ta’ tħaddim [10] |

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn (l-AI) | 8.1 | a | 3,000 | 7,000 | 10,000 |

    Approprjazzjonijiet ta’ ħlas (l-AĦ) | b | 1.200 | 4,600 | 4,200 | 10,000 |

    AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn (l-AI) | a+c | 3,000 | 7,000 | 10,000 |

    Approprjazzjonijiet ta’ ħlas (l-AĦ) | b+c | 1,200 | 4,600 | 4,200 | 10,000 |

    Spejjeż amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza [11] |

    Riżorsi umani u spejjeż konnessi (l-NDA) | 8.3.4 | d | 0.378 | 0.432 | 0.108 | 0.918 |

    Infiq amministrattiv għajr ir-riżorsi umani u spejjeż konnessi, minbarra l-ammont ta’ referenza (l-NDA) | 8.3.5 | e | 0,026 | 0,064 | 0,016 | 0,106 |

    Total indikattiv ta’ l-ispejjeż ta’ l-azzjoni

    TOTAL tal-KE kif ukoll l-ispejjeż tar-riżorsi umani | a+c+d+e | 3,404 | 7,496 | 0,124 | 11,024 |

    TOTAL tal-PA kif ukoll l-ispejjeż tar-riżorsi umani | b+c+d+e | 1,604 | 5,096 | 4,324 | 11,024 |

    miljun euro (sa 3 skali deċimali)

    4.1.2. Kompatibbiltà ma’ l-ipprogrammar finanzjarju

    x Din il-proposta hi kompatibbli mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ta’ l-14 ta’ Lulju dwar il-perspettivi finanzjarji 2007-2013, COM(2004)487 finali.

    ( Din il-proposta teħtieġ programmazzjoni mill-ġdid ta’ l-intestatura kkonċernata tal-perspettivi finanzjarji.

    ( Din il-proposta tista’ teħtieġ użu tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim interistituzzjonali [12] (li għandhom x’jaqsmu ma’ l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettivi finanzjarji).

    4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-dħul

    x Proposta mingħajr impatt finanzjarju fuq id-dħul

    ( Impatt finanzjarju – L-effett fuq id-dħul hu dan li ġej:

    4.2. Riżorsi umani l-FTE (li jinkludi uffiċjali, persunal temporanju u estern – ara d-dettalji taħt il-punt 8.2.1.

    Bżonnijiet annwali | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | n + 4 u wara |

    Total tar-riżorsi umani | 4 | 5 | 2 |

    5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    5.1. Twettiq meħtieġ għal medda ta’ żmien qasira jew fit-tul

    Ikkonsulta l-punt 1 tal-memorandum ta’ spjegazzjoni tal-proposta tad-Deċiżjoni.

    5.2. Valur miżjud ta’ l-involviment Komunitarju, kompatibbiltà tal-proposta ma’ strumenti oħra finanzjarji u singerġija eventwali.

    L-għanijiet tas-sena, filwaqt li jimmiraw kull ċittadin, ser jintlaħqu aħjar u ser ikollhom aktar effettfil-livell Komunitarju milli f’dak ta’ l-Istati Membri. L-azzjonijiet maħsuba ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet, skond il-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

    Il-Kummissjoni ser tiżgura li l-attivitajiet iffinanzjati mis-Sena ser ikunu komplementari ma’ intervenzjonijiet Komunitarji oħra f’oqsma bħall-fondi strutturali, l-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ, iċ-ċittadinanza, l-impjieg, l-affarijiet soċjali, opportunitajiet indaqs, l-immigrazzjoni, il-promozzjoni ta’ drittijiet fondamentali u l-ġlieda kontra r-raziżmu u l-ksenofobija, il-politika awdjoviżiva u t-tfittxija. Il-komplementarjetà mas-Sena Ewropea ta’ l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd ser ikun b’mod partikolari importanti biex jiżgura li dawn is-sentejn ser jappoġġaw lilhom infushom fl-għanijiet u l-azzjonijiet tagħhom.

    5.3. Għanijiet, riżultati mistennija u indikaturi konnessi tal-proposta fil-qasam tat-tmexxija skond l-attivitajiet.

    Ikkonsulta l-Artikolu 2 u 3 tal-proposta tad-Deċiżjoni kif ukoll l-anness rilevanti.

    5.4. Modalitajiet ta’ implimentazzjoni (indikattivi)

    Indika hawn isfel il-metodu(i) [13] ta’ implimentazzjoni magħżula.

    x Tmexxija ċentralizzata

    x direttament mill-Kummissjoni

    ٱ indirettament b’delegar lil

    ٱ ta’ l-aġenziji eżekuttivi,

    ٱ ta’ l-entitajiet imwaqqfa mill-Komunità, bħal dawk indikati fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju,

    ٱ ta’ l-entitajiet pubbliċi nazzjonali/entitajiet b’missjoni ta’ servizz pubbliku.

    ٱ Tmexxija maqsuma jew deċentralizzata

    ٱ ma’ l-Istati Membri

    ٱ mal-pajjiżi terzi

    ٱ Tmexxija konġunta ma’ l-organizzazzjonijiet internazzjonali (għandha tiġi speċifikata)

    6. KONTROLL U EVALWAZZJONI

    6.1. Sistema ta’ kontroll

    Jeħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw il-koerenza tal-miżuri finanzjati. Din il-ħidma ta’ kontroll għandha tiffavorixxi l-kwalità ta’ l-azzjonijiet appoġġati u l-koerenza tagħhom ma’ l-għanijiet tas-Sena. Il-ħolqien ta’ qafas ta’ kontroll ser ikun b’mod ewlieni r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, b’konsultazzjoni ma’ l-Istati li jieħdu sehem. L-implimentazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll ser jitwettaq skond ir-responsabbiltajiet għal dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament ta’ l-attivitajiet. It-tabella ta’ hawn taħt tippreżenta eżempji ta’ indikaturi.

    Għanijiet | Indikaturi (indikativi) |

    Ġenerali |

    Il-promozzjoni tad-djalogu interkulturali bħala strument biex jgħin liċ-ċittadini Ewropej u n-nies kollha li jgħixu fl-UE, temporanjament jew għal dejjem, biex jiksbu għarfien, ħiliet u abilitajiet li ser jippermettulhom jittrattaw ma’ ambjent aktar miftuħ, għalkemm aktar kumpless u li jmexxu d-diffikultajiet potenzjali tiegħu sabiex jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet bħal offerti ta’ soċjetà diversa u dinamika, mhux biss fl-Ewropa imma wkoll fid-dinja. | Isem u tip ta’ l-inizjattivi ffinanzjati jew sponsorjati mis-Sena. Bidla fil-perspettivi tan-nies li ħadu sehem fl-attivitajiet tas-Sena. |

    It-tqanqil tal-kuxjenza taċ-ċittadini Ewropew u tan-nies kollha li jgħixu fl-Ewropea dwar l-importanza li tiġi żviluppata ċittadinanza Ewropea attiva, b’attitudni miftuħa lejn id-dinja, li tirrispetta d-diversità kulturali u msejsa fuq il-valuri komuni tagħna ta’ rispett għad-dinjità umana, libertà, ugwaljanza, ta’ nuqqas ta’ diskriminazzjoni u ta’ solidarjetà, kif ukoll dwar il-prinċipju tad-demokrazija u l-Istat tad-dritt kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll id-drittijiet tal-persuni li jagħmlu parti mill-minoranzi. | Numru ta’ ċittadini li qegħdin jieħdu sehem f’avvenimenti li għandhom x’jaqsmu mas-Sena. Bidla fil-perspettivi tan-nies li ħadu sehem fl-attivitajiet tas-Sena. |

    Speċifiku | Indikaturi |

    Żieda fl-importanza u fil-konsistenza tal-programmi u l-azzjonijiet Komunitarji kollha li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tad-djalogu interkulturali. | Aċċess għall-użu ta’ l-għodda tat-tagħrif stabbiliti u mxerrda mis-Sena dwar programmi rilevanti Komunitarji ; Tqanqil tal-kuxjenża tan-nies li ħadu sehem fl-attivitajiet tas-Sena dwar dawn il-programmi u azzjonijiet. |

    L-enfasizzar tal-kontribuzzjoni ta’ kulturi differenti lill-wirt u l-istili ta’ ħajjitna. It-tqanqil tal-kuxjenza taċ-ċittadini Ewropej u tan-nies kollha li jgħixu fl-Ewropa, b’mod partikolari ż-żgħażagħ, dwar l-importanza li jiġu mistħarrġa flimkien il-mezzi li għandhom jiġu implimentati biex tiġi żviluppata, permezz ta’ djalogu interkulturali, ċittadinanza Ewropea attiva, b’attitudni miftuħa lejn id-dinja, li tirrispetta d-diversità kulturali u msejsa fuq il-valuri komuni tagħna. | Bidla fil-perspettivi tan-nies li ħadu sehem (b’mod partikolari ż-żgħażagħ) fl-attivitajiet tas-Sena; Il-firxa u t-ton tal-kopertura ta’ l-istampa u tal-medja ta’ l-avvenimenti (kwalitattivi u kwantitattivi); |

    Il-kontribuzzjoni għall-innovazzjoni u għad-dimensjoni orrizontali u trans-settorjali ta’ l-approċċi li għandhom l-għan jippromwovu d-djalogu interkulturali, b’mod partikolari fost-iż-żgħażagħ. | Għadd ta’ proġetti li jinvolvu organizzaturi jew netwerks minn setturi differenti |

    Tħaddim : | Indikaturi |

    Tagħrif u kampanji ta’ tqajjim ta’ kuxjenza fuq livell Ewropew: | Numru u tip ta’ tagħrif u attivitajiet ta’ promozzjoni Titjib ta’ l-għarfien tal-pubbliku, b’mod partikolari ż-żgħażagħ Kopertura tal-medja ta’ l-avvenimenti appoġġati mis-Sena; % tal-popolazzjoni milħuqa Produzzjoni ta’ l-għodda biex iħeġġu l-interess tal-pubbliku inġenerali; |

    Stħarriġ u studji: | Kopertura tal-pubblikazzjoni ta’ l-istħarriġ u studju dwar it-tema tas-Sena |

    Avvenimenti u inizjattivi fuq livell Komunitarju : | Numru ta’ avvenimenti organizzati u parti mill-appoġġ tal-Komunità; Kopertura tal-medja ta’ l-avvenimenti; Numru tan-nies li ħadu sehem fl-avvenimenti appoġġati mis-Sena ( b’mod partikolari ż-żgħażagħ) Titjib fl-għarfien tal-pubbliku Proporzjoni tal-baġit totali użat sabiex jiġi appoġġat dan l-għan ta’ tħaddim (mira indikattiva: 24%). |

    Avvenimenti u inizjattivi fuq livell nazzjonali : | Numru ta’ avvenimenti organizzati u parti mill-appoġġ tal-Komunità; Kopertura tal-medja ta’ inizjattivi nazzjonali Effet multiplikatur (numru ta’ azzjonijiet u inizjattivi fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali sponsorjati imma mhux iffinanzjati mis-Sena) Proporzjon tal-baġit totali użat sabiex jiġi appoġġat dan l-għan ta’ tħaddim (mira indikattiva: 25%). |

    L-indikaturi ser jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ tagħrif miġbur minn għanijiet differenti: tagħrif miġbur permezz ta’ stħarriġ u gruppi li jiffukaw fuq temi speċifiċi, stħarriġ kontinwu tas-Sena, u tagħrif miġbur mill-entitajiet nazzjonali u maniġers tal-programmi KE rilevanti.

    6.2. Evalwazzjoni

    6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

    - L-evalwazzjoni ex-ante tas-Sena Ewropea hi mehmuża ma’ din il-proposta ta’ Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni temporanja/ ex-post (lezzjonijiet miksuba minn esperjenzi simili li seħħew qabel )

    Evalwazzjoni esterna ser tkun imnedija fis-sena qabel is-Sena Ewropea (2007) sabiex issegwi l-kontrolli mwettqa fuq is-Sena u tipprovdi r-riżultati temporanji jekk meħtieġ. Ir-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli għal nofs is-sena 2009.

    7. MIŻURI KONTRA L-FRODI

    Ikkonsulta l-Artikoli 12 u 13 tal-proposta tad-Deċiżjoni.

    8. DETTALL TAR-RIŻORSI

    8.1. Għanijiet tal-proposta għal dak li għandu x’jaqsam ma’ spejjeż

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljun euro (sa 3 punti deċimali)

    2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

    Uffiċjali u aġenti temporanji [14](XX 01 01) | A*/AD | 2 | 2 | 0.5 |

    B*, C*/AST | 1 | 1 | 0.5 |

    Persunal iffinanzjat [15]mill-Artikolu XX 01 02 | 1 | 2 | 1 |

    Persunal ieħor iffinanzjat [16]mill-Artikolu XX 01 04/05 | 0 | 0 | 0 |

    TOTAL | 4 | 5 | 2 |

    - 8.3.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet li jirriżultaw mill-azzjoni

    Uffiċjali A: kumitat konsultattiv, tfassil tas-sejħiet ta’ offerti, immonitorjar tas-sussidji lill-Istati Membri, kampanja ta’ tagħrif, avveniment, studji u komunikati stampa.

    Uffiċjali B: immonitorjar finanzjarju ta’ offerti u sussidji, għajnuna ġenerali lill-uffiċjali A għal kull ħidma li għandha titwettaq.

    Uffiċjal C: għajnuna għal kull ħidma msemmija qabel

    8.3.3. Għajn tar-riżorsi umani (statutorja)

    ٱ Karigi li bħalissa huma allokati għat-tmexxija tal-programm li għandhom jiġi ssostiwiti jew estiżi

    1 Karigi allokati minn qabel fil-qafas ta’ l-eżerċizzju ta’ l-APS/PDB għas-sena 2006

    1 Karigi li għandhom jintalbu waqt il-proċedura ta’ l-APS/PDB 2007

    1 Karigi li għandhom jitqassmu billi jintużaw ir-riżorsi li jeżistu fis-servizz ikkonċernat (tqassim intern)

    ٱ Karigi meħtieġa għas-sena n imma mhux maħsuba fl-eżerċizzju APS/PDB għall-eżerċizzju kkonċernat

    Spejjeż amministrattivi oħra inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Spejjeż ta’ tmexxija amministrattiva)

    MINGĦAJR GĦAN

    miljun euro (sa 3 punti deċimali)

    Linji tal-Baġit (Nru u intestatura) | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | TOTAL |

    Għajnuna teknika u amministrattiva oħra: | 0 | 0 | 0 |

    - intra muros |

    - extra muros |

    Għajnuna teknika u amministrattiva totali: | 0 | 0 | 0 |

    8.3.4. Spiża tar-riżorsi umani u spejjeż konnessi, ( minbarra l-ammont ta’ referenza)

    miljun euro (sa 3 punti deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani | 2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 |

    Uffiċjali u aġenti temporanji (XX 01 01) | 0.324 | 0.324 | 0.054 |

    Persunal iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02 (awżiljari, END, persunal temporanju, eċċ) (indika l-linja tal-Baġit) | 0.054 | 0.108 | 0.054 |

    Nfiq tar-riżorsi umani u spejjeż konnessi (MINBARRA l-ammont ta’ referenza) | 0.378 | 0.432 | 0.108 |

    Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji

    Irreferi ruħhek għall-punt 8.2.1 jekk meħtieġ

    Il-linji ta’ gwida jistipulaw, għall-uffiċjali (spejjeż tal-persunal u spejjeż konnessi,) spiża-tipika ta’ 108 000 euro.

    .

    Kalkolu- Persunal iffinanzjat mill-Artikolu XX 01 02

    Irreferi ruħhek għall-punt 8.2.1 jekk meħtieġ

    8.3.5. Spejjeż amministrattivi oħra mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza miljun euro (sa 3 punti deċimali) |

    2007 | 2008 | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | TOTAL |

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet | 0.010 | 0,030 | 0,040 |

    XX 01 02 11 01 – Laqgħat u konferenzi |

    XX 01 02 11 01 – Kumitati [18] | 0,016 | 0,034 | 0,016 | 0, 066 |

    XX 01 02 11 01 – Studji u konsultazzjonijiet |

    XX 01 02 11 01 – Sistemi ta’ tagħrif |

    2. Total spejjeż oħra ta’ tmexxija (XX 01 02 11) | 0,026 | 0,064 | 0,016 | 0,106 |

    3. Spejjeż oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tindika l-linja tal-baġit) |

    Spejjeż amministrattivi għajr ir-riżorsi umani u spejjeż konnessi, (MINBARRA l-ammont ta’ referenza) | 0,026 | 0,064 | 0,016 | 0,106 |

    Kalkolu - Spejjeż amministrattivi oħra mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

    Missjoni: medja ta’ 2 missjonijiet f’25 pajjiż x 800€

    Kumitat konsultattiv: 4 laqgħat x 25 parteċipant x 665€

    Il-ħtiġijiet f’termini ta’ riżorsi umani u amministrattivi ser ikunu koperti mill-pakkett globali allokat lid-DĠ awtorizzata ta’ referenza fil-qafas tal-proċedura ta’ allokazzjoni annwali.

    [1] Proposta tad-Deċiżjoni tal-PE u tal-Kunsill dwar is-Sena Ewropea ta' l-opportunitajiet indaqs għal kulħadd (2007). Lejn soċjetà ġusta - KUMM(2005) 225, ta’ l-1.6.2005.

    [2] Għal finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, il-kunċett ta’ “ċittadinanza Ewropea attiva” ma tikkonċernax biss iċ-ċittadini ta’ l-Unjoni Ewropea kif iddefinit fl-Artikolu 17 tat-Trattat tal-UE, imma kull persuna li tgħix temporanjament jew għal dejjem fl-Unjoni Ewropea.

    [3] ĠU C [...], ta' [...], p. [...].

    [4] ĠU C [...], ta' [...], p. [...].

    [5] ĠU C [...], ta' [...], p. [...].

    [6] ĠU C [...], ta' [...], p. [...].

    [7] Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Politika Ewropea dwar il-Pajjiżi Ġirien Dokument ta’ strateġija - KUMM(2004) 373, tat-12.5.2004.

    [8] Ara l-Komunikazzjoni tal-Kumissjoni lill-Kunsill, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni relatata mad-djalogu bejn is-soċjetajiet ċivili ta' l-Unjoni Ewropea u tal-pajjiżi kandidati - KUMM(2005) 290 tad-29.6.2005.

    [9] ĠU C 172 tat-18.6.1999, p. 1.

    [10] Spejjeż li mhuwiex inklużi fil-Kapitlu xx tat-Titlu xx ikkonċernat.

    [11] Spejjeż inklużi fil-Kapitlu xx, ħlief għall-Artikolu u xx.

    [12] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim interistituzzjonali.

    [13] Jekk diversi modalitajiet huma indikati, jekk jogħġbok agħti speċifikazzjonijiet fil-parti “Rimarki” ta’ dan il-punt.

    [14] L-ispiża tagħhom MHIX koperta fl-ammont ta’ referenza.

    [15] L-ispiża tagħhom MHIX koperta fl-ammont ta’ referenza.

    [16] L-ispiza tagħhom MHIX koperta fl-ammont ta’ referenza.

    [17] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva ’ speċifika għall-Aġenzija/Aġenziji Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

    [18] Speċifika t-tip ta’ Kumitat kif ukoll il-grupp li tappartjeni għalih.

    Top