Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1230

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1230 tat-18 ta’ Lulju 2022 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/147

ST/10207/2022/INIT

ĠU L 190, 19/07/2022, p. 1–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/02/2023; Imħassar b' 32023R0420

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1230/oj

19.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1230

tat-18 ta’ Lulju 2022

li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/147

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Frar 2022, il-Kunsill adotta r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/147 (2) li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li jistabbilixxi lista aġġornata ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplika r-Regolament (KE) Nru 2580/2001 (“il-lista”).

(2)

Il-Kunsill ipprovda, fejn kien possibbli fil-prattika, dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha bl-ispjegazzjoni għaliex iddaħħlu fil-lista.

(3)

B’avviż ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kunsill informa lill-persuni, il-gruppi u l-entitajiet fuq il-lista li kien iddeċieda li jżommhom fuqha. Il-Kunsill informa wkoll lil dawk il-persuni, il-gruppi u l-entitajiet ikkonċernati li kien possibbli li tintalab dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill talli ddaħħlu fil-lista fejn tali dikjarazzjoni ma kinitx diġà ġiet ikkomunikata lilhom.

(4)

Il-Kunsill għamel rieżami tal-lista kif meħtieġ mill-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001. Meta għamel dak ir-rieżami, il-Kunsill qis l-osservazzjonijiet ippreżentati lilu minn dawk ikkonċernati kif ukoll l-informazzjoni aġġornata li waslet mingħand l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti dwar l-istatus tal-individwi u l-entitajiet elenkati fil-livell nazzjonali.

(5)

Il-Kunsill ivverifika li awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3), ħadu deċiżjonijiet fir-rigward tal-persuni, il-gruppi u l-entitajiet kollha fil-lista fejn irriżulta li huma kienu involuti f’atti terroristiċi skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) u (3) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK. Il-Kunsill ikkonkluda wkoll li jenħtieġ li l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet li għalihom japplikaw l-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK jibqgħu soġġetti għall-miżuri restrittivi speċifiċi previsti fir-Regolament (KE) Nru 2580/2001.

(6)

Jenħtieġ li l-lista tiġi aġġornata skont dan u jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/147 jitħassar,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-lista prevista fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 hija stabbilita fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/147 huwa b’dan imħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 344, 28.12.2001, p. 70.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/147 tat-3 ta’ Frar 2022 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1188 (ĠU L 25, 4.2.2022, p. 1).

(3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU L 344, 28.12.2001, p. 93).


ANNESS

LISTA TA’ PERSUNI, GRUPPI U ENTITAJIET IMSEMMIJIN FL-ARTIKOLU 1

I.   PERSUNI

1.

ABDOLLAHI Hamed (magħruf ukoll bħala Mustafa Abdullahi), imwieled fil-11.8.1960 fl-Iran. Numru tal-passaport: D9004878.

2.

AL-NASSER Abdelkarim Hussein Mohamed, imwieled f’Al Ihsa (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

3.

AL-YACOUB Ibrahim Salih Mohammed, imwieled fis-16.10.1966 f’Tarut (l-Arabja Sawdija), ċittadin tal-Arabja Sawdija.

4.

ARBABSIAR Manssor (magħruf ukoll bħala Mansour Arbabsiar), imwieled fis-6.3.1955 jew fil-15.3.1955 fl-Iran. Nazzjonal Iranjan u tal-Istati Uniti, Numru tal-passaport: C2002515 (l-Iran); Numru tal-passaport: 477845448 (Stati Uniti tal-Amerka). Numru tal-ID nazzjonali: 07442833, data ta’ skadenza 15.3.2016 (liċenzja tas-sewqan tal-Istati Uniti tal-Amerka).

5.

ASSADI Assadollah (magħruf ukoll bħala Assadollah Asadi), imwieled fit-22.12.1971 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport diplomatiku Iranjan: D9016657.

6.

BOUYERI Mohammed (magħruf ukoll bħala Abu Zubair, magħruf ukoll bħala SOBIAR, magħruf ukoll bħala Abu Zoubair), imwieled fit-8.3.1978 f’Amsterdam (in-Netherlands).

7.

L HAJJ Hassan Hassan, imwieled fit-22.3.1988 f’Zaghdraiya, Sidon, il-Libanu, ċittadin Kanadiż. Numru tal-passaport: JX446643 (il-Kanada).

8.

HASHEMI MOGHADAM Saeid, imwieled fis-6.8.1962 f’Tehran (l-Iran), nazzjonal Iranjan. Numru tal-passaport: D9016290, validu sal-4.2.2019.

9.

AL-DIN Izz Hasan (magħruf ukoll bħala Garbaya, Ahmed, magħruf ukoll bħala Sa’id, magħruf ukoll bħala Salwwan, Samir), il-Libanu, imwieled fl-1963 fil-Libanu, ċittadin tal-Libanu.

10.

MELIAD Farah imwieled fil-5.11.1980 f’Sydney (l-Awstralja), ċittadin Awstraljan. Numru tal-passaport: M2719127 (l-Awstralja).

11.

MOHAMMED Khalid Shaikh (magħruf ukoll bħala Ali, Salem, magħruf ukoll bħala Bin Khalid, Fahd Bin Abdallah, magħruf ukoll bħala Henin, Ashraf Refaat Nabith, magħruf ukoll bħala Wadood, Khalid Abdul) imwieled fl-14.4.1965 jew fl-1.3.1964 fil-Pakistan, numru tal-passaport 488555.

12.

SHAHLAI Abdul Reza (magħruf ukoll bħala Abdol Reza Shala’i, magħruf ukoll bħala Abd-al Reza Shalai, magħruf ukoll bħala Abdorreza Shahlai, magħruf ukoll bħala Abdolreza Shahla’i, magħruf ukoll bħala Abdul-Reza Shahlaee, magħruf ukoll bħala Hajj Yusef, magħruf ukoll bħala Haji Yusif, magħruf ukoll bħala Hajji Yasir, magħruf ukoll bħala Hajji Yusif, magħruf ukoll bħala Yusuf Abu-al-Karkh), imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1957 fl-Iran. Indirizzi: (1) Kermanshah, l-Iran, (2) Bażi Militari ta’ Mehran, Provinċja ta’ Ilam, l-Iran.

13.

SHAKURI Ali Gholam, imwieled bejn wieħed u ieħor fl-1965 f’Tehran, l-Iran.

II.   GRUPPI U ENTITAJIET

1.

L-“Organizzazzjoni Abu Nidal” — “ANO” (magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill Rivoluzzjonarju tal-Fatah”, magħrufa wkoll bħala l-“Brigati Rivoluzzjonarji Għarab”, magħrufa wkoll bħala s-“Settembru l-Iswed”, magħrufa wkoll bħala l-“Organizzazzjoni Rivoluzzjonarja tal-Musulmani Soċjalisti”).

2.

Il-“Brigata tal-Martri ta’ Al-Aqsa”.

3.

“Al-Aqsa e.V.”.

4.

“Babbar Khalsa”.

5.

Il-“Partit Komunista tal-Filippini”, inkluż l-“Armata l-Ġdida tal-Poplu” — “NPA”, il-Filippini.

6.

Id-Direttorat għas-Sigurtà Interna tal-Ministeru Iranjan għall-Intelliġenza u s-Sigurtà.

7.

“Gama’a al-Islamiyya” (magħruf ukoll bħala “Al-Gama’a al-Islamiyya”) (il-“Grupp Iżlamiku” - “IG”).

8.

“İslami Büyük Doğu Akıncılar Cephesi” — “IBDA-C” (il-“Front Kbir Iżlamiku tal-Ġellieda tal-Lvant”).

9.

“Hamas”, inkluż “Hamas-Izz al-Din al-Qassem”.

10.

Il-“Fergħa Militari ta’ Hizballah” (magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari tal-Hezbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizbullah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hezballah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hisbollah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizbu’llah”, magħrufa wkoll bħala l-“Fergħa Militari ta’ Hizb Allah”, magħrufa wkoll bħala l-“Kunsill tal-Ġihad” (u l-unitajiet kollha li jirrappurtaw lilha, inkluż l-Organizzazzjoni Esterna tas-Sigurtà)).

11.

“Hizbul Mujahideen” — “HM”.

12.

“Khalistan Zindabad Force” — “KZF”.

13.

Il-“Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan” — “PKK” (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”).

14.

It-“Tigri għal-Liberazzjoni tat-Tamil Eelam” — “LTTE”.

15.

“Ejército de Liberación Nacional” (l-“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”).

16.

Il-“Ġiħad Iżlamika tal-Palestina” — “PIJ”.

17.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina” — “PFLP”.

18.

Il-“Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Palestina — Kmand Ġenerali” (magħruf ukoll bħala “PFLP — Kmand Ġenerali”).

19.

“Devrimci Halk Kurtuluș Partisi-Cephesi” — “DHKP/C” (magħruf ukoll bħala “Devrimci Sol” (ix-“Xellug Rivoluzzjonarju”), magħruf ukoll bħala “Dev Sol”) (“Armata/Front/Partit Rivoluzzjonarju għall-Ħelsien tal-Poplu”).

20.

“Sendero Luminoso” — “SL” (it-“Triq li Tiddi”).

21.

“Teyrbazen Azadiya Kurdistan” — “TAK” (magħruf ukoll bħala l-“Falkuni tal-Libertà tal-Kurdistan”, magħruf ukoll bħala l-“Isqra għall-Ħelsien tal-Kurdistan”).

Top