Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D2056

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/2056 tas-26 ta’ Lulju 2024 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/332

    ST/11905/2024/INIT

    ĠU L, 2024/2056, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2056/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2056/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Is-serje L


    2024/2056

    26.7.2024

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/2056

    tas-26 ta’ Lulju 2024

    li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2024/332

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

    (2)

    Fis-16 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/332 (2), li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (“il-lista”).

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa neċessarju li jsir rieżami f’intervalli regolari tal-ismijiet tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista biex jiġi żgurat li jkun hemm raġunijiet sabiex dawn jinżammu fiha.

    (4)

    Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-rieżami li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-miżuri fl-Artikoli 2 u 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

    (5)

    Il-Kunsill ikkonkluda li l-entrata għal persuna waħda jenħtieġ li titħassar mil-lista. Fl-istess ħin, il-Kunsill ivverifika li l-awtoritajiet kompetenti, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet l-oħrajn kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li l-miżuri fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni jenħtieġ li jkomplu jiġu applikati għal dawk il-persuni, gruppi u entitajiet.

    (6)

    Il-Kunsill iddetermina wkoll li awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK adottataw deċiżjoni fir-rigward ta’ grupp addizzjonali li kien involut f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni jenħtieġ li jiġu applikati għal dan il-grupp.

    (7)

    Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2024/332 titħassar,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-miżuri fl-Artikoli 2 u 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni (PESK) 2024/332 hija b’dan imħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2024.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    BÓKA J.


    (1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/332 tas-16 ta’ Jannar 2024 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1514 (ĠU L, 2024/332, 16.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/332/oj).


    ANNESS

    Lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1

    I.   Persuni

    1.

    ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

    2.

    AL-DIN Hasan Izz (magħruf ukoll bħala Garbaya Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa’id, magħruf ukoll bħala Salwwan Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

    3.

    AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

    4.

    AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

    5.

    ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Nazzjonal Iranjan u tal-Istati Uniti, numru tal-passaport: C2002515 (l-Iran); numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-identità nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

    6.

    ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

    7.

    BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

    8.

    DEIF Mohammed (magħruf ukoll bħala AL-DAYF Muhammad; AL-MASRI Mohammed), imwieled fit-12.8.1965 f’Khan Younis, l-Istrixxa ta’ Gaża.

    9.

    HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

    10.

    HASSAN EL HAJJ Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

    11.

    MELIAD Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (Awstralja).

    12.

    MOHAMMED Khalid Sheikh (magħruf ukoll bħala Ali Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood Khalid Abdul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport: 488555.

    13.

    SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Mehran Military Base, Ilam Province, Iran.

    14.

    SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

    15.

    SINOUAR Yahia (magħruf ukoll bħala Yehya AL-SINWAR, Yahya Ibrahim Hassan SINWAR, Yehia SINWAR, Yehiyeh SINWAR), imwieled bejn l-1.1.1961 u l-31.12.1963 f’Khan Younis, l-Istrixxa ta’ Gaża.

    II.   Gruppi u Entitajiet

    1.

    “Abu Nidal Organisation” — “ANO” (magħrufa wkoll bħala “Fatah Revolutionary Council”, magħrufa wkoll bħala “Arab Revolutionary Brigades”, magħrufa wkoll bħala “Black September”, magħrufa wkoll bħala “Revolutionary Organisation of Socialist Muslims”).

    2.

    “Al-Aqsa Martyrs’ Brigade”.

    3.

    “Al-Aqsa e.V”.

    4.

    “Babbar Khalsa”.

    5.

    “Communist Party of the Philippines”, inkluż “New People’s Army”– “NPA”, Philippines.

    6.

    Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.

    7.

    “Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (“Islamic Group” –“IG”).

    8.

    “İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”).

    9.

    “Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

    10.

    “Hizballah Military Wing” (magħrufa wkoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbullah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbu’llah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Hizb Allah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Jihad Council” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-External Security Organisation)).

    11.

    “Hizbul Mujahideen” — “HM”.

    12.

    “Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

    13.

    “Kurdistan Workers’ Party” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

    14.

    “Liberation Tigers of Tamil Eelam” — “LTTE”.

    15.

    “Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

    16.

    “Palestinian Islamic Jihad” — “PIJ”.

    17.

    “Popular Front for the Liberation of Palestine” — “PFLP”.

    18.

    “Popular Front for the Liberation of Palestine — General Command” (magħruf ukoll bħala. “PFLP — General Command”).

    19.

    “Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Revolutionary Left”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Revolutionary People’s Liberation Army/Front/Party”).

    20.

    “Sendero Luminoso” — “SL” (“Shining Path”).

    21.

    “Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Hawks”).

    22.

    “The Base”.

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/2056/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top