EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0332

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/332 tas-16 ta’ Jannar 2024 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1514

ST/16851/2023/INIT

ĠU L, 2024/332, 16.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/332/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/07/2024; Imħassar b' 32024D2056

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/332/oj

European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2024/332

16.1.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/332

tas-16 ta’ Jannar 2024

li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1514

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Diċembru 2001, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (1).

(2)

Fl-20 ta’ Lulju 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1514 (2), li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (“il-lista”).

(3)

Fis-7 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2764, li żżid żewġ persuni mal-lista (3).

(4)

F’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK, huwa neċessarju li jsir rieżami f’intervalli regolari tal-ismijiet tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fil-lista sabiex jiġi żgurat li jkun hemm raġunijiet sabiex dawn jinżammu fiha.

(5)

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-riżultat tar-rieżami li l-Kunsill wettaq fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK.

(6)

Il-Kunsill ivverifika li l-awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni jenħtieġ li jkomplu jiġu applikati għal dawk il-persuni, gruppi u entitajiet.

(7)

Il-Kunsill iddetermina li awtorità kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK adottat deċiżjoni fir-rigward ta’ persuna addizzjonali li kienet involuta f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(3) ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni. Il-Kunsill ikkonkluda li l-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 3 ta’ dik il-Pożizzjoni Komuni jenħtieġ li jiġu applikati għal dik il-persuna.

(8)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan, u jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/1514 titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet koperti mill-miżuri msemmija fl-Artikoli 2 u 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK hija stabbilita fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/1514 hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Jannar 2024.

Għall-Kunsill

Il-President

V. VAN PETEGHEM


(1)  Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1514 tal-20 ta’ Lulju 2023 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2023/422 (ĠU L 184, 21.7.2023, p. 33).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2764 tas-7 ta’ Diċembru 2023 li temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L, 2023/2764, 7.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2764/oj).


ANNESS

LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2.

AL-DIN Hasan Izz (magħruf ukoll bħala Garbaya Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa’id, magħruf ukoll bħala Salwwan Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

3.

AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

5.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Nazzjonal Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (l-Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (l-Istati Uniti tal-Amerka). Numru tal-identità nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

6.

ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

7.

BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala Sobiar, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

8.

DEIF Mohammed (magħruf ukoll bħala AL-DAYF Muhammad; AL-MASRI Mohammed), imwieled fit-12.8.1965 f’Khan Younis, l-Istrixxa ta’ Gaża

9.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

10.

HASSAN EL HAJJ Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

11.

ISSA Marwan, imwieled fl-1965, l-Istrixxa ta’ Gaża

12.

MELIAD Farah, imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (Awstralja).

13.

MOHAMMED Khalid Sheikh (magħruf ukoll bħala Ali Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood Khalid Abdul), imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport: 488555.

14.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, Iran, (2) Mehran Military Base, Ilam Province, Iran.

15.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

16.

SINOUAR Yahia (magħruf ukoll bħala Yehya AL-SINWAR, Yahya Ibrahim Hassan SINWAR, Yehia SINWAR, Yehiyeh SINWAR), imwieled bejn l-1.1.1961 u l-31.12.1963 f’Khan Younis, l-Istrixxa ta’ Gaża.

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

1.

“Abu Nidal Organisation” – “ANO” (magħrufa wkoll bħala “Fatah Revolutionary Council”, magħrufa wkoll bħala “Arab Revolutionary Brigades”, magħrufa wkoll bħala “Black September”, magħrufa wkoll bħala “Revolutionary Organisation of Socialist Muslims”).

2.

“Al-Aqsa Martyrs’ Brigade”.

3.

“Al-Aqsa e.V”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

“Communist Party of the Philippines”, inkluż “New People’s Army”– “NPA”, Philippines.

6.

Directorate for Internal Security of the Iranian Ministry for Intelligence and Security.

7.

“Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (“Islamic Group” –“IG”).

8.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” – “IBDA-C” (“Great Islamic Eastern Warriors Front”).

9.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

10.

“Hizballah Military Wing” (magħrufa wkoll bħala “Hezbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbullah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hezballah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hisbollah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Hizbu’llah Military Wing” magħrufa wkoll bħala “Hizb Allah Military Wing”, magħrufa wkoll bħala “Jihad Council” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-External Security Organisation)).

11.

“Hizbul Mujahideen” – “HM”.

12.

“Khalistan Zindabad Force” – “KZF”.

13.

“Kurdistan Workers’ Party” – “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

14.

“Liberation Tigers of Tamil Eelam” – “LTTE”.

15.

“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

16.

“Palestinian Islamic Jihad” – “PIJ”.

17.

“Popular Front for the Liberation of Palestine” –“PFLP”.

18.

“Popular Front for the Liberation of Palestine – General Command” (magħruf ukoll bħala. “PFLP – General Command”).

19.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” – “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (“Revolutionary Left”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Revolutionary People’s Liberation Army/Front/Party”).

20.

“Sendero Luminoso” – “SL” (“Shining Path”).

21.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” – “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Falcons”, magħruf ukoll bħala l-“Kurdistan Freedom Hawks”).

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/332/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)


Top