Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1096

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1096 tal-24 ta’ Lulju 2020 li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-baqar tal-ħalib u għaż-żwiemel u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1119/2010 (detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol S.p.A.) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2020/4953

    ĠU L 241, 27/07/2020, p. 20–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1096/oj

    27.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 241/20


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1096

    tal-24 ta’ Lulju 2020

    li jikkonċerna t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-baqar tal-ħalib u għaż-żwiemel u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1119/2010 (detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol S.p.A.)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti u għat-tiġdid ta’ tali awtorizzazzjoni.

    (2)

    Il-preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 kienet awtorizzata għal 10 snin bħala addittiv tal-għalf għall-baqar tal-ħalib u għaż-żwiemel bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2010 (2).

    (3)

    F’konformità mal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni mid-detentur ta’ dik l-awtorizzazzjoni għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf għall-baqar tal-ħalib u għaż-żwiemel, li titlob li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha tal-12 ta’ Novembru 2019 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li l-applikant ipprovda d-data li turi li l-addittiv jikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni. L-Awtorità kkonkludiet li s-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ma għandux effett avvers skont il-kundizzjonijiet tal-użu awtorizzati għas-saħħa tal-annimali, għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa kkunsidrat bħala irritant potenzjali tal-ġilda u tal-għajnejn u bħala sensitizzatur respiratorju/tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv.

    (5)

    Il-valutazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta’ dak l-addittiv jenħtieġ li tiġġedded kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    (6)

    Bħala konsegwenza tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv tal-għalf skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 1119/2010 jitħassar.

    (7)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-awtorizzazzjoni tal-addittiv speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “stabilizzaturi tal-flora intestinali”, tiġġedded soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Ir-Regolament (UE) Nru 1119/2010 jitħassar.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Lulju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1119/2010 tat-2 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-baqar u għaż-żwiemel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA) (ĠU L 317, 3.12.2010, p. 9).

    (3)  EFSA Journal 2019; 17(11):5915.


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimali

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali.

    4b1710

    Prosol

    S.p.A.

    Saccharomyces

    cerevisiae

    MUCL 39885

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae

    MUCL 39885

    Trab u għamla granulata b’minimu ta’ 1 × 109 CFU/g ta’ addittiv

    Żwiemel

    -

    3 × 109

    -

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

    2.

    Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali li jirriżultaw mill-użu tagħhom. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għal livell minimu permezz ta’ tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir personali protettiv, inkluż b’protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

    16.8.2030

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Ċelloli vijabbli tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885

    Baqar tal-ħalib

    2 × 109

    Metodu analitiku  (1)

    Enumerazzjoni: metodu tat-tferrigħ bl-użu tal-ħmira tal-glukożju tal-kloramfenikol estratt tal-agar (EN 15789:2009).

    Identifikazzjoni: il-metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR)


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Top