This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0384
Council Decision (EU) 2015/384 of 2 March 2015 on the conclusion, on behalf of the European Union, of a Sustainable Fisheries Partnership Agreement between the European Union and the Republic of Senegal and the Implementation Protocol thereto
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/384 tat- 2 ta' Marzu 2015 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/384 tat- 2 ta' Marzu 2015 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
ĠU L 65, 10/03/2015, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2015/384/oj
10.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2015/384
tat-2 ta' Marzu 2015
dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u tal-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a), it-tieni paragrafu u l-Artikolu 218(7) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
L-Unjoni u r-Repubblika tas-Senegal innegozjaw tehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”) għal perjodu ta' ħames snin u jiġġedded b'mod taċitu, kif ukoll Protokoll ta' Implimentazzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Protokoll”), li wkoll ikopri perjodu ta' ħames snin, biex tagħti opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni fl-ilmijiet li jaqgħu fis-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tar-Repubblika tas-Senegal f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd. |
(2) |
Dan il-Ftehim u dan il-Protokoll ġew iffirmati fl-20 ta' Novembru 2014 skont id-Deċiżjoni 2014/733/UE (1) u japplikaw fuq bażi provviżorja mid-data tal-iffirmar tagħhom. |
(3) |
Il-Ftehim u l-Protokoll għandhom jiġu approvati. |
(4) |
Il-Ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li jkun inkarigat mill-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dan il-Ftehim. Barra minn hekk, skont il-Protokoll, il-Kumitat Konġunt jista' japprova ċertu emendi tal-Protokoll. Sabiex tiġi ffaċilitata l-approvazzjoni ta' dawn l-emendi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tapprovahom permezz ta' proċedura ssimplifikata, b'ċertu kundizzjonijiet, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Senegal u l-Protokoll ta' Implimentazzjoni tiegħu b'dan huma approvati f'isem l-Unjoni (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jaġixxi, f'isem l-Unjoni, skont in-notifiki previsti fl-Artikolu 16 tal-Ftehim u fl-Artikolu 13 tal-Protokoll rispettivament.
Artikolu 3
Soġġett għad-dispożizzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tapprova, f'isem l-Unjoni, l-emendi għall-Protokoll fil-Kumitat Konġunt.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Marzu 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REIZNIECE-OZOLA
(1) ĠU L 304, 23.10.2014, p. 1.
(2) Il-Ftehim u l-Protokoll ġew ippubblikati fil-ĠU L 304, 23.10.2014, p. 3 flimkien mad-deċiżjoni dwar l-iffirmar tagħhom.
ANNESS
Ambitu tal-għoti tas-setgħa u l-proċedura għall-istabbiliment tal-pożizzjoni tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt
1. |
Il-Kummissjoni għandha tkun awtorizzata tinnegozja mar-Repubblika tas-Senegal u, fejn adatt u sakemm tkun konformi mal-paragrafu 3 ta' dan l-Anness, tapprova l-emendi tal-Protokoll fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:
|
2. |
Fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim, l-Unjoni għandha:
|
3. |
Meta jkun previst li tiġi adottata deċiżjoni dwar l-emendi tal-Protokoll imsemmija fil-punt 1 waqt laqgħa tal-Kumitat Konġunt, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li tittieħed f'isem l-Unjoni tkun tqis id-dejta tal-istatistika, bijoloġika u dwar aspetti oħra l-iktar riċenti mibgħuta lill-Kummissjoni. Għal dan il-għan u abbażi ta' din id-dejta, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jibagħtu lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu, biżżejjed żmien qabel il-laqgħa tal-Kumitat Konġunt rilevanti, dokument li jispjega fid-dettall l-elementi speċifiċi tal-pożizzjoni proposta tal-Unjoni, għall-analiżi u l-approvazzjoni tiegħu. F'dak li għandu x'jaqsam mal-kwistjonijiet imsemmija fil-punt 1(a), il-Kunsill għandu japprova l-pożizzjoni prevista tal-Unjoni b'maġġoranza kkwalifikata tal-voti. Fil-każijiet l-oħra, il-pożizzjoni prevista tal-Unjoni mogħtija fid-dokument ta' tħejjija għandha titqies li tkun ġiet approvata sakemm għadd ta' Stati Membri li jkun daqs minoranza li timblokka ma joġġezzjonax għaliha waqt laqgħa tal-korp preparatorju tal-Kunsill jew fi żmien għoxrin jum minn meta jasal id-dokument ta' tħejjija, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. F'każ li jkun hemm xi oġġezzjoni, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill. Jekk, matul laqgħat ulterjuri, inkluż dawk fuq il-post, ma jkunx jista' jintlaħaq qbil sabiex il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun tqis l-elementi l-ġodda, il-kwistjoni għandha tintbagħat lill-Kunsill jew lill-korpi preparatorji tiegħu. |
4. |
Il-Kummissjoni hija mistiedna tieħu l-miżuri kollha meħtieġa, meta jkun xieraq, biex tiżgura s-segwitu tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt, inkluż, fejn ikun xieraq, il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni rilevanti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-komunikazzjoni ta' kwalunkwe proposta meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' din id-deċiżjoni. |