This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R1399
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/1399 of 17 August 2015 concerning the denial of authorisation of the preparation of Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T) (formerly Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012) as a feed additive for cattle for fattening, rabbits for fattening, chickens for fattening, piglets (weaned), pigs for fattening, sows for reproduction and calves for rearing and the revocation of the authorisations of the preparation of Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) as a feed additive for turkeys for fattening and rabbit breeding does, amending Regulations (EC) No 256/2002, (EC) No 1453/2004, (EC) No 255/2005 and (EC) No 1200/2005 and repealing Regulations (EC) No 166/2008, (EC) No 378/2009 and Implementing Regulation (EU) No 288/2013 (Text with EEA relevance)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1399 tas-17 ta' Awwissu 2015 dwar iċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T) (li qabel kien magħruf bħala Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala adittiv mal-għalf għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ifħla għat-tnissil u għall-għoġġiela għat-trobbija u r-revoka tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala adittiv mal-għalf għad-dundjani tas-simna u fenkiet għat-tnissil, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005 u (KE) Nru 1200/2005 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2008, (KE) Nru 378/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1399 tas-17 ta' Awwissu 2015 dwar iċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T) (li qabel kien magħruf bħala Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala adittiv mal-għalf għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ifħla għat-tnissil u għall-għoġġiela għat-trobbija u r-revoka tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala adittiv mal-għalf għad-dundjani tas-simna u fenkiet għat-tnissil, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005 u (KE) Nru 1200/2005 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2008, (KE) Nru 378/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 217, 18/08/2015, p. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
18.8.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 217/1 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1399
tas-17 ta' Awwissu 2015
dwar iċ-ċaħda ta' awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T) (li qabel kien magħruf bħala Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala adittiv mal-għalf għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ifħla għat-tnissil u għall-għoġġiela għat-trobbija u r-revoka tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala adittiv mal-għalf għad-dundjani tas-simna u fenkiet għat-tnissil, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005 u (KE) Nru 1200/2005 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2008, (KE) Nru 378/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 9(2) u 13(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti, għaċ-ċaħda jew għar-revoka ta' tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament jistipula l-evalwazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Il-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) kienet awtorizzata mingħajr limitu ta' żmien f'konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv mal-għalf għall-qżieqeż li jkollhom anqas minn xahrejn u għall-ħanżiriet bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 (3), għall-qżieqeż li għandhom bejn xahrejn u erba' xhur u għall-ħnieżer tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 (4), għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005 (5) u għall-fniek tas-simna u għat-tiġieġ tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (6). Sussegwentement, dik il-preparazzjoni ddaħħlet fir-Reġistru tal-addittivi mal-għalf bħala prodott eżistenti, f'konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Dik il-preparazzjoni kienet awtorizzata wkoll skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 għal għaxar snin għad-dundjani tas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 166/2008 (7) u għall-fenkiet għat-tnissil bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2009 (8). |
(4) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala addittiv mal-għalf għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna u ħanżiriet għat-tnissil u, b'konformità mal-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, tressqet applikazzjoni għal użu ġdid ta' dik il-preparazzjoni għall-għoġġiela għat-trobbija, biż-żewġ applikazzjonijiet jitolbu li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. Ma' dawk l-applikazzjonijiet intbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Abbażi tal-opinjoni tas-16 ta' Ottubru 2012 tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) (9), ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2013 (10) issospenda l-awtorizzazzjonijiet eżistenti tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012). |
(6) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013 jirreferi għall-possibbiltà li d-dejta supplimentari dwar is-sikurezza tal-użu tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), li għandha titressaq mill-applikant, tista' ġġib elementi ġodda li jkunu jippermettu li l-valutazzjoni mwettqa għal dak l-addittiv terġa' titqies. Dak ir-Regolament jistipula wkoll l-eżami tal-miżura ta' sospensjoni. |
(7) |
Fis-6 ta' Diċembru 2013, l-applikant ressaq dejta supplimentari lill-Kummissjoni, li sussegwentement intbagħtet lill-Awtorità b'talba biex din tevalwahom biex tirċievi opinjoni ġdida dwar is-sikurezza u l-effikaċja tal-addittiv. |
(8) |
Barra minn hekk l-applikant, fuq inizjattiva tiegħu, ressaq dokumentazzjoni addizzjonali lill-Awtorità fl-24 ta' April 2014, fl-14 ta' Mejju 2014 u fis-17 ta' Ġunju 2014. |
(9) |
Fl-1 ta' Lulju 2014, l-Awtorità adottat opinjoni wara l-valutazzjoni tad-dejta supplimentari mressqa mill-applikant (11). Fl-opinjoni tagħha, l-Awtorità qieset li l-klassifikazzjoni tassonomika mill-ġdid tar-razza ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala speċi ġdida bl-isem Bacillus toyonensis ma kellha l-ebda impatt fuq il-valutazzjoni tagħha, peress li tibqa' tappartjeni għall-grupp Bacillus cereus. Fir-rigward tas-suxxettibbilità antibijotika tar-razza Bacillus toyonensis, l-Awtorità kkonkludiet li d-dejta supplimentari pprovduta ma tbiddilx il-konklużjoni preċedenti li r-razza toħloq riskju għat-tixrid ta' ġeni li jikkodifikaw għar-reżistenza għat-tetraċiklina u l-kloramfenikol, li huma antibijotiċi ta' importanza umana u veterinarja. Dwar il-potenzjal tossiġeniku tar-razza tal-Bacillus toyonensis, l-Awtorità kkonkludiet li din għandha l-kapaċità li telabora t-tossini funzjonali u, b'hekk, toħloq riskju għal dawk li jiġu esposti għal dan l-organiżmu, inklużi dawk li jimmaniġġjaw l-addittiv u l-konsumaturi li jiġu esposti għal prodotti tal-annimali kontaminati. |
(10) |
Fit-30 ta' Awwissu 2014, l-applikant talab l-eżami amministrattiv tal-opinjoni tal-Awtorità tal-1 ta' Lulju 2014 u fis-17 ta' Ottubru 2014 huwa ssupplimenta t-talba tiegħu b'elementi addizzjonali. Bid-Deċiżjoni tal-20 ta' Mejju 2015 (12), il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kien hemm l-ebda raġuni biex l-Awtorità tiġi rikjesta tirtira dik l-opinjoni. |
(11) |
Għaldaqstant, ma ġiex stabbilit li l-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), li ġiet kklassifikata mill-ġdid bħala speċi ġdida bl-isem Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T), ma għandhiex l-effetti ħziena fuq is-saħħa tal-annimali jew is-saħħa tal-bniedem, meta użata bħala addittiv mal-ikel. |
(12) |
Għaldaqstant il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma ntlaħqux. |
(13) |
Għalhekk, l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni ta' Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T) bħala addittiv mal-għalf għall-bhejjem tal-ifrad tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ħanżiriet għat-tnissil u għall-għoġġiela għat-trobbija għandha tinċaħad. |
(14) |
Għall-istess raġunijiet, il-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala addittivi mal-għalf għall-użu għad-dundjani tas-simna u għall-fenkiet għat-tnissil ma għadhomx sodisfatti u dawk l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu revokati. |
(15) |
Ir-Regolamenti (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005 u (KE) Nru 1200/2005 għandhom jiġu emendati skont dan, u r-Regolementi (KE) Nru 166/2008 u (KE) Nru 378/2009 għandhom jitħassru. |
(16) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013 għandu jitħassar ukoll. |
(17) |
Peress li l-ħażniet eżistenti tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012), ta' taħlitiet lesti li fihom dik il-preparazzjoni u ta' materjali tal-għalf u għalf kompost prodott minn dik il-preparazzjoni diġà kellhom jitneħħew mis-suq f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013, ma għandha tiġi stipulata l-ebda miżura tranżitorja. |
(18) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ċaħda ta' awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni tal-Bacillus toyonensis (NCIMB 14858T) bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali għall-bhejjem tal-ifrad tas-simna, għall-fniek tas-simna, għat-tiġieġ tas-simna, għall-qżieqeż (miftuma), għall-ħnieżer tas-simna, għall-ħanżiriet għat-tnissil u għall-għoġġiela għat-trobbija għandha tinċaħad.
Artikolu 2
Revoka tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali għall-użu għad-dundjani tas-simna u l-fenkiet għat-tnissil hija revokata.
Artikolu 3
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 256/2002
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 256/2002 u l-Anness III ta' dak ir-Regolament huma mħassra.
Artikolu 4
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1453/2004
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1453/2004, titħassar l-entrata E 1701, Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012.
Artikolu 5
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 255/2005
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 255/2005, titħassar l-entrata E 1701, Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012.
Artikolu 6
Emenda fir-Regolament (KE) Nru 1200/2005
Fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1200/2005, titħassar l-entrata E 1701, Bacillus cereus var. toyoi NCIMB 40112/CNCM I-1012.
Artikolu 7
It-Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 166/2008
Ir-Regolament (KE) Nru 166/2008 huwa mħassar.
Artikolu 8
It-Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 378/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 378/2009 huwa mħassar.
Artikolu 9
Tħassir tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 288/2013 huwa mħassar.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Awwissu 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta' Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f'għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 256/2002 tat-12 ta' Frar 2002 dwar l-awtorizzazzjoni provviżorja ta' addittivi ġodda, il-prolongazzjoni ta' awtorizzazzjoni provviżorja ta' addittiv u l-awtorizzazzjoni permanenti ta' addittiv fl-għalf (ĠU L 41, 13.2.2002, p. 6).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1453/2004 tas-16 ta' Awwissu 2004 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf tal-bhejjem (ĠU L 269, 17.8.2004, p. 3).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 255/2005 tal-15 ta' Frar 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf (ĠU L 45, 16.2.2005, p. 3).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 tas-26 ta' Lulju 2005 dwar l-awtorizzazzjoni permanenti ta' ċerti addittivi fl-għalf u l-awtorizzazzjoni provviżorja għal użu ġdid ta' addittiv li diġà huwa awtorizzat fl-għalf (ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 166/2008 tat-22 ta' Frar 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (Toyocerin) bħala addittiv tal-ikel (ĠU L 50, 23.2.2008, p. 11).
(8) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2009 tat-8 ta' Mejju 2009 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' użu ġdid tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi bħala addittiv mal-għalf għall-fenkiet għat-tnissil (detentur tal-awtorizzazzjoni Rubinum S.A.) (ĠU L 116, 9.5.2009, p. 3).
(9) EFSA Journal 2012; 10(10):2924.
(10) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 288/2013 tal-25 ta' Marzu 2013 dwar is-sospensjoni tal-awtorizzazzjonijiet tal-preparazzjoni ta' Bacillus cereus var. toyoi (NCIMB 40112/CNCM I-1012) kif previst mir-Regolamenti (KE) Nru 256/2002, (KE) Nru 1453/2004, (KE) Nru 255/2005, (KE) Nru 1200/2005, (KE) Nru 166/2008 u (KE) Nru 378/2009 (ĠU L 86, 26.3.2013, p. 15).
(11) EFSA Journal 2014; 12(7):3766.
(12) C(2015) 3409 final.