Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0446

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/446 tat-2 ta’ Frar 2024 li tadotta r-raba’ aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku (notifikata bid-dokument C(2024) 522)

    C/2024/522

    ĠU L, 2024/446, 9.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/446/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/446/oj

    European flag

    Il-Ġurnal Uffiċjali
    ta'l-Unjoni Ewropea

    MT

    Serje L


    2024/446

    9.2.2024

    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/446

    tat-2 ta’ Frar 2024

    li tadotta r-raba’ aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku

    (notifikata bid-dokument C(2024) 522)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(2) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-reġjun bijoġeografiku Steppiku li hemm referenza għalih fl-Artikolu 1(c)(iii) tad-Direttiva 92/43/KEE huwa magħmul minn partijiet tat-territorju tal-Unjoni tar-Rumanija, kif speċifikat fil-mappa bijoġeografika approvata fl-20 ta’ April 2005 mill-kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 ta’ dik id-Direttiva (“il-Kumitat dwar il-Ħabitats”).

    (2)

    Il-lista inizjali tas-siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, skont it-tifsira tad-Direttiva 92/43/KEE, ġiet adottata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/966/KE (2). Dik il-lista ġiet aġġornata l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/15 (3).

    (3)

    Is-siti inklużi fil-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku jiffurmaw parti min-network Natura 2000, li huwa element essenzjali għall-ħarsien tal-bijodiversità fl-Unjoni. Sabiex in-network Natura 2000 ikompli jiġi stabbilit dejjem iktar u fil-kuntest tal-adattament dinamiku ta’ dan in-network, il-listi ta’ siti ta’ importanza Komunitarja huma rieżaminati regolarment.

    (4)

    Bejn it-18 ta’ Lulju 2022 u s-6 ta’ Frar 2023, ir-Rumanija pproponiet siti addizzjonali ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE. Ir-Rumanija ppreżentat ukoll tibdil fl-informazzjoni li għandha x’taqsam mas-siti li jkunu fil-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku.

    (5)

    Abbażi tal-abbozz tal-lista mfassla mill-Kummissjoni bi ftehim mal-Istat Membru kkonċernat, li jidentifika wkoll is-siti li għandhom tipi ta’ ħabitats naturali ta’ prijorità jew speċijiet ta’ prijorità, jenħtieġ li tiġi adottata lista aġġornata ta’ siti magħżulin bħala siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku. L-Artikoli 4(4) u 6 tad-Direttiva 92/43/KEE japplikaw għas-siti li ġew inklużi dan l-aħħar.

    (6)

    L-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim tat-tipi ta’ ħabitats naturali u tal-ispeċijiet qiegħed jevolvi kontinwament minħabba s-sorveljanza mwettqa f’konformità mal-Artikolu 11 tad-Direttiva 92/43/KEE. Għalhekk, l-evalwazzjoni u l-għażla tas-siti fil-livell tal-Unjoni saru bl-użu tal-aqwa informazzjoni disponibbli f’dak iż-żmien.

    (7)

    Fir-rigward tar-reġjun bijoġeografiku Steppiku, ir-Rumanija ma pproponietx biżżejjed siti biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tad-Direttiva 92/43/KEE għal ċerti tipi ta’ ħabitats u speċijiet. Barra minn hekk, l-għarfien dwar l-eżistenza u t-tqassim ta’ wħud mit-tipi ta’ ħabitats naturali elenkati fl-Anness I u ta’ wħud mill-ispeċijiet elenkati fl-Anness II tad-Direttiva 92/43/KEE għadu mhux komplut. Għaldaqstant, għal dawk it-tipi ta’ ħabitats u speċijiet ma jistax jiġi konkluż li n-network Natura 2000 huwa komplut.

    (8)

    Fl-interess taċ-ċarezza u tat-trasparenza, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/15 titħassar.

    (9)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Ħabitats,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Ġie adottat ir-raba’ aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku kif stipulat fl-Anness.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/15 titħassar.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Frar 2024.

    Għall-Kummissjoni

    Virginijus SINKEVIČIUS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)   ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/966/KE tat-12 ta’ Diċembru 2008 li tadotta, skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku (ĠU L 344, 20.12.2008, p. 117).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/15 tal-14 ta’ Diċembru 2018 li tadotta t-tielet aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku (ĠU L 7, 9.1.2019, p. 1).


    ANNESS

    Parti 1

    Ir-raba’ aġġornament tal-lista ta’ siti ta’ importanza Komunitarja għar-reġjun bijoġeografiku Steppiku

    Kull sit ta’ importanza Komunitarja (SIK) huwa identifikat bl-informazzjoni fil-format Natura 2000, inkluż il-mappa korrispondenti. Din l-informazzjoni intbagħtet mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 92/43/KEE.

    It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-informazzjoni li ġejja:

    A

    :

    il-kodiċi SIK b’disa’ karattri u l-ewwel tnejn ikunu l-kodiċi ISO tal-Istat membru;

    B

    :

    l-isem tas-SIK;

    C

    :

    * = il-preżenza tas-SIK f’mill-inqas tip ta’ ħabitat naturali u/jew speċi ta’ prijorità wieħed/waħda skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 92/43/KEE;

    D

    :

    l-erja tas-SIK f’ettari jew it-tul tas-SIK f’km;

    E

    :

    il-koordinati ġeografiċi tas-SIK (il-latitudni u l-lonġitudni) fi gradi deċimali.

    L-informazzjoni kollha mogħtija fil-lista tal-Unjoni ta’ hawn taħt hija msejsa fuq id-data proposta, mibgħuta u vvalidata mir-Rumanija.

    A

    B

    C

    D

    E

    Kodiċi SIK

    Isem tas-SIK

    *

    Erja tas-SIK (ha)

    Tul tas-SIK (km)

    Koordinati ġeografiċi tas-SIK

     

     

     

     

     

    Lonġitudni

    Latitudni

    Parti 2

    KodiċiSIK

    IsemSIK

    Artikolu1

    ErjaHA

    TULKM

    Lonġitudni

    Latitudni

    ROSAC0022

    Canaralele Dunării

    *

    26 109,9

     

    27,899211

    44,246708

    ROSAC0053

    Dealul Alah Bair

    *

    193,5

     

    28,218786

    44,501053

    ROSAC0060

    Dealurile Agighiolului

    *

    1 514,1

     

    28,83043

    45,041464

    ROSAC0067

    Deniz Tepe

    *

    414,4

     

    28,688092

    45,003028

    ROSAC0071

    Dumbrăveni - Valea Urluia - Lacul Vederoasa

    *

    18 024,4

     

    27,879294

    44,147972

    ROSAC0072

    Dunele de nisip de la Hanul Conachi

    *

    249,2

     

    27,578975

    45,571839

    ROSAC0083

    Fântânița Murfatlar

    *

    577,5

     

    28,386333

    44,154403

    ROSAC0103

    Lunca Buzăului

    *

    9 575,4

     

    27,001089

    45,075905

    ROSAC0133

    Pădurea Bădeana

    *

    62,3

     

    27,571833

    46,156728

    ROSAC0134

    Pădurea Balta - Munteni

     

    85,8

     

    27,464731

    45,948678

    ROSAC0139

    Pădurea Breana - Roșcani

    *

    155

     

    27,994822

    45,926528

    ROSAC0149

    Pădurea Eseschioi - Lacul Bugeac

    *

    2 942,8

     

    27,437842

    44,081742

    ROSAC0151

    Pădurea Gârboavele

    *

    219,8

     

    27,997914

    45,576669

    ROSAC0157

    Pădurea Hagieni - Cotul Văii

    *

    3 680,1

     

    28,427772

    43,742622

    ROSAC0162

    Lunca Siretului Inferior

    *

    24 980,6

     

    27,270253

    45,878

    ROSAC0163

    Pădurea Mogoș - Mâțele

    *

    65,5

     

    27,948678

    45,721917

    ROSAC0165

    Pădurea Pogănești

    *

    173,5

     

    28,0255

    45,976192

    ROSAC0169

    Pădurea Seaca - Movileni

    *

    50,7

     

    27,533314

    46,288261

    ROSAC0172

    Pădurea și Valea Canaraua Fetii - Iortmac

    *

    13 636,7

     

    27,611631

    44,027705

    ROSAC0175

    Pădurea Tălășmani

     

    54,3

     

    27,840661

    46,122075

    ROSAC0178

    Pădurea Torcești

     

    132,1

     

    27,490425

    45,680747

    ROSAC0215

    Recifii Jurasici Cheia

    *

    5 654,5

     

    28,453094

    44,483892

    ROSCI0005

    Balta Albă - Amara - Jirlău - Lacul Sărat Câineni

    *

    6 397,6

     

    27,316536

    45,289225

    ROSCI0006

    Balta Mică a Brăilei

     

    20 665,5

     

    27,906128

    44,943669

    ROSCI0012

    Brațul Măcin

    *

    10 433,2

     

    28,118842

    44,867642

    ROSCI0065

    Delta Dunării

    *

    453 645,5

     

    29,198361

    45,052417

    ROSCI0105

    Lunca Joasă a Prutului

    *

    5 753,4

     

    28,179103

    45,418505

    ROSCI0114

    Mlaștina Hergheliei - Obanul Mare și Peștera Movilei

    *

    231,7

     

    28,583339

    43,83785

    ROSCI0123

    Munții Măcinului

    *

    16 926,6

     

    28,303483

    45,155361

    ROSCI0131

    Oltenița - Mostiștea - Chiciu

     

    11 521,2

     

    26,813089

    44,101503

    ROSCI0191

    Peștera Limanu

     

    21,4

     

    28,522075

    43,807069

    ROSCI0201

    Podișul Nord Dobrogean

    *

    84 875

     

    28,48925

    44,766353

    ROSCI0213

    Râul Prut

     

    10 583,4

     

    28,127055

    46,129622

    ROSCI0259

    Valea Călmățuiului

    *

    18 125,7

     

    27,416908

    44,953353

    ROSCI0278

    Bordușani - Borcea

    *

    5 847,5

     

    27,913892

    44,520333

    ROSCI0286

    Colinele Elanului

    *

    741,4

     

    28,12623

    46,400597

    ROSCI0290

    Coridorul Ialomiței

    *

    27 109,2

     

    26,883194

    44,602303

    ROSCI0305

    Ianca - Plopu - Sărat - Comăneasca

    *

    3 234,5

     

    27,717489

    45,227367

    ROSCI0307

    Lacul Sărat - Brăila

    *

    329,4

     

    27,895547

    45,207547

    ROSCI0309

    Lacurile din jurul Măscurei

     

    1 139

     

    27,539814

    46,388753

    ROSCI0315

    Lunca Chineja

     

    923,9

     

    28,037417

    45,761706

    ROSCI0319

    Mlaștina de la Fetești

     

    2 110,9

     

    27,802817

    44,340708

    ROSCI0340

    Cuiugiuc

    *

    139

     

    27,51245

    44,034981

    ROSCI0343

    Pădurile din Silvostepa Mostiștei

    *

    2 115,3

     

    26,725792

    44,242261

    ROSCI0353

    Peștera - Deleni

     

    2 549,3

     

    28,083069

    44,115219

    ROSCI0360

    Râul Bârlad între Zorleni și Gura Gârbăvoțului

     

    2 478,8

     

    27,66963

    46,20675

    ROSCI0389

    Sărăturile de la Gura Ialomiței - Mihai Bravu

    *

    3 488,6

     

    27,75385

    44,755803

    ROSCI0398

    Straja - Cumpăna

     

    1 099,8

     

    28,504836

    44,091892

    ROSCI0412

    Ivrinezu

     

    411,1

     

    28,003356

    44,249917


    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/446/oj

    ISSN 1977-074X (electronic edition)


    Top