Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017L2110

    Direttiva (UE) 2017/2110 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Novembru 2017 dwar sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )

    ĠU L 315, 30/11/2017, p. 61–77 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2017/2110/oj

    30.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 315/61


    DIRETTIVA (UE) 2017/2110 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    tal-15 ta' Novembru 2017

    dwar sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 100(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

    Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),

    Billi:

    (1)

    Il-liġi tal-Unjoni relatata ma' sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla periklu ta' servizzi ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u ta' iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri tmur lura għall-1999. Jenħtieġ issa li jsir aġġornament sabiex tqis il-progress li sar fl-implimentazzjoni tas-sistema tal-kontroll tal-Istat tal-port li ddaħħlet fis-seħħ mid-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) kif ukoll l-esperjenza miksuba matul l-operazzjoni tal-Memorandum ta' Qbil ta' Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port, iffirmat f'Pariġi fis-26 ta' Jannar 1982.

    (2)

    Il-kontroll tal-idoneità tal-Programm dwar l-Idoneità tar-Regolamentazzjoni u Prestazzjoni (REFIT) juri li l-qafas legali tal-Unjoni għas-sikurezza tal-vapuri tal-passiġġieri rriżulta f'livell komuni ta' sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri fl-Unjoni. Huwa juri wkoll li, bħala riżultat tal-mod kif żviluppat maż-żmien il-liġi tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-passiġġieri b'reazzjoni għal domandi u sitwazzjonijiet differenti, hemm ċertu livell ta' duplikazzjoni li jista' u għandu jiġi ssimplifikat biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq is-sidien tal-vapuri kif ukoll biex jiġi razzjonalizzat l-isforz rikjest mill-amministrazzjonijiet marittimi tal-Istati Membri.

    (3)

    Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, fejn possibbli, diġà jikkombinaw stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla periklu ta' vapuri ro-ro regolari tal-passiġġieri ma' tipi oħra ta' stħarriġ u spezzjonijiet, jiġifieri stħarriġ tal-Istat tal-bandiera u spezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port. Biex ikompli jitnaqqas l-isforz ta' spezzjoni u biex jiġi mmassimizzat il-ħin li fih il-vapur jew l-inġenju jkun jista' jiġi sfruttat kummerċjalment, filwaqt li jkomplu jiġu żgurati standards għoljin ta' sikurezza, jenħtieġ għalhekk li bastimenti soġġetti għal spezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port jiġu ttrasferiti biex jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE. Jenħtieġ li l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jiġi limitat għal vapuri li jipprovdu servizzi regolari ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri bejn portijiet fi Stat Membru jew bejn port fi Stat Membru u port f'pajjiż terz fejn il-bandiera tal-bastiment tkun l-istess bħal tal-Istat Membru inkwistjoni. F'dak li għandu x'jaqsam ma' bastimenti li jagħtu servizzi regolari ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u ta' inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri bejn Stat Membru u pajjiż terz, jenħtieġ li d-Direttiva 2009/16/KE tapplika jekk il-bandiera ma tkunx l-istess bħall-bandiera tal-Istat Membri inkwistjoni.

    (4)

    Il-kunċett tal-“Istat ospitanti” ġie introdott mid-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (4) sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni ma' pajjiżi qabel it-tkabbir tal-Unjoni tal-2004. Dan il-kunċett m'għadux rilevanti aktar u għalhekk jenħtieġ li jitneħħa.

    (5)

    Id-Direttiva 1999/35/KE kienet tipprovdi li darba f'kull perijodu ta' 12-il xahar l-Istati ospitanti jwettqu stħarriġ speċifiku u stħarriġ waqt is-servizz regolari mil. Minkejja li l-għan ta' dan ir-rekwiżit kien li jiżgura li dawk iż-żewġ spezzjonijiet jitwettqu b'biżżejjed intervall bejniethom, il-kontroll tal-idoneità tar-REFIT wera li dan mhuwiex dejjem il-każ. Sabiex tiġi kkjarifikata s-sistema ta' spezzjoni u biex jiġi żgurat li jkun hemm qafas ta' spezzjoni armonizzat li jiżgura livell għoli ta' sikurezza, filwaqt li jqis il-ħtiġijiet komuni tas-servizzi għall-passiġġieri, għandu jiġi kkjarifikat li ż-żewġ spezzjonijiet annwali għandhom iseħħu regolarment, f'intervalli ta' madwar sitt xhur. Jenħtieġ li jekk il-bastiment ikun qed jaħdem, dawn l-ispezzjonijiet konsekuttivi jsiru mhux inqas minn erba' xhur u mhux aktar minn tmien xhur 'il bogħod minn xulxin.

    (6)

    Id-Direttiva 1999/35/KE tirreferi għal “stħarriġ” pjuttost milli “spezzjonijiet”. Il-kelma stħarriġ tintuża f'konvenzjonijiet internazzjonali biex tindika l-obbligu tal-Istati tal-bandiera li jissorveljaw il-konformità tal-vapuri mal-istandards internazzjonali u joħorġu jew iġeddu, fejn rilevanti, ċertifikati. Madankollu, is-sistema speċjali ta' spezzjoni għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari ma tistax titqies bħala stħarriġ u l-formoli rilevanti tal-ispezzjoni mhumiex u ma jistgħux jitqiesu bħala ċertifikati tal-istat ta' navigabbiltà. Għalhekk, it-terminu “stħarriġ” għandu jinbidel bi “spezzjoni” meta ssir referenza għal stħarriġ speċifiku kif previst bħalissa fid-Direttiva 1999/35/KE.

    (7)

    Meta wieħed iqis il-profil tar-riskju speċifiku tagħhom, vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jenħtieġ li jiġu spezzjonati regolarment bħala kwistjoni ta' prijorità. Jenħtieġ li kull spezzjoni ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE jiġu inklużi fl-għadd totali ta' spezzjonijiet annwali mwettqa minn kull Stat Membru.

    (8)

    Spejjeż relatati ma' spezzjonijiet li jwasslu għall-projbizzjoni tat-tluq ta' bastimenti jenħtieġ li jitħallsu mill-kumpanija.

    (9)

    Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fuq livell internazzjonali u l-esperjenza miksuba, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tan-non-applikazzjoni, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, ta' emendi għall-istrumenti internazzjonali jekk meħtieġ u tal-aġġornament tal-ispeċifikazzjonijiettekniċi. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti,u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (5). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

    (10)

    Id-Direttiva 2009/16/KE jenħtieġ li tiġi emendata biex jiġi żgurat li jinżammu l-kontenut u l-frekwenza tal-ispezzjonijiet ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u ta' inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri. Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għal spezzjonijiet u verifiki ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari eliġibbli għall-kontroll tal-Istat tal-port jenħtieġ għalhekk li jiġu ttrasferiti għad-Direttiva 2009/16/KE.

    (11)

    Meta l-ispezzjonijiet isiru skont id-Direttiva 2009/16/KE, jenħtieġ li jsiru l-isforzi kollha possibbli biex jiġi evitat li vapur jinżamm jew jiddewwem mingħajr ħtieġa.

    (12)

    Huwa importanti li jitqiesu l-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien abbord tal-ekwipaġġ u t-taħriġ u l-kwalifiki tal-membri tiegħu, peress li s-saħħa, is-sikurezza u l-kunsiderazzjonijiet soċjali huma marbutin mill-qrib ma' xulxin.

    (13)

    Fid-dawl taċ-ċiklu sħiħ ta' monitoraġġ taż-żjarat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva mhux aktar tard minn seba' snin wara d-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta dwarha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li l-Istati Membri jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni.

    (14)

    Sabiex ma jiġix sfurzat piż amminstrattiv sproporzjonat fuq Stati Membri mdawrin bl-art, jenħtieġ li regola de minimis tippermetti lil tali Stati Membri jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, li jfisser li tali Stati Membri, sakemm jilħqu ċertu kriterji, mhumiex obbligati li jittrasponu din id-Direttiva.

    (15)

    Minħabba li l-għanijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-iżgurar tat-tħaddim sikur ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħidhom, iżda jistgħu minħabba d-dimensjoni tas-suq intern tat-trasport marittimu tal-passiġġieri un-natura transkonfinali tat-tħaddim ta' dawn il-vapuri u inġenji fl-Unjoni u fil-livell internazzjonali, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni billi jiġi stabbilit livell komuni ta' sikurezza u tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Konformement mall-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

    (16)

    Biex jiżdiedu ċ-ċarezza u l-konsistenza legali u fid-dawl tan-numru ta' emendi kkonċernati, jenħtieġ li d-Direttiva 1999/35/KE titħassar u li d-Direttiva 2009/16/KE tiġi emendata kif xieraq,

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    Artikolu 1

    Kamp ta' applikazzjoni

    1.   Din id-Direttiva tapplika għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li joperaw:

    (a)

    f'servizz regolari bejn port ta' Stat Membru u port ta' pajjiż terz fejn il-bandiera tal-bastiment hija l-istess bħal dik tal-Istat Membru inkwistjoni; jew

    (b)

    f'servizz regolari fuq vjaġġi domestiċi f'żoni tal-baħar li fihom il-vapuri ta' Klassi A jistgħu joperaw f'konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

    2.   Din id-Direttiva ma tapplikax għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li jaqgħu taħt id-Direttiva 2009/16/KE.

    3.   L-Istati Membri jistgħu japplikaw din id-Direttiva għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li joperaw f'servizz regolari fuq vjaġġi domestiċi f'żoni tal-baħar għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1(b).

    4.   L-Istati Membri li ma għandhomx portijiet marittimi u li jistgħu jivverifikaw li min-numru totali ta' bastimenti individwali li jidħlu annwalment matul perijodu tat-tliet snin ta' qabel fil-portijiet tax-xmajjar tagħhom, inqas minn 5 % jkunu vapuri tal-passiġġieri jew inġeniji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri koperti minn din id-Direttiva, jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ħlief għall-obbligu stipulat fit-tieni subparagrafu.

    Dawk l-Istati Membri li ma għandhomx portijiet marittimi jenħtieġ li jikkomunikaw lill-Kummissjoni sal-21 ta' Diċembru 2019 in-numru totali ta' bastimenti u n-numru ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li jidħlu fil-portijiet tagħhom waqt il-perijodu ta' tliet snin imsemmi fl-ewwel subparagrafu u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena dwar kull bidla sussegwenti għaċ-ċifri msemmijin hawn fuq.

    Artikolu 2

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)

    “vapur ro-ro tal-passiġġieri” tfisser vapur bil-faċilitajiet li jippermettu li vetturi tat-triq jew tal-ferrovija jitilgħu u jinżlu mill-bastiment, u li jġorr iżjed minn 12-il passiġġier;

    (2)

    “inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri” tfisser inġenju kif definit fir-Regolament 1 tal-Kapitolu X tas-SOLAS 74, u li jġorr iżjed minn 12-il passiġġier;

    (3)

    “SOLAS 74” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Sigurtà tal-Ħajja fuq il-Baħar tal-1974, inklużi l-Protokolli u l-emendi tagħha, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

    (4)

    “Kodiċi għall-Inġenji ta' Veloċità Għolja” tfisser il-“Kodiċi Internazzjonali għas-Sikurezza ta' Inġenji ta' Veloċità Għolja” li jinsab fir-Riżoluzzjoni MSC 36 (63) tal-Kumitat għas-Sikurezza Marittima tal-IMO tal-20 ta' Mejju 1994 jew il-Kodiċi Internazzjonali għas-Sikurezza ta' Inġenji ta' Veloċità Għolja, 2000 (Kodiċi HSC tal-2000), li jinsab fir-Riżoluzzjoni MSC.97(73) tal-IMO ta' Diċembru 2000, fil-verżjoni aġġornata tiegħu;

    (5)

    “HSSC” tfisser il-Linji Gwida tal-Istħarriġ tal-IMO skont is-Sistema Armonizzata tal-Istħarriġ u ċ-Ċertifikazzjoni, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

    (6)

    “servizz regolari” tfisser sensiela ta' qsim b'vapuri ro-ro tal-passiġġieri jew inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri mħaddma sabiex jaqdu t-traffiku bejn l-istess żewġ portijiet jew iżjed, jew sensiela ta' vjaġġi minn u lejn l-istess port mingħajr waqfiet intermedjarji, jew:

    (a)

    skont skeda taż-żmien ippubblikata;

    (b)

    bi qsim tant regolari jew ta' spiss illi jikkostitwixxu sensiela sistematika li tista' tingħaraf;

    (7)

    “żona tal-baħar” tfisser kull żona tal-baħar jew rotta tal-baħar stabbilita skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/45/KE;

    (8)

    “ċertifikati” tfisser:

    (a)

    għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ingaġġati fuq vjaġġi internazzjonali, iċ-ċertifikati ta' sigurtà maħruġa skont is-SOLAS 74 jew skont il-Kodiċi għall-Inġenji ta' Veloċità Għolja rispettivament, flimkien mar-reġistri rilevanti tat-tagħmir mehmuża;

    (b)

    għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri u għal inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ingaġġati fuq vjaġġi domestiċi, iċ-ċertifikati ta' sigurtà maħruġa skont id-Direttiva 2009/45/KE flimkien mar-rekords rilevanti tat-tagħmir mehmuża;

    (9)

    “amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat li l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri huma intitolati jtajru l-bandiera tiegħu;

    (10)

    “vjaġġ domestiku” tfisser vjaġġ f'żoni tal-baħar minn port ta' Stat Membru lejn l-istess port jew port ieħor f'dak l-Istat Membru;

    (11)

    “kumpanija” tfisser l-organizzazzjoni jew il-persuna li jkunu qablu li jieħdu f'idejhom id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet kollha imposti mill-Kodiċi Internazzjonali ta' Ġestjoni għall-Operazzjoni Sikura tal-Bastimenti u għall-Prevenzjoni tat-Tniġġis (il-Kodiċi ISM) fil-verżjoni aġġornata tiegħu jew, f'każijiet fejn il-Kapitolu IX tas-SOLAS 74 ma japplikax, is-sid tal-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew tal-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jew kull organizzazzjoni jew persuna oħra bħall-maniġer, jew in-nolleġġatur tal-bastiment vojt, li jkunu assumew ir-responsabbiltà għall-operazzjoni tal-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri mingħand sidu;

    (12)

    “spettur” tfisser ħaddiem tas-settur pubbliku jew persuna oħra, awtorizzat kif xieraq mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biex jagħmel l-ispezzjonijiet previsti f'din id-Direttiva, li hu responsabbli lejn dik l-awtorità kompetenti u li jissodisfa l-kriterji minimi speċifikati fl-Anness XI tad-Direttiva 2009/16/KE;

    (13)

    “awtorità kompetenti tal-Istat Membru” tfisser l-awtorità maħtura mill-Istat Membru taħt din id-Direttiva u responsabbli biex twettaq il-kompiti assenjati lilha minn din id-Direttiva.

    Artikolu 3

    Spezzjonijiet ta' qabel il-bidu

    1.   Qabel ma vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja jibda jopera b'servizz regolari kopert minn din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu spezzjoni ta' qabel il-bidu, magħmula minn:

    (a)

    verifika tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness I; u

    (b)

    spezzjoni, skont l-Anness II, biex jissodisfaw ruħhom li l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa għall-operazzjoni sikura ta' servizz regolari.

    2.   L-ispezzjoni ta' qabel il-bidu jenħtieġ li ssir minn spettur.

    3.   Meta jintalbu dan minn Stat Membru, il-kumpaniji għandhom jipprovdu evidenza tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Anness I minn qabel imma mhux aktar kmieni minn xahar qabel l-ispezzjoni ta' qabel il-bidu.

    Artikolu 4

    Eċċezzjonijiet għall-obbligu tal-ispezzjoni ta' qabel il-bidu

    1.   Fil-każ ta' spezzjonijiet ta' qabel il-bidu, Stat Membru jista' jiddeċiedi li ma japplikax ċerti rekwiżiti jew proċeduri tal-Annessi I u II rilevanti għal kwalunkwe stħarriġ jew spezzjoni annwali mwettqa mill-Istat tal-bandiera fis-sitt xhur ta' qabel, sakemm ġew segwiti il-proċeduri u l-linji gwida rilevanti għall-istħarriġ speċifikati fl-HSSC jew proċeduri mfassla biex jinkiseb l-istess għan. L-Istati Membri għandhom jittrasferixxu l-informazzjoni rilevanti għall-bażi tad-data tal-ispezzjonijiet skont l-Artikolu 10.

    2.   Meta vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkun ser jiġi ingaġġat f'servizz regolari ieħor, l-Istat Membru jista' jqis l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ li jkunu saru qabel fir-rigward ta' dak il-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri għall-operazzjoni f'servizz regolari ieħor kopert minn din id-Direttiva. Dejjem jekk l-Istat Membru jkun sodisfatt b'dawn l-ispezzjonijiet u stħarriġ preċedenti u jekk ikunu rilevanti għall-kondizzjonijiet operazzjonali ġodda, l-ispezzjonijiet previsti fl-Artikolu 3(1) ma jeħtiġx li jiġu applikati qabel ma l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jibdew joperaw fis-servizz regolari l-ġdid.

    3.   Fuq talba ta' kumpanija, l-Istati Membri jistgħu jikkonfermaw minn qabel li jaqblu li l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ preċedenti huma rilevanti għall-kondizzjonijiet operazzjonali l-ġodda.

    4.   Fejn, minħabba ċirkostanzi mhux previsti, ikun hemm ħtieġa urġenti tal-introduzzjoni rapida ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ta' sostituzzjoni biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz, u l-paragrafu 2 ma japplikax, l-Istat Membru jista' jħalli lill-vapur ro-ro jew l-inġenju tal-passiġġieri jibda topera sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    spezzjoni bil-għajn u kontroll tad-dokumenti ma jqajmu ebda tħassib li l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ma jissodisfawx ir-rekwiżiti meħtieġa għal operazzjoni bla periklu; u

    (b)

    l-Istat Membru jlesti l-ispezzjoni ta' qabel il-bidu prevista fl-Artikolu 3(1) fi żmien xahar.

    Artikolu 5

    Spezzjonijiet regolari

    1.   L-Istati Membri għandhom, darba f'kull perijodu ta' 12-il xahar, jagħmlu:

    (a)

    spezzjoni, skont l-Anness II; u

    (b)

    spezzjoni matul is-servizz regolari, li ssir mhux qabel erba' xhur imma mhux aktar tard minn tmien xhur wara l-ispezzjoni msemmija fil-punt (a) u li tkopri l-punti elenkati fl-Anness III u dak,li skont il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, jikkostitwixxi għadd suffiċjenti tal-punti elenkati fl-Annessi I u II biex jiġi żgurat li l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa kollha għal operazzjoni bla periklu.

    Spezzjoni ta' qabel il-bidu skont l-Artikolu 3 għandha titqies bħala spezzjoni għall-finijiet tal-punt (a).

    2.   L-ispezzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 tista', bid-diskrezzjoni tal-Istat Membru, issir fl-istess ħin jew flimkien mal-istħarriġ annwali tal-Istat tal-bandiera sakemm jiġu segwiti l-proċeduri u l-linji gwida rilevanti għall-istħarriġ kif speċifikat fl-HSSC jew proċeduri mfassla biex jintlaħaq l-istess għan.

    3.   L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni skont l-Anness II kull darba li l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jsirulhom tiswijiet, tibdil u modifiki kbar, jew meta jkun hemm bidla fil-ġestjoni, jew trasferiment ta' klassi. Madankollu, f'każ ta' bidla fil-ġestjoni, jew trasferiment ta' klassi, l-Istat Membru jista', wara li jqis l-ispezzjonijiet li jkunu saru qabel fir-rigward tal-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri, u sakemm l-operazzjoni bla periklu tal-vapur ro-ro jew l-inġenju tal-passiġġieri ma tintlaqatx minn din il-bidla jew trasferiment, teżenta l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri mill-ispezzjoni meħtieġa mill-ewwel sentenza ta' dan il-paragrafu.

    Artikolu 6

    Rapport tal-ispezzjoni

    1.   Meta tintemm kwalunkwe spezzjoni mwettqa skont din id-Direttiva, l-ispettur għandu jfassal rapport skont l-Anness IX tad-Direttiva 2009/16/KE.

    2.   L-informazzjoni li jkun hemm fir-rapport għandha tiġi kkomunikata lill-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet prevista fl-Artikolu 10. Il-kaptan għandu jingħata wkoll kopja tar-rapport tal-ispezzjoni.

    Artikolu 7

    Rettifika tan-nuqqasijiet, projbizzjoni tat-tluq u sospensjoni tal-ispezzjoni

    1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe nuqqas ikkonfermat jew żvelat minn spezzjoni mwettqa skont din id-Direttiva jiġi rettifikat.

    2.   Fejn in-nuqqasijiet huma b'mod ċar perikolużi għas-saħħa jew għas-sikurezza jew joħolqu periklu immedjat għas-saħħa jew il-ħajja, għall-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew għall-iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri, għall-ekwipaġġ u għall-passiġġieri tagħha, l-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru għandu jiżgura li l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew il-iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkun soġġett għal ordni li tipprojbixxi t-tluq tiegħu (“ordni ta' projbizzjoni tat-tluq”). Il-kaptan għandu jingħata kopja ta' dik l-ordni.

    3.   L-ordni ta' projbizzjoni tat-tluq m'għandhiex titneħħa sakemm in-nuqqas ma jkunx ġie rettifikat u l- ma jkunx tneħħa l-periklu għas-sodisfazzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jew sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ma tkunx stabbiliet li l-vapur jew inġenju jista', soġġett għal kwalunkwe kondizzjoni meħtieġa, jipproċedi lejn il-baħar jew titkompla l-operazzjoni mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju għall-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jew vapuri oħra.

    4.   Jekk in-nuqqas imsemmi fil-paragrafu 2 ma jkunx jista' jiġi rettifikat faċilment fil-port li fih ikun ġie kkonfermat jew żvelat in-nuqqas, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jista' jaqbel li l-vapur jew inġenju jitħalla jipproċedi lejn tarzna xierqa fejn in-nuqqas ikun jista' jiġi rettifikat faċilment.

    5.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn il-kundizzjoni globali ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri jew ta' iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri tkun ta' standard manifestament inferjuri, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jista' jissospendi l-ispezzjoni ta' dak il-vapur jew iġenju tal-baħar sakemm il-kumpanija tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew il-iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ma jkunux għadhom ta' periklu ċar għas-sigurtà jew is-saħħa jew ma jippreżentawx iżjed periklu immedjat għall-ħajja tal-ekwipaġġ u tal-passiġġieri tagħhom jew biex tiżgura li jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti tal-konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli.

    6.   Meta l-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru jissospendi l-ispezzjoni skont il-paragrafu 5, il-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew il-iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri għandhom awtomatikament jitqiegħdu taħt ordni ta' projbizzjoni tat-tluq. L-ordni ta' projbizzjoni tat-tluq għandha titneħħa meta l-ispezzjoni tkun tkompliet u ntemmet b'suċċess u fejn ikun hemm konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 9(2).

    7.   Sabiex tittaffa l-konġestjoni tal-port, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista' tippermetti li vapur ro-ro tal-passiġġieri jew iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri soġġetti għal ordni ta' projbizzjoni tat-tluq jiċċaqalqu għal parti oħra tal-port jekk ikun sikur li jsir dan. Madankollu, ir-riskju tal-konġestjoni tal-port m'għandux ikun konsiderazzjoni għad-deċiżjoni dwar l-impożizzjoni jew it-tneħħija ta' ordni ta' projbizzjoni tat-tluq. L-awtoritajiet jew il-korpi tal-port għandhom jiffaċilitaw l-akkomodazzjoni ta' dawn il-vapuri.

    Artikolu 8

    Dritt ta' appell

    1.   Il-kumpanija għandu jkollha dritt ta' appell kontra ordni ta' projbizzjoni tat-tluq maħruġa mill-awtorita' kompetenti tal-Istat Membru. L-appell m'għandux jissospendi l-ordni ta' projbizzjoni tat-tluq, sakemm ma jittiħdux miżuri interim skont il-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu proċeduri xierqa għal dan l-iskop skont il-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom.

    2.   L- awtorita' kompetenti tal-Istati Membri għandha tinforma lill-kaptan tal-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew tal-iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li tkun soġġetta għal ordni ta' projbizzjoni tat-tluq dwar id-dritt tal-appell u l-proċeduri applikabbli. Meta, b'riżultat ta' appell, l-ordni ta' projbizzjoni tat-tluq tiġi rrevokata jew emendata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet prevista fl-Artikolu 10 tiġi aġġoranta kif xieraq mingħajr dewmien.

    Artikolu 9

    Spejjeż

    1.   Fejn l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 5 jikkonfermaw jew jiżvelaw nuqqasijiet li jiġġustifikaw l-ordni ta' projbizzjoni tat-tluq, l-ispejjeż kollha relatati mal-ispezzjonijiet għandhom ikunu koperti mill-kumpanija.

    2.   L-ordni ta' projbizzjoni tat-tluq m'għandhiex titneħħa sakemm ma jsirx il-ħlas sħiħ jew tingħata garanzija suffiċjenti għar-rimborż tal-ispejjeż.

    Artikolu 10

    Bażi tad-data għall-ispezzjonijiet

    1.   Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm u taġġorna bażi tad-data għall-ispezzjonijiet li l-Istati Membri kollha għandhom ikunu konnessi magħha u li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-ispezzjoni prevista minn din id-Direttiva. Din il-bażi tad-data ser tkun ibbażata fuq il-bażi tad-data ta' spezzjoni msemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/16/KE u għandha jkollha funzjonalitajiet simili għal dik il-bażi tad-data.

    2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata mal-ispezzjonijiet imwettqa skont din id-Direttiva, inkluż informazzjoni dwar nuqqasijiet u ordnijiet ta' projbizzjoni tat-tluq, tiġi ttrasferita mingħajr dewmien għall-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet hekk kif jitlesta r-rapport tal-ispezzjoni jew titneħħa l-ordni ta' projbizzjoni tat-tluq. Fir-rigward tad-dettalji tal-informazzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII għad-Direttiva 2009/16/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis.

    3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ttrasferita għall-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet tiġi vvalidata għall-finijiet ta' pubblikazzjoni fi żmien 72 siegħa.

    4.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet tagħmilha possibbli li tiġi rkuprata kwalunkwe data rilevanti li tikkonċerna l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva abbażi tad-data tal-ispezzjonijiet ipprovduta mill-Istati Membri.

    5.   L-Istati Membri għandhom ikollhom aċċess għall-informazzjoni kollha rreġistrata fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet li tkun rilevanti għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-ispezzjoni prevista f'din id-Direttiva u fid-Direttiva 2009/16/KE.

    Artikolu 11

    Penalitajiet

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawk il-penalitajiet jiġu implimentati. Il-penalitajiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    Artikolu 12

    Proċedura għal emenda

    1.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13, li jemendaw l-Annessi ta' din id-Direttiva sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali, b'mod partikolari fl-IMO, u jittejbu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom fid-dawl tal-esperjenza miksuba.

    2.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn ikun debitament ġustifikat minn analiżi adatta mill-Kummissjoni u sabiex tiġi evitata theddida serja u inaċċettabbli lis-sikurezza marittima, is-saħħa, l-għajxien abbord il-bastiment jew il-kondizzjonijiet tax-xogħol jew l-ambjent tal-baħar, jew biex tiġi evitata inkompatibbiltà mal-leġislazzjoni marittima tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 13, li jemendaw din id-Direttiva sabiex ma tiġix applikata, għall-finijiet ta' din id-Direttiva, emenda għall-istrumenti internazzjonali msemmija fl-Artikolu 2.

    Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati minn tal-inqas tliet xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu stabbilit internazzjonalment għall-aċċettazzjoni taċita tal-emenda kkonċernata jew id-data prevista għad-dħul fis-seħħ ta' tali emenda. Fil-perijodu ta' qabel id-dħul fis-seħħ ta' dawk l-att delegati, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe inizjattiva maħsuba biex tintegra l-emenda fil-leġislazzjoni nazzjonali jew biex tapplika l-emenda għall-istrument internazzjonali kkonċernat.

    Artikolu 13

    Eżerċizju tad-delega

    1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall- kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

    2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 hija mogħtija lill-Kummissjoni lill-Kummissjoni għal perijodu ta' seba' snin mill-20 ta' Diċembru 2017. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' seba' snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

    3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. M'għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

    4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

    5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 14

    Emendi għad-Direttiva 2009/16/KE

    Id-Direttiva 2009/16/KE hija emendata kif ġej:

    (1)

    fl-Artikolu 2, jiżdiedu l-punti li ġejjin:

    “25.

    “vapur ro-ro tal-passiġġieri” tfisser vapur bil-faċilitajiet li jippermettu li vetturi tat-triq jew tal-ferrovija jitilgħu u jinżlu mill-bastiment, u li jġorru iżjed minn 12-il passiġġier;

    26.

    “iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri” tfisser inġenju kif definit fir-Regolament 1 tal-Kapitolu X tas-SOLAS 74, u li jġorr iżjed minn 12-il passiġġier;

    27.

    “servizz regolari” tfisser serje ta' qsim b'vapuri ro-ro tal-passiġġieri jew iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri mħaddma biex jaqdu t-traffiku bejn l-istess żewġ portijiet jew iżjed, jew serje ta' vjaġġi minn u lejn l-istess port mingħajr waqfiet intermedjarji:

    (i)

    skont skeda taż-żmien ippubblikata; jew

    (ii)

    bi qsim tant regolari jew ta' spiss illi jikkostitwixxu serje sistematika li tista' tingħaraf;”

    (2)

    fl-Artikolu 3(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal spezzjonijiet ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri mwettqa barra mill-port jew lil hinn minn ankraġġ matul servizz regolari skont l-Artikolu 14a.”;

    (3)

    fl-Artikolu 13, il-frażi introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

    “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li vapuri magħżulin għal spezzjoni f'konformità mal-Artikolu 12 jew l-Artikolu 14a huma soġġetti għal spezzjoni inizjali jew spezzjoni aktar dettaljata kif ġej:”

    (4)

    jiżdied l-Artikolu li ġej:

    “Artikolu 14a

    Spezzjoni ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari

    1.   Vapuri ro-ro tal-passiġġieri u iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li joperaw f'servizz regolari huma eliġibbli għal spezzjonijiet f'konformità mal-perijodu ta' żmien u rekwiżiti oħra stabbiliti fl-Anness XVII.

    2.   L-Istati Membri għandhom, meta jippjanaw spezzjonijiet ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri jew iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri, iqisu kif xieraq l-iskeda operazzjonali u tal-manutenzjoni tal-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew tal-iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri.

    3.   Meta vapur ro-ro tal-passiġġieri jew iġenju tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkunu soġġetti għal spezzjoni f'konformità mal-Anness XVII, tali spezzjoni għandha tkun rekordjata fil-bażi ta' data għall-ispezzjonijiet, u għandha titqies għall-finijiet tal-Artikoli 10, 11 u 12 u għall-kalkolu tat-twettiq tal-impenn ta' spezzjoni ta' kull Stat Membru. L-ispezzjoni għandha tiġi inkluża fl-għadd totali ta' spezzjonijiet annwali għal kull Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 5.

    4.   L-Artikolu 9(1), l-Artikolu 11(a) u l-Artikolu 14 m' għandhomx japplikaw għal vapuri ro-ro tal-passiġġieri u iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari spezzjonati skont dan l-Artikolu.

    5.   L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri u l-iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li huma soġġetti għal spezzjoni addizzjonali skont l-Artikolu 11(b) jintgħażlu għal spezzjoni skont l-Anness I, Parti II 3 A(c) u 3B(c). L-ispezzjonijiet imwettqa skont dan il-paragrafu ma għandhomx jaffettwaw l-intervall ta' spezzjoni previsti fil-paragrafu 2 tal-Anness XVII.

    6.   L-ispettur tal-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port jista' jaqbel li jkun akkumpanjat, matul spezzjoni ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri, minn spettur tal-Istat tal-port ta' Stat Membru ieħor li jaġixxi bħala osservatur. Meta l-bandiera tal-bastiment tkun dik ta' Stat Membru, l-Istat tal-port għandu, fuq talba, jistieden rappreżentant tal-Istat tal-bandiera biex jakkumpanja l-ispezzjoni bħala osservatur.”;

    (5)

    fl-Artikolu 15, jitħassar il-paragrafu 3;

    (6)

    fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   Stat Membru għandu jirrifjuta l-aċċess għall-portijiet u l-ankraġġi tiegħu lil kwalunkwe vapur li:

    itajjar il-bandiera ta' Stat li r-rata ta' detenzjoni tiegħu taqa' fil-lista s-sewda, adottata skont il-MtQ ta' Pariġi fuq il-bażi ta' informazzjoni rreġistrata fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet u kif ippubblikata kull sena mill-Kummissjoni, u li jkun inżamm aktar minn darbtejn matul is-36 xahar preċedenti f'port jew ankraġġ ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-MtQ ta' Pariġi, jew

    itajjar il-bandiera ta' Stat li r-rata ta' detenzjoni tiegħu taqa' fil-lista l-griża, adottata skont il-MtQ ta' Pariġi fuq il-bażi ta' informazzjoni rreġistrata fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet u ippubblikata kull sena mill-Kummissjoni, u li jkun inżamm aktar minn darbtejn matul l-24 xahar preċedenti f'port jew ankraġġ ta' Stat Membru jew ta' Stat firmatarju tal-MtQ ta' Pariġi.

    L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika għas-sitwazzjonijiet deskritti fl-Artikolu 21(6).

    Iċ-ċaħda għall-aċċess għandha tkun applikabbli malli l-vapur iħalli l-port jew l-ankraġġ fejn ikun ġie soġġett għat-tielet detenzjoni u fejn tkun inħarġet ordni ta' ċaħda ta' aċċess.”;

    (7)

    Jiżdied l-Anness li ġej:

    ANNESS XVII

    Spezzjoni ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari

    1.1.

    Qabel vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ma jibda jopera f'servizz regolari kopert minn din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni, skont l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/2110 (*1), biex jiżguraw li dawk il-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa għall-operazzjoni sikura ta' servizz regolari.

    1.2.

    Meta vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkunu ser jiġu ingaġġati f'servizz regolari ieħor, l-Istat Membru kkonċernat jista' jqis l-ispezzjonijiet imwettqa minn Stat Membru ieħor matul it-tmien xhur preċedenti fir-rigward ta' dak il-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew dak l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri għal operazzjonijiet f'servizz regolari ieħor kopert minn din id-Direttiva, dment li l-Istat Membru jkun sodisfatt f'kull każ li dawk l-ispezzjonijiet preċedenti jkunu rilevanti għall-kondizzjonijiet il-ġodda ta' operazzjoni u li matul dawk l-ispezzjonijiet kienu sodisfatti l-ħtiġijiet neċessarji għall-operazzjoni bla periklu ta' servizz regolari. L-ispezzjonijiet previsti fil-punt 1.1 ma għandhomx għalfejn jiġu applikati qabel ma l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jibda jopera fis-servizz regolari l-ġdid.

    1.3.

    Fejn, minħabba ċirkostanzi mhux previsti jkun hemm ħtieġa urġenti tal-introduzzjoni rapida ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ta' sostituzzjoni biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz, u l-punt 1.2 ma jkunx applikabbli, l-Istat Membru jista' jippermetti li l-vapur tal-passiġġieri jew l-inġenju għall-passiġġieri jibdew joperaw sakemm jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    spezzjoni viżwali u kontroll tad-dokumenti ma jqajmu ebda tħassib li l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ma jissodisfawx ir-rekwiżiti meħtieġa għall-operazzjoni bla periklu;

    (b)

    l-Istat Membru jwettaq l-ispezzjoni prevista fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/2110 fi żmien xahar.

    2.

    L-Istati Membri għandhom, darba fis-sena, iżda mhux qabel erba' xhur u mhux iktar tard minn tmien xhur wara l-ispezzjoni preċedenti, iwettqu:

    (a)

    spezzjoni, inkluż ir-rekwiżiti tal-Anness II għad-Direttiva (UE) 2017/2110 u tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 (*2) kif applikabbli; u

    (b)

    spezzjoni matul servizz regolari. Din l-ispezzjoni għandha tkopri l-punti elenkati fl-Anness III għad-Direttiva (UE) 2017/2110 u dak li, skont il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, jikkostitwixxi għadd suffiċjenti tal-punti elenkati fl-Annessi I u II għad-Direttiva (UE) 2017/2110, biex ikun żgurat li l-vapuri ro-ro tal-passiġġieri jew il-iġenji tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa kollha għall-operazzjoni bla periklu.

    3.

    Fejn vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri ma jkunux ġew spezzjonati f'konformità mal-punt 2, il-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew il-l-inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri għandhom jitqiesu bħala Prijorità I.

    4.

    Spezzjoni f'konformità mal-punt 1.1. għandha titqies bħala spezzjoni għall-finijiet tal-punt 2(a) ta' dan l-Anness.

    (*1)  Direttiva (UE) 2017/2110 tal-15 ta' Novembru 2017 dwar sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' vapuri ro-ro tal-passiġġieri u inġenji ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE (ĠU L 315, 30.11.2017, p. 61)."

    (*2)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 428/2010 tal-20 ta' Mejju 2010 li jimplimenta l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ispezzjonijiet estiżi tal-bastimenti (ĠU L 125, 21.5.2010, p. 2)."

    Artikolu 15

    Tħassir

    Id-Direttiva 1999/35/KE hija imħassra.

    Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness IV.

    Artikolu 16

    Reviżjoni

    Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-21 ta' Diċembru 2026.

    Artikolu 17

    Traspożizzjoni

    1.   Sal-21 ta' Diċembru 2019, l-Istati membri għandhom jaddottaw u jippubblikaw, il-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan.

    Għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-21 ta' Diċembru 2019.

    Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta' kif issir din ir-referenza għandha tiġi stipulata milll-Istati Membri.

    2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

    Artikolu 18

    Dħul fis-seħħ

    Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 19

    Destinatarji

    Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Strasburgu, il-15 ta' Novembru 2017.

    Għall-Parlament Ewropew

    Il-President

    A. TAJANI

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  ĠU C 34, 2.2.2017, p. 176.

    (2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Ottubru 2017 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2017.

    (3)  Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (ĠU L 131, 28.5.2009, p. 57).

    (4)  Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE tad-29 ta' April 1999 dwar sistema ta' stħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla perikolu ta' laneċ ro-ro regolari u servizzi tal-inġenji tal-baħar ta' veloċità kbira għall-passiġġieri (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 1).

    (5)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

    (6)  Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).


    ANNESS I

    REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-BASTIMENTI F'SERVIZZ REGOLARI

    (kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 5)

    Dan li ġej għandu jkun verifikat:

    1.

    li l-kaptan ikun ipprovdut b'informazzjoni xierqa dwar id-disponibbiltà ta' sistemi ta' gwida għan-navigazzjoni bbażati fuq il-kosta u skemi oħrajn ta' informazzjoni li jgħinuh fit-twettiq bla periklu tal-vjaġġi, qabel ma l-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju b'veloċità għolja għall-passiġġieri jibdew ibaħħru, u li jagħmel użu minn skemi ta' informazzjoni u gwida għan-navigazzjoni stabbiliti mill-Istati Membri;

    2.

    li d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-paragrafi 2 sa 6 taċ-Ċirkolari 699/MSC tas-17 ta' Lulju 1995“Linji gwida riveduti għal struzzjonijiet ta' sikurezza tal-passiġġieri” jiġu applikati;

    3.

    li jitpoġġa elenku bl-arranġamenti ta' xogħol abbord il-vapur f'post faċilment aċċessibbli, u li jkun fih:

    (a)

    l-iskeda tas-servizz fuq il-baħar u tas-servizz fil-port, u

    (b)

    is-sigħat massimi ta' xogħol jew is-sigħat minimi ta' serħan meħtieġa għal dawk li joqogħdu għassa;

    4.

    li l-kaptan ma jinżammx milli jieħu kwalunkwe deċiżjoni, li fil-ġudizzju professjonali tal-kaptan tkun meħtieġa għan-navigazzjoni u operazzjoni mingħajr periklu, b'mod partikolari f'maltemp kbir u f'ibħra qawwijin;

    5.

    li l-kaptan iżomm rekord tal-attivitajiet u tal-inċidenti tan-navigazzjoni li huma ta' importanza għas-sikurezza tan-navigazzjoni;

    6.

    li kull ħsara, jew kull għafsa permanenti fil-bibien tal-qoxra u tal-pjanċi assoċjati tal-qoxra li jistgħu jaffettwaw l-integrità vapur ro-ro tal-passiġġieri jew inġenju ta' veloċità għolja għall-passiġġieri, u kull nuqqas fl-arranġamenti tal-imblukkar ta' dawn il-bibien, għandhom jiġu rrapportati minnufih kemm lill-amministrazzjoni tal-Istat tal-bandiera kif ukoll lill-Istat tal-port u għandhom jissewwew minnufih għas-sodisfazzjon tagħhom;

    7.

    li jkun disponibbli pjan aġġornat tal-vjaġġ qabel it-tluq tal-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew tal-inġenju ta' veloċità kbira għall-passiġġieri, u li waqt li jkun qed jitħejja l-pjan tal-vjaġġ, jiġu kkunsidrati bis-sħiħ il-linji gwida stabbiliti fir-Riżoluzzjoni A.893(21) tal-Assemblea tal-IMO tal-25 ta' Novembru 1999“Linji gwida għall-ippjanar ta' vjaġġi”;

    8.

    li informazzjoni ġenerali dwar is-servizzi u l-assistenza disponibbli għall-persuni anzjani jew għall-persuni b'diżabbiltà abbord tingħata lill-passiġġieri u tkun disponibbli f'format xieraq għal persuni li jbatu biex jaraw.


    ANNESS II

    PROĊEDURI GĦALL-ISPEZZJONIJIET

    (kif imsemmi fl-Artikoli 3 u 5)

    1.

    L-ispezzjonijiet għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti statutorji maħruġa minn jew f'isem l-Istat tal-bandiera, b'mod partikolari dawk relatati mal-kostruzzjoni, is-suddiviżjoni u l-istabbiltà, il-makkinarju u l-installazzjonijiet elettriċi, it-tagħbija u l-istabbiltà, il-protezzjoni kontra n-nirien, in-numru massimu ta' passiġġieri, l-apparat tas-salvataġġ u l-ġarr ta' oġġetti perikolużi, ir-radjukomunikazzjonijiet u n-navigazzjoni huma ssodisfati. Għal dak il-għan, l-ispezzjonijiet għandhom jinkludu:

    l-istartjar tal-ġeneratur ta' emerġenza,

    spezzjoni tad-dawl ta' emerġenza,

    spezzjoni tas-sors ta' enerġija ta' emerġenza għall-installazzjonijiet tar-radju,

    test tas-sistema li biha jiġi indirizzat il-pubbliku,

    taħriġ kontra n-nirien, inkluż dimostrazzjoni tal-ħila li jintuża lbies ta' dawk inkarigati mit-tifi tan-nar,

    it-tħaddim tal-pompa tan-nar ta' emerġenza b'żewġ manki mqabbdin mal-linja maġġuri tan-nar li tkun qiegħda titħaddem,

    l-ittestjar tal-kontrolli ta' waqfien remot f'każ ta' emerġenza għall-provvista ta' karburanti għall-bojlers, magni ewlenin u awżiljari, u għall-fannijiet tal-ventilazzjoni,

    l-ittestjar tal-kontrolli remoti u dawk lokali għall-għeluq ta' regolaturi tal-arja għan-nar,

    l-ittestjar ta' sistemi ta' detezzjoni tan-nar u ta' allarm,

    l-ittestjar ta' jekk jingħalqux sew il-bibien li jirreżistu n-nar,

    it-tħaddim ta' pompi tas-sentina,

    l-għeluq ta' bibien tal-paratija li ma jidħolx ilma minnhom; kemm mill-pożizzjoni ta' kontroll lokali kif ukoll minn dik remota,

    turija li l-membri tal-ekwipaġġ ewlenin jafu dwar il-pjan ta' kontroll ta' ħsara,

    it-tniżżil ta' mill-inqas dgħajsa waħda tas-salvataġġ u ta' dgħajsa tas-sopravivenza fl-ilma, it-tqabbid u l-ittestjar tas-sistema ta' propulsjoni u tat-tmun tagħhom, u l-irkuprar tagħhom mill-ilma għall-pożizzjoni tal-ħżin tagħhom abbord,

    il-verifika li d-dgħajjes tas-sopravivenza u d-dgħajjes tas-salvataġġ kollha jikkorrispondu għall-inventarju,

    l-ittestjar tal-apparat li jidderieġi l-vapur jew l-inġenju kif ukoll l-ittestjar tal-apparat awżiljarju li jidderieġi.

    2.

    L-ispezzjonijiet għandhom jiffokaw fuq il-familjarizzazzjoni tal-membri tal-ekwipaġġ, u l-effikaċja tagħhom fil-proċeduri tas-sikurezza, fil-proċeduri tal-emerġenza, fil-manutenzjoni, fil-prattiki tax-xogħol, fis-sikurezza tal-passiġġieri, fil-proċeduri f'każ ta' pontijiet u f'operazzjonijiet relatati mat-tagħbija ta' merkanzija u ma' vetturi. Il-ħila tal-baħħara li jifhmu u, fejn xieraq, jagħtu ordnijiet u struzzjonijiet u li jirrapportaw lura bil-lingwa komuni tax-xogħol, kif imniżżla fil-ġurnal ta' abbord għandha tiġi vverifikata. L-evidenza dokumentata li membri tal-ekwipaġġ ikunu segwew taħriġ speċjali b'suċċess għandha tiġi vverifikata, b'mod partikolari fir-rigward ta':

    taħriġ dwar il-kontroll ta' folol,

    taħriġ ta' familjarizzazzjoni,

    taħriġ tas-sikurezza għall-persunal li jipprovdi assistenza diretta ta' sikurezza lil passiġġieri fi spazji tal-passiġġieri, u b'mod partikolari lil persuni anzjani jew b'diżabbiltà f'emerġenza, u

    taħriġ fil-ġestjoni ta' kriżijiet u taħriġ fl-imġiba tal-bniedem.

    L-ispezzjoni għandha tinkludi evalwazzjoni dwar jekk is-sistema ta' roster hijiex tikkawża għeja mhux raġonevoli b'mod partikolari għal persunal li joqgħod għassa.

    3.

    Iċ-ċertifikati ta' kompetenza tal-membri tal-ekwipaġġ li jaħdmu abbord bastimenti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).


    (1)  Direttiva 2008/106/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar il-livell minimu ta' taħriġ tal-baħħara (ĠU L 323, 3.12.2008, p. 33).


    ANNESS III

    PROĊEDURI BIEX JITWETTQU SPEZZJONIJIET MATUL SERVIZZ REGOLARI

    (kif imsemmi fl-Artikolu 5)

    Meta jitwettqu ispezzjonijiet matul servizz regolari, għandu jiġi kkontrollat dan li ġej:

    1.

    Informazzjoni dwar il-passiġġieri

    Li ma jkunx inqabeż in-numru ta' passiġġieri li għalih il-vapur ro-ro tal-passiġġieri jew l-inġenju ta' veloċità kbira għall-passiġġieri (il-“vapur”) ikun ċertifikat, u li r-reġistrazzjoni tal-informazzjoni dwar il-passiġġieri jikkonformaw mad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE (1). Kif l-informazzjoni dwar in-numru totali ta' passiġġieri tingħadda lill-kaptan u, jekk xieraq, kif il-passiġġieri li jaqsmu darbtejn mingħajr ma jinżlu fuq ix-xatt għandhom jiġu inklużi fit-total għall-vjaġġ ta' ritorn.

    2.

    Informazzjoni dwar tagħbija u stabbiltà

    Li, fejn applikabbli, jinsabu mmuntati strumenti affidabbli ta' kejl tal-fond u li dawn jintużaw. Li jittieħdu miżuri sabiex jiġi żgurat li l-vapur ma jkunx mgħobbi żżejjed u li l-linja tat-tagħbija subdiviżorja xierqa ma tkunx taħt l-ilma. Li l-evalwazzjoni tat-tagħbija u tal-istabbiltà titwettaq kif meħtieġ. Li vetturi tal-merkanzija u vetturi oħrajn li jġorru t-tagħbijiet jintiżnu meta dan ikun meħtieġ u li ċ-ċifri jingħaddu lill-vapur għall-użu fl-evalwazzjoni tat-tagħbija u tal-istabbiltà. Li jkunu esibiti b'mod permanenti pjanijiet dwar il-kontroll tal-ħsara u li jiġu pprovduti lill-uffiċjali tal-vapur kotba żgħar li jkun fihom informazzjoni dwar il-kontroll tal-ħsara.

    3.

    Sigurtà għat-tbaħħir

    Li l-proċedura sabiex jiġi żgurat li l-vapur huwa sigur għat-tbaħħir qabel ma jitlaq mill-irmiġġ, li għandha tinkludi proċedura ta' rapportar pożittiv li l-bibien tal-qoxra kollha li huma protetti kontra l-ilma u kontra t-temp huma magħluqin tiġi segwita. Li l-bibien kollha tal-gverta tal-vetturi huma magħluqin qabel ma l-vapur jitlaq mill-irmiġġ jew jibqgħu miftuħin biss ħalli jkun hemm biżżejjed ħin sabiex tkun tista' tingħalaq il-viżiera tal-pruwa, l-arranġamenti ta' għeluq għall-bibien tal-pruwa, tal-poppa u tal-ġenb, u l-provvediment ta' dwal indikaturi u sorveljanza televiżiva sabiex jintwera l-istatus tagħhom fuq il-pont tan-navigazzjoni. Kull diffikultà bit-tħaddim tad-dwal indikaturi, b'mod partikolari s-swiċċijiet tal-bibien, għandha tiġi vverifikata u rapportata.

    4.

    Avviżi tas-sikurezza

    Li l-forma tal-avviżi tas-sikurezza ta' rutina u l-impustar tal-istruzzjonijiet u tal-linji gwida dwar proċeduri f'każ ta' emerġenza ssir bil-lingwa jew il-lingwi xierqa. Li l-avviż tas-sikurezza ta' rutina jsir fil-bidu tal-vjaġġ u li jkun jista' jinstema' fl-ispazji pubbliċi kollha, inkluż il-gverti tal-bastiment, li l-passiġġieri għandhom aċċess għalihom.

    5.

    Entrati fil-ġurnal ta' abbord

    Li dak il-ġurnal ta' abbord jiġi eżaminat sabiex jiġi żgurat li jkunu qegħdin isiru l-entrati fir-rigward tal-għeluq tal-bibien tal-pruwa, tal-poppa u ta' bibien oħrajn li ma jidħolx ilma minnhom u li jipproteġu mit-temp, taħriġ dwar bibien tas-suddiviżjoni li ma jidħolx ilma minnhom, ittestjar ta' tagħmir tan-navigazzjoni, eċċ. Ukoll li l-pixki, il-bords u l-istabbiltà jkunu qegħdin jiġu rrekordjati kif ukoll il-lingwa komuni tax-xogħol għall-ekwipaġġ.

    6.

    Oġġetti perikolużi

    Li kull tagħbija ta' oġġetti perikolużi jew li jniġġsu tinġarr b'mod konformi mar-regolamenti rilevanti u, b'mod partikolari, li tiġi pprovduta dikjarazzjoni dwar oġġetti perikolużi jew li jniġġsu flimkien ma' manifest jew pjan ta' stivar li juri fejn jinsabu abbord, li l-ġarr tat-tagħbija partikolari hija permessa fuq vapuri tal-passiġġieri, u li l-oġġetti perikolużi jew li jniġġsu jkunu mmarkati, ittikkettati, stivati, protetti u segregati kif suppost.

    Li vetturi li jġorru oġġetti perikolużi jew li jniġġsu jkollhom avviż xieraq u jkunu protetti. Li, meta jinġarru oġġetti perikolużi jew li jniġġsu, tkun disponibbli fuq ix-xatt, kopja tal-manifest jew tal-pjan ta' stivar rilevanti. Li l-kaptanikun jaf bir-rekwiżiti ta' notifika skont id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u bl-istruzzjonijiet dwar il-proċeduri ta' emerġenza li jridu jiġu segwiti u bl-għoti tal-ewwel għajnuna jekk jinqala' xi inċident li jinvolvi l-oġġetti perikolużi jew li jniġġsu l-baħar. Li l-mezz ta' kif għandhom jiġu ventilati l-gverti tal-vettura jintuża f'kull ħin, jiżdied meta l-magni tal-vetturi jkunu mqabbdin u li jkun hemm xi forma ta' indikazzjoni fuq il-pont biex juri li l-ventilazzjoni tal-gverta tal-vetturi tkun qiegħda taħdem.

    7.

    Irbit ta' vetturi tat-trasport tal-merkanzija

    Kif għandhom jintrabtu l-vetturi tat-trasport tal-merkanzija, pereżempju, jekk hux permezz ta' stivar fi blokok jew bi rbit individwali. Jekk ikunux disponibbli biżżejjed postijiet ta' rbit b'saħħithom. L-arranġamenti biex jiġu protetti vetturi tal-merkanzija meta jkun hemm jew ikun mistenni l-maltemp. Il-metodu ta' rbit għal kowċijiet u muturi, jekk ikun hemm. Li l-vapur ikollu manwal għall-protezzjoni tal-merkanzija.

    8.

    Gverti tal-vetturi

    Jekk spazji ta' kategoriji speċjali u ro-ro jkunux mgħassa jew sorveljati kontinwament minn sistema ta' kontroll televiżiva sabiex il-moviment ta' vetturi f'maltemp u d-dħul mhux awtorizzat ta' passiġġieri jkun jista' jiġi osservat. Li l-bibien u d-daħliet kontra n-nar jinżammu magħluqa u li jintbagħtu avviżi sabiex il-passiġġieri jinżammu 'l bogħod mill-gverti tal-vetturi waqt li l-vapur ikun qed ibaħħar.

    9.

    Għeluq ta' bibien li ma jidħolx ilma minnhom

    Li l-politika stabbilita fl-istruzzjonijiet operazzjonali tal-vapur għall-bibien subdiviżorji li ma jidħolx ilma minnhom tiġi segwita. Li jsir it-taħriġ meħtieġ. Li l-kontroll tal-pont għall-bibien li ma jidħolx ilma minnhom jinżamm, meta jkun possibbli, fuq kontroll “lokali”. Li l-bibien jinżammu magħluqin meta jkun hemm viżibilità ristretta jew f'kull sitwazzjoni perikoluża oħra. Li l-ekwipaġġ jingħata struzzjonijiet fir-rigward ta' kif għandhom jitħaddmu l-bibien u li jkun jaf bil-perikli jekk ma jintużawx sew.

    10.

    Għassa għan-nar

    Li tkun qiegħda tinżamm għassa effiċjenti ħalli jekk ikun hemm xi nar dan jiġi skopert immedjatament. Din għandha tinkludi spazji ta' kategoriji speċjali fejn ma jkunx hemm sistema fissa ta' detezzjoni tan-nar u tal-allarm. Dawk l-ispazji jistgħu jiġu mgħassa kif indikat fil-punt 8.

    11.

    Komunikazzjonijiet f'emerġenza

    Li jkun hemm biżżejjed membri tal-ekwipaġġ skont il-lista tal-persunal biex jassistu lill-passiġġieri f'każ ta' emerġenza u li jkunu jistgħu jiġu identifikati malajr u li jkunu kapaċi jikkomunikaw mal-passiġġieri f'każ ta' emerġenza, waqt li tiġi kkunsidrata kombinazzjoni xierqa u adegwata tal-fatturi li ġejjin:

    (a)

    il-lingwa jew lingwi xierqa għan-nazzjonalitajiet prinċipali tal-passiġġieri ttrasportati fuq rotta partikolari;

    (b)

    il-probabbiltà li l-abbiltà li jintuża vokabularju elementari Ingliż għall-istruzzjonijiet bażiċi tista' tipprovdi mezz ta' komunikazzjoni ma' passiġġier li jkollu bżonn ta' għajnuna jekk il-passiġġier u l-membru tal-ekwipaġġ ma jkollhomx lingwa komuni;

    (c)

    il-ħtieġa possibbli li ssir komunikazzjoni waqt emerġenza permezz ta' mezzi oħrajn (eż. b'dimostrazzjoni, sinjali bl-idejn, jew billi tinġibed l-attenzjoni għal fejn ikunu jinsabu l-istruzzjonijiet, l-istazzjonijiet tal-miġemgħa, it-tagħmir tas-salvataġġ jew ir-rotot ta' evakwazzjoni meta komunikazzjoni verbali ma tkunx prattika);

    (d)

    jekk l-istruzzjonijiet tas-sikurezza kompluti jkunu ġew ipprovduti lill-passiġġieri bil-lingwa jew lingwi nattivi tagħhom;

    (e)

    il-lingwi li bihom jistgħu jixxandru avviżi ta' emerġenza waqt emerġenza jew taħriġ sabiex tingħata gwida kritika lill-passiġġieri u sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-membri tal-ekwipaġġ waqt li dawn jassistu lill-passiġġieri.

    12.

    Lingwa komuni tax-xogħol bejn il-membri tal-ekwipaġġ

    Li tkun ġiet stabbilita lingwa tax-xogħol sabiex tiġi assigurata prestazzjoni effettiva tal-ekwipaġġ fi kwistjonijiet ta' sikurezza u li din il-lingwa tax-xogħol tkun irreġistrata fil-ġurnal ta' abbord tal-vapur.

    13.

    Tagħmir ta' sikurezza

    Li qed jinżamm tagħmir ta' salvataġġ u ta' protezzjoni kontra n-nar, inkluż bibien ta' kontra n-nar u oġġetti oħrajn tal-ħarsien strutturali kontra n-nar li jistgħu jiġu spezzjonati malajr. Li jiġu esibiti pjanijiet ta' kontroll tan-nar b'mod permanenti jew li jiġu pprovduti kotba żgħar li jkun fihom l-informazzjoni ekwivalenti għall-informazzjoni tal-uffiċjali tal-vapur. Li l-istivar tal-ġkieket tas-salvataġġ ikun xieraq u li l-istivar ta' ġkieket tas-salvataġġ tat-tfal ikun jista' jiġi identifikat malajr. Li t-tagħbija ta' vetturi ma twaqqafx l-operazzjoni tal-kontrolli tan-nar, tat-tifi f'każ ta' emerġenza, tal-kontrolli għall-valvi tat-tempesti, eċċ, li jistgħu jkunu jinsabu fuq il-gverti tal-vetturi.

    14.

    Apparat tan-navigazzjoni u tar-radju

    Li l-apparat tan-navigazzjoni u tal-komunikazzjoni bir-radju, inkluż is-sinjali tar-radju li jindikaw il-pożizzjoni f'każ ta' emerġenza (EPIRBs) ikunu jaħdmu.

    15.

    Dawl supplimentari ta' emerġenza

    Li jkun immuntat dawl supplimentari ta' emerġenza, meta meħtieġ mir-regolamenti, u li jinżamm rekord tan-nuqqasijiet.

    16.

    Mezzi ta'evakwazzjoni

    Li l-mezzi ta' evakwazzjoni, inklużi r-rotot ta' evakwazzjoni, huma mmarkati, b'mod konformi mal-ħtiġiet applikabbli, u mdawla, kemm mill-għajn prinċipali tal-enerġija kif ukoll minn dak tal-emerġenza. Dawk il-miżuri jittieħdu sabiex il-vetturi jinżammu lil hinn mir-rotot ta' evakwazzjoni meta dawk ir-rotot ta' evakwazzjoni jaqsmu jew jgħaddu mill-gverti tal-vetturi. Li l-passaġġi tal-ħruġ, b'mod partikolari ħruġ minn ħwienet mingħajr dazju, li jkunu nstabu li kienu mblukkati minħabba eċċess ta' oġġetti, jinżammu liberi.

    17.

    Indafa fil-kamra tal-magna

    Li l-kamra tal-magna tinżamm f'kundizzjoni nadifa b'mod konformi mal-proċeduri ta' manutenzjoni.

    18.

    Rimi ta' żibel

    Li l-arranġament għall-irfigħ u r-rimi taż-żibel ikunu sodisfaċenti.

    19.

    Manutenzjoni ppjanata

    Li l-kumpaniji kollha jkollhom ordnijiet permanenti speċifiċi, b'sistema ta' manutenzjoni ppjanata, għaż-żoni kollha relatati mas-sikurezza inklużi bibien tal-pruwa u tal-poppa u fetħiet mal-ġnub, flimkien mal-arranġamenti ta' għeluq tagħhom, iżda li jkopru wkoll il-manutenzjoni tal-kamra tal-magna u l-apparat tas-sikurezza. Li jkun hemm pjanijiet għall-kontroll perjodiku tal-punti kollha sabiex l-istandards tas-sikurezza jinżammu fl-ogħla livell. Li jkun hemm proċeduri għall-irrekordjar ta' nuqqasijiet u sabiex jiġi kkonfermat li dawn ikunu ġew rettifikati sew sabiex il-kaptan u l-persuna nnominata fuq ix-xatt fl-istruttura ta' tmexxija tal-kumpanija jkunu jafu bin-nuqqasijiet u jiġu nnotifikati meta dawn jiġu rettifikati fi żmien speċifikat. Li l- kontroll perjodiku tat-tħaddim tal-arranġamenti tal-għeluq tal-bibien ta' barra u ta' ġewwa tal-pruwa għandhom jinkludi l-indikaturi, l-apparat ta' kontroll u kull toqba fl-ispazji bejn il-viżiera tal-pruwa u l-bieb ta' ġewwa u speċjalment il-mekkaniżmi tal-għeluq u s-sistemi idrawliċi relattivi tagħhom.

    20.

    Meta jsir vjaġġ

    Meta jsir vjaġġ għandha tittieħed l-opportunità sabiex jiġi kontrollat jekk hemmx iffullar żejjed, inkluż id-disponibbiltà ta' siġġijiet u jekk il-passaġġi, it-turġien u l-ħruġ ta' emerġenza humiex imblukkati minn bagalji jew minn passiġġieri li ma jistgħux isibu fejn ipoġġu bilqiegħda. Huwa meħtieġ li jiġi kkontrollat ukoll li ma jkunx hemm passiġġieri fuq il-gverta tal-vetturi qabel ma jitlaq il-vapur u li lanqas ma jkollhom aċċess iha ħlief immedjatament qabel ma jitrakka.


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (ĠU L 188, 2.7.1998, p. 35).

    (2)  Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).


    ANNESS IV

    TABELLA TA' KORRELAZZJONI

    Direttiva 1999/35/KE

    Din id-Direttiva

    Artikolu 1

    Artikolu 2, punti (a), (b), (d), (e), (f), (g), (h), (j), (m), (o), (r)

    Artikolu 2, punti (1), (2), (3), (4), (6), (7), (8), (9), (10), (11), (12)

    Artikolu 2, punti (c), (i), (k), (l), (n), (p), (q), (s)

    Artikolu 3

    Artikolu 1

    Artikolu 4

    Artikolu 5, punt (1)(a)

    Artikolu 3

    Artikolu 5, punti (1)(b), (2)

    Artikolu 6

    Artikolu 3

    Artikolu 7

    Artikolu 4

    Artikolu 8(1)

    Artikolu 5(1)

    Artikolu 8(2)

    Artikolu 5(3)

    Artikolu 8(3)

    Artikolu 9(1)

    Artikolu 9

    Artikolu 6

    Artikolu 10(1)(a), (b), (c),

    Artikolu 7

    Artikolu 10(1)(d)

    Artikolu 10(2)

    Artikolu 7

    Artikolu 10(3)

    Artikolu 8

    Artikolu 10(4)

    Artikolu 11(1), (2), (3), (4), (5), (7), (8)

    Artikolu 11(6)

    Artikolu 6(1)

    Artikolu 13(1), (2), (4), (5)

    Artikolu 13(3)

    Artikolu 6(2) u Artikolu 10

    Artikolu 14

    Artikolu 15

    Artikolu 16

    Artikolu 17

    Artikolu 12

    Artikolu 18

    Artikolu 11

    Artikolu 19

    Artikolu 17

    Artikolu 20

    Artikolu 16

    Artikolu 21

    Artikolu 18

    Artikolu 22

    Artikolu 19

    Anness I

    Anness I


    Top