Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024R1610

    Regolament (UE) 2024/1610 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi heavy-duty ġodda u l-integrazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    PE/29/2024/REV/1

    ĠU L, 2024/1610, 6.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1610/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1610/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/1610

    6.6.2024

    REGOLAMENT (UE) 2024/1610 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-14 ta’ Mejju 2024

    li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi heavy-duty ġodda u l-integrazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, li jemenda r-Regolament (UE) 2018/858 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    L-indirizzar tal-isfidi relatati mal-klima u mal-ambjent u l-ilħuq tal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi (3), adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), huma fil-qalba tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-“Patt Ekoloġiku Ewropew”. Il-ħtieġa u l-valur tal-Patt Ekoloġiku Ewropew kibru biss fid-dawl tal-effetti severi ħafna tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa u l-benesseri ekonomiku taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    (2)

    Il-Patt Ekoloġiku Ewropew jikkombina sett komprensiv ta’ miżuri u ta’ inizjattivi li jsaħħu lil xulxin li għandhom l-għan li jiksbu n-newtralità klimatika fl-Unjoni sal-2050, u jistabbilixxi strateġija ġdida ta’ tkabbir li għandha l-għan li tittrasforma l-Unjoni f’soċjetà ġusta u għanja, b’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva, fejn it-tkabbir ekonomiku jkun diżakkoppjat mill-użu tar-riżorsi. Għandu wkoll l-għan li jipproteġi, jikkonserva u jsaħħaħ il-kapital naturali tal-Unjoni, u li jipproteġi s-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini minn riskji u impatti relatati mal-ambjent. Fl-istess ħin, dik it-tranżizzjoni taffettwa lin-nisa u lill-irġiel b’mod differenti u għandha impatt partikolari fuq xi gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, bħal pereżempju l-unitajiet domestiċi u l-persuni b’introjtu baxx, il-persuni akbar fl-età, il-persuni b’diżabbiltà u l-persuni bi sfond razzjali jew etniku ta’ minoranza. Għalhekk, irid jiġi żgurat li t-tranżizzjoni tkun ġusta u inklużiva, u ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura.

    (3)

    Wara l-adozzjoni, mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tal-elementi essenzjali tal-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, kif propost mill-Kummissjoni f’Lulju 2021, l-Unjoni ssottomettiet f’Ottubru 2023 kontribut aġġornat stabbilit fil-livell nazzjonali (NDC) tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha għall-UNFCCC, li jikkonferma li l-Unjoni se tnaqqas l-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra tagħha b’mill-inqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

    (4)

    Permezz tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), l-Unjoni naqqxet f’att leġiżlattiv tal-Unjoni l-objettiv tan-newtralità klimatika fl-ekonomija kollha fl-Unjoni sa mhux aktar tard mill-2050 u l-għan li jinkisbu emissjonijiet negattivi minn hemm ’il quddiem. Barra minn hekk, dak ir-Regolament jistabbilixxi mira vinkolanti tal-Unjoni għat- tnaqqis domestiku tal-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra (emissjonijiet wara t-tnaqqis tal-assorbimenti) ta’ mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2030. Jistabbilixxi wkoll il-qafas għall-istabbiliment ta’ miri klimatiċi intermedji tal-Unjoni u għall-pubblikazzjoni tal-baġit indikattiv tal-Unjoni projettat għall-gassijiet serra għall-perijodu 2030-2050.

    (5)

    Is-setturi kollha tal-ekonomija huma mistennija jikkontribwixxu biex jinkiseb dak it-tnaqqis tal-emissjonijiet, inkluż is-settur tat-trasport bit-triq. Fil-komunikazzjoni tagħha tad-9 ta’ Diċembru 2020 dwar “L-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli – u Intelliġenti – it-tqegħid tat-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur”, il-Kummissjoni tistabbilixxi pjan direzzjonali għal futur sostenibbli u intelliġenti għat-trasport Ewropew, bi pjan ta’ azzjoni lejn l-objettiv li jitwassal tnaqqis ta’ 90 % fl-emissjonijiet mis-settur tat-trasport sal-2050. Il-vetturi tqal bħalissa huma responsabbli għal aktar minn kwart tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra mit-trasport bit-triq fl-Unjoni u għal aktar minn 6 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-Unjoni.

    (6)

    Il-pakkett leġiżlattiv “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, għandu l-għan li jimplimenta l-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030. Ikopri firxa ta’ oqsma ta’ politika. Ir-reviżjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) hija parti integrali minn dak il-pakkett leġiżlattiv.

    (7)

    Fil-komunikazzjoni tagħha tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar il-“Pjan REPowerEU”, il-Kummissjoni ddeskriviet pjan sabiex l-Unjoni ssir indipendenti mill-fjuwils fossili Russi ferm qabel it-tmiem ta’ dan id-deċennju. Dik il-komunikazzjoni tenfasizza l-importanza, inter alia, li tiżdied ulterjorment l-effiċjenza u jitnaqqas il-konsum tal-fjuwils fossili fis-settur tat-trasport, fejn l-elettrifikazzjoni tista’ tiġi kkombinata mal-użu ta’ idroġenu mhux fossili sabiex jiġu sostitwiti l-fjuwils fossili.

    (8)

    Sabiex isir kontribut għat-tnaqqis fl-emissjonijiet netti tal-gassijiet serra ta’ mill-inqas 55 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990 sal-2030 u f’konformità mal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel”, huwa meħtieġ li jissaħħu r-rekwiżiti tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/1242. Jeħtieġ ukoll li jiġi stabbilit perkors ċar għal aktar tnaqqis ta’ emissjonijiet lil hinn mill-2030 għas-settur tal-vetturi tqal sabiex jikkontribwixxi għall-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika sal-2050.

    (9)

    Ir-rekwiżiti msaħħa ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jenħtieġ li jinċentivaw proporzjon dejjem akbar ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet li jkunu qed jintużaw fis-suq tal-Unjoni filwaqt li jipprovdu benefiċċji lill-utenti u liċ-ċittadini f’termini ta’ kwalità tal-arja u ta’ ffrankar tal-enerġija, kif ukoll jiżguraw li l-innovazzjoni fil-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku u l-impjiegi ta’ kwalità għolja assoċjati jkunu jistgħu jinżammu. Bħalissa, il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jinkludu vetturi elettriċi bil-batterija, vetturi b’ċellula tal-fjuwil u vetturi oħra motorizzati li jaħdmu bl-idroġenu, u l-innovazzjoni teknoloġika qed tkompli.

    (10)

    Jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri msaħħa ġodda ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi tqal ġodda mill-2030 ’il quddiem. Dawk il-miri jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’livell li jwassal sinjal qawwi sabiex tiġi aċċellerata l-adozzjoni ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fis-suq tal-Unjoni, tiġi stimolata l-innovazzjoni f’teknoloġiji mingħajr emissjonijiet b’mod kosteffiċjenti, jingħata s-sinjal meħtieġ biex jiġi aċċellerat l-użu tal-infrastruttura tal-iċċarġjar u tar-riforniment fl-Unjoni kollha, tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-industrija tal-Unjoni f’suq globali, u jsir kontribut biex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-operat tal-kumpaniji tat-trasport, filwaqt li jiġi żgurat li l-Unjoni tilħaq l-objettivi klimatiċi tagħha kif ukoll l-objettivi tagħha biex ittaffi t-tniġġis tal-arja.

    (11)

    It-tniġġis tal-arja huwa problema partikolarment akuta fil-bliet, u jaffettwa s-saħħa ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej. It-trasport huwa wieħed mis-sorsi ewlenin tat-tniġġis tal-arja urbana. L-introduzzjoni aċċellerata tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, permezz ta’ rekwiżiti msaħħa ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, se tikkontribwixxi biex tittaffa l-problema tat-tniġġis tal-arja urbana.

    (12)

    Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2021, dwar “Aġġornament tal-Istrateġija Industrijali l-Ġdida tal-2020: Nibnu Suq Uniku aktar b’saħħtu għall-irkupru tal-Ewropa” tipprevedi l-ħolqien konġunt ta’ perkorsi ta’ tranżizzjoni ekoloġika u diġitali fi sħubija mal-industrija, mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab soċjali u ma’ partijiet ikkonċernati oħra. F’dak il-kuntest, qiegħed jiġi żviluppat perkors ta’ tranżizzjoni għall-ekosistema tal-mobbiltà biex jakkumpanja t-tranżizzjoni tal-katina tal-valur tas-settur awtomobilistiku. Il-perkors ta’ tranżizzjoni jagħti attenzjoni partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fil-katina tal-provvista tas-settur awtomobilistiku, u lill-konsultazzjoni, inkluż mill-Istati Membri, mas-sħab soċjali. Jibni wkoll fuq l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet b’inizjattivi bħall-Patt għall-Ħiliet biex jimmobilizza s-settur privat u partijiet ikkonċernati oħra sabiex itejbu l-ħiliet tal-forza tax-xogħol tal-Ewropa u sabiex jagħtu lill-forza tax-xogħol tal-Ewropa ħiliet ġodda fid-dawl tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u jibni fuq il-Mekkaniżmu ta’ Spinta tat-Talent fil-qafas tal-inizjattiva ta’ Sfruttar tat-Talenti fir-reġjuni tal-UE. L-azzjonijiet u l-inċentivi xierqa f’livell Ewropew u nazzjonali biex tingħata spinta lill-affordabbiltà tal-vetturi mingħajr emissjonijiet qegħdin ukoll jiġu indirizzati fil-perkors tat-tranżizzjoni. Dak jista’, pereżempju, jinkludi l-possibbiltà li l-Istati Membri jużaw il-Fond Soċjali għall-Klima stabbilit bir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (il-“Fond Soċjali għall-Klima”) biex jassistu lill-mikrointrapriżi fix-xiri ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni partikolari lill-impatt li dik it-tranżizzjoni se jkollha fuq intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (l-SMEs) tul il-katina tal-provvista. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2023, dwar il-“Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti” għandu l-għan li jsaħħaħ il-kompetittività tal-industrija tal-Ewropa b’emissjonijiet żero netti u se jappoġġja t-tranżizzjoni rapida għan-newtralità klimatika. Dak il-pjan għandu l-għan li jipprovdi ambjent li jappoġġja aktar l-espansjoni tal-kapaċità tal-manifattura tal-Unjoni għat-teknoloġiji u għall-prodotti b’emissjonijiet żero netti meħtieġa sabiex jintlaħqu l-miri klimatiċi ambizzjużi tal-Unjoni. L-aċċess għat-taħriġ u għat-taħriġ mill-ġdid f’bosta setturi li jeħtieġ li jgħaddu minn bidliet fundamentali, inkluż is-settur tal-vetturi tqal u s-setturi tar-riforniment u tal-irriċarġjar, huwa kruċjali għal tranżizzjoni soċjalment ġusta u effettiva. L-investimenti fil-ħiliet meħtieġa għal tranżizzjoni effettiva huma responsabbiltà kollettiva. L-impjegati u l-persuni li qed ifittxu impjieg jenħtieġ li jkollhom aċċess għal opportunitajiet ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet, u l-parteċipazzjoni tagħhom f’dawk l-attivitajiet ta’ tagħlim jenħtieġ li jiġu appoġġati. L-Istati Membri huma mħeġġa jżidu l-investimenti fit-taħriġ mill-ġdid u fit-titjib tal-ħiliet u li jimmappjaw u janalizzaw il-bidliet previsti fis-suq tax-xogħol.

    (13)

    Flimkien ma’ inizjattivi biex tiġi aċċellerata bidla modali lejn modi tat-trasport aktar sostenibbli, it-tisħiħ tar-rekwiżiti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal u l-introduzzjoni tal-infrastruttura meħtieġa tal-irriċarġjar u tar-riforniment se jkollhom rwol ewlieni fit-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tas-settur tal-vetturi tqal. Il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha tal-Unjoni stipulati f’dan ir-Regolament huma kkomplementati bir-rekwiżiti tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Il-finanzjament tal-Unjoni għandu rwol importanti fl-introduzzjoni tal-infrastruttura fil-livell nazzjonali. L-użu ta’ infrastruttura tal-irriċarġjar għall-vetturi elettriċi tqal huwa ugwalment importanti f’postijiet privati li mhumiex aċċessibbli għall-pubbliku, bħal f’deposti privati u f’ċentri loġistiċi li jipprovdu l-iċċarġjar matul il-lejl u fid-destinazzjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jqisu li jieħdu miżuri fil-kuntest tal-istabbiliment tal-oqfsa ta’ politika nazzjonali riveduti tagħhom biex jiżguraw li tiġi pprovduta infrastruttura xierqa għall-iċċarġjar matul il-lejl u fid-destinazzjoni għall-vetturi elettriċi tqal. Huwa xieraq li jitqies ukoll, minħabba restrizzjonijiet infrastrutturali possibbli f’pajjiżi terzi, l-impatt ta’ dan ir-Regolament fuq il-possibbiltà li vetturi tqal ġodda rreġistrati fl-Istati Membri joperaw barra mill-Unjoni.

    (14)

    Fl-2015, wara l-adozzjoni tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8), il-Forum dwar it-Trasport Sostenibbli (il-“Forum”) ġie stabbilit mill-Kummissjoni. Il-Forum jassisti lill-Kummissjoni fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet u tal-programmi tal-Unjoni li għandhom l-għan li jrawmu l-użu ta’ infrastruttura sostenibbli għall-fjuwils alternattivi. Wara l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se tiżgura li l-Forum jappoġġja l-introduzzjoni effettiva u kosteffiċjenti tal-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti msaħħa ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal, u li jipprovdi informazzjoni għar-rieżami msemmi fl-Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2023/1804, sabiex il-miri stabbiliti f’dak ir-Regolament ikunu allinjati mal-ambizzjoni ta’ dan ir-Regolament.

    (15)

    It-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika tirrikjedi investiment sinifikanti fil-grilja tal-elettriku, inklużi kapaċità msaħħa, reżiljenza u ħżin, kif ukoll konnessjonijiet addizzjonali. Fid-dawl tal-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal għas-sena 2030 stabbiliti skont dan ir-Regolament, is-sehem ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-flotta totali ta’ vetturi tqal fit-toroq u l-konsum tal-elettriku fis-settur se jibqgħu limitati. Għalhekk, l-impatt relatat fuq il-grilja tal-elettriku se jibqa’ limitat ukoll.

    (16)

    Filwaqt li l-miri msaħħa ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 se jaċċelleraw l-adozzjoni ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, parti sinifikanti mill-flotta totali tal-vetturi tqal fit-toroq se tibqa’ vetturi b’magna tal-kombustjoni interna. Biex dik il-parti tal-flotta tikkontribwixxi għall-kisba tal-miri klimatiċi tal-Unjoni, huma essenzjali aktar innovazzjoni u adozzjoni aċċellerata tal-fjuwils rinnovabbli sostenibbli. Il-politiki u l-istrumenti legali eżistenti tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u s-Sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (10), se jippromwovu d-dekarbonizzazzjoni tal-fjuwils tat-trasport, bl-għan li l-fjuwils fossili jiġu eliminati gradwalment. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkompli tiżviluppa qafas koerenti ta’ inċentivi għall-bijofjuwils u għall-bijogass avvanzati u għall-fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika. Dak il-qafas jenħtieġ li jindirizza l-ostakli għall-adozzjoni u għall-provvista b’mod komprensiv, filwaqt li jqis id-domanda fis-setturi ekonomiċi kollha, fil-kuntest tal-isforzi ġenerali biex jintlaħqu l-miri klimatiċi tal-Unjoni. Billi tibni fuq l-objettivi għall-bijometan fil-pjan RePowerEU, jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza wkoll kif l-espansjoni fil-produzzjoni tal-bijometan fl-Unjoni tista’ tikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija inkluż is-settur tat-trasport.

    (17)

    Wara li tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati, il-Kummissjoni, fi żmien sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, se tivvaluta l-irwol ta’ metodoloġija għar-reġistrazzjoni ta’ vetturi tqal li jaħdmu esklużivament bi fjuwils newtrali għas-CO2, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni.

    (18)

    Jenħtieġ li l-manifatturi jibqgħu jingħataw biżżejjed flessibbiltà meta maż-żmien jadattaw il-flotot tal-vetturi tqal tagħhom għall-ġestjoni b’mod kosteffiċjenti tat-tranżizzjoni lejn vetturi tqal mingħajr emissjonijiet. Għalhekk huwa xieraq li jinżamm l-approċċ ta’ tisħiħ tal-livelli fil-mira fi stadji ta’ ħames snin.

    (19)

    Minħabba l-istruttura eteroġena tal-flotta totali tal-vetturi tqal, mhuwiex possibbli li wieħed ibassar bis-sħiħ jekk l-iżviluppi teknoloġiċi humiex se jkunu rapidi biżżejjed biex jiżguraw li t-teknoloġija mingħajr emissjonijiet mit-tailpipe tkun għażla vijabbli għall-użi speċifiċi kollha. Dan jista’ jinkludi vetturi tqal għal applikazzjonijiet kritiċi ta’ sigurtà u ta’ sikurezza li ma jistgħux jiġu ssodisfati minn teknoloġiji mingħajr emissjonijiet mit-tailpipe. Jenħtieġ li tali vetturi jikkostitwixxu sehem limitat mill-flotta kollha ta’ vetturi tqal. Fir-rieżami tagħha tar-Regolament (UE) 2019/1242, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-possibbiltà li jiġu applikati miżuri li jnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn tali vetturi.

    (20)

    Għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti huma mħeġġa bil-qawwa jużaw kriterju tal-għoti jew speċifikazzjoni teknika relatati mal-proporzjon tal-prodotti tal-offerti li joriġinaw minn pajjiżi li mhumiex parti fil-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwist Pubbliku (il-“GPA”) u li ma kkonkludewx ftehim ta’ kummerċ ħieles li jkun fih regoli dwar l-akkwist pubbliku mal-Unjoni. Tali kriterji se jkollhom rwol importanti fit-trawwim tal-provvista ta’ xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet mill-industrija Ewropea, se jiżguraw ktajjen tal-provvista sostenibbli u reżiljenti għax-xarabanks urbani u isaħħu s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni.

    (21)

    L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti huma mħeġġa jużaw kriterju ta’ sostenibbiltà ambjentali bħala kriterju tal-għoti jew bħala speċifikazzjoni teknika għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku tagħhom koperti minn dan ir-Regolament. Mingħajr preġudizzju għall-atti leġiżlattivi tal-Unjoni applikabbli għal teknoloġija speċifika, inkluż ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) u Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti sostenibbli, meta jevalwaw is-sostenibbiltà ambjentali tax-xarabanks urbani akkwistati abbażi ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jkun possibbli li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu diversi elementi b’impatt fuq il-klima u l-ambjent. Dawk l-elementi jistgħu jinkludu, pereżempju: id-durabbiltà u l-affidabbiltà tas-soluzzjoni, kemm huma faċli t-tiswija u l-manutenzjoni, kemm huwa faċli r-riċiklaġġ u l-kwalità tiegħu, l-użu ta’ sustanzi, il-konsum tal-enerġija, tal-ilma u ta’ riżorsi oħra fi stadju wieħed jew aktar taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott, l-inkorporazzjoni ta’ komponenti użati, l-impronta ambjentali tal-prodott u l-impatt ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu, u l-ammont ta’ skart iġġenerat.

    (22)

    Bil-miri aktar stretti ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha tal-Unjoni mill-2030 ’il quddiem, il-manifatturi jridu jvaraw b’mod sinifikanti aktar vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fis-suq tal-Unjoni. F’dak il-kuntest, il-mekkaniżmu ta’ inċentivi għal vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi ma jibqax jaqdi l-iskop oriġinali tiegħu u jkun qed jirriskja li jikkomprometti l-effettività tar-Regolament (UE) 2019/1242. Għalhekk, dak il-mekkaniżmu ta’ inċentivi jenħtieġ li jitneħħa mill-2030.

    (23)

    Il-possibbiltà li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda jiġi assenjat għal fond speċifiku jew għal programm rilevanti ġiet evalwata kif meħtieġ skont l-Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) 2019/1242, bil-konklużjoni li jekk isir hekk jiżdied b’mod sinifikanti l-piż amministrattiv, mingħajr ma jirriżulta f’kwalunkwe benefiċċju dirett għas-settur awtomobilistiku fit-tranżizzjoni tiegħu. Għalhekk, jenħtieġ li d-dħul mill-primjums għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda jkompli jitqies bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2019/1242.

    (24)

    Jenħtieġ li s-suġġett tar-Regolament (UE) 2019/1242 jiġi estiż sabiex ikopri wkoll l-obbligi ta’ monitoraġġ u ta’ rapportar li huma integrati fir-Regolament (UE) 2019/1242 permezz ta’ dan ir-Regolament.

    (25)

    Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2019/1242 jiġi emendat sabiex ikopri l-istess kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

    (26)

    L-emissjonijiet tas-CO2 għal vetturi tqal li mhumiex fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-Unjoni, bħal tratturi għall-agrikoltura u għall-forestrija, vetturi iddisinjati u mibnija għall-użu mid-difiża nazzjonali, inklużi s-servizzi armati, u vetturi fuq iċ-ċineg, ma jiġux iddeterminati. Għalhekk, dawk il-vetturi mhumiex meħtieġa jilħqu l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f’dan ir-Regolament.

    (27)

    Sabiex ma tiġix skoraġġuta l-approvazzjoni b’mod volontarju skont it-tip ta’ vetturi tqal li huma ddisinjati u mibnija jew adattati għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku jew mis-servizzi għall-kura medika urġenti, li jkollha implikazzjonijiet negattivi fuq is-sikurezza u fuq l-ambjent, tali vetturi li huma approvati b’mod volontarju skont it-tip jenħtieġ li jkunu eżentati wkoll mill-obbligu li jilħqu l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f’dan ir-Regolament sakemm il-manifattur ma jitlobx mod ieħor. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu intitolati wkoll li jeżentaw il-vetturi tqal mill-obbligu tal-ilħuq tal-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f’dan ir-Regolament meta dawk il-vetturi tqal, mhux iddisinjati speċifikament, iżda huma rreġistrati, għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku jew mis-servizzi għall-kura medika urġenti, bħal kowċis normali użati għat-trasport tal-forzi tal-pulizija jew tas-servizzi armati, billi jikkonfermaw li tali eżenzjoni tkun fl-interess pubbliku. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu intitolati wkoll li jeżentaw vetturi rreġistrati għas-servizzi armati stabbiliti f’dan ir-Regolament fl-intier tiegħu.

    (28)

    Fir-rigward ta’ ċerti sottogruppi ta’ vetturi tqal approvati skont it-tip, iżda li għalihom il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għadhom ma ġewx iddeterminati għal raġunijiet tekniċi, dawk il-vetturi tqal mhumiex meħtieġa jilħqu l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti f’dan ir-Regolament. Eżempji ta’ tali vetturi huma vetturi bi skop speċjali, bħal krejnijiet mobbli, trasportaturi ta’ tagħmir multiplu idrawliku jew vetturi tat-trasport ta’ tagħbijiet eċċezzjonali, vetturi off-road, bħal ċerti vetturi tqal użati għal skopijiet ta’ estrazzjoni, forestrija u agrikoltura, kif ukoll vetturi tqal oħra b’konfigurazzjonijiet tal-fus mhux standard bħal vetturi tqal b’aktar minn erba’ fusien jew b’aktar minn żewġ fusien motorizzati, xarabanks żgħar b’massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli (TPMLM) ta’ inqas minn jew ekwivalenti għal 7,5 tunnellati, u trakkijiet żgħar b’TPMLM ta’ inqas minn jew ekwivalenti għal 5 tunnellati. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinvestiga l-adegwatezza tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ trakkijiet żgħar b’TPMLM ta’ inqas minn jew ekwivalenti għal 5 tunnellati skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (13) (għodda għall-kalkolu tal-konsum tal-enerġija tal-vettura jew simulazzjonijiet VECTO), filwaqt li jitqies ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (14).

    (29)

    Jenħtieġ li jiġu introdotti ċerti definizzjonijiet sabiex it-terminoloġija tar-Regolament (UE) 2019/1242 tiġi armonizzata ma’ dik tal-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-Unjoni, b’mod partikolari tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15) u tar-Regolament (UE) 2017/2400.

    (30)

    Għall-finijiet tat-trasferiment ta’ vetturi tqal bejn il-manifatturi, introdott permezz ta’ dan ir-Regolament, u tal-istabbiliment ta’ eżenzjoni għall-manifatturi li jipproduċu għadd żgħir ta’ vetturi tqal, jenħtieġ li tiżdied definizzjoni tat-terminu “grupp ta’ manifatturi konnessi” fir-Regolament (UE) 2019/1242. Jenħtieġ li dik id-definizzjoni, fis-sustanza, tkun skont it-terminoloġija użata fir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16) għall-vetturi ħfief.

    (31)

    Fir-rigward tal-istabbiliment tal-obbligi tal-manifatturi individwali, il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-flotta tal-Unjoni kollha għall-flotta tal-vetturi tqal ġodda jenħtieġ li jiġu riflessi f’miri speċifiċi tal-emissjonijiet tas-CO2 għas-subgruppi tal-vetturi determinati abbażi ta’ karatteristiċi tekniċi tal-vetturi tqal li jinkludu.

    (32)

    Peress li l-emissjonijiet tas-CO2 relatati mat-trejlers għandhom impatt qawwi fuq l-emissjonijiet globali tas-CO2 u fuq il-konsum tal-enerġija tal-vetturi bil-mutur tqal, jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għat-trejlers.

    (33)

    L-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi vokazzjonali, bħall-vetturi għall-ġbir tal-iskart, it- tippers jew ilmiksers tal-konkrit, diġà huma ċċertifikati fl-ambitu tal-VECTO u huma immonitorjati u rrapportati mill-manifatturi tal-vetturi u mill-Istati Membri. L-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi vokazzjonali jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 2 % tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal u bejn wieħed u ieħor 4 % tal-bejgħ. Peress li joperaw l-aktar fil-bliet, il-vetturi vokazzjonali għandhom ukoll impatt fuq il-kwalità tal-arja urbana. Għalhekk, jenħtieġ li l-vetturi vokazzjonali jiġu eżentati sal-2029 mill-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifatturi. Għall-perijodu 2030 sa2034, jenħtieġ li jitqiesu biss il-vetturi vokazzjonali mingħajr emissjonijiet għal dak il-kalkolu. Mill-2035, il-vetturi vokazzjonali kollha jenħtieġ li jitqiesu għal dak il-kalkolu.

    (34)

    Sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp u jkun possibbli użu mifrux tat-trejlers mgħammra b’teknoloġija għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, huwa essenzjali li l-qafas ta’ approvazzjoni għal tali teknoloġiji jiġi aġġornat u estiż minnufih, b’mod partikolari għat-trejlers elettrifikati, billi jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2018/858.

    (35)

    Fl-2022, ix-xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet diġà kienu jirrappreżentaw madwar kwart tax-xarabanks urbani kollha mibjugħa fl-Unjoni, u wħud mill-Istati Membri laħqu ishma ferm ogħla. Minħabba l-prontezza teknika tax-xarabanks urbani u l-ħtieġa li tittejjeb il-kwalità tal-arja urbana, jenħtieġ li jiġi stabbilit sehem minimu obbligatorju ta’ xarabanks urbani ġodda mingħajr emissjonijiet.

    (36)

    Sehem minimu obbligatorju ta’ xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa soċjetali għal trasport pubbliku affordabbli, inkluż fiż-żoni rurali. Iż-żieda fil-provvista ta’ xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet li tirriżulta minn tali sehem minimu obbligatorju jenħtieġ li jkollha effett pożittiv fuq l-ispiża tax-xiri, kemm f’termini tal-prezz tax-xiri bil-quddiem kif ukoll tal-ispiża totali tas-sjieda ta’ xarabanks urbani mingħajr emissjonijiet, li jirrifletti l-iffrankar b’rabta mal-fjuwils fossili li jirriżulta mit-tħaddim ta’ tali xarabanks urbani. L-akkwist konġunt ta’ xarabanks urbani li jibni fuq il-Pjattaforma Xarabanks Nodfa fl-Ewropa jista’ jkompli jnaqqas l-ispiża tax-xiri ta’ tali xarabanks, u l-Fond Soċjali għall-Klima jkun jista’ jintuża mill-Istati Membri sabiex jappoġġjaw liċ-ċittadini vulnerabbli b’nollijiet jew b’abbonamenti tat-trasport pubbliku mraħħsa jew mingħajr ħlas. Fl-aħħar nett, ix-xarabanks u l-kowċis reġjonali u għal distanzi twal, inkluż għat-trasport fiż-żoni rurali, jibqgħu soġġetti għall-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet għall-vetturi tqal. L-appoġġ mill-Fond Soċjali għall-Klima jista’ jindirizza il-ħtiġijiet speċifiċi taż-żoni rurali u jipprevjeni l-faqar tat-trasport, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/955, billi jiżgura l-aċċess għal trasport pubbliku affordabbli. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra wkoll aktar miżuri xierqa biex iżżid id-domanda għal vetturi tqal mingħajr emissjonijiet mill-awtoritajiet pubbliċi, biex tappoġġja l-kisba tal-objettiv tal-Unjoni b’rabta man-newtralità klimatika.

    (37)

    Peress li huma l-entitajiet kummerċjali aktar milli dawk legali li jenħtieġ li jitqiesu għall-konformità, jenħtieġ li l-manifatturi konnessi ekonomikament, fi ħdan ċerti limiti, jitħallew jittrasferixxu l-vetturi tqal bejniethom għall-finijiet ta’ kontabbiltà ta’ dawk il-vetturi tqal fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2019/1242.

    (38)

    Barra minn hekk, sabiex jissaħħaħ l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda mingħajr emissjonijiet f’kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju speċjalizzati, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li jiġu ttrasferiti vetturi tqal mingħajr emissjonijiet bejn entitajiet mhux konnessi.

    (39)

    Il-modifika retroattiva ta’ vetturi mingħajr emissjonijiet tikkonsisti minn konverżjoni ta’ magna jew vettura tal-kombustjoni interna f’waħda mingħajr emissjonijiet. Din għandha benefiċċji ambjentali, li jirriżultaw mill-fatt li jiġu evitati l-produzzjoni ta’ parts ġodda u l-użu ta’ materjal assoċjat. Għandha wkoll benefiċċji ekonomiċi, assoċjati ma’ affordabbiltà mtejba tal-vetturi u potenzjal ta’ ħolqien ta’ impjiegi. Madankollu, l-adozzjoni mis-suq ta’ vetturi tqal li jkunu modifikati b’mod retroattiv biex isiru vetturi tqal mingħajr emissjonijiet hija mxekkla min-nuqqas ta’ regoli tekniċi u amministrattivi armonizzati għall-approvazzjoni tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra l-ħtieġa għal inizjattivi possibbli biex tippromwovi l-iżvilupp ta’ tali regoli armonizzati.

    (40)

    Il-miżuri biex jiżdied is-sehem ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, li jkunu proprjetà ta’ operaturi ta’ flotot kbar jew mogħtija lilhom b’lokazzjoni, jgħinu biex jiżdied il-bejgħ ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u tiġi aċċellerata t-tranżizzjoni lejn trasport bit-triq mingħajr emissjonijiet. Għalhekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza l-ħtieġa potenzjali u l-impatt ta’ inizjattivi biex jiżdied is-sehem ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet li jkunu proprjetà ta’ operaturi ta’ flotot kbar jew mogħtija lilhom b’lokazzjoni.

    (41)

    Sabiex jiġu evitati spejjeż ta’ konformità għoljin b’mod sproporzjonat u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, il-manifatturi li jipproduċu għadd żgħir ta’ vetturi tqal jenħtieġ li, dment li jkunu ssodisfati ċertu rekwiżiti legali, jiġu eżentati mill-obbligu ta’ konformità mal-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2. Peress li huma għadhom meħtieġa jikkonformaw mal-obbligi ta’ rapportar tar-Regolament (UE) 2019/1242, hemm mekkaniżmu ta’ kontroll xieraq għal dawk il-manifatturi.

    (42)

    Jenħtieġ li s-sistema eżistenti ta’ krediti tal-emissjonijiet u ta’ djun tal-emissjonijiet pluriennali tiġi estiża sal-2039, peress li l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 se jibqgħu jissaħħu lil hinn mill-2030 sal-2040 u jirrikjedu żviluppi tekniċi progressivi tal-manifatturi matul dak il-perijodu. Madankollu, jenħtieġ li l-manifatturi jxejnu d-djun tal-emissjonijiet kollha li jkun fadlilhom fis-snin 2029, 2034 u 2039. Jenħtieġ li l-krediti tal-emissjonijiet jiskadu awtomatikament fejn ma jkunux intużaw fi żmien seba’ snin wara li jkunu ġew akkwistati.

    (43)

    Jenħtieġ li għal kull kategorija ta’ vetturi, ir-Regolament (UE) 2019/1242 jistipula b’mod ċar l-identità tal-manifattur li lilu jenħtieġ li tiġi attribwita vettura tqila, u b’hekk iqis speċifikament il-kostellazzjonijiet differenti għall-vetturi tqal tal-kategorija M.

    (44)

    Jenħtieġ li r-regoli dwar il-verifika tad-data ta’ monitoraġġ rapportata ikopru wkoll il-korrezzjoni potenzjali ex post ta’ żbalji f’tali data u kif il-Kummissjoni jenħtieġ li tittratta tali korrezzjonijiet għall-implimentazzjoni tal-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-flotta kollha tal-Unjoni.

    (45)

    Il-valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza jenħtieġ li tiġi emendata sabiex tkopri wkoll is-subgruppi tal-vetturi inklużi ġodda fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242.

    (46)

    Il-monitoraġġ u r-rapportar mill-manifatturi u mill-Istati Membri huma prekundizzjoni essenzjali għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242. L-inkorporazzjoni tar-Regolament (UE) 2018/956 fir-Regolament (UE) 2019/1242 jenħtieġ li tipproduċi sinerġiji u tippermetti l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jqiesu l-objettivi taż-żewġ Regolamenti.

    (47)

    Meta d-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar tar-Regolament (UE) 2018/956 jiġu inkorporati fir-Regolament (UE) 2019/1242, jenħtieġ li tinħataf l-opportunità biex dawk id-dispożizzjonijiet jiġu emendati xi ftit fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-ewwel żewġ ċikli ta’ rapportar fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2018/956.

    (48)

    Filwaqt li jitqies il-fatt li d-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 mhijiex se tibqa’ ssir mill-manifatturi waħedhom, jenħtieġ li l-obbligu tar-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 u ta’ data teknika oħra tal-vetturi tqal jiġi estiż lil hinn mill-manifatturi għal dawk l-entitajiet li jwettqu dik id-determinazzjoni fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2017/2400 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 (17). Jenħtieġ li d-data li trid tiġi rrapportata tinkludi l-fajl tar-rekords tal-manifattur.

    (49)

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni titħalla tqis il-progress tekniku, l-evoluzzjoni tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, bħal b’mod speċjali kombinazzjonijiet ta’ vetturi tqal f’xi Stati Membri, l-aġġustamenti meħtieġa bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-emendi għall-atti legali sottostanti dwar l-approvazzjoni tat-tip, tiżgura li r-rekwiżiti tad-data u l-proċedura tal-monitoraġġ u tar-rapportar jibqgħu rilevanti maż-żmien għall-valutazzjoni tal-kontribut tal-flotta ta’ vetturi tqal għall-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, tiżgura d-disponibbiltà tad-data dwar teknoloġiji ġodda u avvanzati għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u dwar ir-riżultati tat-testijiet ta’ verifika fit-triq, tiżgura li l-meded taċ-ċifri tar-reżistenza tal-arja jibqgħu rilevanti għall-finijiet ta’ informazzjoni u ta’ komparabbiltà, u tissupplimenta d-dispożizzjonijiet dwar il-multi amministrattivi.

    (50)

    Għal dawk ir-raġunijiet, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emendar tal-kriterji li jiddefinixxu s-subgruppi tal-vetturi inkluż permezz ta’ żieda ta’ subgruppi għal trakkijiet b’kombinazzjoni tqila ħafna (EHC) u li jiddefinixxuvetturi vokazzjonali, u l-kriterji għall-awtonomiji operazzjonali ta’ teknoloġiji differenti tas-sistema tal-motopropulsjoni, il-lista u l-piż tal-profili tal-missjoni, it-tagħbijiet, l-għadd ta’ passiġġieri, il-mases tal-passiġġieri, it-tagħbijiet massimi teknikament possibbli, l-għadd ta’ passiġġieri u l-volumi ta’ merkanzija massimi teknikament possibbli tas-subgruppi tal-vetturi u ċ-ċifri tal-kilometraġġi annwali, tal-emendar tar-rekwiżiti tad-data u tal-proċedura tal-monitoraġġ u tar-rapportar stabbiliti fl-Annessi, fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tad-data li trid tiġi rrapportata mill-Istati Membri għall-monitoraġġ tar-riżultati tat-testijiet ta’ verifika fit-triq, tal-emendar tal-meded taċ-ċifri tar-reżistenza tal-arja, u tad-definizzjoni tal-kriterji, tal-kalkolu u tal-metodu ta’ ġbir tal-multi amministrattivi imposti fuq il-manifatturi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

    (51)

    Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/1242, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip u fir-rigward tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, fir-rigward tal-interoperabbiltà teknika u miftuħa bejn l-infrastruttura tal-iċċarġjar u r-riforniment u x-xarabanks urbani, f’termini ta’ konnessjonijiet fiżiċi u skambju ta’ komunikazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

    (52)

    Jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/956 jitħassar b’dispożizzjonijiet tranżizzjonali li jippermettu li l-perijodu ta’ rapportar li jkun jinsab għaddej fil-mument tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament jiġi konkluż skont ir-regoli applikabbli fil-bidu ta’ dak il-perijodu ta’ rapportar, inkluż l-ipproċessar kollu tad-data miġbura. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika mill-bidu tal-perijodu ta’ rapportar li ġej.

    (53)

    Minħabba li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jippromwovi t-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 b’mod kosteffettiv u ekonomikament effiċjenti b’tali mod li jkun proporzjonat għall-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra netti fl-ekonomija kollha għall-2030 permezz ta’ miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 emendati għall-vetturi tqal, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu pjuttost, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

    (54)

    Għalhekk, ir-Regolament (UE) 2018/858 u (UE) 2019/1242 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (UE) 2019/1242

    Ir-Regolament (UE) 2019/1242 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 1

    Suġġett u objettivi

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-istandards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda. Dawk l-istandards jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettiv b’rabta man-newtralità klimatika u mal-miri intermedji tal-Unjoni dwar il-klima, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), il-miri tal-Istati Membri li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħhom, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2), u l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi, kif ukoll l-iżgurar tal-funzjonament xieraq tas-suq intern.

    2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll rekwiżiti għar-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi tqal ġodda rreġistrati fl-Unjoni u tal-konsum tal-fjuwil tagħhom.

    (*1)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (‘il-Liġi Ewropea dwar il-Klima’) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1)."

    (*2)  Ir-Regolament (UE) 2023/857 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/842 dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u r-Regolament (UE) 2018/1999 (ĠU L 111, 26.4.2023, p. 1).”;"

    (2)

    l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għal vetturi ġodda, li jew ikunu approvati skont it-tip jew approvati individwalment fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2018/858 jew li jissemmew fl-Artikolu 2(3) ta’ dak ir-Regolament, u li jappartjenu għal kwalunkwe kategorija ta’ vetturi minn dawn li ġejjin:

    (a)

    M2 u M3;

    (b)

    N1, N2 u N3, dment li l-vetturi ma jaqgħux taħt ir-Regolament (UE) 2019/631;

    (c)

    O3 u O4.

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandhom jissejħu vetturi tqal. Il-vetturi li jaqgħu taħt il-punt (a) jew (b) tal-ewwel subparagrafu għandhom jissejħu vetturi bil-mutur tqal.

    Il-kategoriji ta’ vetturi msemmija f’dan ir-Regolament jirreferu għall-kategoriji ta’ vetturi kif definiti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2018/858 u fl-Anness I tiegħu.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-vetturi tqal għandhom jitqiesu bħala vetturi tqal ġodda f’perijodu ta’ rapportar partikolari, jekk dawn ikunu rreġistrati fl-Unjoni għall-ewwel darba f’dak il-perijodu ta’ rapportar u ma kienu ġew irreġistrati qatt qabel barra mill-Unjoni.

    Reġistrazzjoni preċedenti barra l-Unjoni li tkun saret inqas minn tliet xhur qabel ir-reġistrazzjoni fl-Unjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal vetturi tqal li huma rreġistrati għall-ewwel darba għal perijodu ta’ mhux aktar minn xahar u li huma rreġistrati għall-iskop uniku ta’ trasferiment lejn pajjiż barra l-Unjoni.”

    ;

    (3)

    l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (1) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(1)

    ‘emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza’ tfisser il-medja tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fil-perijodu ta’ referenza tal-vetturi tqal ġodda kollha f’kull wieħed mis-subgruppi tal-vetturi, iddeterminata f’konformità mal-punt 3 tal-Anness I;”

    ;

    (b)

    jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

    “(3a)

    ‘perijodu ta’ rapportar’ tfisser il-perijodu mill-1 ta’ Lulju ta’ sena partikolari sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara;

    (3b)

    ‘perijodu ta’ referenza’ tfisser il-perijodu ta’ rapportar ta’ sena partikolari li fir-rigward tagħha l-obbligi ta’ tnaqqis regolatorju tal-emissjonijiet tas-CO2 għal ċertu subgrupp tal-vetturi huma speċifikati fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament;”

    ;

    (c)

    il-punt (5) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(5)

    ‘mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi’ tfisser il-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 ta’ manifattur individwali, ddeterminata kull sena għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti f’konformità mal-punt 4 tal-Anness I;”

    ;

    (d)

    il-punt (9) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(9)

    ‘vettura vokazzjonali’ tfisser vettura tqila maħsuba biex tintuża għal dmirijiet speċifiċi, li skont l-informazzjoni fiċ-ċertifikat tal-konformità tagħha, kif irrapportat mill-Istati Membri, tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt 1.2 tal-Anness I;”

    ;

    (e)

    il-punt (10) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(10)

    ‘manifattur’ tfisser il-persuna jew il-korp li lilhom ġew attribwiti l-vetturi rreġistrati f’perijodu partikolari f’konformità mal-Artikolu 7a;”

    ;

    (f)

    jiddaħħal il-punt li ġej:

    “(10a)

    ‘rapportatur’ tfisser entità li tkun responsabbli għar-rapportar tad-data lill-Kummissjoni;”

    ;

    (g)

    il-punt (11) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(11)

    ‘vettura tqila mingħajr emissjonijiet’ tfisser kwalunkwe miil-vetturi li ġejjin:

    (a)

    vettura bil-mutur tqila mingħajr magna tal-kombustjoni interna, jew b’magna tal-kombustjoni interna li l-emissjonijiet tagħha ma jkunux aktar minn 3 gCO2/(t.km) jew 1 gCO2/(p.km) kif iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2400;

    (b)

    vettura bil-mutur tqila mingħajr magna tal-kombustjoni interna jew b’magna tal-kombustjoni interna li l-emissjonijiet tagħha ma jkunux aktar minn 1 g/kWh ta’ CO2 kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu jew li l-emissjonijiet tagħha ma jkunux aktar minn 1 g/km ta’ CO2 kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu dment li ma tkun ġiet iddeterminata l-ebda emissjoni tas-CO2 skont ir-Regolament (UE) 2017/2400;

    (c)

    trejler mgħammar b’apparat li jappoġġja b’mod attiv il-propulsjoni tiegħu u li ma jkollux magna tal-kombustjoni interna jew li jkollu magna tal-kombustjoni interna li l-emissjonijiet tagħha jkunu anqas minn 1 g CO2/kWh kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu jew f’konformità mar-Regolament tan-NUKEE (KE) Nru 49.

    (*3)  Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).”;"

    (h)

    il-punt (12) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(12)

    ‘vettura tqila b’emissjonijiet baxxi’ tfisser vettura tqila, għajr vettura tqila mingħajr emissjonijiet, b’emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ anqas minn nofs l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tal-vetturi kollha fis-subgrupp tal-vetturi li għalih tappartjeni l-vettura tqila, kif iddeterminat f’konformità mal-punt 2.3.4 tal-Anness I;”

    ;

    (i)

    jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “(16)

    ‘vettura primarja’ tfisser vettura primarja kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (22), tar-Regolament (UE) 2017/2400;

    (17)

    ‘vettura primarja ta’ vettura tqila’ tfisser vettura primarja, li għas-simulazzjoni tagħha tiġi allokata karozzerija ġenerika li tikkorrispondi għall-karozzerija attwali tal-vettura tqila fir-rigward tal-konfigurazzjonijiet tal-art (baxxa/għolja) u tas-sulari (wieħed/doppju) tagħha u ta’ kwalunkwe parametru ieħor kif applikabbli;

    (18)

    ‘vettura kompluta’ tfisser vettura kompluta kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (26), tar-Regolament (UE) 2018/858;

    (19)

    ‘vettura kompleta’ tfisser vettura kompleta kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (27), tar-Regolament (UE) 2018/858;

    (20)

    ‘vettura off-road’ tfisser vettura off-road kif definit fil-Parti A, il-punt 2.1, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

    (21)

    ‘vettura bi skop speċjali’ tfisser vettura bi skop speċjali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2018/858;

    (22)

    ‘vettura bi skop speċjali off-road’ tfisser vettura bi skop speċjali off-road kif definit fil-Parti A, il-punt 2.3.1, tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

    (23)

    ‘ċertifikat tal-konformità’ tfisser ċertifikat tal-konformità kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (5), tar-Regolament (UE) 2018/858;

    (24)

    ‘kuntratt pubbliku’, fil-kuntest ta’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku u sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tfisser ‘kuntratt pubbliku’ kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (5), tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4), ‘kuntratti ta’ provvista, xogħlijiet u servizzi’ kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5), u ‘konċessjonijiet’ kif definit fl-Artikolu 5, il-punt (1), tad-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6);

    (25)

    ‘rakk b’kombinazzjoni tqila ħafna’ jew ‘trakk EHC’ tfisser vettura tqila tal-kategorija N3 adattata għall-użu f’kombinazzjoni ta’ vetturi u li tissodisfa l-kriterji kollha tad-disinn u tal-kostruzzjoni li ġejjin:

    (a)

    ikollha tliet fusien jew aktar;

    (b)

    b’potenza nominali tal-magna ta’ mill-inqas 400 kW;

    (c)

    iddisinjata b’massa tat-tagħbija massima teknikament possibbli (TPMLM) tal-kombinazzjoni ta’ aktar minn 60 tunnellata;

    (*4)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65)."

    (*5)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243)."

    (*6)  Id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).” "

    (j)

    jiżdiedu il-paragrafi li ġejjin:

    “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, ‘grupp ta’ manifatturi konnessi’ tfisser manifattur u l-impriżi konnessi miegħu.

    Fir-rigward tal-manifattur, ‘impriżi konnessi’ tfisser:

    (a)

    impriżi li fihom il-manifattur ikollu, direttament jew indirettament:

    (i)

    is-setgħa li jeżerċita aktar minn nofs id-drittijiet tal-vot;

    (ii)

    is-setgħa li jaħtar aktar minn nofs il-membri tal-bord superviżorju, tal-bord ta’ ġestjoni jew tal-korpi li jirrappreżentaw lill-impriża b’mod ġuridiku; jew

    (iii)

    ikollu d-dritt li jmexxi n-negozju tal-impriża;

    (b)

    impriżi li direttament jew indirettament ikollhom, id-dritt jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a);

    (c)

    impriżi li fihom impriża msemmija fil-punt (b) ikollha, direttament jew indirettament, id-dritt jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a);

    (d)

    impriżi li fihom il-manifattur flimkien ma’ impriża waħda jew aktar mill-impriżi msemmija fil-punt (a), (b) jew (c), jew li fihom żewġ impriżi jew aktar mill-impriżi tal-aħħar, b’mod konġunt ikollhom id-dritt jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a);

    (e)

    impriżi li fihom id-dritt jew is-setgħat imsemmija fil-punt (a) huma miżmuma b’mod konġunt mill-manifattur jew minn impriża waħda jew aktar mill-impriżi konnessi miegħu msemmija fil-punti (a) sa (d) u minn parti terza waħda jew aktar.”

    ;

    (4)

    jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 3a

    Miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2

    1.   L-emissjonijiet tas-CO2 medji tal-flotta tal-Unjoni ta’ vetturi bil-mutur tqal ġodda, għajr vetturi bi skop speċjali, vetturi off-road u vetturi bi skop speċjali off-road għandhom jitnaqqsu bil-perċentwali li ġejjin meta mqabbla mal-emissjonijiet tas-CO2 medji tal-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2019:

    (a)

    15 % għas-subgruppi tal-vetturi 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD u 10-LH għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2029;

    (b)

    45 % għas-subgruppi tal-vetturi kollha għajr il-vetturi vokazzjonali għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2030 sa 2034;

    (c)

    65 % għas-subgruppi tal-vetturi kollha għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2035 sa 2039;

    (d)

    90 % għas-subgruppi tal-vetturi kollha għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2040 ’il quddiem.

    2.   Is-subgruppi tal-vetturi għandhom jikkontribwixxu għall-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 imsemmija fil-paragrafu 1, f’konformità mal-punt 4.3. tal-Anness I.

    3.   L-emissjonijiet tas-CO2 relatati mal-flotta tal-Unjoni ta’ trejlers ġodda għandhom jitnaqqsu f’konformità mal-punt 4.3 tal-Anness I.

    4.   Minkejja l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2017/2400, il-vetturi tqal approvati li jaqgħu taħt l-Artikolu 2(3), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2018/858 ma għandhomx ikunu soġġetti għall-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3 ta’ dan l-Artikolu, sakemm il-manifattur jagħżel li jinkludi dawk il-vetturi tqal fil-kalkolu tal-emissjonijiet u tal-miri tas-CO2 speċifiċi tiegħu meta jirrapporta l-vettura f’konformità mal-Parti B tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    5.   Vetturi tqal għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 4 li huma rreġistrati għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku jew mis-servizzi għall-kura medika urġenti ma għandhomx ikunu soġġetti għall-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3, dment li Stat Membru jindika dan fil-proċess tar-reġistrazzjoni u tar-rapportar, u b’hekk jikkonferma fid-data rrapportata f’konformità mal-Parti A tal-Anness IV li l-iskop tal-vettura tqila ma jistax jiġi moqdi bl-istess mod minn vettura tqila mingħajr emissjonijiet u għalhekk huwa fl-interess pubbliku li vettura tqila b’magna tal-kombustjoni tiġi rreġistrata sabiex tissodisfa dak l-iskop.

    Il-vetturi tqal irreġistrati għall-użu mis-servizzi armati ma għandhomx ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jirrapportahomx f’konformità mal-Parti A tal-Anness IV.

    Artikolu 3b

    Miżuri addizzjonali biex tiġi appoġġjata t-tranżizzjoni lejn vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fis-suq tal-Unjoni

    Sat-30 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tissottometti, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport li jqis il-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-adozzjoni fis-suq tal-Unjoni ta’ vetturi tqal, li jiġu mmodifikati b’mod retroattiv biex isiru vetturi tqal mingħajr emissjonijiet, inkluż permezz ta’ regoli armonizzati. Dak ir-rapport għandu jkun fiħ analiżi tal-għażliet u l-impatti ta’ dawk l-għażliet. Meta xieraq, l-analiżi għandha tkun akkumpanjata minn inizjattiva leġiżlattiva jew minn azzjoni oħra.

    Artikolu 3c

    Miżuri addizzjonali biex tiġi appoġġjata d-domanda għal vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fis-suq tal-Unjoni

    Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tissottometti, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, rapport li jkun fiħ analiżi tal-ħtieġa potenzjali għal u l-impatt tal- inizjattivi biex jiżdied is-sehem ta’ vetturi bil-mutur tqal mingħajr emissjonijiet li jkunu proprjetà ta’ operaturi ta’ flotot kbar jew mogħtija lilhom b’lokazzjoni. F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tqis l-għażliet possibbli biex jiżdied l-użu ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet li jkunu proprjetà ta’ operaturi ta’ flotot kbar jew mogħtija lilhom b’lokazzjoni.

    Artikolu 3d

    Mira ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet għax-xarabanks urbani

    1.   Għall-vetturi tqal imsemmija fir-raba’ kolonna tat-tabella fil-punt 4.2 tal-Anness I (‘xarabanks urbani’), il-manifatturi għandhom jikkonformaw mal-ishma minimi ta’ 90 % u 100 % ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-flotta tagħhom ta’ vetturi tqal ġodda f’konformità mal-punt 4.3.2 tal-Anness I.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tispeċifika, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, inklużi standards, rigward l-interoperabbiltà teknika u miftuħa bejn l-infrastruttura tal-irriċarġjar u tar-riforniment u x-xarabanks urbani, f’termini ta’ konnessjonijiet fiżiċi u skambju ta’ komunikazzjoni.

    Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).

    3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, inklużi standards, rigward il-kondiviżjoni u l-użu sikuri u siguri tad-data ġġenerata b’rabta mal-użu ta’ xarabanks urbani.

    Artikolu 3e

    L-iżgurar ta’ ktajjen tal-provvista sostenibbli u reżiljenti għax-xarabanks urbani permezz ta’ proċeduri tal-akkwist pubbliku

    1.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ provvista għax-xiri, il-lokazzjoni, il-kiri jew il-lokazzjoni b’opzjoni ta’ xiri ta’ xarabanks urbani ġodda mingħajr emissjonijiet, kif ukoll ta’ kuntratti ta’ servizzi pubbliċi li jkollhom bħala s-suġġett ewlieni tagħhom l-użu ta’ tali xarabanks urbani, fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża li għandha tinkludi l-aħjar proporzjon bejn il-prezz u l-kwalità.

    2.   L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jużaw mill-inqas tnejn mill-kriterji li ġejjin bħala speċifikazzjonijiet tekniċi jew bħala kriterji tal-għoti, mill-inqas wieħed minnhom għandu jirrelata mal-kontribut tal-offerta għas-sigurtà tal-provvista kif stabbilit fil-punti (a) sa (d), skont is-sitwazzjoni tas-suq u f’konformità mad-Direttivi 2014/23/UE, 2014/24/UE jew 2014/25/UE, u mal-leġiżlazzjoni settorjali applikabbli, kif ukoll mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni, inkluż il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (il-‘GPA’) u ftehimiet internazzjonali oħra li l-Unjoni hija marbuta bihom:

    (a)

    il-proporzjon tal-prodotti tal-offerti li joriġinaw f’pajjiżi terzi, kif iddeterminat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7); dak il-kriterju għandu japplika biss għal prodotti ta’ offerti li joriġinaw f’pajjiżi li mhumiex parti fil-GPA u li ma kkonkludewx ftehim ta’ kummerċ ħieles, inklużi regoli dwar l-akkwist pubbliku, mal-Unjoni;

    (b)

    id-disponibbiltà attwali u stmata ta’ spare parts essenzjali għall-funzjonament tat-tagħmir li huwa s-soġġett tal-offerta;

    (c)

    impenn mill-offerent li bidliet possibbli fil-katina tal-provvista tiegħu matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt mhumiex se jaffettwaw ħażin l-eżekuzzjoni tal-kuntratt;

    (d)

    ċertifikazzjoni jew dokumentazzjoni li turi li l-organizzazzjoni tal-katina tal-provvista tal-offerent tippermettilu jikkonforma mar-rekwiżit tas-sigurtà tal-provvista;

    (e)

    sostenibbiltà ambjentali li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi previsti f’atti legali tal-Unjoni.

    L-ewwel subparagrafu ma għandux jipprekludi lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti milli jużaw kriterji addizzjonali.

    3.   Jekk il-kontribut tal-offerta għas-sigurtà tal-provvista jintuża bħala kriterju tal-għoti, dan għandu jingħata ponderazzjoni li tkun bejn 15 sa 40 % tal-kriterji tal-għoti.

    (*7)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).”;"

    (5)

    fl-Artikolu 4, l-ewwel paragrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Mill-1 ta’ Lulju 2020, u f’kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal kull manifattur l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji fi g/tkm għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti, billi jitqies dan li ġej:

    (a)

    id-data rrapportata għall-vetturi tqal ġodda tal-manifattur irreġistrati fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti;

    (b)

    il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi ddeterminat skont l-Artikolu 5; u

    (c)

    fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2030 sa 2034, vetturi vokazzjonali ġodda mingħajr emissjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 1.1.1 tal-Anness 1.”

    ;

    (6)

    l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Mill-1 ta’ Lulju 2020 u għal kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti sal-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2029, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal kull manifattur, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti.

    Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jqis l-għadd u l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal kollha tal-kategorija N mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fil-flotta tal-manifattur.”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   Għall-perijodi ta’ rapportar mill-2025 sal-2029, il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi ta’ punt ta’ riferiment ta’ 2 % f’konformità mal-punt 2.3.2 tal-Anness I.”

    ;

    (c)

    il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi għandu jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur b’massimu ta’ 3 %. Il-kontribut għal dak il-fattur tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N, għajr dawk fis-subgruppi tal-vetturi 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD jew 10-LH, għandu jnaqqas l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur b’massimu ta’ 1,5 %.”

    ;

    (7)

    l-Artikolu 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 6

    Il-miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ manifattur

    Għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 u għal kull perijodu ta’ rapportar sussegwenti, il-Kummissjoni għandha tiddetermina għal kull manifattur, mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti. Dik il-mira għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt 4.1 tal-Anness I.”

    ;

    (8)

    jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 6a

    Trasferiment ta’ vetturi tqal bejn il-manifatturi

    1.   Għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifatturi f’konformità mal-Artikolu 4 u mal-punt 2.2 tal-Anness I, jistgħu jiġu ttrasferiti vetturi tqal individwali bejn manifatturi, dment li l-kundizzjonijiet li ġejjin jkunu ssodisfati:

    (a)

    għat-trasferimenti kollha: it-talba tiġi sottomessa b’mod konġunt mill-manifattur li jittrasferixxi u dak li jirċievi;

    (b)

    għat-trasferiment ta’ vetturi tqal għajr vetturi tqal mingħajr emissjonijiet; il-manifattur li jittrasferixxi u dak li jirċievi jappartjenu għal grupp ta’ manifatturi konnessi;

    (c)

    għat-trasferiment ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet bejn manifatturi li ma jappartjenux għal grupp ta’ manifatturi konnessi; l-għadd ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet trasferiti lil manifattur ma jaqbiżx 5 % tal-vetturi tqal ġodda kollha tiegħu rreġistrati f’perijodu ta’ rapportar partikolari.

    Il-manifatturi għandhom jippreżentaw it-talbiet ta’ trasferiment lill-Kummissjoni billi jużaw l-għodod elettroniċi pprovduti mill-Kummissjoni.

    2.   Meta l-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet għal trasferiment huma ssodisfati, hija ma għandhiex tqis il-vettura tqila ttrasferita għall-kalkolu taċ-ċifri rilevanti għall-manifattur li jittrasferixxi, iżda għandha tqisha għall-kalkolu taċ-ċifri rilevanti għall-manifattur li jirċievi.

    Artikolu 6b

    Eżenzjoni għall-manifatturi li jipproduċu għadd żgħir ta’ vetturi tqal

    1.   Jekk manifattur jirreġistra anqas minn 100 vettura tqila ġdida ta’ manifattur f’perijodu ta’ rapportar partikolari, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji kif previst fl-Artikolu 4 u fil-punt 2.7 tal-Anness I u l-miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi kif previst fl-Artikolu 6 u fil-punt 4.1 tal-Anness I għandhom jiġu stabbiliti għal ‘0’ għal dak il-perijodu ta’ rapportar.

    2.   Meta japplika l-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, iċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji u tal-miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ma għandhomx jiġu inklużi fil-pubblikazzjoni tad-data skont l-Artikolu 11 għall-manifatturi u għall-perijodi ta’ rapportar ikkonċernati.

    3.   L-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika f’perijodu ta’ rapportar partikolari fi kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:

    (a)

    jekk il-manifattur jitlob dan;

    (b)

    jekk il-manifattur jitlob trasferiment ta’ vetturi tqal f’konformità mal-Artikolu 6a;

    (c)

    jekk il-manifattur ikun parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi li rreġistraw b’mod kollettiv aktar minn 100 vettura tqila f’dak il-perijodu ta’ rapportar jew ikun parti minn grupp ta’ manifatturi konnessi li jinkludi manifattur li għalih japplika l-punt (a) jew (b).

    4.   Il-manifatturi li ma jkunux parti minn grupp fis-sens tal-paragrafu 3, il-punt (c), għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk ikunu rreġistraw anqas minn 100 vettura tqila f’perijodu ta’ rapportar partikolari.

    5.   Il-manifatturi li għalihom ma tapplikax l-eżenzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni f’kull perijodu ta’ rapportar dwar l-impriżi kollha konnessi magħhom li għalihom tapplika l-eżenzjoni.

    6.   Il-manifatturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni għall-fini tal-paragrafi 4 u 5 billi jużaw l-għodod elettroniċi pprovduti mill-Kummissjoni.”

    ;

    (9)

    l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-kliem introduttorju huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Għall-fini tad-determinazzjoni tal-konformità ta’ manifattur mal-miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2039, għandhom jitqiesu l-krediti tal-emissjonijiet jew id-djun tal-emissjonijiet tiegħu ddeterminati f’konformità mal-punt 5 tal-Anness I, li jikkorrispondu għall-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur f’perijodu ta’ rapportar, immultiplikati:”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, “2029” hija sostitwita b’“2039”;

    (c)

    fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Id-djun tal-emissjonijiet għandhom jinkisbu fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sa 2039. Madankollu, id-dejn tal-emissjonijiet totali ta’ manifattur ma għandux jaqbeż 5 % tal-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur immultiplikata bl-għadd ta’ vetturi tqal tal-manifattur f’dak il-perijodu (‘il-limitu tad-djun tal-emissjonijiet’).”

    ;

    (d)

    fil-paragrafu 1, ir-raba’ subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Il-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet miksuba fil-perijodi ta’ rapportar mill-2025 sal-2039, meta applikabbli, għandhom jiġu riportati minn perijodu ta’ rapportar għall-perijodu ta’ rapportar li jmiss. Madankollu, kwalunkwe dejn tal-emissjonijiet li jkun fadal għandu jixxejjen fil-perijodi ta’ rapportar tas-sena 2029, 2034 u 2039. Il-krediti tal-emissjonijiet għandhom jitqiesu għall-fini tad-determinazzjoni tal-konformità tal-manifattur mal-mira tiegħu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi biss fi kwalunkwe perijodu mill-perijodi ta’ rapportar tas-seba’ snin wara l-perijodu ta’ rapportar li matulu jkunu nkisbu.”.

    (e)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   It-trajettorji tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għandhom jiġu stabbiliti għal kull manifattur f’konformità mal-punt 5.1.2 tal-Anness I, abbażi tat-trajettorji lineari li ġejjin:

    (a)

    bejn l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza u l-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 jew 2030 kif speċifikat fl-Artikolu 3a(1), il-punti (a) u (b);

    (b)

    bejn il-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 u l-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2030 kif speċifikat fl-Artikolu 3a(1), il-punt (b);

    (c)

    bejn il-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2030 u l-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2035 kif speċifikat fl-Artikolu 3a(1), il-punt (c); u

    (d)

    bejn il-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2035 u l-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2040 kif speċifikat fl-Artikolu 3a(1), il-punt (d).”

    ;

    (10)

    jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 7a

    Attribuzzjoni ta’ vetturi tqal lil manifattur

    Meta jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji msemmija fl-Artikolu 4 u l-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi msemmija fl-Artikolu 6, il-vetturi tqal irreġistrati f’perijodu ta’ rapportar partikolari għandhom jiġu attribwiti lill-manifatturi li ġejjin:

    (a)

    għall-vetturi tqal tal-kategorija N, lill-manifattur tal-vettura kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (4a), tar-Regolament (UE) 2017/2400;

    (b)

    għall-vetturi tqal tal-kategorija M, lill-manifattur tal-vettura primarja kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (29), tar-Regolament (UE) 2017/2400;

    (c)

    għall-vetturi tqal tal-kategorija O, lill-manifattur tal-vettura kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (5), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 (*8).

    Artikolu 7b

    Kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-vetturi tqal tal-kategorija M

    Għall-vetturi tqal tal-kategorija M, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    għall-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji f’subgrupp tal-vetturi ta’ manifattur, vettura tqila ġdida tal-kategorija M għandha titqies bl-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħha bħala vettura kompleta jew kompluta skont il-punt 2.2.2 tal-Anness I u ma għandhiex titqies fil--punt 2.2.3 ta’ dak l-Anness.

    (b)

    b’deroga mill-punt (a) ta’ dan l-Artikolu, fuq talba lill-Kummissjoni tal-manifattur tal-vettura primarja kif imsemmi fl-Artikolu 7a, il-punt (b), u soġġetta għall-kundizzjoni stabbilita fil-punt (c) ta’ dan l-Artikolu, vettura tqila ġdida tal-kategorija M għandha titqies mal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura primarja tagħha fil-punt 2.2.3 tal-Anness I u ma għandhiex titqies fil-punt 2.2.2 ta’ dak l-Anness;

    (c)

    talba skont il-punt (b) ta’ dan l-Artikolu għal vettura tqila ġdida tal-kategorija M ma għandhiex tkun ammissibbli jekk il-manifattur tal-vettura primarja, u l-manifattur tal-vettura kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (4a), tar-Regolament (UE) 2017/2400, tal-vettura kompleta jew kompluta jkunu impriżi konnessi jew partijiet mill-istess entità ġuridika; Billi jippreżentaw tali talba, il-manifattur tal-vettura primarja jiddikjara li mhumiex impriżi konnessi jew partijiet mill-istess entità ġuridika. Huwa għandu jipprovdi informazzjoni ta’ sostenn lill-Kummissjoni fuq talba;

    (d)

    il-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tagħmel disponibbli mingħajr dewmien f’format elettroniku l-għodod u l-gwida proċedurali meħtieġa għall-manifatturi biex jissottomettu tali talbiet imsemmija fil-punt (b) lill-Kummissjoni.

    (*8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ trejlers heavy-duty fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija u l-firxa tas-sewqan b’emissjonijiet żero tal-vetturi bil-mutur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145).”;"

    (11)

    l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Fejn manifattur jinstab, skont il-paragrafu 2, li għandu emissjonijiet ta' CO2 żejda f'perjodu partikolari ta' rappurtar mill-2025 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha timponi primjum għal emissjonijiet ta' CO2 żejda, ikkalkulat skont il-formula li ġejja: (primjum għall-emissjonijiet ta’ CO2 żejda) = (emissjonijiet ta' CO2 żejda) × 4 250 EUR/gCO2/tkm).”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Manifattur għandu jitqies li għandu emissjonijiet tas-CO2 żejda fi kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:

    (a)

    meta, fi kwalunkwe perijodu ta’ rapportar tas-snin mill-2025 sal-2028, mill-2030 sal-2033 jew mill-2035 sal-2038, is-somma tad-djun tal-emissjonijiet imnaqqsa bis-somma tal-krediti tal-emissjonijiet tkun taqbeż il-limitu tad-djun tal-emissjonijiet imsemmi fl-Artikolu 7(1), it-tielet subparagrafu;

    (b)

    meta, fil-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2029, 2034, 2039 u 2040, is-somma tad-djun tal-emissjonijiet imnaqqsa bis-somma tal-krediti tal-emissjonijiet tkun pożittiva;

    (c)

    meta, mill-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2041 ‘il quddiem, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifattur ikunu jaqbżu l-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tiegħu.’;

    L-emissjonijiet tas-CO2 żejda f’perijodu ta’ rapportar partikolari għandhom jiġu kkalkulati f’konformità mal-punt 6 tal-Anness I.”

    ;

    (12)

    l-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “1.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-manifatturi għandhom, mingħajr dewmien, jirrapportaw lill-Kummissjoni kwalunkwe devjazzjoni mid-data rrapportata minn dawn li ġejjin:

    (a)

    meta ċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal fis-servizz bħala riżultat tal-verifiki mwettqa f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament jiddevjaw miċ-ċifri li huma indikati fiċ-ċertifikati tal-konformità jew fil-fajl ta’ informazzjoni għall-klijent imsemmi fl-Artikolu 9(4) tar-Regolament (UE) 2017/2400;

    (b)

    meta jkunu ġew identifikati żbalji, minħabba input żbaljat tad-data jew kawżi oħra, fl-eżekuzzjoni tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2;

    (c)

    meta jkunu ġew identifikati żbalji fl-eżekuzzjoni tal-monitoraġġ u tar-rapportar tal-emissjonijiet tas-CO2;

    (d)

    kwalunkwe devjazzjoni għajr dawk imsemmija fil-punt (a), (b) jew (c).”

    ;

    (b)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Il-Kummissjoni għandha tqis id-devjazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur u tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza. Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, temenda l-lista msemmija fl-Artikolu 11(1). Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun obbligata tqis id-devjazzjonijiet jekk il-kalkolu mill-ġdid tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur jew tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza jirriżulta f’devjazzjoni ta’ anqas minn 0,1 %.”

    ;

    (13)

    l-Artikolu 10 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 10

    Valutazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza

    1.   Sabiex jiġu żgurati r-robustezza u r-rappreżentattività tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tas-subgruppi tal-vetturi li għalihom japplika perijodu ta’ rapportar tas-sena 2024 jew aktar tard bħala l-perijodu ta’ referenza skont il-punt 3.2 tal-Anness I, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet li taħthom ikunu ġew iddeterminati l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza u tiddetermina jekk dawk l-emissjonijiet ikunux żdiedu bla bżonn u, jekk ikun il-każ, kif għandhom jiġu kkoreġuti.

    2.   Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza kollha jew li wħud minnhom iridu jiġu kkoreġuti, hija għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni biex jitwettqu dawk il-korrezzjonijiet, f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).”

    ;

    (14)

    l-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(d)

    mill-1 ta’ Lulju 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2041, għal kull manifattur, it-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tiegħu, il-krediti tal-emissjonijiet tiegħu u, mill-1 ta’ Lulju 2026 sat-30 ta’ Ġunju 2041, id-djun tal-emissjonijiet tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 7;”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punt (e) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(e)

    mill-1 ta’ Lulju 2026, għal kull manifattur, l-emissjonijiet tas-CO2 żejda tiegħu fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti, kif imsemmi fl-Artikolu 8(2);”

    ;

    (c)

    fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Il-lista li trid tiġi ppubblikata sat-30 ta’ April tas-sena ta’ wara sena li fiha jkun intemm perijodu ta’ referenza għandha tinkludi l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza ddeterminati f’dak il-perijodu ta’ referenza.”

    ;

    (d)

    il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti ta’ implimentazzjoni biex temenda l-lista stabbilita fil-paragrafu 1 meta:

    (a)

    l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 jiġu emendati, għajr emendi relatati maċ-ċifri tat-tagħbija u tal-għadd ta’ passiġġieri użati għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2, b’tali mod li l-livell tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi tqal rappreżentattivi speċifikati skont il-paragrafu 3 jiżdied jew jonqos b’aktar minn 5 g CO2/km; f’tali każijiet l-emissjonijiet ta’ referenza aġġustati għandhom jiġu kkalkulati f’konformità mal-punt 1 tal-Anness II u ċ-ċifri l-ġodda għandhom jiġu ppubblikati bħala komplement għaċ-ċifri preċedenti, filwaqt li jiġi indikat il-perijodu ta’ rapportar meta japplikaw għall-ewwel darba;

    (b)

    l-Annessi jkunu ġew emendati f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punti (a) sa (f); f’tali każijiet l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza ppubblikati qabel għandhom jiġu kkalkulati mill-ġdid f’konformità mal-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-parametri emendati f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punti (a) sa (f), us-sett ikkalkolat mill-ġdid ta’ emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza għandu jiġi ppubblikat u għandu jissostitwixxi l-emissjonijiet ta’ referenza preċedenti mill-perijodu ta’ rapportar li fih il-parametri emendati f’konformità mal-Artikolu 14(1), il-punti (a) sa (f), japplikaw għall-ewwel darba.”

    ;

    (e)

    jiżdied il-paragrafu li ġej:

    “3.   Fejn il-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 595/2009 huma emendati kif imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a), ta’ dan l-Artikolu, l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jew jispeċifikaw inkella jistabbilixxu metodoloġija għad-definizzjoni ta’ vettura rappreżentattiva waħda jew aktar ta’ subgrupp tal-vetturi, inklużi l-ponderazzjonijiet statistiċi tagħhom u ċ-ċifri tat-tagħbija u tal-għadd ta’ passiġġieri li jridu jintużaw għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2. Il-metodoloġija għandha tkun il-bażi għall-kalkolu tal- aġġustament imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a)(i), ta’ dan l-Artikolu, filwaqt li titqies id-data ta’ monitoraġġ irrapportata skont dan ir-Regolament u l-karatteristiċi tekniċi msemmija fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2017/2400. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami stabbilita fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-Regolament.”

    ;

    (15)

    fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.   Fejn jinstab nuqqas ta' korrispondenza tal-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil li ma jistgħux jiġu attribwiti għal funzjonament ħażin tal-għodda ta' simulazzjoni, jew il-preżenza ta' kwalunkwe strateġiji li jtejbu b'mod artifiċjali l-prestazzjoni ta' vettura, bħala riżultat tal-verifiki mwettqa skont il-paragrafu 2, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha, minbarra li tieħu l-miżuri meħtieġa stabbiliti fil-Kapitolu XI tar-Regolament (UE) 2018/858, tiżgura li l-fajls tal-informazzjoni tal-klijent, iċ-ċertifikati ta’ konformità u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni individwali jiġu kkoreġuti, skont il-każ. Meta d-data fil-fajls ta’ informazzjoni għall-klijenti, fiċ-ċertifikati tal-konformità u fiċ-ċertifikati tal-approvazzjoni individwali ma tkunx tista’ tiġi kkoreġuta fl-ambitu tar-Regolament (UE) 2018/858, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli għandha toħroġ dikjarazzjoni ta’ korrezzjoni bid-data kkoreġuta. Hija għandha tibgħat dik id-dikjarazzjoni lill-Kummissjoni u lill-partijiet ikkonċernati.”

    ;

    (16)

    jiddaħħlu l-artikoli li ġejjin:

    “Artikolu 13a

    Monitoraġġ u rapportar mill-Istati Membri

    1.   Mill-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2023, l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness IV relatata ma’ vetturi tqal ġodda rreġistrati għall-ewwel darba fl-Unjoni.

    Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, mill-2020 ’il quddiem, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jirrapportaw dik id-data għall-perijodu ta’ rapportar preċedenti tal-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju lill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness V.

    2.   L-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta’ data f’konformità ma’ dan ir-Regolament għandhom ikunu dawk innominati mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 7(6) tar-Regolament (UE) 2019/631.

    3.   Il-vetturi tqal iddisinjati u mibnija jew adattati għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar jew mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku mhumiex soġġetti għal dan l-Artikolu.

    4.   Il-vetturi tqal irreġistrati għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku jew mis-servizzi għall-kura medika urġentigħandhom ikunu soġġetti għal dan l-Artikolu, irrispettivament minn jekk ikunux eżentati mill-Artikolu 3a.

    Artikolu 13b

    Rapportar mill-manifatturi jew minn entitajiet oħra responsabbli għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura tqila

    1.   Il-manifatturi jew entitajiet oħra li huma responsabbli għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura tqila u huma soġġetti għall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2017/2400 jew għall-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362 għandhom jirrapportaw id-data għal vetturi tqal ġoddaf’konformità mal-Parti B tal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament.

    Sat-30 ta’ Settembru ta’ kull sena, huma għandhom jirrapportaw dik id-data lill-Kummissjoni għal kull vettura tqila ġdida b’data ta’ determinazzjoni, jew ta’ valutazzjoni, li taqa’ fil-perijodu ta’ rapportar li jintemm fit-30 ta’ Ġunju f’konformità mal-proċedura ta’ rapportar stabbilita fl-Anness V.

    Dan il-paragrafu ma għandux japplika għal vetturi tqal li huma eżentati skont l-Artikolu 6b.

    2.   Kull manifattur jew entità oħra fis-sens tal-paragrafu 1 għandhom jaħtru punt ta’ kuntatt għall-fini tar-rapportar tad-data f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

    3.   L-obbligi ta’ rapportar fl-ambitu tal-Artikolu 13a(3) u (4) għandhom japplikaw għall-manifatturi u għal entitajiet oħra fis-sens tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 13c

    Reġistru ċentrali għad-data dwar vetturi tqal

    1.   Il-Kummissjoni għandha żżomm reġistru ċentrali għad-data dwar vetturi tqal (‘ir-reġistru ċentrali’) li tiġi rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b.

    Ir-reġistru ċentrali għandu jkun disponibbli għall-pubbliku bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data elenkati fil-punt 3.2 tal-Anness V.

    Iċ-ċifra tar-reżistenza tal-arja għandha ssir disponibbli għall-pubbliku f’format ta’ meded kif stabbilit fil-Parti C tal-Anness IV.

    2.   L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tiġġestixxi r-reġistru ċentrali f’isem il-Kummissjoni.

    Artikolu 13d

    Monitoraġġ tar-riżultati tat-testijiet ta’ verifika fit-triq

    1.   Il-Kummissjoni għandha, meta jkunu disponibbli, timmonitorja r-riżultati tat-testijiet fit-triq imwettqa fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009 biex tivverifika l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi tqal ġodda.

    2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-data li trid tiġi rrapportata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Artikolu 13e

    Kwalità tad-data

    1.   L-awtoritajiet kompetenti u l-manifatturi għandhom ikunu responsabbli għall-korrettezza u għall-kwalità tad-data li jirrapportaw skont l-Artikoli 13a u 13b. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe żball individwat fid-data rrapportata.

    2.   Il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifika tagħha stess tal-kwalità tad-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b.

    3.   Meta l-Kummissjoni tkun infurmata bi żbalji fid-data rrapportata skont il-paragrafu 1, jew issib, wara l-verifika tagħha stess skont il-paragrafu 2, diskrepanzi fis-sett tad-data, hija għandha, meta jkun xieraq, tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkoreġi d-data ppubblikata fir-reġistru ċentrali.

    4.   Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-miżuri ta’ verifika u ta’ korrezzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 16.

    Artikolu 13f

    Multi amministrattivi

    1.   Il-Kummissjoni tista’ timponi multa amministrattiva f’kull wieħed minn dawn il-każijiet:

    (a)

    meta ssib li d-data rrapportata mill-manifattur skont l-Artikolu 13b ta’ dan ir-Regolament tiddevja mid-data li tirriżulta mill-fajl tar-rekords tal-manifattur jew miċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għall-magna maħruġ fil-qafas tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, u d-devjazzjoni tkun intenzjonata jew dovuta għal negliġenza serja;

    (b)

    meta d-data ma tiġix sottomessa sal-iskadenza msemmija fl-Artikolu 13b(1), it-tieni subparagrafu, u d-dewmien ma jkunx jista’ jiġi debitament ġustifikat.

    Għall-finijiet tal-verifika tad-data msemmija fil-punt (a), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti.

    Il-multi amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u ma għandhomx jaqbżu EUR 30 000 għal kull vettura tqila kkonċernata minħabba devjazzjoni mid-data jew dewmien tad-data kif imsemmija fil-punti (a) u (b).

    2.   Il-Kummissjoni għandha, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 17 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-proċedura u l-metodi għall-kalkolu u għall-ġbir tal-multi amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Dawk l-atti delegati għandhom jirrispettaw il-prinċipji li ġejjin:

    (a)

    il-proċedura għandha tirrispetta d-dritt għal amministrazzjoni tajba, u b’mod partikolari d-dritt li wieħed jinstema’ u d-dritt ta’ aċċess għall-fajl, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-sigrieti kummerċjali;

    (b)

    fil-kalkolu tal-multi amministrattivi xierqa, il-Kummissjoni għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-effettività, tal-proporzjonalità u tad-dissważività, filwaqt li tqis, meta rilevanti, is-serjetà u l-effetti tad-devjazzjoni jew tad-dewmien, l-għadd ta’ vetturi tqal ikkonċernati minn devjazzjoni mid-data jew minn dewmien tad-data, il-bona fide tal-manifattur, il-grad ta’ diliġenza u ta’ kooperazzjoni tal-manifattur, ir-ripetizzjoni, il-frekwenza u d-durata tad-devjazzjoni jew tad-dewmien, kif ukoll kwalunkwe penali preċedenti imposti fuq l-istess manifattur;

    (c)

    il-multi amministrattivi għandhom jinġabru mingħajr dewmien żejjed billi jiġu ssetjati skadenzi għall-ħlas u billi tiġi inkluża, skont kif ikun xieraq, il-possibbiltà li l-ħlasijiet ta’ dawk il-multi jinqasmu f’diversi pagamenti parzjali u fażijiet.

    3.   L-ammonti tal-multi amministrattivi għandhom jitqiesu bħala dħul għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.”

    ;

    (17)

    l-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 14

    Emendi għall-Annessi I, IV u V

    1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament bl-għan li temenda l-elementi li ġejjin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament sabiex tqis il-progress tekniku, l-evoluzzjoni tal-loġistika tat-trasport tal-merkanzija, l-aġġustamenti meħtieġa bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-emendi tal-atti legali sottostanti dwar l-approvazzjoni tat-tip, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2018/858 u (KE) Nru 95/2009:

    (a)

    il-kriterji li jiddefinixxu s-subgruppi tal-vetturi stabbiliti fil-punt 1.1, inkluża biż-żieda ta’ subgruppi separati ta’ vetturi għat-trakkijiet EHC;

    (b)

    il-kriterji li jiddefinixxu l-vetturi vokazzjonali stabbiliti fil-punt 1.2;

    (c)

    il-kriterji għall-meded operazzjonali ta’ teknoloġiji differenti tas-sistema tal-motopropulsjoni stabbiliti fil-punt 1.3;

    (d)

    il-lista tal-profili tal-missjoni stabbilita fil-punt 1.4;

    (e)

    il-piż tal-profili tal-missjoni stabbiliti fil-punti 2.1.1, 2.1.2 u 2.1.3;

    (f)

    it-tagħbijiet, l-għadd ta’ passiġġieri, il-mases tal-passiġġieri, it-tagħbijiet massimi teknikament possibbli, l-għadd ta’ passiġġieri u l-volumi ta’ merkanzija massimi teknikament possibbli tas-subgruppi tal-vetturi stabbiliti fil-punt 2.5;

    (g)

    iċ-ċifri tal-kilometraġġ annwali stabbiliti fil-punti 2.6.1, 2.6.2 u 2.6.3.

    2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 bil-ħsieb li temenda l-elementi li ġejjin fl-Anness IV:

    (a)

    ir-rekwiżiti tad-data speċifikati fil-Partijiet A u B, sabiex jitqiesu l-progress tekniku, l-aġġustamenti meħtieġa bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-emendi tal-atti legali sottostanti dwar l-approvazzjoni tat-tip, b’mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2018/858 u (KE) Nru 595/2009;

    (b)

    l-aġġornament jew l-aġġustament tal-meded taċ-ċifri tar-reżistenza tal-arja stabbiliti fil-Parti C, sabiex jitqiesu l-bidliet fid-disinn tal-vetturi tqal u sabiex ikun żgurat li dawk il-meded jibqgħu rilevanti għal skopijiet ta’ informazzjoni u ta’ komparabbiltà.

    3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17 bil-ħsieb li temenda l-elementi li ġejjin fl-Anness V:

    (a)

    il-proċedura ta’ rapportar stabbilita fih, sabiex titqies l-esperjenza miksuba mill-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tadatta il-proċedura ta’ rapportar għall-progress tekniku;

    (b)

    il-punt 3.2, billi jiżdiedu kwalunkwe entrati tad-data li jkunu ġew miżjudin fir-reġistru ċentrali.”

    ;

    (18)

    l-Artikolu 15 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 15

    Rieżami

    1.   Sal-31 ta‘ Diċembru 2027, il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-effettività u tal-impatt ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward tal-objettiv tan-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050, u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bir-riżultati ta’ dak ir-rieżami.

    F’dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta b’mod partikolari:

    (a)

    l-għadd ta’ reġistrazzjonijiet ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fl-Istati Membri;

    (b)

    il-progress fl-użu ta’ infrastruttura pubblika u privata tal-irriċarġjar u tar-riforniment tal-fjuwils alternattivi għall-vetturi tqal koperti minn dan ir-Regolament, kif ukoll l-eżistenza ta’ restrizzjonijiet infrastrutturali f’pajjiżi terzi dwar it-tħaddim ta’ vetturi tqal irreġistrati ġodda fl-UE barra mill-Unjoni;

    (c)

    l-impatt fuq l-impjiegi, speċjalment fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-effettività tal-miżuri maħsuba biex jappoġġjaw it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol, u l-importanza ta’ tranżizzjoni ekonomikament vijabbli u soċjalment ġusta lejn mobbiltà fit-toroq mingħajr emissjonijiet; għandha ssir enfasi speċjali fuq l-impatt fuq l-Istati Membri periferiċi u t-trasport ta’ oġġetti li jitħassru malajr;

    (d)

    jekk il-kontinwazzjoni tal-eżenzjoni stabbilita fl-Artikolu 6b għall-manifatturi li jipproduċu għadd żgħir ta’ vetturi għadhiex ġustifikata;

    (e)

    l-impatt tal-istabbiliment ta’ limiti minimi tal-effiċjenza enerġetika għall-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet ġodda mqiegħda fis-suq tal-Unjoni;

    (f)

    il-livell tal-primjum għall-emissjonijiet tas-CO2 żejda, biex ikun żgurat li jeċċedi l-ispejjeż marġinali medji tat-teknoloġiji meħtieġa biex il-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 jintlaħqu;

    (g)

    l-inklużjoni tal-vetturi tqal li ġejjin, li bħalissa ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2017/2400, fil-miri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2:

    (i)

    trakkijiet żgħar b’TPMLM inqas minn jew ekwivalenti għal 5 tunnellati, wara investigazzjoni tal-adegwatezza tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għal tali vetturi tqal, skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 (simulazzjonijiet VECTO), filwaqt li jitqies ir-Regolament (UE) 2017/1151; u

    (ii)

    vetturi bi skop speċjali, vetturi off-road u vetturi bi skop speċjali off-road;

    (h)

    kwalunkwe restrizzjoni speċifika għall-konformità mal-Artikolu 3d(1) minħabba l-proporzjon bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji soċjoekonomiċi fid-dawl ta’ morfoloġija territorjali jew ċirkostanzi meteoroloġiċi speċifiċi, kif ukoll investimenti reċenti fil-bijometan li jkunu diġà saru mill-awtoritajiet pubbliċi;

    (i)

    ir-rwol ta’ fattur ta’ korrezzjoni tal-karbonju fit-tranżizzjoni lejn mobbiltà mingħajr emissjonijiet fis-settur tal-vetturi tqal;

    (j)

    ir-rwol ta’ metodoloġija għar-reġistrazzjoni tal-vetturi tqal li jaħdmu esklużivament bi fjuwils newtrali għas-CO2, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni u mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni;

    (k)

    jekk il-ħolqien ta’ subgruppi ġodda ta’ vetturi għat-trakkijiet EHC jkunx wassal għal żieda indebita tal-potenza nominali tal-magna;

    (l)

    il-possibbiltà li tiġi żviluppata metodoloġija komuni tal-Unjoni għall-valutazzjoni u r-rapportar konsistenti tad-data fil-konfront tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vetturi tqal ġodda li jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni;

    (m)

    l-għażliet biex il-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet li jkunu ġew modifikati b’mod retroattiv minn vetturi tqal konvenzjonali li qabel kienu rreġistrati, jiġu kkunsidrati għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità skont dan ir-Regolament.

    Dak ir-rapport għandu, meta jkun xieraq, ikun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-rwol tal-fjuwils rinnovabbli sostenibbli fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, inkluż fis-settur tal-vetturi tqal. B’mod separat mir-rieżami msemmi fil-paragrafu 1, u bħala parti minn strateġija usa’ għall-użu ta’ tali fjuwils, sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’analiżi komprensiva tal-ħtieġa li tiġi inċentivata aktar l-adozzjoni ta’ bijofjuwils u bijogass avvanzati u fjuwils rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika fis-settur tal-vettur tqal u l-qafas xieraq ta’ miżuri, inklużi inċentivi finanzjarji, biex jinkiseb dak l-iskjerament. Abbażi ta’ dik l-analiżi, il-Kummissjoni, meta ikun xieraq, għandha tagħmel proposti leġiżlattivi addizzjonali jew għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.”

    (19)

    l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fil-paragrafu 2, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 3d(3), l-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 13d(2), l-Artikolu 13f(2) u l-Artikolu 14(1), (2) u (3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta’ ħames snin mis-26 ta’ Ġunju 2024.”

    ;

    (b)

    fil-paragrafu 3, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 3d(3), l-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 13d(2), l-Artikolu 13f(2) u l-Artikolu 14(1), (2) u (3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.”

    ;

    (c)

    fil-paragrafu 6, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

    “Att delegat adottat skont l-Artikolu 3d(3), l-Artikolu 13(4), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 13d(2), l-Artikolu 13f(2) u l-Artikolu 14(1), (2) u (3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw.”

    ;

    (20)

    l-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2019/1242 huma sostitwiti bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

    (21)

    it-test stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament jiżdied bħala l-Annessi III, IV, V u VI tar-Regolament (UE) 2019/1242.

    Artikolu 2

    Emendi għar-Regolament (UE) 2018/858

    Ir-Regolament (UE) 2018/858 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-punt (33) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(33)

    ‘semitrejler’ tfisser trejler fejn il-fus jew fusien ikunu pożizzjonati wara ċ-ċentru tal-gravità tal-vettura (meta tkun mgħobbija b'mod uniformi), u li tkun mgħammra b'apparat ta' konnessjoni li jippermetti l-forzi vertikali jew orizzontali jiġu trasmessi lejn il-vettura tal-irmonk;”

    ;

    (b)

    jiżdied il-punt li ġej:

    “(59)

    ‘trejler elettroniku’ tfisser kull tip ta’ trejler li jista’ jikkontribwixxi għall-propulsjoni tal-kombinazzjoni ta’ vetturi bl-użu tas-sistema ta’ motopropulsjoni elettrika tiegħu stess u li ma jistax jintuża fit-toroq pubbliċi mingħajr ma jiġi rmunkat b’mod attiv minn vettura bil-mutur.”

    ;

    (2)

    fl-Anness I, il-Parti B, il-punt 6.1.1(d), jiżdied is-subpunt li ġej:

    “(iii)

    id-disinn u l-kostruzzjoni tal-elementi kostitwenti essenzjali li jiffurmaw is-sistema tal-propulsjoni u tal-ħżin tal-enerġija fil-każ tat-trejlers elettroniċi;”.

    Artikolu 3

    Tħassir tar-Regolament (UE) 2018/956

    Ir-Regolament (UE) 2018/956 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Lulju 2024.

    Ir-referenzi għar-Regolament (UE) 2018/956 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għar-Regolament (UE) 2019/1242 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI tar-Regolament (UE) 2019/1242, kif inkluż fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

    Minkejja l-Artikolu 3, fir-rigward tal-perijodi ta’ rapportar qabel l-1 ta’ Lulju 2024, ir-Regolament (UE) 2019/1242 kif applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2024 u r-Regolament (UE) 2018/956 kif applikabbli fit-30 ta’ Ġunju 2024 għandhom ikomplu japplikaw.

    Artikolu 5

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2024.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Mejju 2024.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    R. METSOLA

    Għall-Kunsill

    Il-President

    H. LAHBIB


    (1)   ĠU C 349, 29.9.2023, p. 134.

    (2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ April 2024 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2024.

    (3)   ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

    (4)  Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).

    (6)  Ir-Regolament (UE) 2023/955 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li jistabbilixxi Fond Soċjali għall-Klima u li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1060 (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 1).

    (7)  Ir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1).

    (8)  Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta’ infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1).

    (9)  Id-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli (ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82).

    (10)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

    (11)  Ir-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (ĠU L 191, 28.7.2023, p. 1).

    (12)  Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).

    (13)  Ir-Regolament tal-Kumissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).

    (14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

    (15)  Ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1).

    (16)  Ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13).

    (17)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1362 tal-1 ta’ Awwissu 2022 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-prestazzjoni ta’ trejlers heavy-duty fir-rigward tal-influwenza tagħhom fuq l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil, il-konsum tal-enerġija u l-firxa tas-sewqan b’emissjonijiet żero tal-vetturi bil-mutur u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 (ĠU L 205, 5.8.2022, p. 145).

    (18)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).


    ANNESS I

    L-Annessi I u II tar-Regolament (UE) 2019/1242 huma emendati kif ġej:

    (1)

    l-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej:

    “ANNESS I

    Emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji, miri ta’ emissjonijiet tas- CO2 speċifiċi u emissjonijiet tas-CO2 żejda

    1.   Subgruppi tal-vetturi

    1.1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, subgrupp tal-vetturi sg huwa definit għal kull vettura tqila ġdida.

    1.1.1.

    Għall-vetturi tqal tal-kategorija N, is-subgrupp tal-vetturi sg huwa definit kif ġej:

    Grupp ta’ vetturi skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/2400

    Tip ta’ kabina

    Potenza tal-magna

    Awtonomija operazzjonali (OR)

    Subgrupp tal-vetturi (sg) attribwit għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament (*1)

    Vetturi għajr vetturi vokazzjonali

    Vetturi vokazzjonali

    53 u vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-grupp 51

    Kollha

    53

    53v

    54 u vetturi tqal mingħajr emissjonijiet fil-grupp 52

    Kollha

    54

    1s

    Kollha

    1s

    1sv

    1

    Kollha

    1

    1v

    2

    Kollha

    2

    2v

    3

    Kollha

    3

    3v

    4

    Kollha

    <170 kW

    Kollha

    4-UD

    4v

    Kabina tal-jum

    ≥170 kW

    Kollha

    4-RD

    Kabina tal-irqad

    ≥ 170 kW u < 265 kW

    Kabina tal-irqad

    ≥265 kW

    < 350 km

    Kabina tal-irqad

    ≥265 kW

    ≥ 350 km

    4-LH

    9

    Kabina tal-jum

    Kollha

    Kollha

    9-RD

    9v

    Kabina tal-irqad

    Kollha

    < 350 km

    Kabina tal-irqad

    Kollha

    ≥ 350 km

    9-LH

    5

    Kabina tal-jum

    Kollha

    Kollha

    5-RD

    5v

    Kabina tal-irqad

    < 265 kW

    Kabina tal-irqad

    ≥ 265 kW

    < 350 km

    Kabina tal-irqad

    ≥ 265 kW

    ≥ 350 km

    5-LH

    10

    Kabina tal-jum

    Kollha

    Kollha

    10-RD

    10v

    Kabina tal-irqad

    Kollha

    < 350 km

    Kabina tal-irqad

    Kollha

    ≥ 350 km

    10-LH

    11

    Kollha

    11

    11v

    12

    Kollha

    12

    12v

    16

    Kollha

    16

    16v

    Vettura vokazzjonali mingħajr emissjonijiet fis-subgrupp tal-vetturi

    Attribwita għas-subgrupp tal-vetturi

    53v

    53

    1sv

    1s

    1v

    1

    2v

    2

    3v

    3

    4v

    4-UD

    5v

    5-RD

    9v

    9-RD

    10v

    10-RD

    11v

    11

    12v

    12

    16v

    16

    ‘Kabina tal-irqad’ tfisser tip ta’ kabina li għandha kompartiment wara s-sit tas-sewwieq maħsub għall-irqad kif irrapportat skont l-Artikoli 13a u 13b.

    ‘Kabina tal-jum’ tfisser tip ta’ kabina li mhijiex kabina tal-irqad.

    Meta vettura tqila ġdida tiġi attribwita għas-subgrupp tal-vetturi 4-UD, iżda d-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ma tkunx disponibbli għall-profili tal-missjoni UDL jew UDR kif definiti fil-punt 1.4, il-vettura tqila ġdida għandha tiġi attribwita għas-subgrupp tal-vetturi 4-RD.

    ‘Awtonomija operazzjonali’ tfisser id-distanza li vettura tqila tista’ tivvjaġġa f’kundizzjonijiet ta’ trasport fuq distanzi twal mingħajr ma tiġi rriċarġjata jew mimlija mill-ġdid, kif previst fil-punt 1.3.

    1.1.2

    Għall-vetturi tqal tal-kategorija M, is-subgrupp tal-vetturi sg huwa definit kif ġej:

    Grupp ta’ vetturi skont l-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/2400

    Subgrupp tal-vetturi (sg) attribwit għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament

    31a, 31d

    31-LF

    31b1

    31-L1

    31b2

    31-L2

    31c, 31e

    31-DD

    32a, 32b

    32-C2

    32c, 32d

    32-C3

    32e, 32f

    32-DD

    33a, 33d, 37a, 37d

    33-LF

    33b1, 37b1

    33-L1

    33b2, 37b2

    33-L2

    33c, 33e, 37c, 37e

    33-DD

    34a, 34b, 36a, 36b, 38a, 38b, 40a, 40b

    34-C2

    34c, 34d, 36c, 36d, 38c, 38d, 40c, 40d

    34-C3

    34e, 34f, 36e, 36f, 38e, 38f, 40e, 40f

    34-DD

    35a, 35b1, 35b2, 35c

    35-FE

    39a, 39b1, 39b2, 39c

    39-FE

    1.1.3.

    Għall-vetturi tqal tal-kategorija O, is-subgrupp tal-vetturi sg huwa definit kif ġej:

    Gruppi ta’ vetturi definiti fl-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362

    Subgrupp tal-vetturi (sg) attribwit għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament

    Il-gruppi kollha previsti fit-Tabella 1 b’fus wieħed, bi tnejn jew bi tlieta

    L-istess kif previst fil-kolonna ‘grupp ta’ vetturi’ tat-tabelli fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2022/1362.

    Il-gruppi kollha previsti fit-Tabella 4 b’żewġ fusien jew bi tlieta

    Il-gruppi kollha previsti fit-Tabella 6

    1.2.

    Il-vetturi vokazzjonali huma definiti mill-kriterji li ġejjin:

    Kategorija ta’ vetturi

    Konfigurazzjoni tax-xażi

    Kriterji għall-vetturi vokazzjonali

    N

    Riġida

    Waħda miċ-ċifri li ġejjin, kif elenkati fl-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858, tintuża sabiex tissupplimenta l-kodiċi għall-karozzerija indikat fl-entrata 38 taċ-ċertifikat tal-konformità:

    09, 10, 15, 16, 18, 19, 20, 23, 24, 25, 26, 27, 28jew31;

    Trattur

    Veloċità massima ta’ mhux aktar minn 79 km/h

    1.3.

    L-awtonomiji operazzjonali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament huma stabbiliti kif ġej:

    Teknoloġija tas-sistema tal-motopropulsjoni

    Awtonomija operazzjonali (OR)

    Vetturi tqal li jiġbdu l-enerġija għall-fini ta’ propulsjoni mekkanika biss minn apparat tal-ħażna tal-enerġija jew tal-potenza elettrika

    OR = l-awtonomija reali fil-modalità eżawriment taċ-ċarġ kif prevista fil-punt 2.4.1 tal-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament (UE) 2017/2400 għall-profil tal-missjoni tal-LHR

    Teknoloġiji oħrajn

    OR>350 km

    1.4.   Definizzjonijiet tal-profili tal-missjoni

    RDL

    It-tagħbija tal-ġarr reġjonali hija baxxa

    RDR

    It-tagħbija tal-ġarr reġjonali hija rappreżentattiva

    LHL

    It-tagħbija tal-ġarr fuq distanza twila hija baxxa

    LHR

    It-tagħbija tal-ġarr fuq distanza twila hija rappreżentattiva

    UDL

    It-tagħbija tal-ġarr urban hija baxxa

    UDR

    It-tagħbija tal-ġarr urban hija rappreżentattiva

    REL

    It-tagħbija (EMS) tal-ġarr reġjonali hija baxxa

    RER

    It-tagħbija (EMS) tal-ġarr reġjonali hija rappreżentattiva

    LEL

    It-tagħbija (EMS) tal-ġarr fuq distanza twila hija baxxa

    LER

    It-tagħbija (EMS) tal-ġarr fuq distanza twila hija rappreżentattiva

    MUL

    It-tagħbija tal-utilità tal-muniċipalità hija baxxa

    MUR

    It-tagħbija tal-utilità tal-muniċipalità hija rappreżentattiva

    COL

    It-tagħbija tal-kostruzzjoni hija baxxa

    COR

    It-tagħbija tal-kostruzzjoni hija rappreżentattiva

    HPL

    Trasport urban tqil, tal-passiġġieri, tagħbija baxxa

    HPR

    Trasport urban tqil, tal-passiġġieri, tagħbija rappreżentattiva

    UPL

    Trasport urban, tal-passiġġieri, tagħbija baxxa

    UPR

    Trasport urban, tal-passiġġieri, tagħbija rappreżentattiva

    SPL

    Trasport suburban, tal-passiġġieri, tagħbija baxxa

    SPR

    Trasport suburban, tal-passiġġieri, tagħbija rappreżentattiva

    IPL

    Trasport interurban, tal-passiġġieri, tagħbija baxxa

    IPR

    Trasport interurban, tal-passiġġieri, tagħbija rappreżentattiva

    CPL

    Trasport bil-kowċ, tal-passiġġieri, tagħbija baxxa

    CPR

    Trasport bil-kowċ, tal-passiġġieri, tagħbija rappreżentattiva

    2.   Kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji ta’ manifattur

    2.1.   Kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vettura tqila ġdida

    L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta’ vettura tqila ġdida v attribwita għal subgrupp tal-vetturi sg jew tal-vettura primarja tagħha għandhom jiġu kkalkolatikif ġej:

    Image 1

    Image 2

    Fejn

    mp

    hija s-somma tal-profili tal-missjoni mp kollha elenkati fil-punt 1.4;

    sg

    huwa s-subgrupp tal-vetturi li għalih ġiet attribwita l-vettura tqila ġdida v skont il-punt 1 ta’ dan l-Anness;

    Wsg,mp,

    huwa l-piż tal-profil tal-missjoni speċifikat fil-punti 2.1.1 sa 2.1.3;

    CO2v,mp

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km tal-vettura tqila ġdida v determinati għal profil tal-missjoni mp, irrapportati skont l-Artikoli 13a u 13b u normalizzati skont l-Anness III;

    CO2pv,mp

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km tal-vettura primarja tal-vettura tqila ġdida v, determinati għal profil tal-missjoni mp, u għall-konfigurazzjoni tax-xażi (art baxxa/għolja, għadd ta’ sulari) applikabbli għas-subgrupp tal-vetturi sg tagħha, irrapportati skont l-Artikoli 13a u 13b u normalizzati skont l-Anness III;

    Għall-vetturi tqal bil-mutur mingħajr emissjonijiet, iċ-ċifri ta’ CO2v,mp u ta’ CO2pv,mp għandhom jiġu ssettjati għal 0.

    2.1.1.   Il-piżijiet tal-profil tal-missjoni (Wsg,mp ) għall-vetturi tqal tal-kategorija N

    Subgrupp tal-vetturi

    (sg) (*2)

    Profil tal-missjoni (mp) (*3)

    RDL

    RDR

    LHL

    LHR

    UDL

    UDR

    REL, RER, LEL, LER

    MUL

    MUR

    COL

    COR

    53, 53v

    0,25

    0,25

    0

    0

    0,25

    0,25

    0

    0

    0

    0

    0

    54

    0,25

    0,25

    0

    0

    0,25

    0,25

    0

    0

    0

    0

    0

    1s, 1sv

    0,1

    0,3

    0

    0

    0,18

    0,42

    0

    0

    0

    0

    0

    1, 1v

    0,1

    0,3

    0

    0

    0,18

    0,42

    0

    0

    0

    0

    0

    2, 2v

    0,125

    0,375

    0

    0

    0,15

    0,35

    0

    0

    0

    0

    0

    3, 3v

    0,125

    0,375

    0

    0

    0,15

    0,35

    0

    0

    0

    0

    0

    4-UD

    0

    0

    0

    0

    0,5

    0,5

    0

    0

    0

    0

    0

    4-RD

    0,45

    0,45

    0,05

    0,05

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    4-LH

    0,05

    0,05

    0,45

    0,45

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    4v

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,25

    0,25

    0,25

    0,25

    5-RD

    0,27

    0,63

    0,03

    0,07

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    5-LH

    0,03

    0,07

    0,27

    0,63

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    5v

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,5

    0,5

    9-RD

    0,27

    0,63

    0,03

    0,07

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    9-LH

    0,03

    0,07

    0,27

    0,63

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    9v

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,25

    0,25

    0,25

    0,25

    10-RD

    0,27

    0,63

    0,03

    0,07

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    10-LH

    0,03

    0,07

    0,27

    0,63

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    10v

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,5

    0,5

    11

    0,3

    0,7

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    11v

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,1

    0,23

    0,3

    0,37

    12

    0,3

    0,7

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    12v

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,3

    0,7

    16, 16v

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,3

    0,7

    2.1.2.   Il-piżijiet tal-profil tal-missjoni (Wsg,mp ) għall-vetturi tqal tal-kategorija M

    Subgrupp tal-vetturi (sg) (*4)

    Profil tal-missjoni (mp) (*5)

    HPL

    HPR

    UPL

    UPR

    SPL

    SPR

    IPL

    IPR

    CPL

    CPR

    31-LF

    0,27

    0,23

    0,15

    0,13

    0,11

    0,11

    0

    0

    0

    0

    31-L1

    0,05

    0,05

    0,16

    0,14

    0,32

    0,28

    0

    0

    0

    0

    31-L2

    0,05

    0,05

    0,09

    0,08

    0,15

    0,13

    0,24

    0,21

    0

    0

    31-DD

    0,20

    0,31

    0,12

    0,18

    0,07

    0,12

    0

    0

    0

    0

    32-C2

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,47

    0,43

    0,04

    0,06

    32-C3

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,05

    0,05

    0,30

    0,60

    32-DD

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,05

    0,05

    0,35

    0,55

    33-LF

    0,27

    0,23

    0,15

    0,13

    0,11

    0,11

    0

    0

    0

    0

    33-L1

    0,05

    0,05

    0,16

    0,14

    0,32

    0,28

    0

    0

    0

    0

    33-L2

    0,05

    0,05

    0,09

    0,08

    0,15

    0,13

    0,24

    0,21

    0

    0

    33-DD

    0,20

    0,31

    0,12

    0,18

    0,07

    0,12

    0

    0

    0

    0

    34-C2

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,47

    0,43

    0,04

    0,06

    34-C3

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,05

    0,05

    0,30

    0,60

    34-DD

    0

    0

    0

    0

    0

    0

    0,05

    0,05

    0,35

    0,55

    35-FE

    0,27

    0,23

    0,15

    0,13

    0,11

    0,11

    0

    0

    0

    0

    39-FE

    0,27

    0,23

    0,15

    0,13

    0,11

    0,11

    0

    0

    0

    0

    2.1.3   Il-piżijiet tal-profil tal-missjoni (Wsg,mp ) għall-vetturi tqal tal-kategorija O

    Subgrupp tal-vetturi (sg) (*6)

    Profil tal-missjoni (mp) (*7)

    RDL

    RDR

    LHL

    LHR

    UDL

    UDR

    REL, RER, LEL, LER

    111, 111V,112, 112V, 113

    0,27

    0,63

    0,03

    0,07

    0

    0

    0

    121, 121V, 122, 122V, 123, 123V, 124, 124V, 125, 126

    0,03

    0,07

    0,27

    0,63

    0

    0

    0

    131, 131v, 132, 132v, 133

    0,03

    0,07

    0,27

    0,63

    0

    0

    0

    421, 421v, 422, 422v, 423

    0,03

    0,07

    0,27

    0,63

    0

    0

    0

    431, 431v, 432, 432v, 433

    0,03

    0,07

    0,27

    0,63

    0

    0

    0

    611, 612

    0,27

    0,63

    0,03

    0,07

    0

    0

    0

    611v, 612v

    0,03

    0,07

    0,27

    0,63

    0

    0

    0

    621, 623

    0,27

    0,63

    0,03

    0,07

    0

    0

    0

    621V, 622, 622V, 623V, 624, 624V, 625

    0,03

    0,07

    0,27

    0,63

    0

    0

    0

    631, 631v, 632, 632v, 633

    0,03

    0,07

    0,27

    0,63

    0

    0

    0

    2.2.   L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-vetturi tqal ġodda kollha f’subgrupp tal-vetturi għal manifattur

    Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji avgCO2sg tal-vetturi tqal ġodda kollha f’subgrupp tal-vetturi sg jew tal-vetturi primarji tagħhom, jekk applikabbli, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

    2.2.1.

    Għall-vetturi tqal tal-kategoriji N u O:

    Image 3
    (fi g/tkm)

    2.2.2.

    Għall-vetturi kompleti jew kompluti tal-kategorija M:

    Image 4
    (fi g/pkm)

    2.2.3.

    Għall-vetturi primarji ta’ vetturi tqal tal-kategorija M:

    Image 5
    (fi g/pkm)

    Fejn

    v

    hija s-somma tal-vetturi tqal ġodda kollha tal-manifattur fis-subgrupp tal-vetturi sg, soġġetta għall-Artikolu 7b;

    CO2v

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura tqila ġdida v determinati f’konformità mal-punt 2.1;

    CO2pv

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura primarja tal-vettura tqila ġdida v determinati f’konformità mal-punt 2.1;

    Vsg

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgrupp tal-vetturi sg;

    Vpvsg

    l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda fi ħdan is-subgrupp tal-vetturi sg, li skont l-Artikolu 7b għandu jitqies fl-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi primarji tagħhom fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-punt 2.2.3;

    PLsg

    hija t-tagħbija medja tal-vetturi tqal fis-subgrupp tal-vetturi sg kif determinata fil-punt 2.5;

    PNsg

    huwa l-għadd medju ta’ passiġġieri tal-vetturi fis-subgrupp tal-vetturi sg kif determinat fil-punt 2.5.

    2.3.   Kalkolu tal-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi kif imsemmi fl-Artikolu 5

    2.3.1   Perijodi ta’ rapportar mill-2019 sal-2024

    Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar mill-2019 sal-2024, il-fattur tal-vetturi ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi (ZLEV) imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    ZLEV = Vall  / (Vconv + Vzlev) b’minimu ta’ 0,97

    fejn:

    Vall

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgruppi tal-vetturi sg = 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH;

    Vconv

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgruppi tal-vetturi sg = 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH esklużi l-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi;

    Vzlev

    hija s-somma ta’ Vin Vou t,

    fejn

    Vin

    hija v (1+ (1 – CO2v/LETsg ))

    v

    hija s-somma tal-vetturi tqal ġodda kollha mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi fis-subgruppi tal-vetturi sg = 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH;

    CO2v

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta’ vettura tqila mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijiet baxxi v determinati f’konformità mal-punt 2.1;

    LETsg

    huwa l-limitu ta’ emissjonijiet baxxi tas-subgrupp tal-vetturi sg li għalih tappartjeni l-vettura tqila v kif definit fil-punt 2.3.4;

    Vout

    huwa l-għadd totali ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N, li mhumiex fis-subgruppi tal-vetturi msemmijin fid-definizzjoni ta’ Vin , u b’massimu ta’ 1,5 % ta’ Vconv.

    2.3.2   Perijodi ta’ rapportar mill-2025 sal-2029

    Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, il-fattur tal-vetturi ta’ mingħajr emissjonijiet u ta’ emissjonijiet baxxi (ZLEV) imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    ZLEV = 1 – (y – x)

    sakemm din is-somma ma tkunx akbar minn 1 jew iżgħar minn 0,97, f’liema każ il-fattur ZLEV għandu jiġi ssettjat għal 1 jew għal 0,97 rispettivament

    Fejn:

    x

    hija 0,02

    y

    hija s-somma ta’ Vin u Vout, diviża b’Vtotal, fejn:

    Vin

    huwa l-għadd totali ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet u b’emissjonijiet baxxi reġistrati ġodda fis-subgruppi tal-vetturi sg = 4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH, fejn kull waħda minnhom tingħadd bħala ZLEVspecific skont il-formula ta’ hawn taħt:

    ZLEVspecific = 1 – (CO2v / LETsg)

    Fejn:

    CO2v

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi fi g/km ta’ vettura tqila mingħajr emissjonijiet jew b’emissjonijiet baxxi v determinati f’konformità mal-punt 2.1;

    LETsg

    huwa l-limitu ta’ emissjonijiet baxxi tas-subgrupp tal-vetturi sg li għalih tappartjeni l-vettura tqila v kif definit fil-punt 2.3.4;

    Vout

    huwa l-għadd totali ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N reġistrati ġodda, li mhumiex fis-subgruppi tal-vetturi msemmijin fid-definizzjoni ta’ Vin, u b’massimu ta’ 0,035 ta’ Vtotal;

    Vtotal

    huwa l-għadd totali ta’ vetturi tqal ġodda tal-kategorija N reġistrati ġodda tal-manifattur f’dak il-perijodu ta’ rapportar.

    Meta Vin/Vtotal tkun aktar baxxa minn 0,0075, il-fattur ZLEV għandu jiġi ssettjat għal 1.

    2.3.3   Perijodi ta’ rapportar mill-2030 ‘il quddiem

    ZLEV = 1

    2.3.4   Kalkolu tal-limitu ta’ emissjonijiet baxxi

    Il-limitu ta’ emissjonijiet baxxi LET sg tas-subgrupp tal-vetturi sg huwa definit kif ġej:

    LETsg = (rCO2sg x PLsg) / 2

    Fejn:

    rCO2sg

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza tas-subgrupp tal-vetturi sg, kif determinati fil-punt 3;

    PLsg

    hija t-tagħbija medja tal-vetturi tqal fis-subgrupp tal-vetturi sg kif determinata fil-punt 2.5.

    2.4.   Kalkolu tal-ishma tal-vetturi tqal

    Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, is-sehem ta’ vetturi tqal ġodda f’subgrupp tal-vetturi sharesg għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Image 6

    Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, is-sehem ta’ vetturi tqal ġodda b’emissjonijiet baxxi f’subgrupp tal-vetturi zevsg għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Image 7

    Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar, is-sehem ta’ vetturi tqal ġodda fi ħdan is-subgrupp tal-vetturi sg, li skont l-Artikolu 7b għandu jitqies fl-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi primarji tagħhom fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-punt 2.2, għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Image 8

    Fejn,

    Vzevsg

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda mingħajr emissjonijiet tal-manifattur fis-subgrupp tal-vetturi sg;

    Vpvsg

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda fi ħdan is-subgrupp tal-vetturi sg, li skont l-Artikolu 7b għandu jitqies fl-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi primarji tagħhom fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-punt 2.2;

    Vsg

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgrupp tal-vetturi sg;

    V

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur.

    2.5.   Ċifri tat-tagħbija, għadd ta’ passiġġieri u volumi tal-merkanzija

    Iċ-ċifra tat-tagħbija medja PLsg ta’ vettura tqila tal-kategorija N jew O f’subgrupp tal-vetturi sg għandha tiġi kkalkolata kif ġej:

    Image 9

    L-għadd medju ta’ passiġġieri PNsg ta’ vettura tqila tal-kategorija M f’subgrupp tal-vetturi sg għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Image 10

    Fejn

    mp

    hija s-somma tal-profili tal-missjoni kollha mp;

    Wsg,mp,

    huwa l-piż tal-profil tal-missjoni speċifikat fil-punti 2.1.1 sa 2.1.3;

    PLsg,mp

    hija ċ-ċifra tat-tagħbija attribwita għall-vetturi tqal tal-kategoriji N u O fis-subgrupp tal-vetturi sg għall-profil tal-missjoni mp, kif speċifikat fil-punti 2.5.1 u 2.5.3;

    PNsg,mp

    huwa l-għadd ta’ passiġġieri attribwit għall-vetturi tqal tal-kategorija M fis-subgrupp tal-vetturi sg għall-profil tal-missjoni mp, kif speċifikat fil-punt 2.5.2.

    2.5.1.   Vetturi tqal tal-kategorija N

    Iċ-ċifri tat-tagħbija PL sg, mp (f’tunnellati) huma determinati kif ġej:

    Subgrupp tal-vetturi sg  (*8)

    Profil tal-missjoni mp  (*9)

    RDL

    RDR

    LHL

    LHR

    UDL

    UDR

    REL

    RER

    LEL

    LER

    MUL

    MUR

    COL

    COR

    53

    Kif determinati fil-punt 3.1.1

    Mhux applikabbli

    Kif determinati fil-punt 3.1.1

    Mhux applikabbli

    53v

    54

    1s

    1sv

    1

    1v

    2

    Kif determinati fil-punt 3.1.1

    2v

    3

    Mhux applikabbli

    3v

    4-UD

    0,9

    4,4

    1,9

    14

    0,9

    4,4

    3,5

    17,5

    3,5

    26,5

    0,6

    3,0

    0,9

    4,4

    4-RD

    4-LH

    4v

    5-RD

    2,6

    12,9

    2,6

    19,3

    2,6

    12,9

    3,5

    17,5

    3,5

    26,5

    n.a.

    n.a.

    2,6

    12,9

    5-LH

    5v

    9-RD

    1,4

    7,1

    2,6

    19,3

    1,4

    7,1

    3,5

    17,5

    3,5

    26,5

    1,2

    6,0

    1,4

    7,1

    9-LH

    9v

    10-RD

    2,6

    12,9

    2,6

    19,3

    2,6

    12,9

    3,5

    17,5

    3,5

    26,5

    n.a.

    n.a.

    2,6

    12,9

    10-LH

    10v

    11

    1,4

    7,1

    2,6

    19,3

    1,4

    7,1

    3,5

    17,5

    3,5

    26,5

    1,2

    6,0

    1,4

    7,1

    11v

    12

    2,6

    12,9

    2,6

    19,3

    2,6

    12,9

    3,5

    17,5

    3,5

    26,5

    n.a.

    n.a.

    2,6

    12,9

    12v

    16

    Mhux applikabbli

    2,6

    12,9

    16v

    Iċ-ċifri tat-tagħbija massima teknikament possibbli maxPLsg u l-volumi tal-merkanzija CVsg huma determinati skont il-punt 3.1.1.

    2.5.2.   Vetturi tqal tal-kategorija M

    L-għadd ta’ passiġġieri PNsg,mp , il-mases tal-passiġġieri PMsg,mp u l-għadd massimu ta’ passiġġieri teknikament possibbli maxPNsg għas-subgrupp tal-vetturi sg u l-profil tal-missjoni mp huma determinati skont il-punt 3.1.1.

    2.5.3.   Vetturi tqal tal-kategorija O

    Iċ-ċifri tat-tagħbija PL sg, mp (f’tunnellati) huma determinati kif ġej:

    Subgrupp tal-vetturi

    (sg) (*10)

    Profil tal-missjoni (mp) (*11)

    RDL

    RDR

    LHL

    LHR

    UDL

    UDR

    REL, RER, LEL, LER

    111, 111V,112, 112V, 113

    1,5

    7,5

    1,5

    11,2

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    121, 121V, 123, 123V, 125

    2,2

    11,2

    2,2

    16,8

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    122, 122V, 124, 124V, 126

    2,4

    12,2

    2,4

    18,3

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    131, 131v, 132, 132v, 133

    2,6

    12,9

    2,6

    19,3

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    421, 421v, 422, 422v, 423

    2,6

    12,9

    2,6

    19,3

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    431, 431v, 432, 432v, 433

    2,6

    12,9

    2,6

    19,3

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    611, 612

    1,2

    6,1

    1,2

    9,2

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    611v, 612v

    1,2

    6,1

    1,2

    9,2

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    621, 621v, 623, 623v

    1,3

    6,3

    1,3

    9,5

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    622, 622V, 624, 624V, 625

    2,6

    12,9

    2,6

    19,3

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    631, 631v, 632, 632v, 633

    2,6

    12,9

    2,6

    19,3

    n.a.

    n.a.

    n.a.

    Iċ-ċifri tat-tagħbija massima teknikament possibbli maxPLsg u l-volumi tal-merkanzija CVsg huma determinati skont il-punt 3.1.1.

    2.6.   Kalkolu tal-fattur ta’ ponderazzjoni tal-kilometraġġ u tat-tagħbija jew tal-għadd ta’ passiġġieri

    Il-fattur ta’ ponderazzjoni tal-kilometraġġ u tat-tagħbija (tal-passiġġieri) (MPWsg) ta’ subgrupp tal-vetturi sg huwa definit bħala l-prodott tal-kilometraġġ annwali speċifikat fil-punt 2.6.1 u ċ-ċifri tat-tagħbija u tal-għadd ta’ passiġġieri għas-subgrupp tal-vetturi speċifikati fil-punti 2.5.1, 2.5.2 u 2.5.3 għall-vetturi tal-kategoriji N, M u O, rispettivament, normalizzati għaċ-ċifra rispettiva għas-subgrupp tal-vetturi 5-LH, u għandu jiġi kkalkolat kif ġej:

    Image 11

    (għall-vetturi tqal tal-kategoriji N u O)

    Image 12

    (għall-vetturi tqal tal-kategorija M)

    Fejn,

    AMsg

    huwa l-kilometraġġ annwali speċifikat fil-punti 2.6.1, 2.6.2 u 2.6.3 għall-vetturi tqal fis-subgrupp tal-vetturi rispettiv;

    AM5-LH

    huwa l-kilometraġġ annwali speċifikat għas-subgrupp tal-vetturi 5-LH fil-punt 2.6.1;

    PLsg

    hija kif determinata fil-punti 2.5.1 u 2.5.3;

    PNsg

    hija kif determinata fil-punt 2.5.2;

    PL5-LH

    hija ċ-ċifra tat-tagħbija medja għas-subgrupp tal-vetturi 5-LH kif determinat fil-punt 2.5.1.

    2.6.1.   Kilometraġġi annwali għall-vetturi tqal tal-kategorija N

    Subgrupp tal-vetturi

    (sg) (*12)

    Kilometraġġ annwali AMsg (f’km)

    53, 53v

    58 000

    54

    58 000

    1s, 1sv

    58 000

    1, 1v

    58 000

    2, 2v

    60 000

    3, 3v

    60 000

    4-UD

    60 000

    4-RD

    78 000

    4-LH

    98 000

    4v

    60 000

    5-RD

    78 000

    5-LH

    116 000

    5v

    60 000

    9-RD

    73 000

    9-LH

    108 000

    9v

    60 000

    10-RD

    68 000

    10-LH

    107 000

    10v

    60 000

    11

    65 000

    11v

    60 000

    12

    67 000

    12v

    60 000

    16, 16v

    60 000

    2.6.2.   Kilometraġġi annwali għall-vetturi tqal tal-kategorija M

    Subgrupp tal-vetturi

    (sg) (*13)

    Kilometraġġ annwali AMsg (f’km)

    31-LF

    60 000

    31-L1

    60 000

    31-L2

    60 000

    31-DD

    60 000

    32-C2

    96 000

    32-C3

    96 000

    32-DD

    96 000

    33-LF

    60 000

    33-L1

    60 000

    33-L2

    60 000

    33-DD

    60 000

    34-C2

    96 000

    34-C3

    96 000

    34-DD

    96 000

    35-FE

    60 000

    39-FE

    60 000

    2.6.3.   Kilometraġġi annwali għall-vetturi tqal tal-kategorija O

    Subgrupp tal-vetturi

    (sg) (*14)

    Kilometraġġ annwali AMsg (f’km)

    111, 111V,112, 112V, 113

    52 000

    121, 121V, 122, 122V, 123, 123V, 124, 124V, 125, 126, 131, 131v, 132, 132v, 133

    77 000

    421, 421v, 422, 422v, 423, 431, 431v, 432, 432v, 433

    68 000

    611, 612, 611v, 612v, 621, 623, 621v, 623v

    40 000

    622, 622V, 624, 624V, 625, 631, 631v, 632, 632v, 633

    68 000

    2.7.   L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifatturi, kif imsemmija fl-Artikolu 4

    Għal kull manifattur, għandhom jiġu kkalkolati l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji li ġejjin:

    2.7.1.   Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin2019 sal-2029:

    CO2(2025) = ZLEV × ∑ sg sharesg × MPWsg × avgCO2sg

    2.7.2.   Għall-perijodi ta’ rapportar mill-2025 ’il quddiem:

    CO2(NO) = ∑sg sharesg × MPWsg × avgCO2sg

    CO2(MCO2) = ∑sg sharesg × MPWsg × [avgCO2sg × (1 – pvsg) + avgCO2psg × pvsg]

    CO2(MZE) = ∑sg sharesg × MPWsg × (1 – zevsg) × rCO2sg

    CO2(M) = CO2(MCO2) + CO2(MZE)

    Fejn

    sg

    hija s-somma ta’ dawk is-subgruppi tal-vetturi li huma inklużi fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji partikolari skont il-punt 4.2;

    ZLEV

    hija kif determinata fil-punt 2.3;

    sharesg

    hija kif determinata fil-punt 2.4;

    zevsg

    hija kif determinata fil-punt 2.4;

    pvsg

    hija kif determinata fil-punt 2.4;

    MPWsg

    hija kif determinata fil-punt 2.6;

    avgCO2sg

    hija kif determinata fil-punt 2.2;

    avgCO2psg

    hija kif determinata fil-punt 2.2;

    rCO2sg

    hija kif determinata fil-punt 3.1.2.

    3.   Kalkolu taċ-ċifri referenzjarji

    3.1.   Ċifri referenzjarji

    Iċ-ċifri referenzjarji li ġejjin għandhom jiġu kkalkolati fuq il-bażi tal-vetturi tqal ġodda kollha tal-manifatturi kollha għall-perijodu ta’ referenza applikabbli għas-subgrupp tal-vetturi sg skont il-punt 3.2.

    3.1.1.

    Għal kull vettura, is-subgrupp tal-vetturi sg, it-tagħbija PLsg,mp , l-għadd ta’ passiġġieri PNsg,m p, il-massa tal-passiġġieri PMsg,mp , it-tagħbija massima teknikament possibbli maxPLs g, l-għadd ta’ passiġġieri massimu teknikament possibbli maxPNsg u ċ-ċifri tal-volum tal-merkanzija CVsg għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

    Image 13

    (għall-vetturi tqal tal-kategorija N) *

    Image 14

    (għall-vetturi tqal tal-kategorija M) *

    Image 15

    (għall-vetturi tqal tal-kategorija M) *

    Image 16

    (għall-vetturi tqal tal-kategorija N)

    Image 17

    (għall-vetturi tqal tal-kategorija M)

    Image 18

    (għall-vetturi tqal tal-kategorija O)

    (*biss għas-subgruppi tal-vetturi li għalihom ma hemm l-ebda ċifra espliċita għal PLsg,mp jew għal PNsg,mp prevista fil-punt 2.5)

    3.1.2.

    L-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza rCO2sg imsemmijin fl-Artikolu 3 għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

    Image 19

    (għall-vetturi tqal tal-kategoriji N u O)

    Image 20

    (għall-vetturi tqal tal-kategorija M)

    Image 21

    (għall-vetturi tqal tal-kategorija M)

    Fejn,

    v

    hija s-somma tal-vetturi tqal ġodda kollha fis-subgrupp tal-vetturi sg reġistrati fil-perijodu ta’ referenza applikabbli għas-sg skont il-punt 3.2;

    CO2v

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura tqila ġdida v kif determinati f’konformità mal-punt 2.1 u, jekk applikabbli, aġġustati skont l-Anness II;

    CO2pv

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura primarja tal-vettura tqila ġdida v kif determinati f’konformità mal-punt 2.1 u, jekk applikabbli, aġġustati skont l-Anness II;

    rVsg

    huwa l-għadd tal-vetturi tqal ġodda kollha fis-subgrupp tal-vetturi sg reġistrati fil-perijodu ta’ referenza applikabbli għas-sg skont il-punt 3.2;

    PLsg

    hija t-tagħbija medja tal-vetturi tqal fis-subgrupp tal-vetturi sg kif determinata fil-punt 2.5;

    PNsg

    huwa l-għadd medju ta’ passiġġieri tal-vetturi tqal fis-subgrupp tal-vetturi sg kif determinat fil-punt 2.5;

    PLv,mp

    hija t-tagħbija tal-vettura tqila v fil-profil tal-missjoni mp, kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;

    PNv,mp

    huwa l-għadd ta’ passiġġieri tal-vettura tqila v fil-profil tal-missjoni mp kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;

    PMv,mp

    hija l-massa tal-passiġġieri tal-vettura tqila v fil-profil tal-missjoni mp kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;

    maxPLv

    hija t-tagħbija massima teknikament possibbli tal-vettura tqila v kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;

    maxPNv

    huwa l-għadd massimu ta’ passiġġieri teknikament possibbli tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;.

    CVv

    huwa l-volum tal-merkanzija tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b.

    3.2.   Perijodi ta’ referenza applikabbli għas-subgruppi tal-vetturi

    Il-perijodi ta’ rapportar li ġejjin għandhom jiġu applikati bħala perijodi ta’ referenza għas-subgruppi tal-vetturi:

    Subgrupp tal-vetturi sg

    Perijodu ta’ rapportar tas-sena applikabbli bħala perijodu ta’ referenza

    4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH

    2019

    1, 2, 3, 11, 12, 16

    2021

    L-oħrajn kollha

    2025

    3.2.1.

    Jekk fil-perijodu ta’ referenza kif speċifikat fil-punt 3.2 f’subgrupp tal-vetturi sg l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifatturi kollha jkun anqas minn 50, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

    L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji avgCO2sg u avgCO2psg kif previsti fil-punt 2.2 u l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza rCO2sg u rCO2psg kif previsti fil-punt 3.1.2 għandhom jiġu ssettjati għal ‘0’ għall-manifatturi kollha fis-subgrupp tal-vetturi sg għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji skont il-punt 2.7 u l-miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi skont il-punt 4.1 għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin < Y + 5. Hawnhekk, Y hija s-sena tal-ewwel perijodu ta’ rapportar li fiha l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifatturi kollha fis-subgrupp tal-vetturi sg ikun ta’ mill-anqas 50.

    Sabiex jinkisbu l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza rCO2sg u rCO2psg għall-fini tal-kalkolu tal-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi skont il-punt 4, l-ewwel nett, iċ-ċifri korrispondenti previsti fil-punt 3.1.2 għandhom jiġu kkalkolati għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y minflok għall-perijodu ta’ referenza applikabbli għas-subgrupp tal-vetturi sg skont il-punt 3.2.

    Imbagħad, iċ-ċifri li jirriżultaw għandhom jiġu diviżi bi:

    il-fattur fil-mira RETsg,Y , kif definit fil-punt 5.1.1, għall-kisba ta’ emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza rCO2sg ,

    il-fattur fil-mira RETpsg,Y , kif definit fil-punt 5.1.1, għall-kisba ta’ emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza rCO2psg .

    4.   Kalkolu tal-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ manifattur imsemmija fl-Artikolu 6

    4.1.   Miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi

    Għal kull manifattur, il-miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi T li ġejjin għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

    4.1.1.

    Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2025 sal-2029:

    T(2025) = ∑ sg sharesg × MPWsg × (1 – rfsg) × rCO2sg

    4.1.2.

    Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2030 ’il quddiem:

    T(NO)= ∑ sg sharesg × MPWsg × (1 – rfsg) × rCO2sg

    T(MCO2) = ∑ sg sharesg × MPWsg × [(1- pvsg) × (1 – rfsg) × rCO2sg + pvsg × (1 – rfpsg) × rCO2psg]

    T(MZE) = ∑sg sharesg × MPWsg × (1 – zevMsg) x rCO2sg

    T(M) = T(MCO2) + T(MZE)

    Fejn,

    sg

    hija s-somma ta’ dawk is-subgruppi tal-vetturi li huma inklużi fil-kalkolu tal-mira tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi partikolari skont il-punt 4.2;

    sharesg

    hija kif determinata fil-punt 2.4;

    MPWsg

    hija kif determinata fil-punt 2.6;

    rfsg

    hija l-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 applikabbli fil-perijodu ta’ rapportar speċifiku għal vetturi tqal ġodda fis-subgrupp tal-vetturi sg kif previst fil-punt 4.3;

    rfpsg

    hija l-mira ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 applikabbli fil-perijodu ta’ rapportar speċifiku għal vetturi primarji ta’ vetturi tqal ġodda fis-subgrupp tal-vetturi sg kif previst fil-punt 4.3;

    zevMsg

    huwa l-mandat ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet applikabbli fil-perijodu ta’ rapportar speċifiku għal vetturi tqal fis-subgrupp tal-vetturisg kif previst fil-punt 4.3;

    rCO2sg

    hija kif determinata fil-punt 3.1.2;

    rCO2psg

    hija kif determinata fil-punt 3.1.2;

    pvsg

    hija kif determinata fil-punt 2.4.

    4.2.   Is-subgruppi tal-vetturi inklużi fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji u tal-miri ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifatturi

    Is-subgruppi tal-vetturi sg li ġejjin għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi CO2(X), tal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi T(X) u tat-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 ET(X)Y :

    X = 2025

    X= NO

    X = MCO2

    X= MZE

    subgruppi tal-vetturi, soġġetti għal miri ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 skont l-Artikolu 3a(1), il-punt(a)

    subgruppi tal-vetturi tal-vetturi għall-ġarr tal-merkanzija, soġġetti għal miri ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 skont l-Artikolu 3a(1), il-punti (b), (c) u (d) u l-Artikolu 3a(3)

    subgruppi tal-vetturi tal-vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri, soġġetti għal miri ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet ta’ CO2 skont l-Artikolu 3a(1), il-punti (b), (c) u (d) (Kowċis u xarabanks baxxi tal-klassi II)

    Subgruppi tal-vetturi tal-vetturi għall-ġarr tal-passiġġieri, soġġetti għal miri ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet skont l-Artikolu 3d

    (Xarabanks urbani)

    4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH

    Is-subgruppi tal-vetturi kollha msemmijin fil-punti 1.1.1 u 1.1.3. Madankollu, fil-perjodi ta’ rapportar tas-snin ta’ qabel l-2035, is-subgruppi tal-vetturi vokazzjonali ma għandhomx jiġu inklużi.

    32-C2, 32-C3, 32-DD, 34-C2, 34-C3, 34-DD, 31-L2, 33-L2

    31-LF, 31-L1, 31-L2, 31-DD, 33-LF, 33-L1, 33-DD, 35-FE, 39-FE

    4.3.   Il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-mandati ta’ vetturi tqal mingħajr emissjonijiet

    4.3.1.

    Il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 rfsg rfpsg li ġejjin skont l-Artikolu 3a għandhom japplikaw għal vetturi tqal fis-subgrupp tal-vetturi sg għal perijodi ta’ rapportar differenti:

    Il-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 rfsg rfpsg

    Subgruppi tal-vetturi sg

    Perijodi ta’ rapportar tas-snin

    2025 – 2029

    2030 – 2034

    2035 – 2039

    Mill-2040 ’il quddiem

    Trakkijiet medji

    53, 54

    0

    43 %

    64 %

    90 %

    Trakkijiet tqal > 7,4 t

    1s, 1, 2, 3

    0

    43 %

    64 %

    90 %

    Trakkijiet tqal > 16 t b’konfigurazzjonijiet tal-fusien 4x2 u 6x4

    4-UD, 4-RD, 4-LH, 5-RD, 5-LH, 9-RD, 9-LH, 10-RD, 10-LH

    15 %

    43 %

    64 %

    90 %

    Trakkijiet tqal > 16 t b’konfigurazzjonijiet tal-fusien speċjali

    11, 12, 16

    0

    43 %

    64 %

    90 %

    Vetturi vokazzjonali

    53v, 1sv, 1v, 2v, 3v, 4v, 5v, 9v, 10v, 11v, 12v, 16v

    0

    0

    64 %

    90 %

    Kowċis u xarabanks interurbani (rfsg )

    32-C2, 32-C3, 32-DD, 34-C2, 34-C3, 34-DD, 31-L2, 33-L2

    0

    43 %

    64 %

    90 %

    Vetturi primarji tal-kowċis u x-xarabanks interurbani (rfpsg )

    32-C2, 32-C3, 32-DD, 34-C2, 34-C3, 34-DD, 31-L2, 33-L2

    0

    43 %

    64 %

    90 %

    Trejlers

    111, 111V, 112, 112V, 113, 121, 121V, 122, 122V, 123, 123V, 124, 124V, 125, 126, 131, 131V, 132, 132V, 133

    0

    7,5  %

    7,5  %

    7,5  %

    Semitrejlers

    421, 421v, 422, 422v, 423, 431, 431v, 432, 432v, 433, 611, 612, 611V, 612V, 621, 623, 621V, 622, 622V, 623V, 624, 624V, 625, 631, 631v, 632, 632v, 633

    0

    10 %

    10 %

    10 %

    Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin qabel l-2025, il-miri kollha ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 rfsg u rfpsg għandhom ikunu 0.

    4.3.2.

    Il-miri tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet li ġejjin zevMsg skont l-Artikolu 3d huma applikabbli għall-vetturi tqal fis-subgrupp tal-vetturi sg għal perijodi ta’ rapportar differenti:

    Mandati tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet zevMsg

    Subgruppi tal-vetturi sg

    Perijodi ta’ rapportar tas-snin

    qabel l-2030

    2030 – 2034

    2035 – 2039

    Mill-2040 ’il quddiem

    Xarabanks urbani

    31-LF, 31-L1, 31-DD, 33-LF, 33-L1, 33-DD, 35-FE, 39-FE,

    0

    90 %

    100 %

    100 %

    5.   Krediti u djun tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 7

    5.1.   Trajettorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2

    5.1.1.   Fatturi fil-mira

    Għal kull subgrupp tal-vetturi sg u għal kull perijodu ta’ rapportar ta’ sena Y, il-fatturi fil-mira għandhom jiġu definiti kif ġej:

    RETsg,Y = (1-rfsg,uY)+(rfsg,uY – rfsg,lY)× (uY – Y)/(uY – lY)

    RETpsg,Y = (1-rfpsg,uY)+(rfpsg,uY – rfpsg,lY)× (uY – Y)/(uY – lY)

    ZETsg,Y = (1-zevMsg,uY)+(zevMsg,uY – zevMsg,lY)× (uY – Y)/(uY – lY)

    Fejn,

    lY, uY

    huma ċ-ċifri għas-sena inferjuri u għas-sena superjuri fis-sett {rY, 2025, 2030, 2035, 2040} għas-subgruppi tal-vetturi ndikati fil-kolonna X = 2025 fit-tabella fil-punt 4.2,

    fis-sett {rY, 2030, 2035, 2040} għas-subgruppi tal-vetturi sg l-oħra kollha, filwaqt li jiddefinixxu l-iżgħar intervent li għalih tapplika l-kundizzjoni lY ≤ Y < uY;

    rY

    hija s-sena tal-perijodu ta’ referenza applikabbli għas-subgrupp tal-vetturi sg skont il-punt 3.2;

    rfsg,lY, rfsg,uY

    huma l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tas-subgrupptal-vetturi sg għal vetturi tqal ġodda tas-snin lYuY skont il-punt 4.3;

    rfpsg,lY, rfpsg,uY

    huma l-miri ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tas-subgrupp tal-vetturi sg għall-vetturi primarji ta’ vetturi tqal ġodda tas-snin lY u uY skont il-punt 4.3;

    zevMsg,lY, zevMsg,uY

    huma l-mandati tal-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet għal vetturi tqal ġodda tas-snin lY u uY skont il-punt 4.3.

    Għas-snin ta’ rapportar Y < rY, iċ-ċifri ta’ RETsg,Y, RETpsg,Y ZETsg,Y għandhom jiġu ssettjati għal 1 b’tali mod li ma jkun hemm l-ebda kontribut tas-subgrupp tal-vetturi sg għat-trajettorja ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2.

    5.1.2.   Trajettorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2

    5.1.2.1.

    Imbagħad, għal kull subgrupp tal-vetturi sg u għal kull perijodu ta’ rapportar ta’ sena Y, għandhom jiġu definiti t-trajettorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li ġejjin:

    ETsg,Y = RETsg,Y × rCO2sg

    ETpsg,Y = RETpsg,Y × rCO2psg

    ETzsg,Y = ZETsg,Y × rCO2sg

    5.1.2.2.

    Għal kull manifattur u għall-perijodu ta’ rapportar ta’ sena Y bejn l-2019 u l-2024, għandhom jiġu definiti t-trajettorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li ġejjin:

    ET(2025)Y = ∑ sg sharesg × MPWsg × ETsg,Y

    5.1.2.3.

    Għal kull manifattur u għall-perijodu ta’ rapportar ta’ sena Y bejn l-2025 u l-2040, għandhom jiġu definiti t-trajettorji ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 li ġejjin:

    ET(NO)Y = ∑ sg sharesg × MPWsg × ETsg,Y

    ET(MCO2)Y = ∑ sg sharesg × MPWsg × [(1- pvsg) × ETsg,Y + pvsg × ETpsg,Y]

    ET(MZE)Y = ∑sg sharesg × MPWsg × ETzsg,Y

    ET(M)Y = ET(MCO2)Y + ET(MZE)Y

    Fejn,

    sg

    hija s-somma ta’ dawk is-subgruppi tal-vetturi li huma inklużi fil-kalkolu tat-trajettorja ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 partikolari skont il-punt 4.2;

    sharesg

    huwa s-sehem ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fis-subgrupp tal-vetturi sg, kif determinat fil-punt 2.4;

    MPWsg

    hija kif determinata fil-punt 2.6;

    rCO2sg

    hija kif determinata fil-punt 3.1.2;

    rCO2psg

    hija kif determinata fil-punt 3.1.2;

    pvsg

    huwa s-sehem ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fi ħdan is-subgrupp tal-vetturi sg, li skont l-Artikolu 7b għandu jitqies mal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vetturi primarji tagħhom fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-punt 2.2.

    1.2.   Kalkolu tal-krediti u tad-djun tal-emissjonijiet f’kull perijodu ta’ rapportar

    Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar tas-snin Y mill-2019 sal-2040, il-krediti tal-emissjonijiet cCO2(X)Y u d-djun tal-emissjonijiet dCO2(X)Y, (X = NO, M) għandu jkollhom iċ-ċifri li ġejjin jew ikunu 0 (jiġifieri l-krediti tal-emissjonijiet u d-djun tal-emissjonijiet ma jistgħux ikunu negattivi), skont liema tkun l-ikbar:

     

    2019 ≤ Y< 2025

    2025 ≤ Y< 2030

    2030 ≤ Y< 2040

    cCO2(NO)Y

    [ET(2025)Y – CO2(2025)Y]× Vy

    [ET(NO)Y – CO2(NO)Y]× Vy

    [ET(NO)Y – CO2(NO)Y]× Vy

    dCO2(NO)Y

    0

    [CO2(2025)Y – T(2025)Y]× Vy

    [CO2(NO)Y – T(NO)Y]× Vy

    cCO2(M)Y

    0

    [ET(M)Y – CO2(M)Y]× Vy

    [ET(M)Y – CO2(M)Y]× Vy

    dCO2(M)Y

    0

    0

    [CO2(M)Y – T(M)Y]× Vy

    Fejn,

    ET(X)Y

    hija t-trajettorja ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y determinata f’konformità mal-punt 5.1 (X = 2025, NO, M);

    CO2(X)Y

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y determinati f’konformità mal-punt 2.7 (X = 2025, NO, M);

    T(X)Y

    hija l-mira ta’ emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y determinata f’konformità mal-punt 4 (X = 2025, NO, M);

    VY

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y.

    5.3.   Limitu tad-djun tal-emissjonijiet

    Għal kull manifattur, il-limiti tad-djun tal-emissjonijiet limCO2(X) Y fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y huma definiti kif ġej:

    limCO2(NO)Y = T(2025)Y × 0,05 × V(2025)Y

    għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y < 2030;

    limCO2(NO)Y = T(NO)Y × 0,05 × V(NO)Y

    għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y ≥ 2030;

    limCO2(M)Y = T(M)Y × 0,05 × V(M)Y

    għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y ≥ 2030.

    Fejn

    T(X)Y

    hija l-mira ta’ emissjonijiet speċifiċi tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y determinata f’konformità mal-punt 4 (X = 2025, NO, M);

    V(X)Y

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y fis-subgruppi tal-vetturi, li huma inklużi fil-kalkolu tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi, CO2(X) skont il-punt 4.2 (X = 2025, NO, M).

    5.4   Krediti ta’ emissjonijiet bikrija

    Id-djun tal-emissjonijiet miksubin għall-perijodi ta’ rapportar tas-sena 2025 għandhom jitnaqqsu b’ammont li jikkorrispondi għall-krediti tal-emissjonijiet miksubin qabel dak il-perijodu ta’ rapportar, li huma determinati għal kull manifattur kif ġej:

    Image 22

    Fejn,

    min

    huwa l-minimu taż-żewġ ċifri msemmijin bejn il-parentesi;

    Image 23

    hija s-somma tal-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2019 sal-2024;

    dCO2(NO)Y

    hija d-djun tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y kif determinati f’konformità mal-punt 5.2;

    cCO2(NO)Y

    hija l-krediti tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y kif determinati f’konformità mal-punt 5.2.

    6.   Determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 żejda ta’ manifattur imsemmija fl-Artikolu 8(2)

    Għal kull manifattur u għal kull perijodu ta’ rapportar tas-sena Y mis-sena 2025 ’il quddiem, iċ-ċifra tal-emissjonijiet tas-CO2 żejda speċifiċi tal-kategorija tal-vetturi exeCO2(X)Y għandha tiġi kkalkolata kif ġej, jekk iċ-ċifra tkun pożittiva (X = NO, M).

    Għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025:

    Image 24

    Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2026 sal-2028, mill-2030 sal-2033 u mill-2035 sal-2038:

    Image 25

    Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2030 sal-2033 u mill-2035 sal-2038:

    Image 26

    Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y = 2029, 2034 u 2039:

    Image 27

    Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y = 2034 u 2039:

    Image 28

    Għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2040:

    Image 29

    Għall-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y > 2040:

    exeCO2(NO)Y = (CO2(NO)Y – T(NO)Y) × VY

    exeCO2(M)Y = (CO2(M)Y – T(M)Y) × VY

    Jekk il-kalkoli preċedenti jirriżultaw f’ċifra negattiva għal exeCO2(X)Y , dan tal-aħħar għandu jiġi ssettjat għal 0.

    Fejn,

    Image 30

    hija s-somma tal-perijodi ta’ rapportar tas-snin Y mill-2019 sal-2024;

    Image 31

    hija s-somma tal-perijodi ta’ rapportar tas-snin I mill-2025 sas-sena Y;

    Image 32

    hija s-somma tal-perijodi ta’ rapportar tas-snin J mill-2025 sas-sena (Y-1);

    Image 33

    hija s-somma tal-perijodi ta’ rapportar tas-snin I mill-2025 sal-2039;

    Image 34

    hija s-somma tal-perijodi ta’ rapportar tas-snin J mill-2030 sas-sena (Y-1);

    dCO2(X)Y

    hija d-djun tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y kif determinati f’konformità mal-punt 5.2 (X = NO, M);

    cCO2(X)Y

    hija l-krediti tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y kif determinati f’konformità mal-punt 5.2 (X = NO, M);

    ccCO2(X)I,Y

    hija l-krediti tal-emissjonijiet għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena I ikkoreġuta għall-parti li tkun skadiet wara 7 snin, kif determinati f’konformità mal-punt 6.1 (X = NO, M);

    limCO2(X)Y

    hija l-limitu tad-djun tal-emissjonijiet kif determinat f’konformità mal-punt 5.3 (X = NO, M);

    redCO2(X)

    hija t-tnaqqis tad-djun tal-emissjonijiet tal-perijodu ta’ rapportar tas-sena 2025 kif determinat f’konformità mal-punt 5.4 (X = NO, M).

    Fil-każijiet l-oħrajn kollha, iċ-ċifra tal-emissjonijiet żejda exeCO2(X)Y għandu jiġi ssettjat għal 0 (X = NO, M).

    L-emissjonijiet tas-CO2 żejda tal-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y kif imsemmi fl-Artikolu 8(2) għandhom ikunu:

    exeCO2Y = exeCO2(NO)Y + exeCO2(M)Y

    6.1.   Determinazzjoni ta’ ccCO2 (X)Y, I

    ccCO2(X)I,Y = cCO2(X)I

    għal Y ≤ I + 7;

    ccCO2(X)I,Y = min(cCO2(X)I;

    Image 35

    għal Y > I + 7.”;

    (2)

    l-Anness II huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “ANNESS II

    Proċeduri ta’ aġġustament imsemmijin fl-Artikolu 11

    1.   Aġġustament tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza wara emenda tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmijin fl-Artikolu 11(2)

    Wara emenda tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip imsemmijin fl-Artikolu 11(2), l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza msemmijin fil-punt 3.1.2 tal-Anness I għandhom jiġu kkalkolati mill-ġdid.

    Għal dak l-għan, l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vetturi tqal ġodda v tal-perijodu ta’ referenza u tal-vetturi primarji tagħhom determinati għal profil tal-missjoni mp, kif imsemmi fil-punt 2.1 tal-Anness I, għandhom jiġu aġġustati kif ġej:

    CO2v,mp = CO2(RP)v,mp ∙ (∑ r sr,sg ∙ CO2r,mp)/ (∑ r sr,sg ∙ CO2(RP)r,mp)

    CO2pv,mp = CO2p(RP)v,mp ∙ (∑ r sr,sg ∙ CO2pr,mp)/ (∑ r sr,sg ∙ CO2p(RP)r,mp)

    Fejn

    r

    hija s-somma tal-vetturi tqal rappreżentattivi kollha r għas-subgrupp tal-vetturi sg;

    sg

    huwa s-subgrupp tal-vetturi li għalih tappartjeni l-vettura tqila v;

    sr,sg

    huwa l-piż statistiku tal-vettura tqila rappreżentattiva r fis-subgrupp tal-vetturi sg;

    CO2(RP)v,mp

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura tqila v fi g/km, kif determinati fuq il-profil tal-missjoni mp u fuq il-bażi tad-data ta’ monitoraġġ tal-perijodu ta’ referenza;

    CO2(RP)r,mp

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura tqila rappreżentattiva r fi g/km, kif determinati fuq il-profil tal-missjoni mp f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu kif ġie applikat fil-perijodu ta’ referenza;

    CO2r,mp

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura tqila rappreżentattiva r, kif determinati fuq il-profil tal-missjoni mp f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu skont l-emendi msemmijin fl-Artikolu 11(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament;

    CO2p(RP)v,mp

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura primarja tal-vettura tqila v fi g/km, kif determinati fuq il-profil tal-missjoni mp u fuq il-bażi tad-data ta’ monitoraġġ tal-perijodu ta’ referenza;

    CO2p(RP)r,mp

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura primarja tal-vettura tqila rappreżentattiva r fi g/km, kif determinati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu kif ġie applikat fil-perijodu ta’ referenza;

    CO2pr,mp

    hija l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tal-vettura primarja tal-vettura tqila rappreżentattiva r, kif determinati fuq il-profil tal-missjoni mp f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 595/2009 u mal-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu skont l-emendi msemmijin fl-Artikolu 11(2), il-punt (a), ta’ dan ir-Regolament.

    L-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi għandhom jiġu nnormalizzati skont l-Anness III bl-użu ta’ dawk iċ-ċifri għall-parametri msemmijin fl-Artikolu 14(1), il-punt (f), li jkunu applikabbli fil-perijodu ta’ rapportar imsemmi fl-Artikolu 11(2), il-punt (a).

    Il-vetturi tqal rappreżentattivi għandhom jiġu definiti f’konformità mal-metodoloġija msemmija fl-Artikolu 11(3).

    2.   Applikazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza aġġustati skont l-Artikolu 11(2)

    Jekk fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ xi vetturi tqal ġodda ta’ manifattur ikunu ġew iddeterminati bl-emendi msemmijin fl-Artikolu 11(2), l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza rCOsg tas-subgrupp tal-vetturi sg użati fil-punti 4 u 5.1 tal-Anness I għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

    rCO2sg = ∑,i Vsg,i/Vsg x rCO2sg,,i

    fejn:

    ,i

    hija s-somma ta’:

    għal i = 0: il-proċedura mhux emendata għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2, li għalihom huma applikabbli l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza inizjali mingħajr aġġustamenti, u

    għal i ≥ 1: l-emendi sussegwenti kollha msemmijin fl-Artikolu 11(2);

    Vsg

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y u s-subgrupp tal-vetturi sg;

    Vsg,i

    huwa l-għadd ta’ vetturi tqal ġodda tal-manifattur fil-perijodu ta’ rapportar tas-sena Y u fis-subgrupp tal-vetturi sg, li l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħhom ġew iddeterminati bl-emenda i;

    rCO2sg,i

    huma:

    għal i = 0: l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza mhux aġġustati

    għal i ≥ 1: l-emissjonijiet tas-CO2 ta’ referenza li ġew iddeterminati għas-subgrupp tal-vetturi sg bl-emenda i.”.


    (*1)  Għall-kalkolu tal-ishma tal-vetturi u tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi medji tal-manifatturi tal-perijodi ta’ rapportar tas-snin 2030 sa2034 skont il-punti 2.4 u 2.7, rispettivament, il-vetturi vokazzjonali mingħajr emissjonijiet tal-kategorija N għandhom jiġu attribwiti kif ġej:

    (*2)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1

    (*3)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.4

    (*4)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1

    (*5)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.4

    (*6)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1

    (*7)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.4

    (*8)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1

    (*9)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.4

    (*10)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1

    (*11)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.4

    (*12)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1

    (*13)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1

    (*14)  Ara d-definizzjonijiet fil-punt 1.1


    ANNESS II

    “ANNESS III

    Normalizzazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi ta’ vetturi tqal ġodda kif msemmijin fl-Artikolu 4

    1.   Normalizzazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi

    Għall-finijiet tal-kalkolu fil-punt 2.1 tal-Anness I, iċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 CO2v,mp tal-vetturi tqal huma normalizzati kif ġej:

    CO2v,mp = reportCO2v,mp + ΔCO2v,mp(m) + ΔCO2cvv,mp

    m = PLsg,mp – PLv,mp + cCWv

    (għall-vetturi tqal tal-kategoriji N u O)

    m = PMsg,mp – PMv,mp + cCWv

    (għall-vetturi tqal tal-kategorija M)

    Iċ-ċifri tal-emissjonijiet tas-CO2 CO2pv,mp  tal-vetturi primarji huma normalizzati skont l-istess metodoloġija, bl-użu tal-parametri għall-vetturi primarji.

    Fejn

    CO2v,mp

    huma l-emissjonijiet normalizzati tas-CO2 tal-vettura tqila v determinati għal profil tal-missjoni mp li għandhom jiġu kkunsidrati fil-kalkolu tal-punt 2.1 tal-Anness I;

    reportCO2v,mp

    huma l-emissjonijiet tas-CO2 fi g/km ta’ vettura tqila ġdida v determinati għal profil tal-missjoni mp u rrapportati skont l-Artikoli 13a u 13b;

    ΔCO2v,mp(m)

    għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt 3;

    ΔCO2cvv,mp

    għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt 4;

    PLv,mp

    hija t-tagħbija tal-vettura tqila v fil-profil tal-missjoni mp, kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;

    PLsg,mp

    hija t-tagħbija għas-subgrupp tal-vetturi sg u għall-profil tal-missjoni mp kif prevista fil-punt 2.5 tal-Anness I;

    PMv,mp

    hija l-massa tal-passiġġieri tal-vettura tqila v fil-profil tal-missjoni mp, kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;

    PMsg,mp

    hija l-massa tal-passiġġieri għas-subgrupp tal-vetturi sg u għall-profil tal-missjoni mp kif prevista fil-punt 2.5 tal-Anness I;

    cCWv

    hija l-korrezzjoni tal-piż tal-vettura sħiħa bit-tank mimli tal-vettura tqila v skont il-punt 2.

    2.   Normalizzazzjoni tal-piż tal-vettura sħiħa bit-tank mimli

    Peress li l-utilità tat-trasport ta’ vettura tqila tiżdied mat-tagħbija massima teknikament possibbli jew mal-għadd massimu ta’ passiġġieri teknikament possibbli tagħha, iżda għal raġunijiet tekniċi ċifri ogħla għal dawk il-parametri huma korrelatati ma’ piżijiet ogħla tal-vettura sħiħa bit-tank mimli u, għalhekk, ma’ emissjonijiet ogħla tas-CO2, għandha tiġi applikata l-korrezzjoni li ġejja tal-piż tal-vettura sħiħa bit-tank mimli ta’ vettura tqila v fis-subgrupp tal-vetturi sg għall-fini tan-normalizzazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi tagħha skont il-punt 1:

    cCWv = asg · (maxPLsg – maxPLv)

    għall-vetturi tqal tal-kategorija N;

    cCWv = 0

    għall-vetturi tqal tal-kategorija O;

    cCWv = asg · (maxPNsg – maxPNv)

    għall-vetturi tqal tal-kategorija M;

    Fejn

    asg

    huwa koeffiċjent lineari determinat skont il-punt 2.1 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena li fiha l-vettura tqila v tkun ġiet irreġistrata;

    maxPLv

    hija t-tagħbija massima teknikament possibbli tal-vettura tqila v kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;

    maxPNv

    huwa l-għadd massimu ta’ passiġġieri teknikament possibbli tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;.

    maxPLsg

    hija t-tagħbija massima teknikament possibbli tas-subgrupp tal-vetturi sg determinata skont il-punt 2.5 tal-Anness I;

    maxPNsg

    huwa l-għadd massimu ta’ passiġġieri teknikament possibbli tas-subgrupp tal-vetturi sg determinat skont il-punt 2.5 tal-Anness I.

    2.1.   Determinazzjoni tal-parametri tan-normalizzazzjoni

    Għal kull perijodu ta’ rapportar, il-parametri asg bsg għandhom jiġu ddeterminati b’analiżi ta’ rigressjoni lineari tal-korrelazzjoni taċ-ċifri ta’ CWv maċ-ċifri ta’ maxPLv (vetturi tqal tal-kategorija N) u maxPNv (vetturi tqal tal-kategorija M), meta jitqiesu l-vetturi tqal kollha rreġistrati ġodda v fis-subgrupp tal-vetturi sg;

    CWv ≈ asg maxPLv + bsg

    għall-vetturi tqal tal-kategorija N;

    CWv ≈ asg maxPNv + bsg

    għall-vetturi tqal tal-kategorija M.

    Fejn

    CWv

    huwa l-piż tal-vettura sħiħa bit-tank mimli tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b; jekk l-ebda ċifra preċiża ma tkun disponibbli, dan ikun jista’ jiġi approssimat mill-massa attwali kkoreġuta tal-vettura tqila v;

    maxPLv

    hija t-tagħbija massima teknikament possibbli tal-vettura tqila v kif determinata mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;

    maxPNv

    huwa l-għadd massimu ta’ passiġġieri teknikament possibbli tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b.

    3.   Bidla fl-emissjonijiet tas-CO2 għal bidla fil-massa totali tal-vettura

    Il-bidla ex post tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura tqila v li għandha tiġi ddeterminata għal profil tal-missjoni mp minħabba bidla ex post fil-massa totali li għandha tiġi attribwita għall-vettura tqila għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 hija definita mill-approssimazzjoni lineari li ġejja:

    ΔCO2v,mp(m) = m (CO2v,r – CO2v,l)  / (Mr – Ml)

    Fejn:

    m

    hija l-bidla tal-massa totali attribwita għall-vettura tqila v għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 tagħha;

    CO2v,r

    huma l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tqila v fi g/km, mingħajr il-bidla fil-massa, determinati għall-istess profil tal-missjoni mp, kundizzjonijiet ta’ tagħbija rappreżentattiva;

    CO2v,l

    huma l-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura tqila v fi g/km, mingħajr il-bidla fil-massa, determinati għall-istess profil tal-missjoni mp, kundizzjonijiet ta’ tagħbija baxxa;

    Mr

    hija l-massa totali tal-vettura f’simulazzjoni, mingħajr il-bidla fil-massa, għall-istess profil tal-missjoni mp, kundizzjonijiet ta’ tagħbija rappreżentattiva;

    Ml

    hija l-massa totali tal-vettura f’simulazzjoni, mingħajr il-bidla fil-massa, għall-istess profil tal-missjoni mp, kundizzjonijiet ta’ tagħbija baxxa.

    4.   Normalizzazzjoni għal volumi differenti ta’ merkanzija

    Il-vetturi tqal tal-kategorija O fl-istess subgrupp tal-vetturi għandhom volumi ta’ merkanzija differenti. Peress li l-utilità tat-trasport ta’ vettura tqila tiżdied mal-volum tal-merkanzija, iżda għal raġunijiet tekniċi tali żieda hija wkoll korrelatata ma’ emissjonijiet ogħla tas-CO2, għandha tiġi applikata l-korrezzjoni li ġejja tal-emissjonijiet tas-CO2 ta’ vettura tqila v fis-subgrupp tal-vetturi sg:

    ΔCO2cvv,mp = asg,mp (CVsg – CVv)

    Where

    asg,mp

    huwa koeffiċjent lineari determinat skont il-punt 4.1 għall-perijodu ta’ rapportar tas-sena li fiha l-vettura tqila v tkun ġiet irreġistrata;

    CVv

    huwa l-volum tal-merkanzija tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;

    CVsg

    huwa l-volum tal-merkanzija tas-subgrupp tal-vetturi sg determinat skont il-punt 2.5 tal-Anness I.

    Għall-vetturi tqal tal-kategoriji N u M, il-korrezzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 ΔCO2cvv,mp għandha tkun ta’ 0.

    4.1.   Determinazzjoni tal-parametri tan-normalizzazzjoni

    Għal kull perijodu ta’ rapportar u għal kull profil tal-missjoni, il-parametri asg,mp bsg,mp għandhom jiġu ddeterminati b’analiżi ta’ rigressjoni lineari tal-korrelazzjoni taċ-ċifri ta’ [reportCO2v,mp + ΔCO2v,mp(m)] maċ-ċifri ta’ CVv, meta jitqiesu l-vetturi tqal rreġistrati ġodda kollha v fis-subgrupp tal-vetturi sg:

    reportCO2v,mp + ΔCO2v,mp(m) ≈ asg,mp · CVv + bsg,mp

    Fejn

    CVv

    huwa l-volum tal-merkanzija tal-vettura tqila v kif determinat mid-data rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b;

    reportCO2v,mp, ΔCO2v,mp(m)

    huma kif definiti fil-punt 1.

    ANNESS IV

    Regoli dwar id-data li għandha tiġi mmonitorjata u rrapportata skont l-Artikoli 13a u 13b

    PARTI A: DATA LI GĦANDHA TIĠI MMONITORJATA U RRAPPORTATA MILL-ISTATI MEMBRI

    (a)

    in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi tqal ġodda kollha kif imsemmijin fl-Artikolu 2 li huma rreġistrati fit-territorju tal-Istat Membru;

    (b)

    isem il-manifattur;

    (c)

    id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur);

    (d)

    il-kodiċi għall-karozzerija kif speċifikat fl-entrata 38 taċ-ċertifikat tal-konformità, inklużi, meta applikabbli, iċ-ċifri supplimentari msemmijin fl-Appendiċi 2 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/858;

    (e)

    fil-każ tal-vetturi tqal imsemmijin fl-Artikolu 2(1), l-ewwel paragrafu, il-punt (a) jew (b), l-informazzjoni dwar l-impjant tal-enerġija speċifikata fl-entrati 23, 23.1 u 26 taċ-ċertifikat tal-konformità;

    (f)

    il-veloċità massima tal-vettura tqila kif speċifikata fl-entrata 29 taċ-ċertifikat tal-konformità;

    (g)

    l-istadju tat-tlestija, kif indikat fil-mudell magħżul taċ-ċertifikat tal-konformità f’konformità mal-punt 2 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (1);

    (h)

    il-kategorija ta’ vetturi kif speċifikat fl-entrata 0.4 taċ-ċertifikat tal-konformità;

    (i)

    l-għadd ta’ fusien, kif speċifikat fl-entrata 1 taċ-ċertifikat tal-konformità;

    (j)

    il-TPMLM, kif speċifikata fl-entrata 16.1 taċ-ċertifikat tal-konformità;

    (k)

    it-timbru tal-hash kriptografika tal-fajl tar-rekords tal-manifattur kif speċifikat fl-entrata 49.1 taċ-ċertifikat tal-konformità; għall-vetturi tqal rreġistrati sat-30 ta’ Ġunju 2025, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw biss l-ewwel tmien karattri tal-hash kriptografika;

    (l)

    l-emissjonijiet tas-CO2 speċifiċi kif speċifikati fl-entrata 49.5 taċ-ċertifikat tal-konformità;

    (m)

    iċ-ċifra tat-tagħbija medja kif speċifikata fl-entrata 49.6 taċ-ċertifikat tal-konformità;

    (n)

    id-data tar-reġistrazzjoni;

    (o)

    il-TPMLM għal vettura tqila tal-kategorija N3 b’kombinazzjoni tqila ħafna (EHC) imsemmija fl-Artikolu 3, il-punt (25), kif speċifikata fl-entrata 16.4 taċ-ċertifikat tal-konformità jew taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni ta’ vettura individwali;

    (p)

    għall-vetturi bi skop speċjali, id-deżinjazzjoni tagħhom kif speċifikata fl-entrata 51 taċ-ċertifikat tal-konformità;

    (q)

    l-għadd ta’ fusien motorizzati, kif speċifikat fl-entrata 3 taċ-ċertifikat tal-konformità;

    (r)

    għall-vetturi tqal approvati skont l-Artikolu 2(3), il-punt (b) tar-Regolament (UE) 2018/858, l-informazzjoni li l-vettura tqila kienet iddisinjata u mibnija jew adattata għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku;

    (s)

    għall-vetturi tqal rreġistrati għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar jew mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku, il-konferma li l-vettura hija rreġistrata għall-użu mis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar jew mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubblika u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3a(5), ta’ dan ir-Regolament. Għall-vetturi tqal kollha inklużi l-vetturi tqal approvati individwalment, l-informazzjoni korrispondenti għandha tkun l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fiċ-ċertifikat tal-konformità tal-UE jew fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tal-vettura individwali tal-UE jew fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali nazzjonali f’konformità mal-mudelli stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 irrispettivament minn kwalunkwe eżenzjoni nazzjonali applikabbli skont l-Artikolu 45(1) tar-Regolament (UE) 2018/858.

    PARTI B: DATA LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA MILL-MANIFATTURI U MINN ENTITAJIET OĦRAJN

    F’konformità mal-Artikolu 13b ta’ dan ir-Regolament, kull rapportatur għandu jirrapporta d-data li ġejja għal dawk il-vetturi tqal li għalihom huwa obbligat jipproduċi Fajl tar-Rekords tal-Manifattur (MRF) jew Fajl ta’ Informazzjoni dwar il-Vettura (VIF) skont ir-Regolament (UE) 2017/2400 (UE) u ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362.

    Għall-vetturi tqal msemmijin fil-Parti A, il-punti (p) u (q), tal-Anness IV, il-manifattur imsemmi fl-Artikolu 7a għandu jinforma wkoll lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(4) u (5), jekk il-vettura tqila li kieku kienet tkun eżentata mill-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 3a ma hijiex eżentata minn dawk l-obbligi.

    Kategoriji ta’ vetturi/subgruppi tal-vetturi

    Rapportaturi

    Manifattur tal-vettura primarja (2)

    Manifattur tal-vettura interim (3)

    Manifattur tal-vettura (4)  (7)

    Servizz tekniku ddeżinjat (9)

    N/kollha

    Mhux applikabbli

    Mhux applikabbli

    MRF (5)

    Informazzjoni addizzjonali (*1)

    Mhux applikabbli

    M/kollha

    VIF (6)

    MRF (5)

    Informazzjoni addizzjonali (*1)

    tal-vettura primarja

    Mhux applikabbli

    VIF (6)

    MRF (5)

    Informazzjoni addizzjonali (*1)

    tal-vettura kompleta jew kompluta

    Mhux applikabbli

    O/kollha

    Mhux applikabbli

    Mhux applikabbli

    MRF (8)

    Informazzjoni addizzjonali (*1)

    MRF (8)

    Informazzjoni addizzjonali (*1)

    Nru

    Parametru tal-monitoraġġ

    Sors

    Kategoriji ta’ vetturi li għalihom japplika l-parametru tal-monitoraġġ

    15

    Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur)

     

    Kollha

    24

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-trażmissjoni

    Il-punt 0.4 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/2400

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    25

    Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur tat-trażmissjoni

    Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VI tar-Regolament (UE) 2017/2400

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    32

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-fusien

    Il-punt 0.4 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/2400

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    Kategorija O;

    33

    Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur tal-fusien)

    Il-punt 0.1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) 2017/2400

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    Kategorija O;

    39

    L-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-tajers

    Il-punt 1 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2017/2400

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    Kategorija O;

    40

    Id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur tat-tajers)

    Il-punt 3 tal-mudell ta’ ċertifikat ta’ komponent, ta’ unità teknika separata jew ta’ sistema tal-Appendiċi 1 tal-Anness X tar-Regolament (UE) 2017/2400

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    Kategorija O;

    72

    In-numru tal-liċenzja għat-tħaddim tal-għodda ta’ simulazzjoni

     

    Kollha

    75

    L-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 tal-magna tul id-WHTC (8) (g/kWh)

    Il-punt 1.4.2 tal-addendum tal-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.2 tal-addendum tal-Appendiċi 7, tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (2), skont liema jkun applikabbli

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    76

    Il-konsum ta’ fjuwil tal-magna tul id-WHTC (g/kWh)

    Il-punt 1.4.2 tal-addendum tal-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.2 tal-addendum tal-Appendiċi 7, tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    77

    L-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 tal-magna tul id-WHSC (9) (g/kWh)

    Il-punt 1.4.1 tal-addendum tal-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.1 tal-addendum tal-Appendiċi 7, tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    78

    Il-konsum ta’ fjuwil tal-magna tul id-WHSC (g/kWh)

    Il-punt 1.4.1 tal-addendum tal-Appendiċi 5, jew il-punt 1.4.1 tal-addendum tal-Appendiċi 7, tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    101

    Għall-vetturi tqal b’data tas-simulazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2020, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-magna

    Il-punt 1.2.1. tal-addendum tal-Appendiċi 5, 6 jew 7 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, skont liema jkun applikabbli

    Kategorija N;

    Kategorija M: vettura primarja biss;

    102

    Għall-vetturi tqal b’data tas-simulazzjoni mill-1 ta’ Lulju 2021, il-fajl CSV (comma separated values) tal-istess isem bħall-job file u b’estensjoni.vsum li jinkludi r-riżultati aggregati għal kull profil tal-missjoni u kundizzjoni ta’ tagħbija simulati

    Fajl iġġenerat bl-għodda ta’ simulazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (a), tar-Regolament (UE) 2017/2400 fil-verżjoni GUI (interfaċċa grafika tal-utent) tiegħu

    kollha

    PARTI C: MEDED TAĊ-ĊIFRI TAR-REŻISTENZA TAL-ARJA (CDXA) GĦALL-FINI TA’ PUBBLIKAZZJONI F’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 13c

    Għall-fini li tkun pubblikament disponibbli ċ-ċifra CdxA speċifikata fl-entrata tad-data 23 f’konformità mal-Artikolu 13c, il-Kummissjoni għandha tuża l-meded taċ-ċifri definiti fit-tabella li ġejja li fiha l-medda korrispondenti għal kull ċifra CdxA:

    Medda

    Ċifra CdxA [m2]

    CdxA min (CdxA ≥ CdxA min)

    CdxA mass (CdxA < CdxA mass)

    A1

    0,00

    3,00

    A2

    3,00

    3,15

    A3

    3,15

    3,31

    A4

    3,31

    3,48

    A5

    3,48

    3,65

    A6

    3,65

    3,83

    A7

    3,83

    4,02

    A8

    4,02

    4,22

    A9

    4,22

    4,43

    A10

    4,43

    4,65

    A11

    4,65

    4,88

    A12

    4,88

    5,12

    A13

    5,12

    5,38

    A14

    5,38

    5,65

    A15

    5,65

    5,93

    A16

    5,93

    6,23

    A17

    6,23

    6,54

    A18

    6,54

    6,87

    A19

    6,87

    7,21

    A20

    7,21

    7,57

    A21

    7,57

    7,95

    A22

    7,95

    8,35

    A23

    8,35

    8,77

    A24

    8,77

    9,21

    ANNESS V

    Ir-rapportar u l-ġestjoni tad-data msemmija fl-Artikoli 13a sa 13c

    1.   RAPPORTAR MILL-ISTATI MEMBRI

    1.1.

    Id-data speċifikata fil-Parti A tal-Anness IV għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 13a mill-punt ta’ kuntatt tal-awtorità kompetenti permezz tat-trasferiment elettroniku tad-data lill-Aġenzija Ewropea għall=Ambjent.

    Il-punt ta’ kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent meta d-data tiġi trażmesssa bil-posta elettronika fl-indirizzi li ġejjin:

    C-CO2-HDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu

    kif ukoll

    HDV-monitoring@eea.europa.eu

    2.   RAPPORTAR MILL-MANIFATTURI

    2.1.

    Il-manifatturi għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-informazzjoni li ġejja:

    (a)

    isem il-manifattur kif indikat fiċ-ċertifikat tal-konformità jew fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali;

    (b)

    il-kodiċi tal-Identifikazzjoni tal-Manifattur Dinji (il-kodiċi WMI) kif definit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 (10) sabiex jintuża fin-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi ta’ vetturi tqal ġodda li jkunu se jitqiegħdu fis-suq;

    (c)

    il-punt ta’ kuntatt responsabbli biex jittrażmetti d-data lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

    Huma għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bla dewmien dwar kwalunkwe tibdil f’dik l-informazzjoni.

    In-notifiki għandhom jintbagħtu fl-indirizzi msemmija fil-punt 1.1.

    2.2.

    Id-data speċifikata fil-Parti B, il-punt 2, tal-Anness I, għandha tiġi trażmessa f’konformità mal-Artikolu 13b mill-punt ta’ kuntatt tal-manifattur permezz tat-trasferiment elettroniku tad-data lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

    Il-punt ta’ kuntatt għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent meta d-data tiġi trażmesssa bil-posta elettronika fl-indirizzi msemmijin fil-punt 1.1.

    3.   IPPROĊESSAR TAD-DATA

    3.1.

    L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tipproċessa d-data trażmessa f’konformità mal-punti 1.1 u 2.2 u għandha tirreġistra d-data pproċessata fir-reġistru.

    3.2.

    Id-data relatata ma’ vetturi tqal irreġistrati fil-perijodu ta’ rapportar preċedenti u rreġistrata fir-reġistru għandha ssir pubblika sat-30 ta’ April ta’ kull sena, bl-eċċezzjoni tal-entrati tad-data li ġejjin:

    3.2.1.

    in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura;

    3.2.2.

    l-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-trażmissjoni;

    3.2.3.

    id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur tat-trażmissjoni);

    3.2.4.

    l-isem u l-indirizz tal-manifattur tal-fusien;

    3.2.5.

    id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur tal-fusien);

    3.2.6.

    l-isem u l-indirizz tal-manifattur tat-tajers;

    3.2.7.

    id-ditta (l-isem kummerċjali tal-manifattur tat-tajers);

    3.2.8.

    il-mudell tal-magna;

    3.2.9.

    il-mudell tat-trażmissjoni;

    3.2.10.

    il-mudell tat-tardjatur;

    3.2.11.

    il-mudell tal-konvertitur tat-torque;

    3.2.12.

    il-mudell tal-angle drive;

    3.2.13.

    il-mudell tal-fusien;

    3.2.14.

    il-mudell tar-reżistenza tal-arja;

    3.2.15.

    fajl CSV (Comma Separated Values) bl-istess isem bħall-job file u b’estensjoni. vsum li jinkludi r-riżultati aggregati għal kull profil tal-missjoni u kundizzjoni ta’ tagħbija simulati.

    3.3.

    Meta awtorità kompetenti jew manifattur jidentifika żbalji fid-data ppreżentata, huwa għandu jinnotifikahom mingħajr dewmien lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent billi jippreżenta rapport ta’ notifika ta’ żball lill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u b’ittra elettronika fl-indirizzi msemmijin fil-punt 1.1.

    3.4.

    Il-Kummissjoni għandha, bis-sostenn tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, tivverifika l-iżbalji nnotifikati u, meta jkun xieraq, tikkoreġi d-data fir-reġistru.

    3.5.

    Il-Kummissjoni, bis-sostenn tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandha tagħmel formats elettroniċi disponibbli għat-trażmissjonijiet tad-data msemmijin fil-punti 1.1 u 2.2 fi żmien debitu qabel l-iskadenzi għat-trażmissjoni.

    ANNESS VI

    Tabella ta’ korrelazzjoni

    Regolament (UE) 2018/956

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1(2)

    Artikolu 2

    Artikolu 2

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    Artikolu 4

    Artikolu 13a

    Artikolu 5

    Artikolu 13b

    Artikolu 6

    Artikolu 13c

    Artikolu 7

    Artikolu 13d

    Artikolu 8

    Artikolu 13e

    Artikolu 9

    Artikolu 13f

    Artikolu 10

    Artikolu 11

    Artikolu 14

    Artikolu 12

    Artikolu 16

    Artikolu 13

    Artikolu 17

    Artikolu 14

    Anness I

    Anness IV

    Anness II

    Anness V”.


    (1)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).

    (2)  L-Artikolu 3, il-punt (29), tar-Regolament (UE) 2017/2400

    (3)  L-Artikolu 3, il-punt (31), tar-Regolament (UE) 2017/2400

    (4)  L-Artikolu 3, il-punt (4a), tar-Regolament (UE) 2017/2400

    (5)  Fajl tar-rekords tal-manifattur (MRF), l-Artikolu 3, il-punt (23), tar-Regolament (UE) 2017/2400

    (6)  Fajl ta' informazzjoni dwar il-vettura (VIF), l-Artikolu 3, il-punt (25), tar-Regolament (UE) 2017/2400

    (7)  L-Artikolu 2,il- punt (5), tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/1362

    (8)  Fajl tar-rekords tal-manifattur (MRF), l-Artikolu 2, il-punt (9), tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2022/1362

    (9)  L-Artikolu 8(6) u (7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1362

    (*1)  Informazzjoni addizzjonali:

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).

    (10)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 19/2011 tal-11 ta’ Jannar 2011 li jikkonċerna r-rekwiżiti għall-approvazzjoni skont it-tip għall-pjanċa statutorja tal-manifattur u għan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 8, 12.1.2011, p. 1).


    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1610/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top