This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021D0471
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2021/471 of 17 March 2021 on the appointment of the EU Force Commander for the European Union military operation to contribute to the deterrence, prevention and repression of acts of piracy and armed robbery off the Somali coast (Atalanta) and repealing Decision (CFSP) 2020/1826 (ATALANTA/2/2021)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/471 tas-17 ta’ Marzu 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1826 (ATALANTA/2/2021)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2021/471 tas-17 ta’ Marzu 2021 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1826 (ATALANTA/2/2021)
ST/6923/2021/INIT
ĠU L 98, 19/03/2021, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 03/08/2021; Imħassar b' 32021D1184
19.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 98/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2021/471
tas-17 ta’ Marzu 2021
dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1826 (ATALANTA/2/2021)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (“Atalanta”). |
(2) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2020, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1826 (2) li taħtar lill-Kaptan Diogo ARROTEIA bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-Atalanta. |
(3) |
Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE rrakkomanda l-ħatra tal-Kaptan Luca Pasquale ESPOSITO bħala l-Kmandant il-ġdid tal-Forza tal-UE mis-17 ta’ Marzu 2021. L-awtoritajiet Taljani indikaw li l-Kaptan Luca Pasquale ESPOSITO ser jiġi promoss għal Viċi Ammirall mal-ħatra tiegħu bħala Kmandant tal-Forza tal-UE. |
(4) |
Fid-9 ta’ Marzu 2021, il-Kumitat Militari tal-UE appoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
(5) |
Għaldaqstant, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1826 titħassar. |
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Viċi Ammirall Luca Pasquale ESPOSITO huwa b’dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) mis-17 ta’ Marzu 2021.
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1826 hija b’dan imħassra.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mis-17 ta’ Marzu 2021.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Marzu 2021.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2020/1826 tal-1 ta’ Diċembru 2020 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/895 (ATALANTA/3/2020) (ĠU L 406, 3.12.2020, p. 60).