Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0245

    2013/245/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-għajnuna mill-Istat C 40/2009 u C 43/2008 għar-ristrutturar ta’ WestLB AG (notifikata bid-dokument C(2011) 9395) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 148, 01/06/2013, p. 1–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2013/245/oj

    1.6.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 148/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-20 ta’ Diċembru 2011

    dwar l-għajnuna mill-Istat C 40/2009 u C 43/2008 għar-ristrutturar ta’ WestLB AG

    (notifikata bid-dokument C(2011) 9395)

    (Il-verżjoni Ġermaniża biss hija awtentika)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2013/245/UE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) (1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

    Wara li talbet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw il-kummenti tagħhom (2),

    Billi:

    I.   PROĊEDURA

    (1)

    Bid-Deċiżjoni tat-12 ta’ Mejju 2009 fil-każ C 43/2008 (3) (minn hawn ’il quddiem imsejħa "id-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009"), il-Kummissjoni approvat, taħt ċerti kundizzjonijiet, EUR 5 biljun bħala tarka tar-riskju għal WestLB AG (4) (minn hawn ’il quddiem imsejħa "WestLB"), il-Landesbank ta’ North Rhine-Westphalia, dwar portafoll ta’ titoli strutturati (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-portafoll Phoenix"), u li tirreferi għal pjan ta’ ristrutturar sottomess fit-30 ta’ April 2009 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-pjan ta’ ristrutturar ta’ April 2009").

    (2)

    Fit-23 ta’ Settembru 2009, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar għajnuna addizzjonali lil WestLB fil-forma ta’ tarka tar-riskju temporanja għal segmenti tal-portafoll Phoenix għal ammont ta’ EUR 6,4 biljun u impenjat ruħha biex tinnotifika pjan rivedut ta’ ristrutturar.

    (3)

    Bid-Deċiżjoni tas-7 ta’ Ottubru 2009 fil-każ N 531/2009 (5) il-Kummissjoni ddeċidiet li t-tarka tar-riskju temporanja kienet kompatibbli mas-suq intern bħala għajnuna ta’ salvataġġ.

    (4)

    Fl-10 ta’ Diċembru 2009, il-Ġermanja nnotifikat miżura ta’ appoġġ għal WestLB fil-forma ta’ trasferiment ta’ assi lill-istituzzjoni ġdida Abwicklungsanstalt Erste (minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-EAA"). Dik il-miżura minn issa ’l quddiem tissejjaħ "l-ewwel trasferiment ta’ assi". F’dan l-istadju, il-Ġermanja ppreżentat ukoll pjan ta’ ristrutturar immodifikat għal WestLB (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Diċembru 2009"). L-ewwel trasferiment ta’ assi ssostitwixxa l-miżura notifikata fit-23 ta’ Settembru 2009 u għamel id-Deċiżjoni tas-7 ta’ Ottubru 2009 superfluwa.

    (5)

    Bid-Deċiżjoni tat-22 ta’ Diċembru 2009 fil-każ C 40/2009 (6) (minn issa ’l quddiem imsejħa "id-Deċiżjoni ta’ Diċembru 2009"), il-Kummissjoni temporanjament approvat l-ewwel trasferiment ta’ assi għal perjodu ta’ sitt xhur minħabba raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja. Bl-istess Deċiżjoni, il-Kummissjoni tat bidu għal investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) minħabba dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ dik il-miżura mas-suq intern.

    (6)

    F’Diċembru 2009, il-Kummissjoni ħatret lil Société Générale, lil Bangert Research u lill-Professur Wim Schoutens bħala esperti sabiex jivvalutaw l-assi danneġġati li l-WestLB kien ittrasferixxa lill-EAA.

    (7)

    Fl-1 ta’ Frar 2010, il-Ġermanja ppreżentat ir-rimarki dwar il-motivazzjoni wara d-Deċiżjoni ta’ Diċembru 2009.

    (8)

    Bid-Deċiżjoni tat-22 ta’ Ġunju 2010, fil-każ N 249/2010 (7) (minn issa ’l quddiem imsejħa "d-Deċiżjoni ta’ Ġunju 2010"), il-Kummissjoni estendiet l-approvazzjoni temporanja tal-ewwel trasferiment ta’ assi minħabba raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja sakemm tittieħed id-deċiżjoni finali dwar l-ewwel trasferiment ta’ assi u l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Diċembru 2009.

    (9)

    Fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni pprovdiet lil Ġermanja rapport ta’ valutazzjoni ddettaljat dwar l-assi li kienu s-suġġett tal-ewwel trasferiment ta’ assi.

    (10)

    Fil-5 ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni addottat deċiżjoni li testendi l-proċedura ta’ investigazzjoni formali dwar l-ewwel trasferiment ta’ assi fil-każ C 40/2009 (8) (minn issa ’l quddiem imsejħa "d-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010"). Fid-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni esprimiet aktar dubji dwar il-kompatibbiltà tal-ewwel trasferiment ta’ assi mas-suq intern.

    (11)

    F’Novembru 2010, l-awtoritajiet Ġermaniżi ppreżentaw kummenti li kienu sarulhom żidiet fil-21 ta’ Diċembru 2010. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment minn partijiet interessati oħra.

    (12)

    Fil-21 ta’ Diċembru 2010, il-Kummissjoni ddeċidiet li tipposponi d-data li fiha l-Westdeutsche ImmobilienBank AG (9) (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "WestImmo") kellu jieqaf jikteb negozju ġdid (10).

    (13)

    Fil-15 ta’ Frar 2011, il-Ġermanja ppreżentat pjan ta’ ristrutturar immodifikat għal WestLB (minn issa ’l quddiem imsejjaħ "il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Frar 2011").

    (14)

    Fil-15 ta’ April 2011, il-Ġermanja ppreżentat lill-Kummissjoni rapport ta’ progress dwar it-trustee ta’ ċessjoni li kien ġie maħtur skont id-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009 u l-pjan ta’ ristrutturar ġdid għal WestLB (minn issa ’il quddiem imsejjaħ "il-pjan ta’ ristrutturar ġdid".

    (15)

    Fit-23 ta’ Ġunju 2011, id-dettalji kollha importanti dwar il-likwidazzjoni ta’ WestLB u l-qsim tal-piż bejn l-azzjonisti tiegħu kienu miftiehma bejn l-Aġenzija Federali tal-Ġermanja għall-Istabbilizzazzjoni tas-Suq Finanzjarju (minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-FMSA"), l-azzjonisti ta’ WestLB u l-EAA (il-ftehim minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "l-Eckpunktevereinbarung") (11).

    (16)

    Fit-30 ta’ Ġunju 2011, il-Ġermanja bagħtet verżjoni finali tal-pjan ta’ ristrutturar ġdid ibbażat fuq l-Eckpunktevereinbarung lill-Kummissjoni (dik il-verżjoni finali minn hawn ’il quddiem hija msejħa "il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011").

    (17)

    Fit-28 ta’ Ottubru 2011, il-Ġermanja talbet lill-Kummissjoni biex tiddeferixxi sad-29 ta’ Frar 2012 l-obbligu ta’ WestLB li tieqaf minn negozju ġdid, minħabba li d-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009 teħtieġ li WestLB tieqaf minn negozju ġdid mill-1 ta’ Jannar 2012. Dik it-talba tressqet fuq bażi ta’ protezzjoni, f’każ li d-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009 ma tiġix sostitwita minn deċiżjoni ġdida sal-1 ta’ Jannar 2012.

    (18)

    Fit-28 ta’ Ottubru 2011, il-Ġermanja ressqet informazzjoni dettaljata dwar miżura ta’ għajnuna ulterjuri mill-istat għal WestLB, fil-forma ta’ tieni trasferiment ta’ assi lill-EAA (minn hawn ’il quddiem dik il-miżura hija msejħa "riforniment").

    (19)

    Fil-21 ta’ Novembru 2011, il-Ġermanja ppreżentat informazzjoni aġġornata dwar il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011.

    (20)

    Fl-1 ta’ Diċembru 2011, il-Ġermanja ppreżentat informazzjoni dwar l-ammont ta’ assistenza ta’ likwidità temporanja għal żmien li jista’ jingħata lil WestLB sat-30 ta’ Ġunju 2012.

    (21)

    Fit-8 ta’ Diċembru 2011, il-Ġermanja ppreżentat katalgu finali ta’ impenji lill-Kummissjoni.

    (22)

    Fit-13 ta’ Diċembru 2011, il-Ġermanja kkonfermat l-akkwiżizzjoni maħsuba ta’ entità msejħa Verbundbank, li se tkun maqtugħa mill-WestLB fil-kuntest tar-ristrutturar ta’ din tal-aħħar, minn Helaba Landesbank Hessen-Thüringen (minn hawn ’il quddiem imsejħa "Helaba").

    II.   FATTI

    1.   IL-BENEFIĊJARJU

    (23)

    Il-benefiċjarju huwa WestLB. WestLB hija l-Landesbank ta’ North Rhine-Westphalia li għandu l-uffiċċji reġistrati f’Düsseldorf. L-azzjonisti tagħha huma l-Assoċjazzjoni tal-Banek tat-Tfaddil ta’ Westphalia-Lippe (minn hawn ’il quddiem imsejħa "SVWL"), il-Banek tat-Tfaddil u l-Assoċjazzjoni Giro ta’ Rhineland (minn hawn ’il quddiem imsejħa "RSGV"; SVWL u RSGV huma kollettivament imsejħa "l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil"), il-Land ta’ North Rhine-Westphalia (minn hawn ’il quddiem imsejħa "NRW") u ż-żewġ assoċjazzjonijiet reġjonali ta’ Rhineland (minn hawn ’il quddiem imsejħa "LVR") u Westphalia-Lippe (minn hawn ’il quddiem imsejħa "LWL"). Is-Sonderfonds Finanzmarkstabilisierung (minn hawn ’il quddiem imsejħa "SoFFin"), li hija amministrata mill-FMSA, kellha parteċipazzjoni silenzjuża f’WestLB AG.

    (24)

    L-informazzjoni finanzjarja prinċipali ta’ WestLB hija miġbura fit-tabella li ġejja:

    Tabella 1

    L-informazzjoni finanzjarja prinċipali ta’ WestLB

     

    31.12.2008

    31.12.2009

    31.12.2010

    30.6.2011

    Figuri tal-Karta tal-Bilanċ (EUR biljun)

    Assi totali

    288,1

    242,3

    191,5

    160,4

    Ekwità

    3,8

    3,7

    4,1

    4,2

    Proporzjonijiet ta’ Kapital Regolatorji tal-Bank (SolvV)

    Kapital tal-Grad 1 f’EUR biljun

    5,7

    5,3

    5,5

    4,9

    Il-fondi proprji f’EUR biljun

    8,9

    7,6

    7,7

    7,3

    Assi peżati għar-riskju f’EUR biljun

    88,5

    83,0

    48,6

    45,4

    Proporzjoni tal-kapital tal-Grad 1 f’%

    6,4

    6,4

    11,4

    10,7

    Proporzjon totali f’%

    10,1

    9,1

    15,9

    16,0

    Impjegati

    L-għadd ta’ impjegati

    5 957

    5 214

    4 712

    4 622

    Impjegati full-time

    5 663

    4 971

    4 473

    4 376

    (25)

    WestLB isservi bħala l-istituzzjoni ċentrali għall-banek tat-tfaddil u bħala l-konnessjoni mas-swieq finanzjarji għall-banek tat-tfaddil li joperaw fil-livell reġjonali f’NRW u Brandenburg. Il-bank joffri firxa wiesgħa ta’ prodotti u servizzi, inkluż self, finanzi strutturati personalizzati, negozju fis-swieq tal-kapital, ġestjoni tal-assi, u servizzi ta’ tranżazzjoni lill-klijenti Ġermaniżi u dawk internazzjonali tiegħu li jinkludu korporazzjonijiet, kif ukoll klijenti istituzzjonali u mis-settur pubbliku.

    (26)

    L-attenzjoni tal-attivitajiet kummerċjali ta’ WestLB inbidlet tul is-snin. Filwaqt li inizjalment kienet limitata għall-funzjoni tagħha ta’ istituzzjoni ġiro ċentrali għall-banek tat-tfaddil, WestLB aktar u aktar inbidlet f’bank tal-investiment. Mill-2001, meta l-attivitajiet tagħha ta’ missjoni pubblika kienu separati minn dawk kummerċjali ekonomiċi, WestLB kienet ilha għaddeja minn ristrutturar (12).

    (27)

    Aktar reċentement, investimenti kbar f’titoli strutturati, parzjalment imdaħħla f’entitajiet bi skop speċjali li ma kinux ġew konsolidati qabel l-2007, ikkawżaw telf sinifikanti u rriżultaw f’rekwiżiti kapitali dejjem jogħlew, minkejja r-rilassament ta’ standards ta’ kontabilità li ġie adottat bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja. Għalhekk, il-Ġermanja u l-azzjonisti ta’ WestLB koprew b’garanzija t-tarka ta’ riskju fuq il-portafoll Phoenix fl-2008 (13) u f’Novembru 2009 qablu dwar it-twaqqif ta’ bank ħażin, il-EAA, li fih ġew trasferiti l-ammont nominali ta’ madwar EUR 77,5 biljun ta’ assi u kapital ta’ madwar EUR 3 biljun.

    2.   IL-MIŻURI TA’ GĦAJNUNA

    a.   L-EWWEL SETT TA’ MIŻURI – IT-TARKA TA’ RISKJU TAL-PORTAFOLL PHOENIX

    (28)

    Fl-2008, WestLB ittrasferixxiet portafoll ta’ titoli strutturati għal entità bi skop speċjali ("SPV") imsejħa Phoenix Light, kumpanija b’responsabbiltà limitata stabbilita skont il-liġi Irlandiża, bid-delimitazzjoni ta’ titoli (14) li għandhom volum nominali totali ta’ madwar EUR 23 biljun meħudin mill-karta tal-bilanċ ta’ WestLB. L-SPV kienet assigurata minn garanziji tal-azzjonisti ta’ WestLB li ġew mogħtija fit-8 ta’ Frar 2008 biex ikopru inadempjenzi attwali ta’ pagamenti sa EUR 5 biljun (minn hawn ’il quddiem imsejħa "it-tarka tar-riskju fuq il-portafoll Phoenix") u li kienu approvati mid-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009 (15). It-tarka tar-riskju kienet tikkonsisti minn żewġ garanziji separati:

    garanzija li tkopri l-pretensjonijiet kontra Phoenix Light sa EUR 2 biljun, li għalihom l-azzjonisti ta’ WestLB huma responsabbli skont il-proporzjon tal-ishma rispettivi tagħhom,

    u garanzija subordinata maħruġa minn NWR, li tkopri pretensjonijiet ulterjuri kontra Phoenix Light sa EUR 3 biljun.

    b.   IT-TIENI SETT TA’ MIŻURI – L-EWWEL TRASFERIMENT TA’ ASSI LILL-EAA

    (29)

    Fl-24 ta’ Novembru 2009, il-Ġermanja u l-azzjonisti ta’ WestLB qablu dwar id-dettalji tat-twaqqif ta’ bank ħażin imsejjaħ Erste Abwicklungsanstalt taħt il-liġi Ġermaniża dwar il-Fond għall-Istabbilizzazzjoni tas-Swieq Finanzjarji (Finanzmarktstabilisierungsfondsgesetz - "FMStFG") sabiex jiddelimitaw portafoll ta’ pożizzjonijiet ta’ riskju u l-unitajiet tan-negozju mhux strateġiċi. L-azzjonisti ta’ WestLB iltaqgħu u approvaw formalment il-ftehimiet kuntrattwali meħtieġa fil-11 ta’ Diċembru 2009.

    (30)

    Il-miżura tal-ewwel trasferiment ta’ assi (16) kienet magħmula minn injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 3 biljun, garanziji ulterjuri mill-azzjonisti ta’ WestLB u trasferiment ta’ assi li kellu jsir l-aktar permezz ta’ segregazzjoni ta’ assi. Barra minn hekk, it-tarka tar-riskju fuq il-portafoll Phoenix ta’ EUR 5 biljun ma kienx itterminat iżda ġie ttrasferit għall-EAA. Li kieku t-tarka tar-riskju ma kinitx ġiet ittrasferita, l-EAA kien ikollha bżonn EUR 5 biljun ta’ kapital addizzjonali sabiex tkun tista’ tieħu l-portafoll Phoenix.

    i)    L-injezzjoni tal-kapital ta’ SoFFin f’WestLB

    (31)

    It-twaqqif tal-EAA kellu jiġi preċedut minn injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 3 biljun minn SoFFin f’WestLB (minn hawn ’il quddiem imsejħa "l-injezzjoni tal-kapital"). Dik l-injezzjoni ta’ kapital kienet saret fi tliet pagamenti parzjali, fit-23 ta’ Diċembru 2009 (EUR 672 miljun), fl-4 ta’ Jannar 2010 (EUR 1,5 biljun) u fit-30 ta’ April 2010 (EUR 828 miljun). Il-kapital kien ipprovdut fil-forma ta’ parteċipazzjoni silenzjuża li ma tridx tiġi mħallsa, bl-għażla li tkun konvertibbli f’ishma ordinarji wara l-1 Lulju 2010. Skont it-termini miftiehma, SoFFin ma tistax issir azzjonist maġġoritarju tal-kumpanija.

    (32)

    It-termini kuntrattwali tal-parteċipazzjoni silenzjuża jipprovdu għal remunerazzjoni ta’ 10 % fis-sena jekk WestLB tagħmel profitt suffiċjenti fi tmiem is-sena skont l-HGB (17). Fil-każ ta’ telf fi tmiem is-sena, madanakollu, ma titħallas l-ebda remunerazzjoni u l-parteċipazzjoni silenzjuża tipparteċipa pari passu mat-telf. Minn mindu kienet injettata l-parteċipazzjoni silenzjuża, WestLB jew għamlet it-telf (fl-2009) jew ma ħalliet l-ebda profitt fi tmiem is-sena (fl-2010) skont l-HGB. Bħala riżultat, sal-lum ma tħallset l-ebda remunerazzjoni u l-parteċipazzjoni silenzjuża pparteċipat fit-telf b’madwar EUR 1 miljun.

    ii)    Il-garanziji mill-azzjonisti

    (33)

    It-twaqqif tal-EAA jinvolvi garanzija mill-azzjonisti ta’ WestLB li tkopri aktar telf magħmul mill-assi trasferiti. Fil-fatt, kull telf mill-EAA li jmur lil hinn mill-kapital trasferit għandu, skont il-FMStFG, ikun kopert mill-azzjonisti ta’ WestLB u l-FMSA.

    (34)

    Għal dak il-għan l-azzjonisti ta’ WestLB ipprovdew garanzija espliċita fl-ammont totali ta’ EUR 1 biljun, maqsum bejn l-NRW (EUR 482 miljun), l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil (EUR 501 miljun), u l-LVR u l-LWL (EUR 17-il miljun). Barra minn hekk, fir-rigward ta’ kwalunkwe kopertura ta’ telf addizzjonali, l-azzjonisti ta’ WestLB qablu li jillimitaw l-obbligu ta’ RSGV u WLSGV għal aktar kumpens ta’ telf għal ammont ta’ EUR 4 biljun. Meta tiġi kkunsidrata l-garanzija ta’ EUR 501 miljun mogħtija mill-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil, il-parteċipazzjoni ta’ telf massimu ta’ RSGV u WLSGV għalhekk huwa limitat għal EUR 4,5 biljun. Sabiex jiġbru EUR 4 biljun, l-RSGV u l-WLSGV għandhom permess jibnu riżervi adegwati għal dan l-obbligu fuq perjodu ta’ 25 sena. Kwalunkwe telf li jeċċedi kemm l-ekwità tal-EAA u l-garanziji mogħtija se jitħallas mill-FMSA u l-NRW (18).

    iii)    L-ewwel trasferimenti ta’ assi

    (35)

    It-trasferiment ta’ assi tossiċi u mhux strateġiċi (u l-obbligazzjonijiet) sar f’żewġ stadji. Fl-ewwel stadju, titoli (b’mod partikolari noti intermedji u titoli oħra strutturati) b’valur totali skont il-kotba ta’ madwar EUR 6,2 biljun u l-obbligazzjonijiet b’valur skont il-kotba ta’ madwar EUR 5,5 biljun kienu trasferiti (19) lill-EAA bħala segregazzjoni ta’ assi li ġiet irreġistrata fir-reġistru kummerċjali fit-23 ta’ Diċembru 2009. Fit-tieni stadju, il-bqija tal-portafoll delimitat kien segregat jew sintetikament trasferit lill-EAA fit-30 ta’ April 2010 (20).

    (36)

    It-tranżazzjoni kienet strutturata b’tali mod li WestLB ibbenefikat minn effetti retroattivi tat-trasferiment. Il-valuri skont il-kotba tat-titoli trasferiti fit-23 ta’ Diċembru 2009 kienu determinati abbażi tad-data tas-segregazzjoni effettiva tal-31 ta’ Diċembru 2008/l-1 ta’ Jannar 2009, filwaqt li l-valuri skont il-kotba tal-bqija tal-portafoll trasferit fit-30 ta’ April 2010 kienu determinati abbażi tad-data tas-segregazzjoni effettiva tal-31 ta’ Diċembru 2009/l-1 ta’ Jannar 2010.

    (37)

    Il-portafoll ikopri assi b’ammont nozzjonali ta’ EUR 77 biljun (il-valur skont il-kotba fil-31 ta’ Diċembru 2009 ta’ EUR 68,117 biljun (21)), li fih firxa wiesgħa ta’ prodotti ta’ self, plain vanilla bonds (22), titoli strutturati u derivattivi. Il-portafoll jinkludi wkoll obbligazzjonijiet diġà eżistenti fl-ammont ta’ EUR 22,1 biljun (valur skont il-kotba skont il-“Spaltungsvertrag”). Tliet tipi prinċipali ta’ assi ġew trasferiti lill-EAA:

    il-"portafoll tat-titoli strutturati", li fih il-portafoll "Phoenix" ta’ EUR 22,9 biljun, il-portafoll tas-segmenti il-"European Super Senior" ta’ EUR 2,8 biljun u EUR 3,4 biljun ta’ titoli oħra bbażati fuq l-assi (minn hawn ’il quddiem imsejħa “ABS”);

    il-"portafoll tat-titoli", li fih EUR 17,7 biljun ta’ bonds, li wħud minnhom huma ħħeġġjati minn swaps ta’ inadempjenza tal-kreditu (CDS) fl-hekk imsejħin "negozji fuq bażi negattiva" (23);

    il-"portafoll ta’ self" ta’ self u impenji ta’ self (impenn inviżibbli) b’ammont nozzjonali totali ta’ madwar EUR 30,6 biljun li ntirtu minn diversi attivitajiet u fergħat ta’ WestLB

    Barra minn hekk, l-assi kienu parzjalment skambjati (rata ta’ imgħax u/jew swaps ta’ muniti li jkunu mehmuża mas-sigurtà jew mas-self) u xi pożizzjonijiet diretti tas-CDS ġew trasferiti, u jikkostitwixxu l-parti derivattiva tal-portafoll.

    (38)

    Filwaqt li xi wħud mill-assi, l-emittenti tagħhom, il-kontropartijiet jew is-sottoswieq jistgħu jiġu kategorizzati bħala danneġġati, għal porzjon sinifikanti dan ma kienx il-każ. Il-Ġermanja kklassifikat EUR 4,2 biljun (madwar 6 % tal-assi kollha) bħala "likwidu", li jimplika li jappartjenu għal swieq li mhumiex danneġġati (24).

    (39)

    Fil-bidu tagħha, il-kapital tal-EAA kien jikkonsisti minn assi netti li jammontaw għal EUR 3,267 biljun. Dawk l-assi kienu magħmulin minn EUR 3 biljun kapital u EUR 267 miljun minn passiv intern li ġej minn noti marbuta ma’ kreditu (CLNs) fi ħdan il-portafoll ta’ segmenti tal-European Super Senior.

    (40)

    Fir-rigward tal-ġestjoni tal-assi, l-EAA iffirmat ftehima ta’ servizz ma’ WestLB għal perjodu ta’ tliet snin. Taħt dik il-ftehima WestLB tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni tal-portafoll lill-EAA li l-għan ewlieni tagħha huwa li matul iż-żmien tillikwida l-portafoll sħiħ u jiġu mminimizzati r-riskji. Fil-bidu, WestLB aġixxiet bħala kontraparti esklussiva għall-EAA għal skopijiet ta’ finanzjament u derivattivi.

    iv)    Valutazzjoni ta’ assi

    (41)

    Il-Ġermanja vvalutat iż-żewġ partijiet tal-portafoll delimitat, l-ewwel parti bit-30 ta’ Settembru 2009 bħala data ta’ referenza u t-tieni parti bil-31 ta’ Marzu 2010 bħala data ta’ referenza (għal ħarsa ġenerali ara t-Tabella 2). Il-Ġermanja ddikjarat li l-valur ekonomiku reali (minn hawn ’il quddiem "REV") tal-portafolli magħquda kien ta’ EUR 62,727 biljun, li huwa EUR 5,389 biljun inqas mill-valuri magħquda tagħhom skont il-kotba (25). Dak il-kalkolu ġie kkonfermat kemm minn Blackrock (26) kif ikoll mid-Deutsche Bundesbank (27) li huwa konservattiv biżżejjed. Għall-kwantifikazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna mill-Istat involut, il-Ġermanja naqqset min-nuqqas tar-REV (EUR 5,389 biljun) il-kapitalizzazzjoni inizjali tal-EAA (28) (EUR 3,267 biljun, dak l-ammont ikun id-differenza bejn il-valuri skont il-kotba tal-assi u l-obbligazzjonijiet) u b’hekk waslet għall-ammont ta’ EUR 2,123 biljun bħala d-differenza netta bejn il-valur tat-trasferiment u r-REV.

    (42)

    Bħall-Ġermanja, il-Kummissjoni ffukat fuq id-differenza netta bejn valuri ta’ trasferiment u REVs ta’ assi u obbligazzjonijiet trasferiti (minn hawn ’il quddiem imsejħa t-"transfer delta") għall-kalkolu tagħha tal-ammont ta’ għajnuna mill-istat involut.

    (43)

    Il-Kummissjoni rrevediet il-valutazzjoni mressqa mill-Ġermanja, bl-użu ta’ esperti esterni, jiġifieri Société Générale, Bangert Research u l-Professur Wim Schoutens. Ir-riżultat ta’ dik ir-reviżjoni, li huwa deskritta fid-dettall fid-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010 (29), wassal għall-konklużjoni li, meta tiġi addottata opinjoni prudenti, it-transfer delta huwa ta’ EUR 1,606 biljun ogħla minn dak iddikjarat mill-Ġermanja (EUR 5,389 biljun). Fi kliem ieħor, ir-REV huwa EUR 6,949 biljun taħt il-valur tat-trasferiment (30). L-esperti sabu, prinċipalment fil-livell tas-subportafolli, differenzi fil-valutazzjoni tar-REV ta’ wħud mill-bonds (għall-portafoll sħiħ tat-titoli ta’ madwar EUR 600 miljun) minħabba valutazzjoni diverġenti dwar l-indeboliment ta’ dawk is-swieq. Pereżempju, kuntrarjament għal WestLB, l-esperti kkunsidraw diversi swieq tal-vanilla bonds bħala swieq li jiffunzjonaw biex il-valur tas-suq ikun meqjus bħala r-REV. It-tieni nett, differenzi nstabu fir-rigward tas-self li WestLB kienet ittrasferixxiet (fil-portafoll tas-self kollu ta’ EUR 1 biljun), abbażi ta’ diskrepanzi serji fil-valutazzjoni tat-telf fil-każ ta’ inadempjenza (LGD) tagħha. Differenzi kbar instabu wkoll f’ċerti subkategoriji tal-portafoll tat-titoli strutturati iżda l-effett nett tagħhom deher li kien ibbilanċjat.

    (44)

    Il-Ġermanja ppreżentat ukoll fatturi u argumenti mitiganti potenzjali li juru li t-transfer delta kien inqas minn żero.

    It-Tabella li jmiss, li hija meħuda mid-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010, turi r-riżultati fil-qosor maqsumin skont is-subportafoll.

    Tabella 2

    Riżultati dwar l-ewwel trasferiment ta’ assi kif indikat fid-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010

     

    Pożizzjoni tal-Ġermanja

     

    Pożizzjoni tal-Kummissjoni

    Portafoll ta' Assi li qed ji[u ttrasferiti

    Valur tal-Ktieb Diċ (TV)

    WestLB Dec REV "dedott"

    WestLB Dec REV - TV "dedott"

    Stima Espert tal-UE Diċ

    Stima espert tal-UE REV-TV EU Diċ

    Portafoll ta' Titoli Strutturati

    Phoenix

    22 764

    20 323

    (2 441 )

    19 786

    (2 978 )

    European Super Seniors

    2 918

    1 751

    (1 167 )

    2 276

    (642)

    ABS oħra

    3 188

    3 182

    (6)

    3 178

    (10)

    Portafoll ta' Titoli

    Bonds

    16 501

    16 323

    (178)

    15 762

    (739)

    Portafoll Banque D'Orsay

    2 749

    2 733

    (16)

    2 770

    21

    CDS u Derivatttivi

    (65)

    (45)

    20

    (102)

    (37)

    Prodotti ta' Self

    Pożizzjonijiet meħuda

    20 061

    18 666

    (1 395 )

    17 807

    (2 254 )

    Impenji mhux meħuda

    (205)

    (205)

    (310)

    (310)

    Total

    68 116

    62 727

    (5 389 )

    61 167

    (6 949 )

    Sors

    22.Feb.10

    8.Jul.10

    8.Jul.10

    23.Sep.10

    23.Sep.10

    Fatturi ta' mitigazzjoni

     

     

     

    Kapital tal-EAA (differenza bejn il-valuri ta' trasferiment ta' assi u passivi)

    3 267

     

    3 267

    Trasferiment ta' Passivi Konswetudinarji

    882

     

    mhux applikabbli

    Likwidità futura tal-portafoll ittrasferit

    880

     

    mhux applikabbli

    Trasferiment ta' Credit Linked Notes

    268

     

    268

    Aġġustament għal linji allokati mhux meħuda

    205

     

    mhux applikabbli

    Aġġustament għal skontijiet fuq telf mistenni

    75

     

    mhux applikabbli

    Total "Transfer Delta" = Prezz tat-Trasferimente - REV - Mitigazzjoni

    – 188

     

    3 414

    c.   IT-TIELET SETT TA’ MIŻURI – IL-MIŻURI TA’ LIKWIDAZZJONI

    (45)

    Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 jistabbilixxi likwidazzjoni ordinata ta’ WestLB, li għaliha se jkunu meħtieġa numru ta’ miżuri addizzjonali ta’ appoġġ. Il-Ġermanja tipprevedi t-trasferiment tal-assi u l-obbligazzjonijiet li jifdal ta’ WestLB għall-EAA; is-sostituzzjoni ta’ kapital, is-suppożizzjoni tal-ispejjeż operattivi u l-ispejjeż tal-likwidazzjoni għal WestLB jew is-suċċessur imsemmi tiegħu (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-bank tal-SPM") skont il-każ; u miżuri xierqa biex tiġi żgurata l-likwidità matul il-fażi ta’ trasformazzjoni.

    i)    It-tieni trasferiment ta’ assi għall-EAA

    (46)

    Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 jipprovdi għal trasferiment addizzjonali ta’ dak li jifdal mill-assi u l-obbligazzjonijiet kollha, inklużi prodotti u derivattivi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ u li jġorru r-riskji, minn WestLB għall-EAA (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ it-"tieni trasferiment ta’ assi"). Dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ WestLB li la ġew mibjugħa lil partijiet terzi u lanqas saru parti mill-Verbundbank se jgħaddu għand l-EAA sat-30 ta’ Ġunju 2012. (31) Wara t-trasferiment WestLB ma tibqax iżżomm l-assi bankarji għar-riskju proprju tagħha (ħlief għal investimenti relatati mal-ekwità tal-bank tal-SPM.

    (47)

    Il-portafoll ġenerali ġie diskuss mal-Kummissjoni u wara ġie ppreżentat mill-Ġermanja fuq il-bażi ta’ figuri dettaljati, li jistgħu jiġu mqassra hekk kif ġej:

    Tabella 3

    Riżultati dwar it-tieni trasferiment ta’ assi (biljun EUR)

    Portafoll (32)

    Il-valur skont il-ktieb HGB

    Valur tas-suq tal-portafoll

    Differenza

    Assi

    [120-150] (*)

    [120-150]

    [0,8-1,3]

    Obbligazzjonijiet

    [120-150]

    [120-150]

    [0,2-0,5]

    Total

     

     

    [1,0-1,8]

    (48)

    Fir-rigward tal-valuri tas-suq tal-assi u l-obbligazzjonijiet li se jikunu s-suġġett tat-tieni trasferiment tal-assi lill-EAA, il-Ġermanja stqarret li l-valuri tas-suq rispettiv tagħhom, jekk valutati fuq bażi individwali, huma ogħla minn dawk indikati fit-Tabella 3. Il-Ġermanja, b’mod partikolari, stabbilixxiet li l-valuri tas-suq individwali tal-assi kienu jlaħħqu sa EUR [120-150] biljun, u dawk tal-obbligazzjonijiet sa EUR [120-150] biljun. Il-Ġermanja targumenta li l-portafoll li fadal ta’ WestLB diġà tnaddaf permezz tal-ewwel trasferiment ta’ assi u fih biss assi li huma pprezzati fuq valuri li jistgħu jiġu rkuprati. B’mod partikolari, il-Ġermanja kkonfermat li l-portafoll fih biss titoli u derivattivi li kienu pprezzati għal valuri tas-suq rispettiv tagħhom jew self u strumenti finanzjarji oħra li għalihom ma jeżisti l-ebda suq stabbilit u li għalhekk kienu pprezzati fuq metodu ta’ Fluss Skontat ta’ Flus. Il-portafoll fih biss ammont limitat ħafna ta’ assi (inqas minn EUR 1 biljun) li jikklassifika bħala finanzjament pubbliku internazzjonali jew sovranitajiet internazzjonali.

    (49)

    Madanakollu, wara diskussjoni mal-Kummissjoni, il-Ġermanja ssottomettiet li għal xi partijiet mill-portafoll, jiġifieri l-portafoll tas-self u assi simili mhux likwidi ta’ madwar EUR [40-70] biljun, effett ta’ portafoll għandu jiġi kkunsidrat, fid-dawl tal-daqs enormi tal-portafoll ġenerali. Li kieku WestLB attwalment kellha tbigħ il-portafoll kollu fis-suq qabel it-30 ta’ Ġunju 2012, il-provvista eċċessiva kienet twaqqa’ l-valuri tas-suq individwali. F’dak il-każ, skont l-informazzjoni riċevuta, il-Ġermanja sostniet li l-valuri tas-suq tal-portafoll għandhom ikunu kkalkulati billi jitnaqqsu l-valuri tas-suq individwali minn [2-5]%.

    (50)

    Skont il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011, it-tieni trasferiment ta’ assi lill-EAA jista’ jinkludi l-assi minn WestImmo, li se jittrasferixxi l-assi lill-EAA sabiex itejjeb il-potenzjal tal-bejgħ tiegħu stess. WestImmo se jkompli l-kummerċ biss li huwa eliġibbli għal bonds koperti Ġermaniżi (Pfandbriefe) taħt l-isem "Pfandbriefbank" (li huwa titolu ta’ ħidma preliminari). Sabiex jiġi implimentat dak il-kunċett, parti kbira mill-assi u obbligazzjonijiet ta’ WestImmo jistgħu jittieħdu u jiġu trasferiti lill-EAA fl-ewwel nofs tal-2012. Il-carve-out portfolio se jammonta għal madwar EUR [5-10] biljun, inkluż – fil-livell ta’ subportafoll - portafoll tal-proprjetà immobbli kummerċjali mhux garantit, portafoll bl-assi fil-Ġappun, u portafoll ta’ bonds u ta’ self b’ipoteka bl-imnut ta’ EUR [2-4] biljun li diġà ġie trasferit lill-EAA sintetikament fil-kuntest tal-ewwel trasferiment u attwalment qiegħed jintuża bħala kollateral fil-grupp ta’ bonds koperti. Wara t-trasferiment, WestImmo se jkun bank ħafna iżgħar b’assi ta’ madwar EUR [16-23] biljun fil-bidu. Jekk WestImmo ma jkunx jista’ jinbiegħ sat-30 ta’ Ġunju 2012 l-assi li jifdal ukoll jiġu trasferiti lill-EAA. Għaldaqstant huma jridu jiġu kkunsidrati flimkien mal-ammont identifikat fil-premessa (49).

    (51)

    B’mod aktar dettaljat, il-carve-out portfolio li ġie diskuss mal-Kummissjoni u li wara ġie ppreżentat mill-Ġermanja fuq il-bażi ta’ figuri dettaljati, jista’ jiġi mqassar hekk kif ġej:

    Tabella 4

    Valutazzjoni ta’ assi ta’ WestImmo tal-carve-out portfolio (biljun EUR)

    Portafoll

    Il-valur skont il-ktieb HGB

    Valuri tas-suq

    Differenza

    Proprjetà Immobbli Internazzjonali

    [3,5-4,0]

    [3,0-4,0]

    [0,1-0,4]

    Proprjetà Immobbli Ġermaniża

    [1,1-1,6]

    [1,1-1,6]

    [0,01-0,05]

    Portafoll FI

    [0,7-1,3]

    [0,5-1,25]

    [0,1-0,3]

    Total

    [5,3-6,9]

    [4,6-6,85]

    [[0,3-0,8]

    (52)

    Il-Ġermanja ppreżentat spjegazzjoni dettaljata għala l-valutazzjoni tal-assi fil-carve-out portfolio ta’ West Immo għandha tiġi kkunsidrata bħala suffiċjentement prudenti. Hija ddikjarat li 1) madwar terz tal-portafoll jikkonsisti minn pożizzjonijiet fuq perjodu qasir; 2) l-istruttura bażi tal-kollaterali hija solida; u 3) il-valutazzjoni kollaterali kienet riċenti.

    (53)

    Barra minn hekk, WestLB bi ħsiebha tbiegħ il-WestImmo Pfandbriefbank qabel it-30 ta’ Ġunju 2012. Madanakollu, jekk dak il-bejgħ propost ma jseħħx, l-assi u l-obbligazzjonijiet kompleti ta’ WestImmo jeħtieġ li jkunu trasferiti lill-EAA. Il-valur stmat skont il-kotba aġġustat għar-riskju (inkluż il-carve-out portfolio) huwa ta’ EUR [20-26] biljun sa Ġunju 2011. Il-portafoll jikkonsisti l-aktar minn proprjetà immobbli kummerċjali u ipoteki bl-imnut. Il-Ġermanja ssostni li partijiet kbar tal-portafoll inizjali diġà kienu koperti mill-proċedura ta’ għażla għall-ewwel trasferiment ta’ assi sabiex il-parti li fadal tkun nadifa u għalhekk ikollha valur tas-suq ugwali għall-valur skont il-kotba. Barra minn hekk, il-portafoll ta’ proprjetà immobbli kummerċjali huwa prinċipalment użat għall-ħruġ ta’ bonds koperti u għalhekk għandu valur tas-suq li huwa biżżejjed biex jaqbel mal-valur tat-trasferiment.

    (54)

    Fl-aħħar nett, il-Ġermanja ssostni li għat-trasferiment tal-assi ta’ WestImmo u t-tieni trasferiment ta’ assi minn WestLB, il-REV tagħhom għandu jkun ugwali għall-valuri tagħhom ta’ trasferiment.

    ii)    L-istrument kapitali addizzjonali għall-bank tal-SPM

    (55)

    Skont il-Eckpunktevereinbarung, l-NRW se jieħu kontroll totali u r-responsabbiltà għal WestLB mit-30 ta’ Ġunju 2012. Minħabba li WestLB se tħallas lura lil SoFFin EUR 1 biljun tal-parteċipazzjoni silenzjuża ta’ SoFFin f’WestLB waqt ir-ristrutturar, dik il-parti mill-kapital jeħtieġ li tiġi ssostitwita. L-NRW timpenja ruħha li tipprovdi strument kapitali addizzjonali li huwa konformi mal-Eckpunktevereinbarung  (33) fl-ammont ta’ EUR 1 biljun għal dak il-għan (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "l-istrument kapital addizzjonali għall-bank tal-SPM").

    iii)    Suppożizzjoni ta’ spejjeż operattivi oħra u spejjeż ta’ likwidazzjoni tal-bank tal-SPM

    (56)

    Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 jistabbilixxi żewġ każijiet differenti ta’ negozju għal WestLB/bank tal-SPM, wieħed għal xenarju li huwa deskritt bħala każ ta’ bażi, l-ieħor għal xenarju li huwa deskritt bħala każ ħażin. Il-każ ta’ bażi jagħmel stima li t-telf globali għall-operazzjoni u likwidazzjoni tal-bank tal-SPM fuq perjodu ta’ ħames snin (Transformationskosten), inkluża s-suppożizzjoni ta’ obbligazzjonijiet tal-pensjoni, se jammonta għal EUR [3-6] biljun. Il-każ ħażin, li huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet differenti rigward it-tnaqqis tal-persunal, l-ammont ta’ deprezzament meħtieġa fuq il-bini u l-investimenti tal-IT, l-obbligazzjonijiet tal-pensjoni, u spejjeż oħra ta’ ħruġ, jagħmel stima li t-telf totali matul il-perjodu ta’ ħames snin se jammonta għal EUR [4-7] biljun. L-NRW tieħu kontroll assolut u responsabbiltà għal WestLB. Kemm il-każ ta’ bażi kif ukoll il-każ ħażin jimplikaw li l-istrument tal-kapital ta’ EUR 1 biljun ipprovdut mill-NRW se jiġi kkunsmat. Fix-xenarju ta’ każ ħażin, l-NRW ikollha tipprovdi fondi addizzjonali, b’konformità mal-Eckpunktevereinbarung.

    iv)    Impenn għal appoġġ ta’ likwidità waqt il-perjodu ta’ ristrutturar

    (57)

    Il-pjanijiet ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 jistabbilixxu wkoll li l-likwidità attwali għandha tinżamm matul il-perjodu tar-ristrutturar mill-banek tat-tfaddil, l-NRW u l-EAA. Jekk appoġġ ta’ likwidità addizzjonali jkun meħtieġ matul il-perjodu ta’ ristrutturar sat-30 ta’ Ġunju 2012, WestLB, l-azzjonisti tagħha, u l-EAA, b’mod konformi mal-Eckpunktevereinbarung, se jaqblu dwar miżuri xierqa għall-provvista ta’ likwidità matul il-fażi ta’ trasformazzjoni. Skont informazzjoni ppreżentata mill-Ġermanja fl-1 ta’ Diċembru 2011, l-użu ta’ assistenza ta’ likwidità addizzjonali […] fil-każ ta’ xenarju ta’ stress.

    3.   PJANIJIET TA’ RISTRUTTURAR

    a.   INTRODUZZJONI

    (58)

    Il-Ġermanja ppreżentat diversi pjanijiet ta’ ristrutturar lill-Kummissjoni li ttrattaw miżuri differenti ta’ għajnuna mill-istat u kunċetti ta’ ristrutturar differenti. L-ewwel sett ta’ dokumenti, li kopra biss it-tarka tar-riskju ta’ EUR 5 biljun, irriżulta fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ April 2009 (34).

    (59)

    Iż-żewġ elementi ewlenin tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ April 2009 (35) kienu t-tnaqqis tal-karta tal-bilanċ ta’ WestLB minn EUR 250 biljun għal EUR 125 biljun (inkluż l-iżvestiment ta’ diversi assi bħal WestImmo) u l-iffukar mill-ġdid u t-tnaqqis tar-riskju tal-attivitajiet kollha, segwit minn bejgħ ta’ WestLB fi proċedura tal-offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorju. Jekk bejgħ bħal dan ma jseħħx, WestLB ikollha twaqqaf in-negozju ġdid wara l-2011. Għalkemm l-azzjonisti ta’ WestLB qiegħdu taħt mandat trustee ta’ żvestiment kif ukoll bank ta’ investiment bil-proċess tal-bejgħ u pubblikament nedew offerta għal WestLB fit-30 ta’ Settembru 2010, il-proċedura ta’ offerti ma rriżultatx f’offerti li l-azzjonisti ta’ WestLB ikkunsidraw aċċettabbli mill-aspett ekonomiku.

    (60)

    Pjanijiet ġodda ta’ ristrutturar ġew ippreżentati f’Diċembru 2009 (36) u fi Frar 2011. Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Frar 2011 indika tnaqqis ulterjuri tal-bank għal karta tal-bilanċ ta’ madwar EUR 80 biljun iżda l-ebda pagament ta’ rkuprar. Pjan finali ta’ ristrutturar ġie nnotifikat f’Ġunju 2011. Il-Ġermanja espliċitament ikkonfermat li l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Frar 2011 ġie rtirat. Għalhekk, fid-Deċiżjoni attwali se jiġi eżaminat biss il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011.

    b.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR TA’ ĠUNJU 2011

    (61)

    Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 huwa bbażat fuq erba’ elementi prinċipali:

    (a)

    Tul l-2011 u qabel, iżda mhux aktar tard, mit-30 ta’ Ġunju 2012, l-hekk imsejħa attivitajiet ta’ Verbundbank - jiġifieri dawk l-attivitajiet tan-negozju li huma ffukati fuq il-kooperazzjoni mal-banek reġjonali ta’ tfaddil - se jiġu maqtugħin mill-bqija sabiex jakkomodaw lill-Verbundbank fin-netwerk tal-banek tat-tfaddil. Helaba indika li huwa lest li jieħu kontroll tal-Verbundbank;

    (b)

    sforzi ta’ bejgħ għall-partijiet kollha l-oħra ta’ WestLB se jitkomplew sakemm ikun possibbli ftehim ta’ bejgħ qabel it-30 ta’ Ġunju 2012;

    (c)

    Fit-30 ta’ Ġunju 2012 l-EAA se tieħu kontroll ta’ dawk il-portafolli li ma ġewx assenjati lill-Verbundbank, li ma ġewx meħuda mill-membri tal-grupp tal-finanzi tal-banek tat-tfaddil u li ma ġewx mibjugħa sat-30 ta’ Ġunju 2012 minn WestLB lil partijiet terzi, u wara t-30 ta’ Ġunju 2012 WestLB mhux se tipparteċipa fil-kummerċ bankarju ġdid (ħlief għal negozju b’rabta mal-assi) u se tiġi ttrasformata fi pjattaforma ta’ servisjar li tinkludi entità degradata li jkollha pożizzjonijiet ta’ wirt li huma kummerċjalment trasferiti lil jew iħħeġġjati mill-EAA, li tittratta s-sensji, u tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi (imsejjaħ il-bank SPM);

    (d)

    parti mill-bank SPM (minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-kumpanija tas-servisjar") li tipprovdi servizzi tal-ġestjoni tal-assi għall-EAA, il-Verbundbank u partijiet terzi se tgħaddi għand entità oħra.

    (62)

    Il-pjan bejn wieħed u ieħor jista’ jiġi mqassar hekk kif ġej:

    Tabella 5

    Struttura bażika fil-mira tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011

    Struttura attwali

    < 30 ta’ Ġunju 2011

    Struttura fil-mira

    > 30 ta’ Ġunju 2012

    WestLB

    Daqs tal-karta tal-bilanċ: EUR 160 biljun

    RWA: 88,5 biljun (fl-2008, ara tabella 1)

    Ekwità: EUR 4 biljun

    Impjegati: 4 400

    azzjonist: NRW 48 %, reġjuni 2 %,

    Banek tat-tfaddil: 50 %

    L-introjtu tal-bank tal-SPM

    Daqs tal-karta tal-bilanċ: tbc (assi sintetikament trasferiti lil EAA)

    RWA: < 1 biljun

    Impjegati: 4 400 , < 400 fl-2016 jew f’kumpanija azzjonarja jew kumpanija operattiva

    Ekwità: […]

    Azzjonist: NRW 100 %

    WestImmo u sussidjarji oħra ta’ WestLB

    Image

       Sussidjarja = kumpanija operattiva tal-SPM

    Daqs tal-karta tal-bilanċ: tbc (assi sintetikament trasferiti lil EAA)

    Impjegati: ara l-parteċipazzjoni

     

    Image

       Sussidjarja = kumpanija ta’ servisjar tal-SPM

    Daqs tal-karta tal-bilanċ: EUR < 1 biljun

    Impjegati: mal-1 000 fl-2016

    Għandha tinbiegħ sal-2016

     

    Trasferiment tal-Verbundbank għal Helaba

    Daqs tal-karta tal-bilanċ: EUR 40-45 biljun

    Ekwità: EUR 1 biljun mill-banek tat-tfaddil

    Impjegati: ~ 400

    azzjonist: trasferiment għal Helaba

     

    Bejgħ ta’ assi sat-30 ta’ Ġunju 2012

    B’mod partikolari WestImmo (Pfandbriefbank)

    Daqs tal-karta tal-bilanċ ta’ WestImmo: EUR [16-23] biljun

    EAA – bank tal-assi ħżiena minn April 2010

    Volum nominali: EUR 77,5 biljun (Ottubru 2011: 53)

    Ekwità: EUR 3 biljun

    Azzjonisti: NRW 48 %, reġjuni 2 %,

    assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil 50 %

    EAA (rifornita) – il-bank tal-assi ħżiena

    Daqs tal-karta tal-bilanċ: ~ EUR [100-250] biljun

    Ekwità: Ekwità minn 06/2012 flimkien ma’ kapital addizzjonali għall-eżawriment tal-assi mingħajr telf trasferiti fit-30.6.2012

    Azzjonisti: NRW 48 %, reġjuni 2 %,

    assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil 50 %

    i)    Verbundbank

    (63)

    L-attivitajiet kummerċjali tal-Verbundbank se jiġu sseparati biex jiffurmaw entità li tkun amalgamata ma’ bank ieħor. Matul il-proċedura li twassal għall-adozzjoni tad-Deċiżjoni attwali, il-banek tat-tfaddil irrinunzjaw l-intenzjoni preċedenti tagħhom li jistabbilixxu bank ġdid fuq bażi awtonoma. Il-Verbundbank se jaġixxi bħala fornitur ta’ servizzi u bħala bank ċentrali għall-banek tat-tfaddil fl-NRW u l-Brandenburg, u se jimpjega madwar 400 impjegat li qabel kienu ma’ WestLB. Għal perjodu ta’ tranżizzjoni jista’ jikkuntratta xi servizzi pprovduti minn WestLB/bank tal-SPM.

    (64)

    Il-Verbundbank se jkollu mudell ta’ negozju ta’ riskju baxx. Dan se joffri servizzi u prodotti lil banek tat-tfaddil u lill-klijenti tagħhom, lil korporazzjonijiet ta’ daqs medju, u lil entitajiet pubbliċi u lill-klijenti istituzzjonali. Il-prodotti tiegħu se jinkludu prinċipalment attivitajiet ta’ finanzi korporattivi u ta’ plain vanilla capital market. Fost il-figuri finanzjarji ewlenin tal-Verbundbank hemm assi maħsuba għar-riskju fl-ammont ta’ EUR 8,3 biljun u total tal-karta tal-bilanċ minn EUR 40 sa EUR 45 biljun. Fil-bidu l-Verbundbank se jkun mgħammar b’kapital ta’ EUR 1 biljun sabiex ikun hemm proporzjon ta’ ekwità regolatorja ta’ 12 %. Il-kapital se jkun ipprovdut mill-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil fl-NRW (50 %) u l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil fil-livell nazzjonali (DSGV - 50 %) (37). L-obbligazzjonijiet tiegħu se jikkonsistu minn depożiti tal-banek tat-tfaddil, bonds u bonds koperti kif ukoll minn depożiti minn investituri istituzzjonali. Il-parti l-kbira tal-finanzjament se tkun ipprovduta minn membri mill-grupp finanzjarju tal-banek tat-tfaddil.

    (65)

    Wara l-preżentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011, Landesbank Helaba indika li huwa lest li jieħu kontroll tal-attivitajiet tal-Verbundbank. Fit-12 ta’ Diċembru 2011, Helaba fil-prinċipju kkonkluda b’mod pożittiv fuq diliġenza dovuta ta’ portafoll magħżul ta’ assi u obbligazzjonijiet minn WestLB u tenna r-rieda tiegħu li jieħu kontroll tal-Verbundbank billi jobbliga lill-bord eżekuttiv tiegħu li jidħol f’negozjati konkreti dwar l-integrazzjoni tan-negozju tal-Verbundbank (38). Integrazzjoni tal-Verbundbank jew f’Helaba jew fis-settur tal-banek tat-tfaddil kienet organizzata mill-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil wara li kien sar evidenti li l-profittabilità tal-Verbundbank - jekk jopera fuq bażi awtonomu - hija mistennija li tkun pjuttost baxxa, bi qligħ fuq ekwità li jvarja minn [[2,0-3,0]% to [4,0-5,0]%. L-ispejjeż ġenerali mnaqqas u s-sinerġiji li ġejjin mill-integrazzjoni tal-attivitajiet tal-Verbundbank f’Helaba jew fis-settur tal-banek tat-tfaddil għandhom itejbu l-profittabilità mistennija u jressquha lejn livell aċċettabbli.

    ii)    Bejgħ jew trasferiment ta’ assi

    (66)

    Fir-rigward ta’ dawk il-partijiet ta’ WestLB li ma jikkwalifikawx għall-carve-out ta’ Verbundbank, il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 jistabbilixxi li għandhom jinbiegħu kemm jista’ jkun possibbli partijiet sat-30 ta’ Ġunju 2012 (l-iffirmar tal-kuntratti). Dak il-proċess ġie sinkronizzat mal-attivitajiet ta’ bejgħ kontinwu li diġà kienu mibdija sabiex ikunu konformi mal-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009. […].

    (67)

    WestLB ħarġet għall-bejgħ entitajiet akbar bħad-diviżjonijiet tal-Finanzi Korporattivi u Strutturati u tas-Swieq tal-Kapital li huma l-muturi prinċipali ta’ introjtu ta’ WestLB, inklużi entitajiet iżgħar bħall-unitajiet tan-negozju marbutin mal-Korporattivi, Finanzi Strutturati, Swieq tal-Ekwità, Swieq tad-Debitu u Servizzi ta’ Kustodja, li kollha jistgħu jinxtraw bis-sistemi elettroniċi għall-ipproċessar tad-dejta u l-infrastruttura rispettivi tagħhom, jekk ikun meħtieġ.

    (68)

    WestLB se jivvaluta l-offerti abbażi ta’ firxa ta’ kriterji, inkluż il-prezz tal-bejgħ u l-klawsoli ta’ aġġustament rispettivi, l-effetti ta’ bejgħ fuq il-karta tal-bilanċ ta’ WestLB u d-dikjarazzjoni ta’ profitt u telf, il-korrettezza tal-offerti fir-rigward, pereżempju, ta’ kunċetti ta’ finanzjament u ta’ esperjenza ta’ tranżazzjoni tax-xerrej, l-aspetti legali tat-tranżazzjoni, u r-riforniment tal-EAA.

    (69)

    Fit-30 ta’ Ġunju 2012, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ WestLB li għadhom ma ġewx mibjugħa jew għadhom ma ġewx trasferiti lill-Verbundbank se jiġu ttrasferiti lill-EAA. Il-qafas legali applikabbli (39) jippermetti għal riforniment sussegwenti tal-EAA, sakemm – fost affarijiet oħra – ikun hemm disponibbli ekwità suffiċjenti, ir-riskji kollha inerenti tal-assi ikunu żvelati u li jkun ġie ppreżentat pjan dettaljat ta’ likwidazzjoni.

    (70)

    Il-metodi ta’ trasferiment għat-tieni trasferiment ta’ assi se jsegwu lil dawk li kienu diġà applikati f’Diċembru 2009 u April 2010 meta l-ewwel żewġ segmenti tal-ewwel trasferiment ta’ assi ta’ WestLB ġew trasferiti lill-EAA. Għal darb’oħra, il-metodu preferut ta’ trasferiment se tkun il-qasma, u jkun biss f’każ li metodi oħra xierqa ta’ trasferiment, bħal bejgħ jew subparteċipazzjoni, ma jkunux legalment jew teknikament possibbli jew jinvolvu riskji kummerċjalment mhux raġonevoli, li trasferiment fiżiku jiġi sostitwit bi trasferiment sintetiku tar-riskji sottostanti.

    (71)

    L-għan tat-trasferiment huwa li jiżgura li WestLB jew l-bank tal-SPM, skont il-każ, ma jidħlux f’kummerċ bankarju ġdid (ħlief għal negozju miktub b’rabta ma’ attivitajiet ta’ servisjar) u mhux se jkunu iżjed esposti għal kwalunkwe kreditu jew riskju tas-suq fir-rigward tal-kont proprju li għandu jiġi kopert minn minimu regolatorju ta’ ekwità fuq il-bażi tal-qafas regolatorju attwalment applikabbli (40).

    (72)

    Fir-rigward tal-valutazzjoni ta’ assi u obbligazzjonijiet, it-trasferiment se jsir skont valuri tal-kotba adattati għar-riskju, jiġifieri […].

    iii)    Il-bank tal-SPM

    (73)

    Wara t-30 ta’ Ġunju 2012 WestLB mhux se tieħu sehem f’kummerċ bankarju ġdid (ħlief għal negozju miktub b’rabta mal-attivitajiet tagħha ta’ servisjar) u se ċċedi l-isem tad-ditta tagħha WestLB u terġa’ tingħata l-isem tad-ditta l-bank tal-SPM (titolu preliminari ta’ ħidma). WestLB se tiġi ttrasformata f’unità li għal skopijiet ta’ likwidazzjoni żżomm pożizzjonijiet ta’ wirt kummerċjalment trasferiti lill-EAA u tieħu ħsieb tal-persunal li jifdal, u pjattaforma ta’ servisjar li se tipprovdi biss servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi.

    (74)

    […].

    (75)

    Essenzjalment, il-bank tal-SPM se jsir kumpanija azzjonarja (minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-kumpanija azzjonarja tal-bank tal-SPM") li huwa ppjanat li jkollha żewġ kumpaniji sussidjarji, l-SPM Betriebsgesellschaft u l-SPM Servicegesellschaft, kumpanija ta’ servisjar (minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-kumpanija ta’ servisjar").

    (76)

    Assi li ma jistgħux jiġu fiżikament trasferiti lill-EAA għal raġunijiet ta’ taxxa, legali jew regolatorji se jiġu trasferiti biss b’mod sintetiku. Assi bħal dawn se jinżammu fuq il-karti tal-bilanċ tal-kumpanija azzjonarja tal-bank tal-SPM jew tal-SPM Betriebsgesellschaft, iżda mhux tal-SPM Servicegesellschaft.

    (77)

    Wara t-tlestija tar-riforniment, WestLB jew il-bank tal-SPM, skont il-każ, mhux se jkollhom xi assi marbuta mar-riskju għal riskji fuq il-krediti u riskji tas-swieq (41) u jżomm biss ammont relattivament żgħir ta’ assi marbuta mar-riskju sabiex ikopri rekwiżiti kapitali regolatorji purament għal riskji operattivi (anqas minn EUR 1 biljun, jekk ikkalkulat skont l-Approċċ tal-Indikatur Bażi) (42).

    (78)

    L-SPM Betriebsgesellschaft se jżomm l-obbligi li jifdal tal-pensjoni għall-impjegati attwali u preċedenti ta’ WestLB. Il-kompitu prinċipali tal-parteċipazzjoni tal-SPM/SPM Betriebsgesellschaft se jkun li jnaqqas persunal mil-livell attwali ta’ madwar 4 400 impjegat għal 1 400 fl-2016, li minnhom 1 000 se jkunu fil-kumpanija ta’ servisjar, u sabiex jingħalqu postijiet u sistemi dispensabbli. L-SPM Betriebsgesellschaft se jipprovdi biss servizzi bażiċi periferiċi, eż. il-manutenzjoni ta’ bini u uffiċċji.

    (79)

    Il-kumpanija ta’ servisjar se tiġi derivata bejn l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2014 biex tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi għall-assi u obbligazzjonijiet li jifdal ta’ WestLB. Il-fatt li portafolli ta’ assi ġew trasferiti lill-EAA (u l-Verbundbank) toħloq il-ħtieġa għal servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi, peress li la l-EAA u lanqas il-Verbundbank ma jistgħu jwettqu l-manutenzjoni tal-portafolli tagħhom stess. Il-kumpanija ta’ servisjar se toffri dawk is-servizzi lill-EAA (u lill-Verbundbank) bir-rati kummerċjali tas-soltu. Il-limitazzjonijiet kollha dwar il-mudell tan-negozju tal-kumpanija tas-servisjar (ara wkoll il-premessi 78 sa 83) se jiġu fi tmiemhom wara l-bejgħ tal-kumpanija tas-servisjar.

    (80)

    Il-kumpanija azzjonarja tal-bank tal-SPM jew is-sussidjarji tagħha se jkollhom fil-pussess il-liċenzji kollha bankarji li għadhom meħtieġa għall-attivitajiet tagħhom. Il-Ġermanja tintrabat li l-kamp ta’ applikazzjoni u l-għadd ta’ liċenzji bankarji, madanakollu, huma ristretti għall-minimu meħtieġ għall-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi.

    (81)

    Partijiet sinifikanti tal-portafolli tal-EAA huma u se jkollhom jibqgħu riżervati fil-fergħat barranin. Mill-31 ta’ Ottubru 2011, WestLB kellu skoperturi fi New York ta’ madwar EUR [5-15]-il biljun, f’Londra ta’ madwar EUR [15-25] biljun, u fl-Asja ta’ madwar EUR [5-10] biljun. Trasferiment fiżiku għall-EAA ta’ dawk il-portafolli kien fil-kuntest tal-ewwel trasferiment ta’ assi għal raġunijiet ta’ taxxa, legali jew regolatorji li jew huwa impossibbli jew ekonomikament mhux raġonevoli, u għalhekk jista’ jseħħ biss sintetikament. Dawk l-assi se jinżammu minn kumpanija azzjonarja tal-bank tal-SPM jew l-SPM Betriebsgesellschaft, jew f’fergħat barranin jew f’sussidjarji. Il-Ġermanja tispjega li l-fergħat barranin jew sussidjarji ma jistgħux jiġu magħluqa b’mod immedjat, iżda timpenja ruħha li l-kumpanija azzjonarja tal-bank tal-SPM jew l-SPM Betriebsgesellschaft se jagħlqu l-fergħat barranin jew sussidjarji kollha qabel it-tmiem tal-2016, sakemm l-għeluq ma jitwaqqafx għal raġunijiet ta’ rekwiżiti regolatorji tal-bank.

    (82)

    Barra minn hekk, il-kumpanija tas-servisjar se jkollha tagħmel manutenzjoni lil dawk il-portafolli b’mod adegwat. Sabiex jinżamm l-għarfien dwar il-ġestjoni tal-assi, il-kumpanija tas-servisjar se tmexxi fergħa fi New York, f’Londra, u f’post wieħed fl-Asja. Madwar terz tal-impjegati li mistennija jaħdmu għall-kumpanija tas-servisjar se jaħdmu f’waħda mill-fergħat barranin. Għalhekk il-Kummissjoni tifhem li wara l-bejgħ tal-kumpanija tas-servisjar, il-bank tal-SPM wara l-2016 mhu se jkollu l-ebda fergħa jew sussidjarja barranija, sakemm l-għeluq individwali ma jitwaqqafx minħabba raġunijiet ta’ rekwiżiti regolatorji bankarji.

    (83)

    Il-kumpanija tas-servisjar mhux biss se tiġi derivata iżda sussegwentement se tinbiegħ ukoll, sa mhux aktar tard mill-2016. Sabiex jiġi ffaċilitat il-bejgħ tal-kumpanija tas-servisjar, il-bank tal-SPM jista’ matul il-perjodu mill-2012 sal-2014 jikkonkludi kuntratti għall-provvista ta’ servizzi għall-ġestjoni tal-assi għall-portafolli ta’ partijiet terzi, jiġifieri portafolli li mhumiex relatati mal-portafolli preċedenti ta’ WestLB. Madanakollu, ir-rikavat minn dawk l-attivitajiet ma jistax jeċċedi [40-60]% tal-introjtu gross totali tal-kumpanija tas-servisjar. Dik il-limitazzjoni se tispiċċa wara l-bejgħ tal-kumpanija tas-servisjar.

    (84)

    Il-kumpanija tas-servisjar hija mistennija li tiġġenera dħul moderat fuq il-bejgħ ta’ madwar [8-12]% li għandu jkun biżżejjed biex jippermetti l-potenzjal tal-bejgħ tagħha (43). Il-kalkolu ta’ qligħ u telf li fuqu kien valutat il-profitt tal-kumpanija tas-servisjar jitfa’ l-attenzjoni fuq il-fatt li sal-2016 għandu jinkiseb tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż (44).

    (85)

    Jekk, madanakollu, il-bank tal-SPM ma jbigħx il-kumpanija tas-servisjar sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-Ġermanja timpenja ruħha li l-kumpanija tas-servisjar tiġi likwidata. F’dak il-każ, l-obbligi kuntrattwali eżistenti kollha jintemmu sal-31 ta’ Diċembru 2017 li hija d-data finali għall-perjodu tat-tneħħija gradwali tal-kumpanija tas-servisjar (jekk ma tinbiegħx).

    4.   IMPENJI MILL-ĠERMANJA

    (86)

    Minbarra l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011, il-Ġermanja ppreżentat katalgu ta’ impenji (ara l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni), li jista’ jiġi mqassar hekk kif ġej:

    a)

    IL-MARKA KUMMERĊJALI

    Fir-rigward tal-isem tad-ditta WestLB, il-Ġermanja timpenja ruħha li l-isem tad-ditta WestLB ma jintużax iżjed wara t-30 ta’ Ġunju 2012 (perjodu ta’ grazzja ta’ tliet xhur jista’ japplika jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet tekniċi).

    b)

    VERBUNDBANK

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li l-attivitajiet tan-negozju tal-Verbundbank ikunu ristretti għal dak li ġie elenkat fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2016, sakemm il-Verbundbank ma jiġix amalgamat ma’ Landesbank ieħor qabel il-31 ta’ Diċembru 2016.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li l-NRW fil-futur ma jixtri l-ebda sehem tal-Verbundbank jew jipprovdilu xi forma oħra ta’ appoġġ finanzjarju.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li ma tibqax tiġi ppjanata segregazzjoni awtonoma tal-Verbundbank u li l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Verbundbank jiġu kkontrollati mis-settur tal-banek tat-tfaddil qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li l-partijiet kollha jimplimentaw l-obbligi li jirriżultaw mill-Eckpunktevereinbarung mingħajr modifika jew dewmien, sabiex, b’mod partikolari abbażi tas-suġġett tat-tranżazzjoni u l-valutazzjoni li l-entità għandha valur ta’ żero ta’ kumpanija, tiġi żgurata sikurezza suffiċjenti tat-tranżazzjoni u l-likwidazzjoni tal-Verbundbank isseħħ sat-30 ta’ Ġunju 2012.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li Landesbank Hessen-Thüringen (Helaba) ikollu l-intenzjoni li, f’każ ta’ riżultat favorevoli tad-diliġenza dovuta, ikun disponibbli biex jieħu kontroll tal-Verbundbank.

    c)

    IL-BANK TAL-SPM

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li l-bank tal-SPM jillimita l-attivitajiet tiegħu għas-servizzi li ġejjin:

    i)

    Servisjar ta’ portafolli tal-EAA, il-Verbundbank u partijiet terzi, jekk meħtieġa, inkluża l-ġestjoni ta’ rinegozjar, l-ikklerjar ta’ titoli, l-ipproċessar u l-utilizzazzjoni, il-valutazzjoni ta’ kreditu, il-ġestjoni ta’ kreditu u s-sorveljanza ta’ kreditu, il-kontroll tar-riskju tal-kreditu, ir-rappurtar regolatorju, il-ġestjoni ta’ kollaterali ta’ korporazzjonijiet li jinkludu l-ġestjoni tad-dejta rispettiva, il-ġestjoni tar-riskji tas-suq, servizzi tat-Teknoloġija tal-Informatika u ta’ back-office, il-finanzjament, l-iħħeġġjar, il-ġestjoni ta’ flus, ir-rappurtar finanzjarju, il-kontroll, il-konformità, u l-ġestjoni ta’ parteċipazzjonijiet.

    ii)

    Fil-każ tal-assi li ġew trasferiti sintetikament għall-EAA, l-EEA tista’ bħala parti mill-istrateġija ta’ likwidazzjoni tagħha twettaq ukoll, b’mod partikolari, estensjonijiet, bejgħ jew titolizzazzjonijiet ta’ assi bħal dawn; f’dawn il-każijiet il-bank tal-SPM se jopera biss f’isem ta’ u fuq l-ordni tal-EAA (45).

    Il-Ġermanja pprovdiet deskrizzjoni tal-liċenzji bankarji meħtieġa u impenn li l-liċenzji bankarji l-oħra kollha se jiġu ritornati sal-31 ta’ Diċembru 2012.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li fil-bank tal-SPM il-forza tax-xogħol se titnaqqas mil-livell attwali ta’ 4 400 sa 1 000 fil-kumpanija tas-servisjar fl-2016. Numri indikattivi ngħataw għall-għadd tal-persunal ippjanat fil-kors ta’ dak it-tnaqqis.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li l-bank tal-SPM se jirrispetta ċerti kundizzjonijiet meta joffri servizzi lil partijiet terzi. Il-volum ta’ negozju ta’ partijiet terzi ma jistax jaċċedi [40-60]% tal-introjtu gross totali. Kuntratti ta’ partijiet terzi se jiġu pprovduti biss minn entità separata (il-kumpanija tas-servisjar li trid tiġi separata mill-kumpanija l-kbira) li se jkollha liċenzja bankarja limitata għall-minimu meħtieġ.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li l-kumpanija tas-servisjar tinbiegħ sal-31 ta’ Diċembru 2016. Kuntratti ta’ partijiet terzi bid-dati ta’ maturità li jestendu lil hinn mill-2017 huma permessi jekk il-kuntratt jipprovdi lill-klijent bid-dritt tal-irtirar għal raġunijiet ta’ kapaċità (b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2017).

    Jekk il-bejgħ tal-kumpanija tas-servisjar ma jseħħx sad-data tal-maturità, il-Ġermanja se tiżgura li b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2017 l-attivitajiet kollha tal-kumpanija tas-servisjar se jiġu imwaqqfa jew trasferiti. Jekk il-bejgħ tal-kumpanija tas-servisjar huwa ta’ suċċess, il-limitazzjonijiet kollha fuq l- attivitajiet tan-negozju tal-kumpanija tas-servisjar se jitneħħew.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li s-servizzi li ġejjin, b’mod partikolari, mhux se jkunu pprovduti mill-bank tal-SPM: il-kummerċ ta’ proprjetà, l-emissjoni ta’ kull tip ta’ ċertifikat, il-finanzi tal-proġett u l-finanzjament tal-kummerċ, finanzi bbażati fuq l-assi, titolizzazzjonijiet u self sindakat, u servizzi bankarji korporattivi internazzjonali. Għall-assi trasferiti sintetikament garantiti mill-EAA, il-bank tal-SPM huwa l-finanzjatur uffiċjali, li jistgħu jirrikjedu li l-bank tal-SPM jestendi s-self, ibiegħ is-self jew iwettaq titolizzazzjonijiet, iżda jista’ jagħmel hekk biss jekk dawk l-azzjonijiet huma mitluba mill-EAA.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li l-bank tal-SPM se joffri s-servizzi tiegħu ta’ ġestjoni ta’ assi bi prezzijiet tas-suq biss, u li r-rati offruti se jkunu biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż kollha tal-kumpanija tas-servisjar.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li wara l-2016, il-bank tal-SPM mhux x’se jkollu fergħat jew sussidjarji barranin, sakemm għeluq individwali ma jitwaqqafx għal raġunijiet ta’ rekwiżiti regolatorji tal-bank. Madanakollu, il-kumpanija tas-servisjar jista’ jkollha fergħa barranija f’Londra, waħda fi New York u oħra fl-Asja sabiex ikollha l-kompetenza lokali għad-dispożizzjoni tagħha, biex tkopri ż-żoni tal-ħin, biex jitnaqqsu r-riskji operattivi u biex tkun tista’ tikkompeti.

    Il-Ġermanja timpenja ruħha li l-bank tal-SPM se jkun parti mill-monitoraġġ minn trustee.

    d)

    EAA

    Il-Ġermanja tintrabat li, wara estensjoni u tiġdid tal-kuntratt tas-servizz tal-EAA sal-31 ta’ Diċembru 2016, iż-ŻEE se takkwista s-servizzi meħtieġa ta’ ġestjoni ta’ assi b’konformità mal-impenn dwar l-ipprezzar kummerċjali u permezz ta’ offerta pubblika.

    e)

    MONITORAĠĠ

    Il-Ġermanja tintrabat li kull tliet xhur tipprovdi rapporti dettaljati lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda fuq il-bażi ta’ ftehima milħuqa bejn il-Kummissjoni u l-Ġermanja fis-16 ta’ Diċembru 2011.

    III.   IL-FTUĦ TAL-INVESTIGAZZJONI FORMALI SKONT L-ARTIKOLU 108(2) TAT-TFUE

    1.   ID-DEĊIŻJONI TA’ DIĊEMBRU 2009

    (87)

    Bid-Deċiżjoni ta’ Diċembru 2009, il-Kummissjoni qajmet dubji skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE dwar il-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ salvataġġ ta’ assi eżaminati f’dik id-deċiżjoni mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi danneġġati fis-settur bankarju tal-Komunità (46) (minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati"). Barra minn hekk, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, ir-restawr tal-vijabilità, il-qsim adegwat tal-piż u l-mitigazzjoni tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna (addizzjonali) ma ġewx murija b’mod konvinċenti b’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli ta’ għajnuna mill-Istat (47) (minn hawn ’il quddiem “il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”).

    (88)

    Il-Kummissjoni indikat li ma kinitx qed tinvestiga biss l-għajnuna ġdida li ġejja mit-trasferiment ta’ assi fil-EAA iżda kellha wkoll tikkunsidra mill-ġdid l-għajnuna awtorizzata skont id-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009 (48).

    (89)

    Il-Kummissjoni indikat ukoll dubji dwar kontribuzzjoni proprja adegwata tal-banek tat-tfaddil, meta jitqies li l-obbligi tal-banek tat-tfaddil li ġejjin mill-miżura ta’ salvataġġ ta’ assi kienu ffissati u li l-kapital meħtieġ sabiex tiġi stabbilita l-EAA tqajmet biss mill-Ġermanja iżda mhux mill-banek tat-tfaddil (49).

    (90)

    Il-Ġermanja kienet meħtieġa tipprovdi pjan rivedut ta’ ristrutturar li jikkunsidra l-ammont sħiħ ta’ għajnuna statali mogħtija, inklużi r-remunerazzjoni adegwata u r-ristrutturar fil-fond addizzjonali.

    2.   ID-DEĊIŻJONI TA’ NOVEMBRU 2010

    (91)

    Mid-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni estendiet il-proċedura minħabba d-dubji addizzjonali dwar il-kompatibbiltà tal-ewwel trasferiment ta’ assi mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati u l-kompatibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Diċembru 2009, li naqsu milli juru li huwa adattat li tiġi rrestawrata l-vijabbiltà tal-benefiċjarju kif ukoll biex jiġi żgurat qsim adegwat tal-piż u jiġu mitigati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna.

    (92)

    B’mod partikolari fir-rigward tal-ewwel trasferiment ta’ assi, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar l-eliġibilità tal-assi danneġġati. Hija kkonkludiet dwar l-eżistenza ta’ għajnuna mill-istat u l-ammont ta’ għajnuna u vvalutat l-ammonti bħala tali tant li l-għajnuna ma tkunx kompatibbli mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati jekk mhux irkuprati jew magħmula permezz ta’ ristrutturar addizzjonali skont il-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati.

    (93)

    Fid-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni kkunsidrat l-ammont ta’ għajnuna attribwibbli għall-ewwel trasferiment ta’ assi li jkun ta’ madwar EUR 6,9 biljun, kif stabbilit mill-esperti tagħha. Dak l-ammont huwa kkalkulat bħala d-differenza bejn il-valur tat-trasferiment u l-valur tas-suq tal-assi (madwar EUR 11-il biljun) (50), korrett bl-ekwità inizjali pprovduta lill-EAA (madwar EUR 3,3 biljun) (51), mill-valuri tal-kotba ta’ ċerti noti marbuta ma’ kreditu (madwar EUR 0,3 biljun) (52), minn tnaqqis għat-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet diġà eżistenti (madwar EUR 0,9 biljun) (53).

    (94)

    Il-Kummissjoni kompliet approvat it-transfer delta kif instab mill-esperti tagħha, jiġifieri, id-differenza netta bejn il-valuri tat-trasferiment u r-REVs tal-assi u l-obbligazzjonijiet. Hija kkunsidrat li t-transfer delta jammonta għal EUR 3,4 biljun, ladarba fatturi ta’ ekwità u ta’ kreditu huma aġġustati (54). Rigward il-portafoll tat-titoli il-Kummissjoni osservat li biex il-klassijiet tal-assi mitluba jinstabu danneġġati (55), evidenza ulterjuri kienet tkun meħtieġa biex ikun konkluż li s-swieq għal dawk l-assi kienu jkunu verament ma jiffunzjonawx, fl-assenza ta’ kwalunkwe xerrej u bejjiegħ. Barra minn hekk, abbażi tal-prassi tad-deċiżjonijiet adottati, hija qablet mal-esperti li l-fatturi ta’ skont li WestLB kien applika biex jistabbilixxi r-REV kienu ferm baxxi, tant li wasslu għal riżultat aħħari eċċessivament għoli għar-REV. Il-Kummissjoni qablet ukoll mal-konstatazzjoni tal-esperti li, minħabba suppożizzjonijiet konservattivi insuffiċjenti tal-LGD, ir-REV tal-portafoll tas-self kien ta’ madwar EUR 1,0 biljun taħt l-istima ta’ WestLB. Il-Kummissjoni osservat li l-figuri kienu mqabbla fil-livell settorjali b’konformità mal-prassi tad-deċiżjonijiet adottati tal-Kummissjoni (56). Barra minn hekk il-Kummissjoni kkunsidrat mill-ġdid fatturi oħra mitiganti li ġew ppreżentati iżda ddeċidiet li ma kienx hemm bażi biex dawn jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tar-REV.

    (95)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-ġestjoni tal-assi danneġġati minħabba li kienu għadhom amministrati minn WestLB. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddeduċiet mill-fatt li l-EAA kienet irreġistrat telf ta’ EUR 1 biljun ftit wara t-twaqqif tagħha, li t-telf seta’ diġà kien imġarrab mid-data tat-trasferiment. Dan ikkawża dubji dwar jekk l-assi rilevanti kinux jaqgħu fil-kamp tal-applikazzjoni tal-punt 32 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati.

    (96)

    Għal darb’oħra, il-Ġermanja kienet meħtieġa tipprovdi pjan rivedut ta’ ristrutturar li jikkunsidra l-għajnuna addizzjonali mogħtija lil WestLB u li jittratta n-nuqqasijiet indikati f’dik id-deċiżjoni.

    IV.   IL-POŻIZZJONI TAL-ĠERMANJA

    (97)

    Il-Ġermanja ma tikkontestax li l-miżuri jikkostitwixxu għajnuna mill-istat fit-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

    1.   RIGWARD L-EWWEL TRASFERIMENT TA’ ASSI GĦALL-EAA

    (98)

    Il-Ġermanja tikkontesta xi riżultati dwar l-ewwel trasferiment ta’ assi lill-EAA.

    a.   L-APPLIKABILITÀ TAL-KOMUNIKAZZJONI DWAR L-ASSI DANNEĠĠATI

    (99)

    Qabel xejn, il-Ġermanja ttenni l-pożizzjoni tagħha tat-2 ta’ Frar 2010, fejn sostniet li l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati mhijiex applikabbli għall-ewwel trasferiment ta’ assi lill-EAA. Il-Ġermanja targumenta li WestLB fil-fatt qiegħda ġġorr il-piż tal-miżura dwar l-assi danneġġati, hekk kif WestLB tittrasferixxi l-ekwità lill-EAA. B’referenza għad-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009, il-Ġermanja ssostni li, skont in-nota 8 fil-premessa 16 ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati mhijiex applikabbli meta miżura tkun qed tiġi mwettqa minn azzjonisti pubbliċi fil-kapaċità tagħhom bħala sidien.

    b.   L-ISTABILIMENT TAL-VALUR EKONOMIKU REALI TAL-EWWEL TRASFERIMENT TA’ ASSI

    (100)

    It-tieni, il-Ġermanja ssostni li l-Kummissjoni għamlet żbalji fil-valutazzjoni tal-assi trasferiti u fl-applikazzjoni ta’ fatturi ta’ skalar.

    (101)

    Filwaqt li ssostni li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni kienet b’mod ġenerali wisq konservattiva, hija telabora fuq punti individwali għall-klassijiet ta’ assi individwali "Titoli Strutturati", "Titoli Oħra" u "Portafoll ta’ Kreditu".

    (102)

    Fir-rigward tal-portafoll "Kreditu Strutturat", il-Ġermanja ssostni li l-metodoloġija ta’ valutazzjoni ta’ WestLB, ikkritikata mill-Kummissjoni, kienet ikkunsidrata aċċettabbli minn Deutsche Bundesbank. Barra minn hekk, hija fakkret li BlackRock Solutions, il-kumpanija li kienet mogħtija mandat bħala l-espert tal-Ġermanja, stabbilixxiet REV ogħla għall-portafoll minn WestLB innifisha, li jindika li WestLB adottat approċċ konservattiv b’mod suffiċjenti.

    (103)

    Għall-portafoll "Titoli Oħrajn", il-Ġermanja ssostni li d-differenzi ewlenin bejn l-evalwazzjonijiet tal-valutazzjoni jirriżultaw mid-diskussjoni dwar jekk valur tas-suq huwiex applikabbli. Filwaqt li WestLB offriet il-kriterji tagħha stess (l-aktar ibbażati fuq il-likwidità) sabiex jiġi determinat jekk suq huwiex danneġġat, il-Ġermanja tikkritika l-esperti tal-Kummissjoni li ma spjegawx b’mod suffiċjenti r-riżultati tagħhom li kważi l-assi kollha jappartjenu għal swieq mhux danneġġati. Bħala eżempju, il-Ġermanja tirreferi għall-bonds sovrani li jiffurmaw parti kbira mill-portafoll tat-titoli u ssostni li l-prezzijiet tas-suq li kienu niżlin fl-aħħar tal-2009 kienu indikazzjoni ta’ indebolimenti tas-suq.

    (104)

    Għall-valutazzjoni tal-"Portafoll tal-Kreditu", il-Ġermanja tiddikjara li l-opinjoni tal-esperti tal-Kummissjoni - li tfasslet mingħajr aċċess għad-dokumentazzjoni dettaljata ta’ kreditu - ma tistax tintuża biex tikkontradixxi l-valuri ta’ WestLB. Hija tikkritika b’mod partikolari n-nuqqas ta’ trasparenza rigward il-parametri ta’ valutazzjoni użati, kontradizzjonijiet inerenti, u approċċ konservattiv b’mod eċċessiv mill-esperti tal-Kummissjoni. Il-Ġermanja ssostni li għandhom jiġu applikati l-parametri użati fit-testijiet tal-istress tal-Kumitat tas-Superviżuri Bankarji Ewropej (CEBS), mhux dawk użati mill-esperti tal-Kummissjoni. Il-Ġermanja b’mod partikolari ikkritikat wieħed mix-xenarji ta’ stress, li fih l-esperti tal-Kummissjoni użaw suppożizzjoni ta’ probabilità tal-Inadempjenza ta’ 70 % u suppożizzjoni tal-LGD ta’ 30 %.

    (105)

    Fl-aħħar nett, il-Ġermanja indirizzat id-dubji dwar l-eliġibilità billi argumentat li l-ewwel rapport annwali tal-EAA (30 ta’ Ġunju 2010) mhuwiex indikazzjoni ta’ telf tal-portafoll eżistenti. Hija tirribatti d-dubji tal-Kummissjoni li t-telf mistenni fl-istruttura tal-EAA kien sottovalutat, bl-argument li l-ammont tal-proviżjoni tar-riskju attwali tal-EAA huwa mmexxi l-aktar mill-portafoll Phoenix. Dak l-ammont kien fil-fatt EUR [0,5-1,5] biljun inqas minn dak li kien ibbaġitjat fil-pjan ta’ likwidazzjoni. Għalhekk, it-trattament tal-proviżjon tal-EAA ma jikkontradixxix valutazzjoni ta’ WestLB ta’ telf mistenni.

    c.   FATTURI TA’ MITIGAZZJONI

    (106)

    Fl-aħħar nett, il-Ġermanja ssostni li l-valutazzjoni tal-portafolli trasferiti għandha tikkunsidra fatturi mitiganti, b’mod partikolari dwar (i) it-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet diġà eżistenti, ii) flussi futuri ta’ flus, (iii) linji impenjati mhux prelevati, u (iv) tnaqqis tat-telf mistenni.

    (107)

    Fir-rigward ta’ obbligazzjonijiet diġà eżistenti, il-Ġermanja ssostni li bit-trasferiment ta’ obbligazzjonijiet bħal dawn (57) lil EAA, WestLB tirrinunzja vantaġġ ekonomiku ta’ EUR 882 miljun li jeħtieġ li jiġi kkunsidrat.

    (108)

    Fir-rigward ta’ flussi futuri ta’ flus, il-Ġermanja ssostni li, bit-trasferiment tal-portafolli tal-EAA, WestLB tirrinunzja flussi futuri ta’ flus (pagamenti ta’ imgħax, eċċ.) li jammontaw għal EUR 880 miljun li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

    (109)

    Fir-rigward ta’ linji impenjati mhux prelevati, il-Ġermanja ssostni li korrezzjoni hija meħtieġa għat-trasferiment ta’ linji impenjati mhux prelevati għall-EAA, minħabba li r-riskji potenzjali tagħhom ġew inklużi fil-kalkolu tar-REV, waqt li l-qawwa tal-profitabilità potenzjali tagħhom ma ġiex inkluż fil-valutazzjoni globali.

    (110)

    Fir-rigward tat-tnaqqis ta’ telf mistenni, il-Ġermanja ssostni li l-valutazzjoni tal-portafolli għandha tkun ibbażata fuq it-telf skontat mistenni, minħabba li l-kunċett konfliġġenti ta’ prudenza diġà kien applikat b’mod suffiċjenti meta ġie kkalkulat ir-REV.

    2.   RIGWARD IL-VANTAĠĠ TAL-BANEK TAT-TFADDIL

    (111)

    Il-Ġermanja għamlet osservazzjonijiet fuq id-dubji dwar għajnuna illegali addizzjonali li setgħet ingħatat lill-banek tat-tfaddil hekk kif ġej:

    (112)

    L-ewwel nett, il-Ġermanja tistipula li l-azzjonisti ta’ WestLB, li fosthom hemm il-banek tat-tfaddil, ma kinux obbligati li jistabbilixxu bank tal-assi ħżiena iżda għamlu dan fuq deċiżjoni awtonoma.

    (113)

    It-tieni nett, il-Ġermanja tenfasizza li l-FMStFG ma jistabbilixxix obbligu illimitat biex jikkumpensa kull telfa. L-obbligu biex tiġi kkumpensata kull telfa hija pjuttost limitata għall-ammont ekwivalenti ta’ ekwità investit fil-bank benefiċjarju. Il-Ġermanja ssostni li l-FMStFG jippermetti allokazzjoni kuntrattwali tal-obbligazzjoni ta’ kumpens tat-telf li tiddevja minn allokazzjoni pro-rata bbażata fuq ekwità, sabiex jiġu kkunsidrati kapaċitajiet finanzjarji differenti.

    (114)

    Fl-aħħar nett, il-Ġermanja targumenta li l-banek tat-tfaddil, li assumew l-obbligu biex jikkumpensaw għal telf potenzjali li ġej mill-EAA sa EUR 4,5 biljun, refgħu sehem adegwat tal-piż.

    V.   VALUTAZZJONI TA’ GĦAJNUNA LIL WESTLB

    (115)

    Il-valutazzjoni tal-għajnuna ta’ ristrutturar lil WestLB għandha tikkunsidra l-għajnuna kollha mogħtija lil WestLB mill-2008, minħabba li l-għajnuna mogħtija wara d-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009 ingħatat għall-istess proċess ta’ ristrutturar li ġie approvat skont id-deċiżjoni ta’ Mejju 2009. Madanakollu, minħabba ż-żieda sinifikanti ta’ għajnuna u l-bidliet magħmulin lill-pjan ta’ ristrutturar, hija meħtieġa valutazzjoni ġdida tal-għajnuna kollha taħt il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011.

    1   GĦAJNUNA MILL-ISTAT SKONT IT-TIFSIRA TAL-ARTIKOLU 107(1) TAT-TFUE

    (116)

    Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-istat, fi kwalunkwe forma li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern.

    (117)

    Il-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna mill-istat teħtieġ li tissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: a)għandha tiġi ffinanzjata minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-istat; b) għandha tagħti vantaġġ li jiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti; ċ) il-miżura trid tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni; u d)il-miżura għandha jkollha l-potenzjal li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    (118)

    Il-Kummissjoni ssostni l-fehma tagħha li dawk il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti għall-miżuri kollha, hekk kif se tispjega aktar ’l isfel, anki jekk wieħed iqis il-fatt li WestLB se jwaqqaf l-attivitajiet bankarji tiegħu, minħabba li WestLB għadu jwettaq attivitajiet ekonomiċi bħas-servizzi tal-ġestjoni tal-assi. Minħabba li dawk l-attivitajiet għadhom segwiti f’kuntest ta’ kompetizzjoni internazzjonali, il-Kummissjoni tqis li dawk il-miżuri għandhom il-potenzjal li jfixklu l-kompetizzjoni u jistgħu jaffettwaw ukoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri (58).

    a.   IT-TARKA TAR-RISKJU FUQ IL-PORTAFOLL PHOENIX

    (119)

    Il-Kummissjoni diġà stabbilixxiet fid-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009 li t-tarka tar-riskju tikkostitwixxi għajnuna mill-istat. Il-Ġermanja ċċarat li t-tarka tar-riskju għadha tieħu effett fuq il-parti tal-ekwità tal-portafoll Phoenix li ġiet trasferita lill-EAA.

    b.   L-INJEZZJONI TA’ KAPITAL

    (120)

    Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet fid-Deċiżjoni tagħha ta’ Diċembru 2009 li l-injezzjoni ta’ kapital ta’ EUR 3 biljun tikkostitwixxi għajnuna mill-istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE.

    c.   L-ISTRUMENT KAPITALI ADDIZZJONALI GĦALL-BANK TAL-SPM

    (121)

    Skont il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011, l-NRW se joħroġ strument addizzjonali favur il-bank tal-SPM għal ammont ta’ EUR 1 biljun sabiex jssostitwixxi l-parti ta’ ekwità ta’ WestLB (59) li se titħallas lura lil SoFFin. Peress li l-istrument addizzjonali għall-bank tal-SPM huwa sostitut tal-kapital, dan għandu wkoll jassorbi t-telf b’mod sħiħ, inkella r-regolatur ma jaċċettax it-tranżazzjoni. B’hekk l-istrument ġdid irid jikkostitwixxi wkoll il-kapital. Dak il-kapital huwa mogħti mill-NRW u għalhekk ġej mir-riżorsi tal-Istat. Huwa għandu l-effett li jkopri nuqqas ta’ kapital ta’ bank individwali u b’hekk jammonta għal vantaġġ selettiv għall-bank tal-SPM. Minħabba li l-bank tal-SPM se jkun attiv f’settur li fih impriżi minn Stati Membri oħra huma preżenti, dik il-miżura x’aktarx li tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant dan jikkostitwixxi għajnuna mill-istat, kif ikkonfermat mill-analiżi ta’ miżuri simili ta’ kapital (60).

    d.   IL-KOPERTURA ADDIZZJONALI TA’ TELF MILL-NRW GĦALL-BANK TAL-SPM

    (122)

    Skont il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011, l-NRW se jieħu fuqu t-telf għat-tħaddim u l-likwidazzjoni tal-bank tal-SPM fuq perjodu ta’ ħames snin, u se jieħu wkoll l-obbligazzjonijiet tal-pensjoni. It-telf ġenerali li l-bank tal-SPM se jakkumula tul il-ħajja operattiva tiegħu huwa maħsub li jvarja minn bejn EUR [3-6] biljun fix-xenarju ta’ każ bażi u EUR [4-7] biljun fix-xenarju ta’ każ ħażin. Dan it-telf għandu jiġi kopert mill-[…]. L-impenn li jieħu f’idejh it-telf iġġenerat mill-bank tal-SPM huwa għalhekk simili għal injezzjoni ta’ kapital li jvarja bejn EUR [100-700] miljun u EUR [0,5-2,0] biljun. Bħall-istrument kapitali addizzjonali għall-bank tal-SPM, il-kopertura addizzjonali ta’ telf tkopri wkoll nuqqas ta’ kapital tal-bank tal-SPM u tipprovdih b’vantaġġ selettiv peress li m’hemm xejn li jindika li l-bank seta’ kiseb dan il-kapital fis-suq. Ladarba l-miżura ġejja mill-NRW, hija pprovduta mir-riżorsi tal-Istat. Minħabba l-karatteristiċi tas-settur bankarju stabbiliti fil-premessa 118, il-miżura hija kapaċi tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. B’hekk tikkostitwixxi għajnuna mill-istat.

    e.   L-EWWEL TRASFERIMENTI TA’ ASSI

    (123)

    Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet, fid-Deċiżjoni tagħha ta’ Diċembru 2009, li l-miżura ta’ salvataġġ tal-assi danneġġati fil-forma ta’ bank tal-assi ħżiena tikkostitwixxi għajnuna mill-istat (61).

    (124)

    Ma taqbilx mal-Ġermanja f’dak li għandu x’jaqsam mal-argument li din tal-aħħar issostni li l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati m’għandhiex tiġi applikata. Minflok, hija tfakkar fil-prassi tagħha tad-deċiżjonijiet adottati fis-sens li fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati, il-Kummissjoni pprovdiet gwida dwar it-trattament skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE ta’ miżuri ta’ salvataġġ ta’ assi adottati mill-Istati Membri fuq il-bażi li "Assi danneġġati jikkorrispondu għal kategoriji ta’ assi li fuqhom il-banek x’aktarx isofru telf. Il-Kummissjoni tqis li l-IAC għandu jkopri kwalunkwe tip ta’ miżuri ta’ appoġġ immirati lejn assi danneġġati u sussegwentement jipprovdu salvataġġ ta’ assi effettiva lill-istituzzjoni destinatarja minħabba l-IAC jiddefinixxi salvataġġ ta’ assi bħala kwalunkwe miżura li biha bank huwa eżentat mill-ħtieġa għal aġġustamenti severi ’l isfel ta’ valur ta’ ċerti klassijiet ta’ assi" (62). L-ewwel trasferiment ta’ assi wkoll jaqa’ f’dik il-kategorija ta’ miżuri, għax jeħles lil WestLB milli tiffaċċja l-konsegwenzi ta’ aġġustament ’l isfel tal-valur tal-assi tagħha. Fil-fatt, preċedentement, il-Ġermanja kkonfermat li WestLB ma kinitx tkun aktar konformi mar-rekwiżiti regolatorji minimi tal-kapital li kieku ma kinitx protetta mill-miżura ta’ appoġġ mill-istat (63).

    (125)

    Fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni temporali tagħha, il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati trid tiġi applikata lit-trasferiment tal-assi. Il-Kummissjoni tfakkar li hija għandha tapplika l-liġi u l-linji gwida fis-seħħ fil-mument tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni, irrispettivament mill-ħin li fih il-miżuri ta’ għajnuna kienu maħsuba jew innotifikati (64). Fil-fatt, fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja attwali, il-Kummissjoni applikat minn qabel il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati għal miżuri notifikati qabel il-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni (65).

    (126)

    Il-Kummissjoni ma bidlitx dik il-valutazzjoni, minkejja l-oġġezzjoni magħmula mill-Ġermanja li hija ma kinitx applikat il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati fid-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009. Għalkemm seta’ kien żbaljat li ma ġietx applikata l-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati f’dak il-mument, m’hemm l-ebda aspettattiva leġittima mill-Ġermanja li tali approċċ għandu jitkompla. Fi kwalunkwe każ, il-motivazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009 kienet li taċċetta l-ammont nominali tal-garanzija bħala l-ammont ta’ għajnuna, li hija ħaġa komuni għal garanziji ta’ assi danneġġati (66); madanakollu, jekk dak l-approċċ kellu jiġu applikat f’dan il-każ attwali, kien jirriżulta f’ammont li jeċċedi bil-ħafna l-ammont ta’ għajnuna stabbilita mill-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati.

    (127)

    Il-kwistjoni prinċipali għalhekk tibqa’ l-ammont ta’ għajnuna. Skont il-punt 39 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati, l-għajnuna tingħata permezz ta’ miżura tal-assi indebolita fejn il-valur tat-trasferiment jeċċedi l-valur tas-suq tal-portafoll sħiħ.

    (128)

    Fid-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010, il-Kummissjoni kkalkulat l-ammont preliminari ta’ għajnuna ta’ EUR 11-il biljun mingħajr ma kkunsidrat fatturi mitiganti. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni ta’ valur probabbli tas-suq għall-assi li ma kinux fil-kummerċ fis-suq u qagħdet fuq parir espert. Madanakollu, il-Kummissjoni setgħet, permezz ta’ analiżi vigoruża tal-portafoll u bl-utilizzazzjoni ta’ dettalji meħudin mir-rapport finali tal-esperti, tirfina l-valutazzjoni tagħha.

    (129)

    Tabella 6 tipprovdi ħarsa ġenerali fuq il-valur tas-suq, magħmul minn lista ta’ subportafolli:

    Tabella 6

    Il-valur tas-suq tal-ewwel trasferiment tal-assi (EUR biljun)

    Portafollta'Assi li qed jiġu ttrasferiti

    Valur tal-ktieb Diċ iTV)

    Stima tal-valur fis-suq tal-Kummissjoni

    Portafoll ta' Titoli Strutturati

    Phoenix

    22 764

    13 200

    European Super Seniors

    2 918

    1 750

    ABS oħra

    3 188

    2 900

    Portafollta' Titoli

    Bonds

    16 501

    (722)

    Portafoll Ban que D' Orsav

    2 749

    23 749

    CDS u Derivattivi

    (65)

    (102)

    Prodotti ta' Self

    Pożizzjonijiet meħudin

    20 061

    17 355

    Impenji mhux meħuda

    (748)

    Total

    68 116

    52 887

    (130)

    Għall-portafoll tat-Titoli kif ukoll is-subportafoll ABS tal-portafoll tat-Titoli Strutturati, il-valuri tas-suq kienu jew diġà disponibbli jew setgħu nkisbu minn valutazzjonijiet ta’ assi ta’ prossimità li kellhom valuri tas-suq faċilment disponibbli (EUR 18,430 biljun (dik il-figura kienet diżaggregata:

    Formula

    )) u EUR 2,9 biljun rispettivament).

    (131)

    Għall-portafoll tas-self, xenarju sever ta’ stress (67) kien użat bħala indikatur ta’ valur tas-suq li rriżulta f’EUR 748 miljun skont fuq impenji mhux użati (totali EUR 16,607 biljun, dik il-figura kienet diżaggregata:

    Formula

    ).

    (132)

    Għas-subportafoll European Super Seniors, l-istima oriġinali ta’ WestLB ta’ telf prinċipali mistenni hija meqjusa bħala konservattiva ħafna u qrib kalkolu tal-valur tas-suq. Bħala riżultat, r-REV stmat mill-WestLB għall-portafoll tal-ESS jista’ jintuża bħala stima tal-valur tas-suq (EUR 1,750 biljun) (68). Fir-rigward tal-portafoll Phoenix, li huwa titolu strutturat ta’ sigurtà bi struttura ta’ pagament b’kaskata kkumplikata, tista’ ssir approssimazzjoni tal-valur tas-suq hekk kif ġej: l-ewwel, l-ipprezzar skont il-valur tas-suq (minn hawn ’il quddiem “MtM”) tal-kollateral sottostanti kien meqjusa li jkun madwar 54 % (EUR 12,375 biljun). Meta wieħed jikkunsidra l-flus disponibbli (EUR 1,325 biljun li għandu jiżdied) u l-ħruġ ta’ flus probabbli (madwar EUR 0,5 biljun f’xenarju negattiv, simili tal-MtM, għandu jitnaqqas), il-valur tas-suq jista’ jiġi stmat għal madwar EUR 13,2 biljun (69).

    (133)

    Jekk wieħed iqabbel l-ammont totali (EUR 52,887 biljun) mal-valur tat-trasferiment (EUR 68,116 biljun), jiġi stabbilit l-ammont ta’ għajnuna, li minnu jridu jitnaqqsu xi fatturi mitiganti. Il-fatturi mitiganti huma dawk imsemmija hawn fuq (premessa 91) EUR 3,267 biljun għall-kapital tal-EAA; EUR 882 miljun permezz ta’ obbligazzjonijiet eżistenti; u EUR 268 miljun permezz tat-trasferiment ta’ Noti Marbuta ma’ Kreditu ġewwa l-istruttura ta’ Phoenix. Għaldaqstant, l-ammont ta’ għajnuna mill-istat jammonta għal EUR 10,812 biljun, jiġifieri EUR 15,229 biljun - EUR 4,417 biljun.

    (134)

    Dak l-ammont ta’ għajnuna jinkludi l-garanziji pprovduti mill-azzjonisti ta’ WestLB biex ikopru t-telf tal-EAA (ara premessi 32 to 38) minħabba li dawk il-garanziji se jissostitwixxu l-impenn li l-Bund ta billi jakkwistaw l-assi minn WestLB permezz tal-EAA. Għandu jiġi mfakkar li skont il-FMStFG, il-Bund irid jiġi kkumpensat mill-azzjonisti għal kwalunkwe telf li jikkristallizza fil-futur. Għalhekk dik ir-responsabbiltà tal-Bund qed tiġi fil-fatt mibdula mar-responsabbiltà tal-azzjonisti ta’ WestLB internament. Madanakollu, dik il-bidla m’għandha l-ebda effett vis-à-vis il-benefiċjarju u biex dawk il-garanziji jiġu ttrattati bħala sors separat ta’ għajnuna jkun jammonta għal kalkolar doppju tal-appoġġ. Għaldaqstant, dawk il-garanziji ma jżidux l-ammont ta’ għajnuna fl-ewwel trasferiment ta’ assi lill-EAA.

    f.   IT-TIENI TRASFERIMENT TA’ ASSI – RIFORNIMENT TAL-EAA

    (135)

    It-tieni trasferiment jikkonċerna r-riforniment potenzjali tal-EAA bl-assi u l-obbligazzjonijiet kollha attwali ta’ WestLB. Għandu jiġi mfakkar li huwa biss it-trasferiment tal-carve-out portfolio ta’ WestImmo lill-EAA li huwa aċċertat li jseħħ, waqt li t-trasferiment ta’ assi u obbligazzjonijiet marbutin mal-Verbundbank u l-Pfandbriefbank huwa biss possibbiltà. Barra minn hekk, WestLB poġġiet id-diviżjonijiet u l-unitajiet kolla ta’ negozju għall-bejgħ, u għaldaqstant, assi u obbligazzjonijiet relatati xorta jistgħu jinbiegħu skont prezzijiet tas-suq qabel it-30 ta’ Ġunju 2012 u għalhekk ma jiġux trasferiti lill-EAA. Il-valutazzjoni li ġejja hija, madanakollu, ibbażata fuq is-suppożizzjoni prekawzjonali li mit-30 ta’ Ġunju 2012, l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha attwali ta’ WestLB se jiġu trasferiti lill-EAA.

    (136)

    Fil-każ ta’ WestImmo, carve-out portfolio b’assi u obbligazzjonijiet ta’ madwar EUR [5,3-6,9] biljun (il-valur skont il-kotba ta’ HGB) se jiġi segregat u trasferit lill-EAA. Il-valur tas-suq ġie stabbilit kif indikat fit-Tabella 4 hawn fuq. Il-Kummissjoni vvalutat il-figuri għall-valur tas-suq u ssib l-ispjegazzjoni għaliex dak l-ammont għandu jitqies prudenti biżżejjed bħala li hi plawsibbli. Għalhekk hija tistabbilixxi d-differenza bejn il-valuri tat-trasferiment u l-valuri tas-suq, jiġifieri l-ammont ta’ għajnuna, għall-parti ta’ WestImmo tat-tieni trasferiment ta’ assi li tkun ta’ EUR [300-800] miljun.

    (137)

    Barra minn hekk, il-Ġermanja ssostni li, jekk WestImmo, meħlus mill-carve-out portfolio, ma jkunx jista jinbiegħ bħala Pfandbriefbank iżda jkun jrid jiġi trasferit lill-EAA, il-valur tat-trasferiment tiegħu jkun ugwali għall-valur tas-suq tiegħu. Dik is-sottomissjoni tidher plawsibbli, minħabba li Pfandbriefbank ġie deliberatament rilaxxat minn assi danneġġati.

    (138)

    Fil-każ ta’ WestLB, l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ madwar EUR [120-150] biljun (il-valur skont il-kotba tal-HGB) se jiġu segregati. Il-valuri tas-suq tal-portafoll kienu stabbiliti għal EUR [1,0-1,8] biljun inqas mill-valuri tagħhom skont il-kotba tal-HGB, kif indikat fit-Tabella 3 fil-premessa 52. Il-Kummissjoni vvalutat il-figuri għall-valur tas-suq tal-bqija tal-assi u obbligazzjonijiet ta’ WestLB. Ma identifikat l-ebda inkonsistenza fil-valutazzjoni tas-suq. Fil-fatt, il-Kummissjoni tfakkar li WestLB ġiet meħlusa minn assi danneġġati fil-kuntest tal-ewwel trasferiment ta’ assi, u li l-eżenzjoni tal-kapital li tirriżulta kienet pjuttost kbira. Għalhekk ma tidhirx ħaġa sorprendenti li l-kwalità tal-portafoll u għaldaqstant il-valur tas-suq tiegħu hija ħafna aħjar minn dik tal-ewwel trasferiment. Għalhekk il-Kummissjoni taċċetta li l-valuri tas-suq tal-portafoll tal-assi u l-obbligazzjonijiet huma bħala total EUR [1,0-1,8] biljun anqas mill-valuri tat-trasferiment (il-valuri skont il-kotba tal-HGB), u li l-ammont ta’ għajnuna għall-parti tal-WestLB tat-tieni trasferiment ta’ assi huwa għalhekk ugwali għal EUR [1,0-1,8] biljun.

    (139)

    B’kollox, il-valuri tas-suq tat-tieni trasferiment ta’ assi huma ta’ EUR [1,3-2,6] biljun anqas mill-valuri tagħhom tat-trasferiment. L-ammont totali ta’ għajnuna għat-tieni trasferiment ta’ assi għalhekk huwa ta’ EUR [1,3-2,6] biljun.

    g.   GĦOTI TA’ APPOĠĠ TA’ LIKWIDITÀ MILL-AZZJONISTI TA’ WESTLB FL-EWWEL SITT XHUR TAL-2012

    (140)

    Ladarba l-assi kollha ta’ WestLB ġew trasferiti fil-EAA, il-EAA se jikkontrolla l-finanzjament tagħhom. Sat-30 ta’ Ġunju 2012 (jiġifieri, sakemm it-trasferiment iseħħ) l-azzjonisti ta’ WestLB se jagħtu kwalunkwe għajnuna ta’ likwidità li hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat li jseħħ it-trasferiment ta’ assi lill-EAA. Dik il-miżura tista’ titqies bħala parti integrali tax-xenarju ġenerali ta’ likwidazzjoni, għax sempliċement tipproteġi l-perjodu ta’ trasformazzjoni f’każ li jseħħ turbolenza fis-suq qabel it-30 ta’ Ġunju 2012. Madanakollu din tikkostitwixxi vantaġġ addizzjonali temporanju lil WestLB (70), li […]. Minħabba l-istatus tal-azzjonisti ta’ WestLB bħala awtoritajiet pubbliċi jew entitajiet taħt il-kontroll finali tal-awtoritajiet pubbliċi li lilhom tkun imputata kull deċiżjoni biex tingħata likwidità fil-kuntest tat-trasformazzjoni, il-miżura tirriżulta minn riżorsi tal-istat. Kif spjegat fil-premessa 118, il-karatteristiċi tas-settur bankarju fil-Ġermanja huma tali li l-provvista ta’ vantaġġ bħal dan tkun kapaċi tfixkel il-kompetizzjoni u taffettwa wkoll il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Riżultat ta’ dan, il-provvista ta’ appoġġ ta’ likwidità mill-azzjonisti ta’ WestLB fl-ewwel sitt xhur tal-2012 tikkostitwixxi għajnuna mill-istat.

    h.   KONKLUŻJONI

    Fil-qosor, WestLB kisbet il-miżuri li ġejjin bħala għajnuna mill-istat:

    Tabella 7

    Sommarju ta’ miżuri ta’ għajnuna

    Miżuri marbutin mal-kapital jew simili għall-kapital

    Element ta’ għajnuna

    (EUR biljun)

    It-tarka tar-riskju fuq il-portafoll Phoenix

    5

    L-injezzjoni tal-kapital fil-kuntest tal-ewwel trasferiment ta’ assi

    3

    L-istrument kapitali addizzjonali għall-bank tal-SPM

    1

    Il-kopertura addizzjonali ta’ telf mill-NRW għall-bank tal-SPM

    [0,5-2,0]

    L-ewwel trasferimenti ta’ assi

    10,812

    It-tieni trasferiment – riforniment tal-EAA b’assi u obbligazzjonijiet tal-WestImmo (il-carve-out portfolio)

    [0,3-0,8]

    It-tieni trasferiment – riforniment tal-EAA b’assi u obbligazzjonijiet ta’ WestLB

    [1,0-1,8]

    Total

    [21,6-24,4]

    Persentaġġ ta’ għajnuna, imqabbel ma’ EUR 88,5 biljun ta’ RWAs (mit-30.12.2008)

    [24,4-27,6]%

    Miżuri ta’ likwidità

    […]

    2   IL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA MAS-SUQ INTERN

    a.   APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 107(3)(B) TAT-TFUE

    (141)

    L-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tqis li l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern jekk hija maħsuba "li tirrimedja taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru". Il-Kummissjoni rrikonoxxiet li l-kriżi finanzjarja globali tista’ toħloq taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru u li miżuri ta’ sostenn lill-banek jistgħu jkunu kapaċi jirrimedjaw dik it-taqlib. Dik il-valutazzjoni ġiet ikkonfermata fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ir-rikapitalizzazzjoni ta’ istituzzjonjiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa  (71) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunikazzjoni dwar ir-Rikapitalizzazzjoni”), il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati u l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Il-Kummissjoni għadha tikkunsidra li r-rekwiżiti għall-għajnuna mill-istat biex jiġu approvati skont l-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE huma sodisfatti minħabba li għal darb’oħra hemm l-istress fis-swieq finanzjarji. Il-Kummissjoni kkonfermat dik l-opinjoni bl-adozzjoni f’Diċembru 2010 ta’ Komunikazzjoni li ttawwal sal-31 ta’ Diċembru 2011 l-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-istat bħala appoġġ għall-miżuri favur banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja (72). Minn dakinhar il-Kummissjoni estendiet l-applikazzjoni ta’ dawk ir-regoli lil hinn mill-31 ta’ Diċembru 2011 (73).

    (142)

    Fir-rigward tal-ekonomija Ġermaniża dik l-analiżi ġiet ikkonfermata fl-approvazzjoni tal-Kummissjoni ta’ diversi miżuri meħuda mill-awtoritajiet Ġermaniżi fil-ġlieda kontra l-kriżi finanzjarja, b’mod partikolari, fl-approvazzjoni u l-estensjonijiet tal-operazzjoni Ġermaniża ta’ salvataġġ (74).

    (143)

    Tqassim mhux ikkontrollat ta’ bank bħal WestLB jista’ jaffettwa s-swieq b’mod dirett, u għalhekk l-ekonomija sħiħa ta’ Stat Membru. Fid-dawl tas-sitwazzjoni fraġli attwali tas-swieq finanzjarji, il-Kummissjoni tkompli tibbaża l-valutazzjoni tagħha dwar miżuri ta’ għajnuna mill-istat fis-settur bankarju fuq l-Artikolu 107(3)(b).

    b.   IL-KOMPATTIBBILTÀ TAL-MIŻURI DWAR L-ASSI DANNEĠĠATI

    (144)

    Għar-raġunijiet li ġew spjegati fil-premessi e and 124, il-kompatibbiltà tal-ewwel trasferiment ta’ assi lill-EAA trid tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati. Il-valutazzjoni tal-kompatibilità tiffoka fuq jekk it-trasferiment tal-assi jseħħx fuq il-valur tas-suq iżda mingħajr ma jeċċedi l-valur ekonomiku reali kif definit fil-punt 40 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati. Sabiex il-miżura ta’ għajnuna tkun kompatibbli l-valur tat-trasferiment għandu, skont il-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati, ma jeċċedix il-REV u d-delta trasferiment ikun zero. Il-valutazzjoni li ġejja tiffoka l-ewwel fuq l-ammont tat-transfer delta (ara premissi 144 sa 159). Jekk it-transfer delta mhuwiex żero, jiġifieri huwa ’l fuq mill-REV, dan għandu jiġi mħallas lura jew irkuprat (ara premessi 161 u 162).

    i)    Kompatabilità tal-ewwel trasferiment ta’ assi lill-EAA

    (145)

    Fir-rigward tal-ewwel trasferiment ta’ assi lill-EAA, il-Ġermanja kkontestat it-twaqqif tal-REV. Il-kummenti tagħha għandhom l-għan li jikkontradixxu s-sejba tad-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010 li hemm transfer delta li jammonta għal EUR 3,414 biljun. Il-Kummissjoni vvalutat il-kummenti tal-Ġermanja. Ir-riżultati ta’ dik l-analiżi jistgħu jiġu mqassra hekk kif ġej:

    —   Fir-rigward tal-valutazzjoni inġenerali

    (146)

    Fir-rigward tal-eżerċizzju ta’ valutazzjoni globali, li jiddetermina l-REV tal-assi li jrid jiġi trasferit, il-Kummissjoni ssostni li l-evalwazzjoni tagħha ma kinitx konservattiva żżejjed iżda kienet skont il-punt 37 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati. Il-punt 37 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati jobbliga lill-Kummissjoni li tapplika approċċ korrett u konsistenti għall-valutazzjoni tal-assi, inklużi l-assi li huma aktar kumplessi u anqas likwidi, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bla bżonn tal-kompetizzjoni. Il-Kummissjoni spjegat fid-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010 li l-approċċ tagħha huwa konformi mal-prattika eżistenti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. L-approċċi meħuda minn korpi oħra bħal CEBS huma ċertament kredibbli, iżda mhumiex rilevanti għal dak l-eżerċizzju.

    (147)

    Il-Kummissjoni tibqa’ mhix konvinta li l-approċċ propost minn WestLB huwa konformi mal-prassi tad-deċiżjonijiet adottati dwar l-għajnuna mill-istat. Il-Kummissjoni tabilħaqq tinnota li l-Bundesbank ma kkonfermax l-REV propost minn WestLB iżda minflok ikkritika kemm il-metodoloġija kif ukoll l-użu ta’ parametru ta’ WestLB (75). Dik il-pożizzjoni kritika tikkuntradixxi l-pretenzjoni tal-Ġermanja li l-metodoloġija ta’ WestLB hija inġenerali "kompetenza teknika rikonoxxuta". Il-Kummissjoni għalhekk tinsisti li l-metodoloġija ta’ WestLB tiddevja mill-prassi ta’ każ normali (76).

    —   Fir-rigward tal-valutazzjoni fil-livell tas-subportafolli

    (148)

    Fir-rigward tal-valutazzjoni fid-dettall, l-ewwel, dwar il-portafoll tat-"Titoli Strutturati", il-Kummissjoni tinnota li ma teżisti l-ebda diverġenza kbira. Fil-fatt, l-REV tal-Kummissjoni għall-klassi sħiħa ta’ assi jinsab qrib ħafna ta’ dak hekk kif valutat minn WestLB. Il-Kummissjoni qagħdet lura milli tuża suppożizzjonijiet konservattivi fejn jekk isir hekk jivvalida jew jirrifjuta valutazzjonijiet individwali ta’ portafolli. Minflok, hija segwit il-parir tal-esperti tagħha li terġa’ tivvaluta mill-ġdid l-approċċ wisq konservattiv ta’ WestLB għas-subportafoll "European Super Senior". Il-Kummissjoni eżaminat ir-rapport dettaljat tal-esperti, li kien jinkludi reviżjoni tas-subkategoriji prinċipali tal-assi (ABS CDOs (77), CDOs oħrajn (78), US RMBS (79), US CMBS (80), US ABS (81), EUR ABS (82) u Finanzjarji), u sabet li l-metodoloġiji u s-sejbiet użati huma konsistenti ma’ każijiet oħra, bħal dawk imsemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ.

    (149)

    It-tieni, fir-rigward tal-Portafoll tas-Self, il-Kummissjoni ma taċċettax il-pretensjoni tal-Ġermanja dwar in-nuqqas ta’ trasparenza u inkonsistenzi fil-valutazzjoni tal-esperti tagħha. Hija tfakkar li ppruvat tagħti gwida dwar l-adegwatezza ta’ ċerti metodoloġiji għall-valutazzjoni tar-REV. Pereżempju, il-Kummissjoni rrakkomandat sottoskrizzjoni ta’ kampjun kbir ta’ assi tal-portafoll tas-self sabiex tiġi vvalutata l-adegwatezza tas-sistemi eżistenti ta’ klassifikazzjoni, il-probabbiltajiet tal-inadempjenza li jirriżultaw (PDs) u l-LGDs. Il-Ġermanja ma segwitx dik ir-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll li, kif spjegat fil-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati, li kellha tuża stress suffiċjentement prudenti tal-LGD u PD. B’konformità mal-prassi tad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni, trasferiment ta’ assi irid jiġi valutat skont ir-REV tal-assi. Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tikkonferma l-evalwazzjoni preċedenti tagħha li l-valutazzjoni trid tiġi kkoreġuta b’madwar EUR 1 biljun.

    (150)

    It-tielet, għall-"Portafoll tat-Titoli" il-Kummissjoni taqbel mal-Ġermanja li d-differenzi ġejjin mis-suppożizzjoni dwar jekk is-swieq ikkonċernati humiex indeboliti. Fil-fatt, il-kwistjoni tista’ tkun ukoll jekk dik il-parti tal-portafoll fuq kollox għandhiex tiġi kkunsidrata eliġibbli skont il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati. Jista’ jingħad li, għalkemm xi flessibilità tista’ tkun prevista billi banek jiġu meħlusa minn assi li mhumiex primarjament involuti fl-ewwel stadji tal-kriżi finanzjarja, assi li ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala danneġġati fil-ħin tat-trasferiment m’għandhomx ikunu koperti minn programm ta’ salvataġġ. Fuq din il-perspettiva, is-salvataġġ ta’ assi m’għandhiex taġixxi bħala forma ta’ assigurazzjoni miftuħa kontra konsegwenzi tar-riċessjoni. Min-naħa l-oħra, it-tqegħid fis-swieq ta’ portafolli kbar, li għandhom daqs ta’ biljuni ta’ euro jista’ jġib preċiżament id-distorsjoni ta’ dawk is-swieq. Biex jintlaħaq bilanċ bejn l-għan li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja u l-bżonn li jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati tippermetti għat-trasferiment ta’ dawk l-assi. Madanakollu, minħabba li s-suq għal dawk l-assi jiffunzjona b’mod sħiħ (jiġifieri mhux indebolit), ir-REV se jkun daqs jew kważi daqs il-valur tas-suq.

    (151)

    Filwaqt li WestLB tevalwa l-eżistenza ta’ suq li jiffunzjona fuq il-bażi ta’ kriterju ta’ likwidità pura, il-Kummissjoni tosserva (83) li l-punt tat-tluq għal evalwazzjoni tal-indeboliment ta’ suq huwa meta jiġi mqabbel ma’ suq li jiffunzjona tajjeb għall-assi partikolari. F’suq li jaħdem b’mod normali, tranżazzjoni tiġi mwettqa bejn xerrej li lest li jixtri u bejjiegħ li lest li jbigħ. Il-kunċett ta’ xerrej li lest li jixtri u bejjiegħ li lest li jbigħ jimplika li t-tranżazzjoni hija volontarja u għalhekk libera minn kull att koerċittiv.

    (152)

    L-esperti tal-Kummissjoni pprovdew kriterji trasparenti għal suq li jaħdem normali, kriterji li huma approvati mill-Kummissjoni (84). Filwaqt li likwidità adegwata jew inkella firxiet ta’ offerti stretti jindikaw suq li jiffunzjona, il-maqlub mhuwiex neċessarjament minnu. Pereżempju, titolu mqiegħed b’mod privat, maħruġ minn emittent solvent u stabbli, jista’ ma jkunx likwidu. Madanakollu, jekk meħtieġ, offerta tas-suq kompetittiva, qrib ta’ valur fuq valwazzjoni ta’ mudell kkalkulat fuq titoli ta’ prossimità likwidi, tista’ tinkiseb b’mod faċli. Għalhekk, il-kriterji proposti minn WestLB huma stretti wisq biex jiġi evalwat il-funzjonament normali ta’ suq.

    (153)

    Għandu jiġi osservat li l-attribuzzjoni ħażina ta’ assi mhux danneġġati bħala assi danneġġati fiha nnifisha mhijiex problema biex jiġi determinat l-REV. Wieħed jistenna li l-REV ikkalkulat għal pożizzjonijiet ta’ assi bħal dawn ikun qrib il-valur tas-suq tal-assi, sakemm jintużaw metodu u kalibrazzjoni adegwati. Kull metodu ta’ kalkolu tar-REV għandu ġeneralment jikkonverġi mal-prezz tas-suq, meta suq partikolari mhuwiex indebolit. Tabilħaqq, każijiet ta’ attribuzzjoni ħażina jirrappreżentaw test tal-adattabilità tal-metodu tal-kalkolu tar-REV u tal-parametri wżati.

    (154)

    Fir-rigward tal-pretensjoni tal-Ġermanja li ċerti swieq tal-bonds sovrani kienu danneġġati fit-tmiem tal-2009, il-Kummissjoni tosserva li kriterji li jindikaw suq li jaħdem kienu sodisfatti f’dak iż-żmien. Minflok, sottoswieq sovrani speċifiċi wrew evidenza ta’ indeboliment qrib it-tmiem tat-tieni kwart tal-2010 (85) u lil hinn, b’mod partikolari b’interventi fil-livell tal-BĊE u fil-livelli oħra Ewropej. Madanakollu, ma kienx il-każ fil-31 ta’ Diċembru 2009 jew il-31 ta’ Marzu 2010, li kienu ż-żewġ dati ta’ referenza wżati fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni.

    (155)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni żżomm il-fehma tagħha li WestLB jew użat metodoloġija ta’ valutazzjoni żbaljata jew applikat il-parametri żbaljati fil-metodoloġija ta’ valutazzjoni tagħha, għalhekk il-valutazzjoni trid tiġi korretta b’madwar EUR 600 miljun.

    (156)

    Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ssib li l-evalwazzjoni tal-REV għal kull wieħed mit-tliet subportafolli kif indikat fir-rapport tal-esperti hija valida u konsistenti mal-prassi tagħha tad-deċiżjonijiet adottati. Riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tqis li d-differenza bejn il-valur tat-trasferiment u r-REV tal-assi fil-portafoll hija ta’ EUR 6,949 biljun (86).

    (157)

    Fid-Deċiżjoni tal-2010, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji jekk l-assi kollha kinux eliġibbli għat-trasferiment. Il-Kummissjoni ħadet dikjarazzjonijiet mill-ewwel rapport annwali tal-EAA bħala evidenza li f’xi assi diġà kien hemm telf fid-data tat-trasferiment, għalkemm assi bħal dawn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-punt 32 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati. Madanakollu, il-Ġermanja sussegwentement ipprovdiet informazzjoni addizzjonali u spjegat l-ammont ta’ proviżjonament tar-riskju magħmul mill-EAA u l-ammont ta’ telf li kien sar fl-assi trasferiti lill-EAA. Dawk l-ispjegazzjonijiet kienu plawsibbli u jtaffu t-tħassib tal-Kummissjoni. Għaldaqstant, m’hemmx bżonn li jsiru aktar korrezzjonijiet fir-rigward tan-nuqqas ta’ eliġibilità tal-assi.

    —   Fatturi ta’ mitigazzjoni

    (158)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma taċċettax fatturi mitiganti apparti dawk diġà aċċettati fid-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010. Aċċettat ukoll l-effetti kumpensatorji tal-injezzjoni ta’ ekwità (EUR 3,267 biljun) u n-noti marbuta mal-kreditu (EUR 268 miljun) (87), kif indikat fit-Tabella 2 fil-premessa 42. Barra minn hekk, il-Kummissjoni stiednet lill-Ġermanja tqabbad lill-Bundesbank jikkummenta dwar l-effetti kumpensatorji u li kull alterazzjoni proposta fil-valutazzjoni tal-portafoll tiġi verifikata u konfermata minn awtorità regolatorja bħall-Bundesbank, b’konformità mal-gwida mogħtija mill-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati. Ma twettqet l-ebda verifika u konferma mill-awtorità regolatorja.

    (159)

    Rigward l-obbligazzjonijiet diġà eżistenti, il-Kummissjoni tinnota li l-valutazzjoni ta’ obbligazzjonijiet hija fiha nnifisha mhux diskussi fil-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati. Għaldaqstant kien hemm il-ħtieġa li tevalwa kif tittratta ma’ trasferiment li fih taħlita ta’ assi u obbligazzjonijiet hekk kif seħħ f’dan il-każ. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-iżvantaġġ ekonomiku potenzjali ta’ trasferiment ta’ obbligazzjonijiet ta’ rendiment baxx, kellha tilħaq bilanċ bejn l-ammonti kompatibbli fuq in-naħa tal-assi u l-ammonti fuq il-naħa tal-obbligazzjonijiet. Bħala riżultat, filwaqt li l-Kummissjoni kkunsidrat l-effett tal-obbligazzjonijiet diġà eżistenti meta qed tevalwa l-ammont ta’ għajnuna totali (ara premessa 132) il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li hu applikabbli fil-valutazzjoni tar-REV.

    (160)

    Rigward ir-riżultati futuri pożittivi għall-assi trasferiti, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-argument tal-Ġermanja u tinsisti li, ladarba l-assi ġew trasferiti, il-profitti futuri m’għandhomx jitqiesu aktar. Dik il-metodoloġija li tistabbilixxi r-REV tal-portafoll tas-self hija konformi mal-prassi tad-deċiżjonijiet adottati tal-Kummissjoni (88).

    (161)

    Rigward linji impenjati mhux prelevati, il-Kummissjoni tikkonferma li linja impenjata mhux prelevata tista’ tabilħaqq ikollha valur ta’ żero skont il-kotba. Dik il-possibilità madanakollu ma teskludix il-fatt li linja impenjata mhux prelevata jista’ jkollha kontribuzzjoni negattiva tar-REV. Il-prelevament ta’ linja mhijiex eskluża, minħabba li kuntrattwalment dan ma jistx jiġi evitat. Għaldaqstant, il-fatt li linja għadha mhix prelevata mhijiex se tbiddel ir-REV anki jekk pożizzjonijiet bħal dawn għandhom valur żero skont il-kotba.

    (162)

    Rigward it-tnaqqis tat-telf mistenni, il-Kummissjoni tosserva li billi jiġi mnaqqas it-telf mistenni, WestLB tkun qed tbiddel biss l-approċċ tagħha stess ta’ valutazzjoni, u barra minn hekk tagħmel dan mingħajr appoġġ mill-Bundesbank. B’hekk, il-Ġermanja tikkontradixxi l-istima tagħha stess tar-REV iżda ma tipprovdi l-ebda argument addizzjonali kontra l-opinjoni tal-Kummissjoni.

    (163)

    Fil-qosor, ladarba l-REV ġie approvat hawn fuq u huwa konformi mal-punti 40 u 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati, il-Kummissjoni għalhekk ma tqisx li t-telf mistenni jew kwalunkwe wieħed mit-tliet fatturi mitiganti l-oħra mressqa mill-Ġermanja fil-kummenti tagħha bħala rilevanti għall-valutazzjoni tal-REV.

    —   Ġestjoni tal-assi

    (164)

    Id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tajba tal-assi danneġġati fid-dawl tat-trasferiment tal-assi kienu mtaffija. Il-Kummissjoni kellha riżervi dwar li WestLB kienet se tkompli tamministra l-assi danneġġati, minħabba li bank għandu jikkonċentra fuq attivitajiet ġodda u jevita kwalunkwe kunflitt bejn attivitajiet li qed jiġu eżawriti u attivitajiet ġodda. Madanakollu, minħabba li WestLB/il-bank tal-SPM wara t-30 ta’ Ġunju 2012 mhux se jwettqu aktar attivitajiet bankarji ġodda, iżda servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi biss, id-dubji tal-Kummissjoni ġew imtaffija.

    Konklużjoni

    (165)

    Bħala konklużjoni, wara li kkunsidrat l-fatturi u l-argumenti kollha addizzjonali potenzjalment mitiganti mressqa mill-Ġermanja, id-dubji tal-Kummissjoni ma ġewx allevjati. Għalhekk, tibqa’ tikkunsidra li t-transfer delta jammonta għal EUR 3,414 biljun.

    ii)    Claw back

    (166)

    Skont il-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati, sabiex jittaffew id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minn trasferiment tal-assi fuq il-valur li huwa kkunsidrat aċċettabbli biex ipatti għan-nuqqas tas-suq fiż-żmien rilevanti, it-transfer delta għandu jingħata lura mill-bank. Jekk ħlas lura bħal dan mhux possibbli li jsir b’mod immedjat, dan għandu jitwettaq fuq perjodu ta’ żmien f’forma ta’ claw back. Anki fejn ħlas lura bħal dan permezz ta’ claw back mhuwiex possibbli mingħajr ma jwassal għal falliment tekniku, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni teħtieġ li tiġi kkumpensata minn ristrutturar fil-fond, li jista’ jwassal sa likwidazzjoni (89).

    (167)

    WestLB indikat fil-pjan tagħha ta’ ristrutturar ippreżentat fi Frar 2011 li ma kenitx kapaċi tħallas lura EUR 3,4 biljun mill-ewwel trasferiment ta’ assi lill-EAA mingħajr ma tipperikola l-vijabilità tagħha. Barra minn hekk, huwa improbabbli li jsir il-bejgħ ta’ WestLB jekk xerrej potenzjali jkollu jħallas lura 3,4 EUR biljun lill-Ġermanja. Bħala konsegwenza, il-Ġermanja ppreżentat il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 li jipprovdi għal-likwidazzjoni ta’ WestLB fi żmien 12-il xahar. Il-Kummissjoni tqis li l-likwidazzjoni ta’ WestLB hija biżżejjed biex tagħmel tajjeb għad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għalhekk, suġġett għall-obbligu li l-pjan ta’ likwidazzjoni huwa kredibbli, li se jiġi evalwat fit-taqsima c, il-Kummissjoni ssib li l-għajnuna hija konformi mal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati u kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE.

    iii)    Kompatabilità tar-riforniment

    (168)

    It-trasferiment tat-tieni segment ukoll, bħala prinċipju, irid ikun valutat skont il-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati. Madanakollu, il-Kummissjoni tikkunsidra, abbażi tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011, li r-riżultat ta’ valutazzjoni bħal din m’għadx għandu impatt. Kwalunkwe distorsjoni addizzjonali tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn delta trasfer fir-rigward tat-tieni segment, fi kwalunkwe każ għandha tiġi mtaffija bil-likwidazzjoni prevista fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011. Għalhekk, fis-sitwazzjoni eċċezzjonali attwali, il-Kummissjoni tikkunsidra li, fejn l-ammont kollu ta’ għajnuna diġà jista’ jiġi kkunsidrat kompatibbli taħt il-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati, hija tista’ tastjeni minn evalwazzjoni fil-fond tal-valutazzjoni, jiġifieri kalkolu tal-REV.

    (169)

    It-trasferiment tal-assi huwa għalhekk kompatibbli minħabba li d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni huma mitigati mil-likwidazzjoni ta’ WestLB u għalhekk huma konformi mal-punt 41 tal-Komunikazzjoni dwar l-Assi Danneġġati.

    c.   KOMPATABILITÀ TAL-GĦAJNUNA GĦAR-RISTRUTTURAR/LIKWIDAZZJONI

    (170)

    Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kompatibbiltà tal-miżuri kollha ta’ għajnuna abbażi tal-linji gwida tagħha biex titratta ma’ banek fil-kriżi finanzjarja, b’mod partikolari l-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni L-applikazzjoni ta’ regoli ta’ għajnuna mill-Istat għal miżuri meħuda b’rabta ma’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali attwali  (90) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Komunikazzjoni Bankarja”).

    (171)

    Il-Kummissjoni tinnota li l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 jeħtieġ li tiżgura l-kompatabilità tal-miżuri ta’ għajnuna indikati fit-Tabella 7.

    (172)

    Dawk il-miżuri jammontaw għal għajnuna totali ta’ EUR [21,6-24,4] biljun, li huwa ekwivalenti għal ammont ta’ għajnuna fir-rigward tal-RWA mill-31 ta’ Diċembru 2009 ta’ [24,4-27,6]%. Dak l-ammont ta’ għajnuna għandu jiġi kkunsidrat bħala proporzjon kbir ħafna tad-daqs tal-benefiċjarju u għalhekk jeħtieġ ristrutturar jew likwidazzjoni fil-fond. Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar jeħtieġ ukoll li jikkunsidra d-distorsjonijiet addizzjonali ta’ kompetizzjoni li jirriżultaw mill-ammont a priori ta’ għajnuna inkompatibbli identifikati bid-delta trasfer. Ir-ristrutturar jew il-likwidazzjoni proposta jridu jkunu adegwati biex jindirizzaw dik id-distorjoni.

    (173)

    Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Punt 21 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar jistabbilixxi li likwidazzjoni ordinata jew l-irkant ta’ bank fallut għandhom jiġu kkunsidrati meta bank ma jistax jirritorna b’mod kredibbli għal vijabbiltà fit-tul. Il-Komunikazzjoni Bankarja tipprovdi għal proċedura fi ħdan il-qafas li biha għandha ssir likwidazzjoni ordinata bħal din (91). Likwidazzjoni kontrollata ta’ dak it-tip tista’ tiġi applikata f’każijiet individwali wara li għajnuna ta’ salvataġġ tkun ingħatat lil istituzzjoni finanzjarja individwali meta jkun jidher ċar li din tal-aħħar ma tistax tiġi ristrutturata b’suċċess.

    (174)

    Sabiex l-għajnuna għal likwidazzjoni tkun kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE, l-għajnuna għal likwidazzjoni għandha, skont il-prassi tad-deċiżjonijiet adottati tal-Kummissjoni (92), tissodisfa t-tliet kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:

    (i)

    għandu jintwera li l-għajnuna tippermetti li l-bank jiġi effettivament likwidat b’mod ordinat, filwaqt li jiġi limitat l-ammont ta’ għajnuna għall-minimu meħtieġ fid-dawl tal-għan imfittex (93);

    (ii)

    qsim tal-piż xieraq għandu jiġi żgurat, b’mod partikolari billi jiġu esklużi azzjonisti milli jirċievi benefiċċju ta’ xi għajnuna fil-kuntest ta’ proċedura kkontrollata ta’ likwidazzjoni (94);

    (iii)

    sabiex jiġu evitati distorsjonijiet mhux dovuti ta’ kompetizzjoni, il-fażi ta’ likwidazzjoni għandha tkun limitata għall-perjodu strettament meħtieġ sabiex ikun hemm likwidazzjoni ordinata. Sakemm l-istituzzjoni finanzjarja benefiċarja tkompli topera, m’għandhiex tidħol f’attivitajiet ġodda, iżda sempliċiment tkompli dawk diġà mibdijin. Il-liċenzja bankarja għandha tiġi irtirata mill-aktar fis possibbli (95).

    i)    Dimostrazzjoni ta’ likwidazzjoni ordinata

    (175)

    Il-Kummissjoni tikkunsidra l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 li jirrappreżenta xenarju ta’ likwidazzjoni ordinata għal WestLB li huwa bbażat fuq ftehima ta’ qsim tal-piż fost l-azzjonisti tal-bank. Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 iqis b’mod partikolari l-fatt li soluzzjonijiet oħra possibbli orjentati għas-suq għal WestLB li setgħu kienu jiswew anqas flus jew ta’ anqas distorsjoni diġà ġew esplorati għal aktar minn sentejn mingħajr suċċess. Mill-banda l-oħra, proċedura ta’ likwidazzjoni mhux ikkontrollata, tkun ta’ theddida għall-istabilità finanzjarja; dak ir-riskju huwa indirizzat aħjar b’xenarju ta’ likwidazzjoni ordinata. Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 jippermetti li l-Kummissjoni tevalwa l-proċess ta’ likwidazzjoni u l-impatt kompetittiv potenzjali tal-miżuri tal-istat involuti fiha.

    (176)

    Il-kriterju l-aktar importanti għall-klassifikazzjoni ta’ xenarju ta’ likwidazzjoni huwa li l-bank se jieqaf mill-attivitajiet kollha bankarji u jibqa’ jopera biss biex jeżawrixxi l-portafolli eżistenti u ma jikkuntratta l-ebda negozju ġdid.

    (177)

    Il-waqfien tal-attivitajiet bankarji għandhom jiġu żgurati fost l-oħrajn permezz ta’ bejgħ jew trasferiment tal-bqija tal-assi u l-obbligazzjonijiet kollha ta’ bank, sabiex jidher biss ramp fejn dan hu meħtieġ biex jassisti fl-eżawriment tal-assi eżistenti b’mod partikolari sabiex tiġi żgurata likwidazzjoni li tippreserva l-valur tal-portafolli tiegħu.

    (178)

    Abbażi tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011, WestLB se tittrasferixxi l-assi bankarji kollha tagħha jew għall-banek tat-tfaddil jew għall-EAA. Għalhekk sat-30 ta’ Ġunju 2012 il-bank se jibqa’ kważi mingħajr assi peżati għar-riskju. Il-bank li jifdal, skont l-impenji pprovduti mill-Ġermanja, mhux se jibqa’ juża l-isem tad-ditta tiegħu "WestLB" iżda se jingħata isem tad-ditta ġdid "il-bank tal-SPM" f’perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur. Barra minn hekk, il-bank mhux se jkompli bl-attivitajiet bankarji f’ismu iżda sempliċement ikun fornitur ta’ servizz għall-EAA u, għal ammont limitat, eventwalment, għal partijiet terzi. Għalhekk passi sinifikanti u irriversibbli ġew stabbiliti fil-pjan ta’ ristrutturar, li jimmarkaw il-ħruġ irrevokabbli mis-suq tal-maġġoranza tal-attivitajiet preċedenti ta’ WestLB fi żmien 12-il xahar.

    (179)

    It-tieni, b’konformità mar-rekwiżit stabbilit fil-punt 47 tal-Komunikazzjoni Bankarja, il-fażi ta’ likwidazzjoni hija limitata għall-perjodu strettament meħtieġ sabiex ikun hemm likwidazzjoni ordinata u b’hekk jiġu evitati distorsjonijiet mhux dovuti tal-kompetizzjoni. Għalkemm il-likwidazzjoni ta’ WestLB se tieħu diversi snin, xorta tista’ titqies li hija limitata għall-iqsar żmien possibbli. Il-kumpanija ta’ servisjar biss se tipparteċipa fil-kompetizzjoni, billi toffri ammont limitat ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi lil partijiet terzi. Il-Ġermanja impenjat ruħha li l-kumpanija tas-servisjar se tinbiegħ qabel il-31 ta’ Diċembru 2016. Il-perjodu ta’ trasformazzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2016 huwa meħtieġ sabiex tippermetti lill-ammistrazzjoni biex torganizza mill-ġdid l-istrutturi organizzattivi fi ħdan il-bank tal-SPM, biex tissepara l-kumpanija tas-servisjar u għall-inqas tistabbilixxi track-record qasir sabiex tattira investituri potenzjali. Il-bank tal-SPM innifsu se jibqa’ responsabbli għal assi li ma jistgħux jiġu fiżikament trasferiti lill-EAA, u għalhekk it-tul tal-ħajja tiegħu huwa mmexxi mill-maturità ta’ dawk l-assi. Il-likwidazzjoni li tippreserva l-valur tal-portafolli għandha tieħu sal-2008, u dak il-perjodu ta’ żmien ma jistax jiġi mqassar. Madanakollu, il-funzjoni bħala detentur ta’ assi mhijiex attività ekonomika għaldaqstant hija mingħajr effett fuq il-kompetizzjoni. Filwaqt li t-tnaqqis tal-ħaddiema fil-bank tal-SPM se jieħu xi snin biex jilħaq il-mira ta’ daqs ta’ 1 000 impjegat, dak it-tnaqqis fil-ħaddiema għadu konformi mal-tnaqqis tal-livell ta’ attività tal-bank tal-SPM, peress li r-rijorganizzazzjoni ta’ bank tal-SPM se tkun proċess li jinvolvi xogħol intensiv anki jekk l-attivitajiet bankarji mhumiex mwettqa aktar. Fil-qosor, dawk il-proċessi kollha jistgħu jitqiesu bħala limitati għall-iqsar perjodu possibbli.

    (180)

    It-tielet kriterju huwa li l-bank m’għandux ikompli l-attivitajiet tiegħu fis-suq ħlief biex ibiegħ l-assi tiegħu, u jiżgura li parti insinifikanti biss mill-attivitajiet bankarji preċedenti jibqgħu fis-suq.

    (181)

    Xi attivitajiet miġburin flimkien bħala l-Verbundbank se jiġu kkontrollati minn Helaba. L-attivitajiet tal-Verbundbank jirrappreżentaw f’termini ta’ daqs tal-karta tal-bilanċ inqas minn 20 % tal-karta tal-bilanċ preċedenti ta’ WestLB (il-portafoll Verbundbank se jirrapreżenta daqs tal-karta tal-bilanċ ta’ EUR 45 biljun fil-massimu, meta mqabbel mal-karta tal-bilanċ totali ta’ WestLB ta’ EUR 288 biljun fl-2008). F’termini ta’ daqs tal-persunal il-Kummissjoni tinnota li inqas minn 10 % tal-persunal preċedenti ta’ WestLB se jkomplu jaħdmu fis-settur isseparat ta’ Verbundbank (madwar 400 impjegat fis-settur ta’ Verbundbank, meta mqabbel mal-persunal inizjali ta’ WestLB tal-5 661 impjegat fl-2008). Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li l-Verbundbank se jiġi sseparat permezz ta’ trasferiment ta’ assi u obbligazzjonijiet u mhux jiġi trasferit bħala bank b’mod sħiħ. Peress li t-tranżazzjoni ma tikkonċernax lil WestLB iżda lil parti żgħira biss mill-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha, it-tranżazzjoni ma tistax titqies bħala bejgħ sinifikanti tal-bank.

    (182)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni m’għandha l-ebda indikazzjoni li r-rekwiżiti tal-punt 49 tal-Komunikazzjoni Bankarja ma ġewx issodisfati, skont liema tranżazzjoni għandha ssir fuq termini tas-suq u timmassimizza l-prezz tal-bejgħ għall-assi u l-obbligazzjonijiet involuti. F’dan ir-rigward il-Kummissjoni tinnota li WestLB kienet waqqfet proċess tal-bejgħ mingħajr suċċess bil-għan li timmassimizza l-prezz tal-bejgħ għall-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tagħha. Madanakollu, WestLB ma rċiviet l-ebda offerta aċċettabbli. Barra minn hekk, il-valur tal-kumpanija tal-attivitajiet ta’ Verbundbank, li jinkludu assi, obbligazzjonijiet, u struttura organizzattiva b’madwar 400 impjegat, qed tiġi riveduta minn diversi awdituri esterni abbażi ta’ metodi ta’ valutazzjoni stabbiliti. Il-Ġermanja timpenja ruħha li l-attivitajiet ta’ Verbundbank, li se jiġu jew ikkontrollati minn Helaba jew mis-settur tal-banek tat-tfaddil, ikollhom valur ta’ kumpanija ta’ żero, b’konformità mal-Eckpunktevereinbarung. Fil-fatt, b’differenza ma’ proċessi oħra ta’ bejgħ fil-każijiet ta’ likwidazzjoni (96), il-bejgħ tal-attivitajiet ta’ Verbundbank minn WestLB ma jirrikjedux kwalunkwe ħlasijiet addizzjonali mill-awtoritajiet pubbliċi. Il-Kummissjoni għalhekk ma tara l-ebda benefiċċju mhux dovut għall-entità li se tieħu f’idejha l-attivitajiet ta’ Verbundbank u għalhekk tikkonkludi li la Helaba u lanqas il-banek tat-tfaddil ma jiksbu kwalunkwe għajnuna li tirriżulta mill-bejgħ tal-attivitajiet ta’ Verbundbank.

    (183)

    Fi kwalunkwe każ, ir-regoli għall-bejgħ tal-bank kollu previst fil-punti 17 ’il quddiem tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar huma, anki jekk ma japplikawx f’dan il-każ (97), wkoll milħuqa fil-każ attwali. Ir-regoli għal bejgħ bħal dan jirrikjedu l-kriterji li ġejjin: vijabilità restawrata, il-qsim ta’ piżijiet u l-mitigazzjoni ta’ distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni. Iċ-ċessjoni lil Helaba tilħaq dawk il-kriterji. L-ewwel, Helaba għandha tkun tista’ tiżgura vijabilità tal-bank trasferit, peress li l-Verbundbank - meta mqabbel ma’ Helaba - huwa pjuttost żgħir f’termini ta’ daqs tal-karta tal-bilanċ u għadd ta’ persuni, u għandu biss impatt żgħir fuq il-profitabbiltà tal-entità magħquda. Min-naħa l-oħra l-fużjoni għandha twassal għal tfaddil fir-rigward ta’ dawk l-ispejjeż li ma jagħtux lok għal valutazzjoni pożittiva tal-Verbundbank fuq bażi individwali (98). It-tieni, qsim tal-piż huwa żgurat minħabba li l-azzjonisti ta’ WestLB mhu se jirċievu l-ebda introjtu mill-bejgħ iżda minflok se jitilfu l-kapital tagħhom f’WestLB. It-tielet, minħabba li l-attivitajiet ta’ WestLB se jitnaqqsu għal inqas minn 20 % ta’ dawk tal-bank kif oriġinarjament kien jeżisti, il-prassi tad-deċiżjonijiet adottati tal-Kummissjoni hija li ma tintalab ebda miżura kumpensatorja addizzjonali għat-tali bejgħ (99).

    (184)

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni m’għandha l-ebda raġuni biex tassumi li l-Verbundbank bħala grupp ta’ assi jista’ jitqies bħala s-suċċessur ekonomiku ta’ WestLB. Helaba la hija s-suċċessur legali ta’ WestLB u lanqas il-Verbundbank m’għandu xi identità funzjonali sinifikanti ma’ WestLB. Helaba ma tissodisfax il-kriterji biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ entità ekonomika kontinwa li l-Kummissjoni użat sabiex tistabbilixxi jekk l-għajnuna mill-istat ġietx estiża lil kumpanija li tkompli l-attività tal-kumpanija oriġinali (100).

    (185)

    Fl-aħħar, żgurat ukoll li l-għajnuna hija limitata għall-minimu meħtieġ. B’mod partikolari, trasferiment ta’ assi lill-EAA se jseħħ biss jekk dawn ma jistgħux jinbiegħu lil partijiet privati. Barra minn hekk, l-injezzjoni addizzjonali ta’ kapital fil-bank tal-SPM hu meħtieġ biex tkopri għall-ispejjeż mistennija tal-eżawriment. Fl-aħħar nett, l-appoġġ ta’ likwidità jista’ jitqies bħala parti integrali tax-xenarju ta’ likwidazzjoni ġenerali, għax sempliċement jipproteġi l-perjodu ta’ trasformazzjoni f’każ li jseħħ taqlib fis-suq qabel it-30 ta’ Ġunju 2012. L-appoġġ tal-likwidità għalhekk jiżgura li l-proċedura ta’ likwidazzjoni ordinata ma tinbidilx f’likwidazzjoni diżordinata qabel it-30 ta’ Ġunju 2012.

    ii)    Kontribuzzjoni proprja u qsim tal-piż

    (186)

    It-tieni parti tal-valutazzjoni tikkonċerna l-qsim tal-piż. Punt 46 tal-Komunikazzjoni Bankarja jinsisti li fil-kuntest tal-likwidazzjoni, kura partikolari trid tittieħed biex jitnaqqas periklu morali, l-aktar billi jiġu esklużi xi azzjonisti u possibilment ċerti tipi ta’ kredituri milli jirċievu l-benefiċċju ta’ kull għajnuna fil-kuntest ta’ proċedura ta’ likwidazzjoni kkontrollata. Fil-każijiet ta’ Northern Rock (101) u HRE (102), il-qsim tal-piż intlaħaq permezz tan-nazzjonalizzazzjoni. Bħalma ġara f’dawk il-każijiet, l-azzjonisti hawnhekk se jitilfu l-ekwità kollha tagħhom. Barra minn hekk, l-azzjonisti ta’ WestLB, kif ukoll SoFFin bħala l-fornitur prinċipali ta’ kapital ibridu, se jieħu r-responsabbiltà individwali għall-partijiet differenti li fihom WestLB se tinqasam u jipprovdu kapital addizzjonali.

    (187)

    Fil-fatt, il-banek tat-tfaddil aċċettaw li jieħdu r-responsabbiltà għall-attivitajiet ta’ Verbundbank u se jiġbru l-kapital għal dak il-għan, u l-NRW aċċetta li jieħu l-parti l-kbira tal-piż, billi jidħol responsabbli għall-ispejjeż operattivi u l-ispejjeż ta’ likwidazzjoni tal-bank tal-SPM. Barra minn hekk, SoFFin aċċettat ukoll li tieħu parti sinifikanti tal-piż billi tħalli żewġ terzi tal-parteċipazzjoni silenzjuża tagħha f’WestLB, u b’hekk bi probabilità kbira tevita l-ħlas lura tal-investiment tagħha. Għalhekk il-ftehim ġenerali jikkunsidra b’mod suffiċjenti kemm il-kapaċitajiet rispettivi tal-qsim tal-piż tal-partijiet kif ukoll il-grad li fih qabel kienu involuti fit-twaqqif tal-istrateġija tal-bank u l-grad ta’ influwenza tagħhom fuq il-governanza korporattiva tal-bank.

    iii)    Il-limitazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

    (188)

    Il-pjan ta’ likwidazzjoni jiżgura limitazzjoni ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni ta’ WestLB, ladarba tisparixxi mis-suq sat-30 ta’ Ġunju 2012. Wara dan, WestLB se tiġi ttrasformata f’entità mingħajr attivitajiet bankarji li flimkien mal-EAA teżawrixxi l-assi.

    (189)

    Barra minn hekk, distorsjonijiet mhux dovuti tal-kompetizzjoni fil-likwidazzjoni huma evitati billi jiġi żgurat li WestLB wara t-30 ta’ Ġunju 2012 tkompli topera biss sakemm ikun meħtieġ għal-likwidazzjoni u ma tidħol fl-ebda attività ġdida, iżda tara biss li jiġu eżawriti l-attivitajiet eżistenti. Fil-każ attwali, dak il-prinċipju huwa implimentat billi kemm jista’ jkun malajr jiġu irtirati dawk il-partijiet tal-liċenzja bankarja ta’ WestLB li mhumiex meħtieġa għaż-żamma tal-assi jew tal-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-assi, u sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012.

    (190)

    Fir-rigward tal-intenzjoni tal-bank tal-SPM bank li jagħmel spin-off ta’ kumpanija tas-servisjar, li toffri servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi lil partijiet terzi u li b’hekk tidħol f’kompetizzjoni ma’ fornituri oħra ta’ dak it-tip ta’ servizz, il-Kummissjoni tinnota li tali pass huwa propost sabiex jitnaqqas l-għajnuna mill-istat f’WestLB wara t-30 ta’ Ġunju 2012. Fil-fatt, l-NRW, li huwa responsabbli għall-bank tal-SPM, ħa l-akbar piż tal-azzjonisti ta’ WestLB. B’hekk jista’ jiġi ġġustifikat tnaqqis fin-nefqa operattiva tal-bank tal-SPM billi jiġu offruti servizzi lil partijiet terzi.

    (191)

    Barra minn hekk, il-potenzjal tal-kumpanija tas-servisjar li tfixkel il-kompetizzjoni huwa delimitat minn diversi impenji mill-Ġermanja. L-ewwel nett, il-kuntratti ta’ partijiet terzi jistgħu jingħataw biss minn entità separata tal-bank tal-SPM li jkollha liċenzja bankarja limitata għall-minimu meħtieġ u li se tinbiegħ sal-31 ta’ Diċembru 2016. It-tieni, in-natura tas-servizzi li l-bank tal-SPM jista’ jipprovdi ġiet sostanzjata minn lista eżawrjenti ta’ attivitajiet eliġibbli. F’dak il-kuntest il-Ġermanja timpenja ruħha li l-liċenzji bankarji kollha ta’ WestLB li mhumiex meħtieġa għall-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi se jiġu rritornati sal-31 ta’ Diċembru 2012. It-tielet, il-forza tax-xogħol fil-bank tal-SPM se tkun konsiderevolment imnaqqsa fil-kors tar-ristrutturar tiegħu u mhux se taqbeż 1 000 impjegat fl-2016, li hija 20 % inqas mill-persunal inizjali ta’ WestLB ta’ 5 661 impjegat fl-2008. Ir-raba’ nett, il-volum ta’ negozju tal-parti terza li l-kumpanija tas-servisjar tal-bank tal-SPM tista’ tixtri fuq is-suq ma għandux jeċċedi [40-60]% tad-dħul globali tagħha, li huwa għatu effettiv fuq il-perspettiva tan-negozju tagħha. Il-ħames, il-Ġermanja timpenja ruħha li l-bank tal-SPM se joffri s-servizzi tiegħu ta’ ġestjoni ta’ assi bi prezzijiet ġusti tas-suq biss, u li r-rati offruti se jkunu biżżejjed biex ikopru l-ispejjeż kollha tal-kumpanija tas-servisjar. Fl-aħħarnett, il-Ġermanja timpenja ruħha li, jekk il-kumpanija tas-sevisjar li tipprovdi servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi lil partijiet terzi ma tistax tinbiegħ sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-bank tal-SPM se jiġi likwidat ukoll. It-taħlita ta’ dawk ir-restrizzjonijiet tiżgura li parti żgħira biss mill-attivitajiet ta’ qabel tibqa’ fis-suq u għandha potenzjal limitat ħafna li tfixkel il-kompetizzjoni.

    (192)

    Barra minn hekk, il-kumpanija tas-servisjar għandha tkun suffiċjentement profitabbli. Dokumentazzjoni sottomessa mill-Ġermanja tindika li hemm ċans realistiku li l-kumpanija tas-servisjar tagħme pprofitt biżżejjed, b’mod partikolari wara l-aġġustament tal-[…]. Jekk il-miżuri intenzjonati għat-tnaqqis fl-ispejjeż huma implimentati u opportunitajiet ta’ negozju huma żviluppati, hemm ċans li l-kumpanija tas-servisjar se tattira l-investituri fis-suq.

    (193)

    L-impenji mogħtija mill-Ġermanja jiżguraw b’mod suffiċjenti li l-bank tal-SPM mhux se jkompli joffri servizzi fis-suq jekk l-attivitajiet tiegħu jirriżultaw li jkunu inqas ta’ profitt minn dak antiċipat tant li ma jistax jiġi mibjugħ fl-2016.

    d.   KONKLUŻJONI

    (194)

    Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 jirrappreżenta xenarju ta’ likwidazzjoni ordinata għal WestLB li, minħabba l-impenji stipulati fl-Anness mad-Deċiżjoni attwali, jissodisfa l-kriterji rilevanti kollha tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-Komunikazzjoni Bankarja u b’hekk jiżgura kompatibilità tal-miżuri ta’ għajnuna indikati fit-Tabella 7. Id-dubju tal-Kummissjoni indikat fid-deċiżjonijiet tal-ftuħ rigward il-kompatibbiltà tal-għajnuna addizzjonali għalhekk ġie allevjat.

    (195)

    Fil-kors tad-Deċiżjoni attwali, il-Kummissjoni kellha wkoll tikkunsidra l-miżuri mogħtija skont id-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009. Dik id-deċiżjoni u l-pjan korrispondenti ta’ ristrutturar ta’ April 2009 ma koprewx l-għajnuna pprovduta sussegwentement u lanqas il-pjan ta’ ristrutturar ta’ April 2009 ma kien addattat biex jiggarantixxi l-vijabbiltà meħtieġa, il-qsim tal-piż u l-limitazzjoni ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jagħmlu l-għajnuna sussegwenti kompatibbli. Għaldaqstant, fid-Deċiżjonijiet ta’ Diċembru 2009 u Novembru 2010 il-Kummissjoni talbet pjan ġdid komprensiv ta’ ristrutturar. Pjan bħal dan ġie ppreżentat f’Ġunju 2011 u jissostitwxxi l-pjanijiet preċedenti kollha. Barra minn hekk, dak il-pjan ttrasforma dak li qabel kienu previst bħala r-ristrutturar ta’ WestLB fi proċess ta’ likwidazzjoni. Kif indikat fil-premessa d, il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Ġunju 2011 huwa kapaċi jiżgura kompatibbiltà tal-għajnuna kollha pprovduta bejn l-2008 u l-2012 lil WestLB. Konsegwentement, id-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009 saret superfluwa u għandha tiġi mħassra. Dik ir-revoka għandha testendi wkoll għall-impenji u l-obbligi kollha ppreżentati fil-kuntest tad-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009.

    VI.   VANTAĠĠ LILL-BANEK TAT-TFADDIL

    (196)

    Id-dubji tal-Kummissjoni ġew allevjati li l-banek tat-tfaddil ma pparteċipawx b’mod adegwat fil-qsim tal-piż u bbenefikaw b’mod straordinarju mill-miżura ta’ salvataġġ ta’ assi.

    (197)

    L-ewwel, it-tħassib tal-Kummissjoni li l-banek tat-tfaddil kellhom l-obbligu li jikkontribwixxu għall-rikapitalizzazzjoni ta’ WestLB ma setax jiġi sostanzjat; fil-fatt, il-banek tat-tfaddil ma kinux ħadu obbligu speċjali bħal dan.

    (198)

    It-tieni, il-Kummissjoni tosserva ammont tajjeb ta’ qsim tal-piż li jagħmel tajjeb għal-limitazzjoni tal-esponiment tal-banek tat-tfaddil għal EUR 4,5 biljun. Ċertament, l-obbligu ta’ kumpens għal telf li jista’ jseħħ fir-riżoluzzjoni tal-EAA kien, sa ċertu punt allevjat għall-banek tat-tfaddil, hekk kif l-obbligu tagħhom ġie limitat għal EUR 4,5 biljun. Madanakollu, l-ewwel nett il-banek tat-tfaddil ma kellhom l-ebda obbligu li jittrasferixxu l-assi għaż-ŻEE u tabilħaqq kellhom xi libertà kuntrattwali biex jagħmlu arranġament intern għar-responsabbiltà għal telf. Anki hekk, mid-Deċiżjoni ta’ Diċembru 2009 il-banek tat-tfaddil għaddew minn qsim tal-piż sinifikanti u tilfu l-kapital kollu tagħhom f’WestLB. Għalhekk, f’dan ir-rigward m’hemm l-ebda raġuni aktar għaliex il-każ kontra l-banek tat-tfaddil għandu jiġi segwit.

    (199)

    Finalment, ta’ min jinnota wkoll li l-ebda vantaġġ ma jista’ jiġi osservat favur xi membri tal-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil lil hinn mil-likwidazzjoni ta’ WestLB. B’mod partikolari t-trasferiment ta’ assi lil Helaba kif ukoll il-provvista ta’ kapital lil Helaba bħala skambju għall-irċevuta ta’ ishma ta’ Helaba jistgħu jitqiesu bħala parti mil-likwidazzjoni ta’ WestLB u dan l-arranġament sar biss għal dak il-għan. Anki jekk kkostitwiet bħala għajnuna mill-istat, hija tkun kompatibbli mas-suq intern fil-kuntest tal-provvista ta’ għajnuna għal-likwidazzjoni lil WestLB.

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    (1)   Il-miżuri li l-Ġermanja implimentat u qed tippjana li timplimenta għal WestLB jikkonsistu minn:

    a)

    it-tarka tar-riskju tal-2009 ta’ EUR 5 biljun għall-portafoll Phoenix;

    b)

    l-injezzjoni ta’ kapital tal-2010 ta’ EUR 3 biljun fil-kuntest tal-ewwel trasferiment ta’ assi:

    c)

    l-ewwel trasferiment ta’ assi tal-2010 lil Erste Abwicklungsanstalt b’ammont ta’ għajnuna ta’ EUR 10,812 biljun;

    d)

    it-tieni trasferiment ta’ assi tal-2012 lil Erste Abwicklungsanstalt b’ammont ta’ għajnuna ta’ EUR [1,3-2,6] biljun;

    e)

    l-istrument kapitali addizzjonali tal-2012 għall-bank tal-SPM ta’ EUR 1 biljun;

    f)

    il-kopertura addizzjonali ta’ telf tal-2012 ta’ EUR [0,5-2,0] biljun mill-Land tal-NRW għall-bank tal-SPM; u

    g)

    il-provvista ta’ appoġġ ta’ likwidità mill-azzjonisti ta’ WestLB fl-ewwel sitt xhur tal-2012 […] tikkostitwixxi għajnuna mill-istat.

    2.   L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 hija kompatibbli mas-suq intern fid-dawl tal-impenji stabbiliti fl-Anness.

    Artikolu 2

    Il-Ġermanja għandha tiżgura li, min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni rapporti dettaljati kull tliet xhur dwar il-miżuri li jittieħdu biex tkun konformi magħha.

    Artikolu 3

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2009 fil-każ C43/2008 ġiet imħassra.

    Artikolu 4

    Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Joaquín ALMUNIA

    Viċi President


    (1)  B’effett mill-1 ta’ Diċembru 2009, l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE saru l-Artikoli 107 u 108, rispettivament, tat-TFUE. Iż-żewġ settijiet ta’ dispożizzjonijiet huma, sostanzjalment, identiċi. Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, referenzi għall-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE għandhom jinftiehmu, fejn xieraq, bħala referenzi għall-Artikoli 87 u 88, rispettivament, tat-Trattat tal-KE.

    (2)  ĠU C 66, 17.3.2010, p. 15; ĠU C 23, 25.1.2011, p. 9.

    (3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2009 fil-kawża C 43/2008, Ir-Ristrutturar ta’ WestLB AG, ĠU L 345, 23.12.2009, p. 1.

    (4)  Il-grupp WestLB jikkonsisti minn WestLB AG (minn hawn ’il quddiem imsejħa "WestLB") u mill-kumpaniji affiljati, inklużi l-Westdeutsche ImmobilienBank AG u l-WestLB Mellon Asset Management Holdings Limited. Għadd konsiderevoli ta’ dokumenti pprovduti mill-Ġermanja lill-Kummissjoni, bħall-pjan ta’ ristrutturar tat-30 ta’ Ġunju 2011, il-Eckpunktevereinbarung u l-impenji mogħtija mill-Ġermanja, xi kultant jitkellmu dwar u/jew jirreferu għall-grupp WestLB. F’din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għalhekk ma tagħmilx differenza bejn WestLB AG u l-grupp WestLB, iżda tieħu WestLB AG - bħala l-kumpanija possedenti tal-affiljati tagħha - bħala pars pro toto. L-istess approċċ ittieħed fid-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009.

    (5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ottubru 2009 fil-każ N 531/2009, Suppożizzjoni ta’ riskju għal WestLB, ĠU C 305, 16.12.2009, p. 4.

    (6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2009 fil-każ C 40/09 (ex-N 555/09), Għajnuna addizzjonali għal WestLB AG fir-rigward tas-segregazzjoni ta’ assi, ĠU C 66, 17.3.2010, p. 15. Dik id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni tas-7 ta’ Ottubru 2009 fil-każ N 531/2009.

    (7)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2010 fil-każ N 249/10, It-tiġdid tal-awtorizzazzjoni temporanja ta’ għajnuna addizzjonali għal WestLB AG fir-rigward tas-segregazzjoni ta’ assi, ĠU C 230, 26.8.2010, p. 3.

    (8)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 fil-każ C 40/2009, Estensjoni ta’ Investigazzjoni WestLB, ĠU C 23, 25.1.2011, p. 9.

    (9)  Westdeutsche ImmobilienBank AG huwa l-akbar affiljat ta’ WestLB u fornitur sinifikanti ta’ finanzjament tal-proprjetà immobbli fil-Ġermanja.

    (10)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Diċembru 2010 fil-każ MC 8/2009, Ċessjonijiet ta’ WestLB, għadha mhix ippubblikata.

    (11)  Dak il-ftehim huwa rifless f’dokument imsejjaħ "Eckpunktevereinbarung zum Restrukturierungsplan der WestLB" iffirmat mill-azzjonisti kollha, mill-EAA u mill-FMSA fid-29 ta’ Ġunju 2011.

    (12)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ottubru 2004 dwar l-għajnuna mill-Ġermanja għall-Westdeutsche Landesbank - Girozentrale (WestLB), issa WestLB AG, ĠU L 307, 7.11.2006, p. 22, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2007, ĠU C 4, 9.1.2008, p. 1.

    (13)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ NN 25/2008 tat-30 ta’ April 2008, ĠU C 189, 26.7.2008, p. 3.

    (14)  Il-portafoll ta’ Phoenix Light essenzjalment jikkonsisti minn titoli strutturati, karta kummerċjali, noti fuq perjodu medju u noti tad-dħul u tal-kapital meħudin minn tliet entitajiet tal-investiment: Greyhawk, Harrier, u Kestrel. Id-distribuzzjoni tal-portafoll ta’ EUR 23 biljun skont it-tip ta’ titolu tista’ tkun miġbura hekk kif ġej: EUR 11,7 biljun ta’ obbligi ta’ djun garantiti tal-Istati Uniti u Ewropej, EUR 5,5 biljun ta’ krediti ipotekarji kummerċjali, EUR 4,3 biljun ta’ krediti ipotekarji residenzjali, EUR 1,7 biljun ta’ pożizzjonijiet oħra. 80 % tat-titoli kellhom klassifikazzjoni AAA, ibbażata fuq il-klassifikazzjoni S&P tal-31 ta’ Diċembru 2007.

    (15)  Għad-dettalji ara d-Deċiżjoni ta’ Mejju 2009.

    (16)  Għad-dettalji ara d-Deċiżjoni ta’ Diċembru 2009, ĠU C 66, 17.3.2010, p. 24, li approvat il-miżura għal sitt xhur.

    (17)  HGB hija abbrevazzjoni ta’ Handelsgesetzbuch; hija l-GAAP Ġermaniża.

    (18)  Din is-suppożizzjoni ta’ riskju tal-NRW, RSGV u WLSGV hija murija b’mod ċar u kkomunikata pubblikament fl-ewwel rapport annwali tal-EAA, ara r-rapport annwali ta’ EAA Erste Abwicklungsanstalt, sena finanzjarja 2009/2010, p. 7.

    (19)  Fil-fatt, mogħdijiet differenti ta’ trasferiment kienu magħżula għall-pożizzjonijiet indikati, jiġifieri segregazzjoni, subparteċipazzjoni, garanzija u bejgħ, sabiex jittieħdu inkonsiderazzjoni l-liġijiet differenti, ir-regolamenti u r-reġimi tat-taxxa tal-pajjiżi rispettivi u tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza. Irrispettivament mill-mogħdija magħżula, ir-riskju ekonomiku tal-assi u tal-obbligazzjonijiet għaddew b’mod sħiħ minn WestLB għall-EAA.

    (20)  Ara l-ittra tat-22 ta’ Frar 2010"PEG Master COB 31 Dec 2009" b’verżjonijiet aġġornati, modifikati u estiżi sas-7 ta’ Mejju 2010.

    (21)  Madwar EUR 6 biljun minn dak l-ammont jikkonsisti minn "noti intermedji" iddenominati f’euro u f’dollaru Amerikan, li ġew trasferiti l-ewwel. Spiss il-Ġermanja tirreferi għal dak l-ewwel trasferiment bħala "Kleine Aida", b’mod kuntrarju għall-bqija ta’ EUR 62 biljun ("Große Aida").

    (22)  L-hekk imsejħa “plain vanilla bonds” huma bonds li ma jkolhom l-ebda karatteristika mhux tas-soltu, li jkunu jrendu rata fissa ta’ imgħax u jkunu jistgħu jinfdew bis-sħiħ meta jimmaturaw.

    (23)  Negozju ta’ Bażi Negattiva tfisser pożizzjoni li fiha negozjant jixtri bond u jixtri protezzjoni ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu fuq l-istess isem tal-emittent, fejn il-firxa ta’ swap ta’ inadempjenza tal-kreditu (primjum li għandu jitħallas) huwa inqas mill-firxa tal-bond. Bażi negattiva hija relattivament rari li tiġi osservata, u ġġorr riskji ta inadempjenza kontra l-bejjiegħ tal-protezzjoni tal-kreditu.

    (24)  Ittra mill-Ġermanja tas-7 ta’ Mejju 2010.

    (25)  Ittra mill-Ġermanja tat-8 ta’ Lulju 2010.

    (26)  Rapporti Interim minn Blackrock u l-"Finale Version inklusive aller Hauptportfolio Aktiva" minn Blackrock datata 12 ta’ Mejju 2010, li waslu għand il-Kummissjoni fit-18 ta’ Mejju 2010.

    (27)  Ittra mill-Ġermanja tas-16 ta’ Ġunju 2010.

    (28)  Skont il-kummenti tal-Ġermanja ppreżentati fit-22 ta’ Diċembru 2010, il-bidu tal-kapital inizjali tal-EAA fi flus kontanti ammonta biss għal EUR 100 000. Il-maġġoranza tal-ekwità ġiet mill-qasma ta’ darba.

    (29)  L-esperti elaboraw fit-tul dwar il-metodoloġija tagħhom biex waslu għal REV għal kull wieħed mill-assi fir-rapport finali tagħhom. Għal deskrizzjoni dettaljata tas-sejbiet ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 fil-Każ C 40/2009, Estensjoni tal-Investigazzjoni ta’ WestLB, ĠU C 23, 25.1.2011, p. 16, premessi 37 et seq.

    (30)  Għal ċerti subportafolli, bħas-segmenti tal-ABS tal-European Super Senior, l-esperti tal-Kummissjoni kellhom fehma anqas konservattiva minn WestLB innifsu. Li kieku użaw dejjem il-valutazzjoni ta’ WestLB innifisha bħala l-valur massimu, id-differenza totali kienet tkun EUR 573 miljun ogħla.

    (31)  Il-parti teknika tal-trasferiment jista’ jsir wara t-30 ta’ Ġunju 2012. Ir-riforniment se jkun ibbażat fuq il-prinċipji stabbiliti fil-qafas legali applikabbli fil-FMStFG, li jippermetti riforniment sussegwenti bħal dan tal-EAA. Sabiex il-FMSA jawtorizza riforniment għandu jkun hemm, fost affarijiet oħra, id-divulgazzjoni tar-riskji kollha inerenti għall-assi u obbligazzjonijiet u pjan dettaljat ta’ likwidazzjoni għall-assi trasferiti. Il-portafolli għall-Verbundbank u t-tieni trasferiment ta’ assi għall-EAA finalment jiġu żvelati fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ nofs is-sena ta’ WestLB fit-30 ta’ Ġunju 2012 u se jkunu legalment jew għall-inqas ekonomikament immedjatament trasferiti wara dik id-data.

    (32)  Inklużi l-assi u l-obbligazzjonijiet ta’ Verbundbank. Il-valuri jikkunsidraw l-effetti ta’ hedge accounting skont l-HGB.

    (*)  Informazzjoni kunfidenzjali

    (33)  

    "Das Land NRW tritt im Gegenzug mit EUR 1 Mrd. zusätzlicher und möglichst nachrangiger Haftung in die WestLB ein. Die zusätzliche Haftung des Landes NRW entsteht an derjenigen Rangstelle in der SPM Bank, die mindestens erforderlich ist, um die aufsichtsrechtlichen Anforderungen in der SPM Bank mit Blick auf die Teilrückzahlung der Stillen Einlage des FMS zu erfüllen."

    (34)  Għal dettalji ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2009 fil-każ C 43/2008, Ir-Ristrutturar ta’ WestLB AG, ĠU L 345, 23.12.2009, premessi 28 sa 43.

    (35)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2009 fil-każ C 43/2008, Ir-Ristrutturar ta’ WestLB AG, ĠU L 345, 23.12.2009, premessi 34 et seq.

    (36)  Għal dettalji ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 fil-każ C 40/2009, Estensjoni ta’ Investigazzjoni ta’ WestLB, ĠU C 23, 25.1.2011 premessi 55 et seq.

    (37)  Jekk il-Verbundbank jiġi fil-kontroll ta’ Helaba, l-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil għaldaqstant isiru azzjonisti f’Helaba.

    (38)  Stqarrija konġunta għall-istampa tat-12.12.2011 mill-Istat ta’ Hessen, l-Istat ta’ Thuringia u l-assoċjazzjoni tal-banek tat-tfaddil ta’ Hessen u Thuringia "Il-bord tas-sidien jagħi l-kunsens".

    (39)  FMStFG §8a.

    (40)  Ix-xenarju jinjora l-assi potenzjali abbażi ta’ riskju skont Basel II.5 u basel III.

    (41)  Ix-xenarju jinjora l-assi potenzjali peżati għar-riskju skont Basel II.5 u Basel III.

    (42)  Il-ħtieġa li wieħed iżomm assi peżati għar-riskju sabiex jiġu koperti rekwiżiti kapitali regolatorji għal riskji purament operattivi huwa stabbilit fil-Solvabilitätsverordnung. Il-kopertura għal riskji operattivi ma tistax tiġi trasferita għal entità oħra. Attwalment, WestLB jagħmel użu minn Approċċ ta’ Kejl Avvanzat (AMA) sabiex jikkalkula l-ammont meħtieġ ta’ RWAs għar-riskji operattivi tiegħu; minħabba d-differenzi fundamentali bejn il-mudell tan-negozju ta’ WestLB u dak tal-bank tal-SPM, huwa maħsub li jinbidel il-metodu ta’ kalkolu minn approċċ sofistikat ta’ AMA għal Approċċ tal-Indikatur Bażi, li, madanakollu, jeħtieġ li jiġi approvat mill-kontrollatur regolatorju.

    (43)  Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Ġermanja fil-21 ta’ Novembru 2011.

    (44)  B’mod partikolari […] irid jiġi aġġustat sabiex tinkiseb il-kompetittività meħtieġa.

    (45)  Il-Kummissjoni tifhem li punt (a) se jitwettaq mill-kumpanija tas-servisjar waqt li l-bank tal-SPM se jservi bħala detentur u kontroparti għall-assi tal-EAA li ġew trasferiti biss sintetikament.

    (46)  ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

    (47)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

    (48)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2009 fil-każ C 40/09 (eks-N 555/09), Għajnuna addizzjonali għal WestLB AG fir-rigward tas-segregazzjoni ta’ assi, ĠU C 66, 17.3.2010, p. 15. premessa 71.

    (49)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2009 fil-każ C 40/09 (ex-N 555/09), Għajnuna addizzjonali għal WestLB AG fir-rigward tas-segregazzjoni ta’ assi, ĠU C 66, 17.3.2010, p. 15. premessa 76.

    (50)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 fil-każ C 40/2009, Estensjoni ta’ Investigazzjoni WestLB, ĠU C 23, 25.1.2011, p. 9, premessa 74.

    (51)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 fil-każ C 40/2009, Estensjoni ta’ Investigazzjoni WestLB, ĠU C 23, 25.1.2011, p. 9, premessa 90.

    (52)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 fil-każ C 40/2009, Estensjoni ta’ Investigazzjoni WestLB, ĠU C 23, 25.1.2011, p. 9, premessa 91.

    (53)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 fil-Każ C 40/2009, Estensjoni tal-Investigazzjoni ta’ WestLB, ĠU C 23, 25.1.2011, p. 9, premessa 98. EUR 6,6 biljun bħala EUR (11-il biljun - 3,3 biljun – 0,3 biljun – 0,9 biljun), li jammontaw għal żball aġġustat ta’ EUR 0,1 biljun. Dak il-kalkolu ma kienx magħmul b’mod espliċitu fid-Deċiżjoni ta’ Novembru 2010 u l-valutazzjoni tal-għajnuna totali ma kinitx magħmula. Minn dak iż-żmien, abbażi tal-aħħar rapport tal-esperti, saret valutazzjoni aktar preċiża tal-valur tas-suq tal-portafoll trasferit.

    (54)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 fil-każ C 40/2009, Estensjoni tal-Investigazzjoni WestLB, ĠU C 23, 25.1.2011, p. 9, premessa 93.

    (55)  "Assi danneġġati" mhix maħsuba fis-sens stretta ta’ kontabilità, iżda tirreferi għal assi li jappartjenu għal suq li ma jiffunzjonax (danneġġati), fejn minħabba n-nuqqas ta’ xerrejja u bejjiegħa li huma disposti, il-prezzijiet tas-suq ma jkunux jaqblu mal-valur ekonomiku reali li jkun ġie valutat bi prudenza għal perjodu fit-tul.

    (56)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 fil-każ N422/2009, Royal Bank of Scotland, ĠU C 119, 7.5.2010, p. 1, Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2010 fil-każ N725/2009, NAMA, ĠU C 94, 14.4.2010, p. 10, u tat-3 ta’ Awwissu 2010 fil-każ N331/2010, Valutazzjoni ta’ Assi taħt NAMA, ĠU C 37, 5.2.2011, p. 3.

    (57)  Obbligazzjonijiet diġà eżistenti, maħruġa qabel it-18 ta’ Lulju 2005, ikomplu jibbenefikaw mill-garanziji statutorji ta’ Anstaltslast u Gewährträgerhaftung u għalhekk jinkludu vantaġġ ta’ rifinanzjament.

    (58)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2011 fil-każijiet SA.32504 (2011/N) u C 11/2010 (ex N 667/2009), Bank Anglo Irlandiż u Soċjetà Irlandiża Nazjonali tal-Bini, premessa 102, li għadha mhix pubblikata.

    (59)  Investit minn SoFFin fil-forma ta’ parteċipazzjoni silenzjuża.

    (60)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ NN 25/2008 tat-30 ta’ April 2008, ĠU C 189, 26.7.2008, p. 3.

    (61)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 fil-każ SA.28264 (C 15/2009, ex N 196/2009), Hypo Real Estate, għadha ma ġietx ippubblikata, premessa 71;id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-każ C 29/2009, HSH, għadha mhix ippubblikata, premessa 153, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2009 fil-każ C17/2009, LBBW, ĠU L 188, 21.7.2010, p. 10, premessa 44.

    (62)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2010 fil-każ C 29/2009, HSH, għadha mhix ippubblikata, premessa 153.

    (63)  Ara premessa 6 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 fil-każ C 40/2009, Estensjoni ta’ Investigazzjoni WestLB, ĠU C 23, 25.1.2011, p. 9.

    (64)  Ara l-Każ C-334/07 P Il-Kummissjoni vs Freistaat Sachsen [2008] ECR I-9465, paragrafu 53, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li miżura notifikata għandha tiġi valutata skont ir-regoli applikabbli fid-data tad-deċiżjoni.

    (65)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ C 9/2009, Dexia, ĠU L 274, 19.10.2010, p. 54, premessa 153, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-każ C 29/2009, HSH, għadha mhix ippubblikata, premessa 155.

    (66)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ C 29/2009, HSH, għadha mhix ippubblikata, premessa 157.

    (67)  Ara r-rapport tal-esperti tal-Kummissjoni WestLB AIDA Każ C40/2009 Valutazzjoni Sommarja Eżekuttiva REV, p. 22 b’referenza għal Xenarju 4A, bil-fattur ta’ konverżjoni ta’ kreditu ta’ 1).

    (68)  Ara r-rapport tal-esperti tal-Kummissjoni Ir-Rapport dwar Analiżi Dettaljata Finali tal-WestLB Aida, p. 29 (Ir-riżultati ewlenin) u ara Tabella 2, kolonna 2.

    (69)  Ara r-rapport tal-esperti tal-Kummissjoni Ir-Rapport dwar Analiżi Dettaljata Finali tal-WestLB Aida, pp. 12 u 16 (Tabella MtM).

    (70)  Il-Kummissjoni approvat appoġġ ta’ likwidità taħt skemi differenti, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Marzu 2009 fil-każ N637/2008, Skema ta’ likwidità għas-settur finanzjarju fis-Slovenja, ĠU C 143, 24.6.2009, p. 2, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2010 fil-każ NN68/2009, Skema ta’ likwidità għall-banek Ungeriżi, ĠU C 47, 26.2.2010, p. 16.

    (71)  ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2.

    (72)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2011, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex isostnu miżuri favur banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, ĠU C 329, 7.12.2010, p. 7.

    (73)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, mill-1 ta’ Jannar 2011, tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex isostnu miżuri favur banek fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja, ĠU C 356, 6.12.2011, p. 7.

    (74)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Ottubru 2008 fil-każ N512/2008, l-iskema Ġermaniża ta’ salvataġġ tal-banek, ĠU C 293, 15.11.2008, p. 2, emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2008 fil-każ N625/2008, l-iskema Ġermaniża ta’ salvataġġ tal-banek, imtawla mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2009 fil-każ N 330/2009, ĠU C 160, 14.7.2009, p. 4 u mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ġunju 2010 fil-każ N 222/2010, ĠU C 178, 3.7.2010, p. 1.

    (75)  Kritika speċifika dwar il-metodoloġija tista’ tinsab fir-rapporti tal-Bundesbank, ara Erster Teil des Berichts (Fażi I) über die Prüfung nach §6 FMStFG bei der WestLB AG, Düsseldorf (5.10.2009); Zweiter Teil des Berichts (Fażi I) über die Prüfung nach §6 FMStFG bei der WestLB AG, Düsseldorf (5.10.2009); Bericht (Fażi II) über die Prüfung nach §6a bzw. §8a FMStFG bei der WestLB AG, Düsseldorf (26.11.2009).

    (76)  Deċiżjoni ta’ Novembru 2010, premessa 83.

    (77)  ABS CDOs tfisser obbligu ta’ dejn kollaterali ta’ titoli abbażi ta’ assi.

    (78)  CDOs oħrajn tfisser obbligi oħra ta’ dejn kollaterali.

    (79)  US RMBS tfisser titoli fuq bażi ipotekarja residenzjali tal-Istati Uniti.

    (80)  US CMBS tfisser titoli fuq bażi ipotekarja kummerċjali tal-Istati Uniti.

    (81)  US ABS tfisser titoli fuq bażi ta’ assi tal-Istati Uniti.

    (82)  EUR ABS tfisser titoli fuq bażi ta’ assi tal-Unjoni Ewropea.

    (83)  Ara r-rapport tal-esperti tal-Kummissjoni, WestLB Aida - Każ C40/2009 – ir-Rapport Finali dwar il-Valutazzjoni tar-REV (Société Générale, Dirk Bangert, Professor Wim Schoutens), p. 76, li ġie approvat mill-Kummissjoni.

    (84)  Indikazzjonijiet li juru li swieq qed jaħdmu b’mod normali: Suq likwidu b’volumi minn medji sa għoljin ta’ tranżazzjonijiet; firxa ta’ offerti stretti; il-perċezzjoni li bids u offerti jistgħu jinkisbu, jekk jintalbu; numru ta’ parteċipanti stabbiliti fis-suq; in-nuqqas ta’ restrizzjonijiet strutturali fl-operazzjoni tas-suq; jew l-emittent ma jkunx suġġett għal avvenimenti ta’ kreditu jew tħassib elevat dwar il-kwalità tal-kreditu. Indikazzjonijiet li juru li l-operazzjoni tas-suq hija indebolita huma: L-ebda tranżazzjoni tas-suq jew ftit li xejn; swieq “irqaq” u volumi baxxi; firxa wiesgħa ta’ bids-offerti, indikazzjonijiet ta’ bids biss jew offerti biss; għal perjodu twil ma jinkisbux bids jew offerti; ftit parteċipanti stabbiliti fis-suq, li wħud minnhom jistgħu jikkusidraw jitilqu mis-suq; restrizzjonijiet strutturali dwar l-operazzjoni tas-suq; “manipulazzjoni tas-suq”; u emittent li huwa suġġett għal avvenimenti ta’ kreditu.

    (85)  Ir-rapport tal-esperti jsemmi Mejju 2010 (eż. p. 86) bħala d-data meta effettivament dehret il-Kriżi Sovrana.

    (86)  Finalment, għandu jiġi nnutat li f’konformità mad-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ Novembru 2010 (ara premessa 105) aġġustament tar-REV kif propost mill-Ġermanja minħabba d-differenza bejn id-data effettiva tal-valutazzjoni tal-assi u t-trasferiment tagħha huwa xieraq. Il-Ġermanja kienet sostniet li, meta ġie kkalkulat l-REV f’Marzu 2010, li kienet tkun id-data ta’ referenza għat-trasferiment ta’ April 2010, tista’ tagħmel dan billi tapplika il-proporzjon tar-REV ta’ Diċembru 2009 mal-valur skont il-kotba ta’ Diċembru 2009 u timmultiplika dak il-proporzjon bil-valur skont il-kotba ta’ Marzu 2010. Skont l-esperti tal-Kummissjoni, waqt li bidla fil-valur tat-trasferiment seta’ seħħ, kull amortizzazzjoni intermedja tal-portafoll kien ikkawżat primarjament minn assi mhux problematiċi. Għalhekk, kien ikun mingħajr impatt għall-REV u kull aġġustament kien iwassal għal sopravalutazzjoni tal-REV tal-portafoll li fadal u għalhekk irid jiġi miċħud.

    (87)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2010 fil-Każ C 40/2009, Estensjoni tal-Investigazzjoni WestLB, ĠU C 23, 25.1.2011, p. 27, premessa 109 et seq.

    (88)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2009 fil-każ N422/2009, Royal Bank of Scotland, ĠU C 119, 7.5.2010, p. 1.

    (89)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2011 fil-każ C 29/2009, HSH, għadha mhux ippubblikata, premessa 189, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Frar 2010 fil-każ C17/2009, LBBW, ĠU L 188, 21.7.2010, premessi 59 et seq.

    (90)  ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.

    (91)  Ara punti 43 sa 50 tal-Komunikazzjoni Bankarja. Sabiex jiġi faċilitat ħruġ ordinat bħal dan, għajnuna ta’ likwidazzjoni tista’ tiġi kkunsidrata kompatibbli, meta pereżempju, tkun meħtieġa għal rikapitalizzazzjoni temporanja ta’ bank jew struttura pont jew biex jiġu ssodisfati ċerti klassijiet ta’ kredituri jekk ikunu ġustifikati b’raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja. Għal eżempji ta’ għajnuna bħal din u kundizzjonijiet li taħthom tqieset kompatibbli, ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2008 fil-każ NN 41/2008 ir-Renju Unit, Għajnuna għas-salvataġġ lil Bradford & Bingley, ĠU C 290, 13.11.2008, p. 2, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Novembru 2008 fil-każ NN 39/2008 DK, Għajnuna għal-likwidazzjoni ta’ Roskilde Bank, ĠU C 12, 17.1.2009, p. 3.

    (92)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2008 fil-każ NN 41/2008 ir-Renju Unit, Għajnuna għas-salvataġġ għal Bradford & Bingley, ĠU C 290, 13.11.2008, p. 2, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ġunju 2011 fil-każ SA. 32634, Għajnuna ta’ salvataġġ għal Amagerbanken, għadha mhux ippubblikata, premessa 52.7.

    (93)  Ara punt 48 tal-Komunikazzjoni Bankarja.

    (94)  Ara punt 46 tal-Komunikazzjoni Bankarja.

    (95)  Ara punt 47 tal-Komunikazzjoni Bankarja.

    (96)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2010 fil-każ N 194/2009 ir-Renju Unit, Għajnuna ta’ likwidazzjoni għal Bradford & Bingley, ĠU C 143, 2.6.2010, p. 22, u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2010 fil-każ NN 19/2009 ir-Renju Unit, Soċjetà tal-Bini Dunfermline, ĠU C 101, 20.4.2010, p. 8.

    (97)  Din id-dispożizzjoni fil-fatt hija spostata mill-punt 49 tal-Komunikazzjoni Bankarja fil-kuntest ta’ proċedura ta’ likwidazzjoni.

    (98)  Jidher improbabbli li l-RoE mistenni tal-Verbundbank, li jvarja minn 2.2 % għal 4.5 %, kien ikun biżżejjed biex jistabbilixxi l-vijabilità tiegħu bħala entità awtonoma. B’deċiżjonijiet riċenti l-Kummissjoni tipikament ikkunsidrat l-firxa tal-RoE ta’ 8-10 % bħala waħda adegwata. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 fil-każ SA.28264 (C 15/2009, ex N 196/2009), Hypo Real Estate, għadha ma ġietx ippubblikata, premessa 111;id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Settembru 2010 każ C 32/09 (ex NN 50/09), Sparkasse KölnBonn, ĠU L 235, 10.9.2011, p. 12, premessa 82;id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ġunju 2011 fil-każ SA.32745 (2011/NN), Kommunalkredit Awstrija AG, ĠU C 239, 17.8.2011, p. 2, premessa 80; u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2011 fil-każ SA.31154 (N 429/10), Bank Agrikolu tal-Greċja, ĠU C 317, 29.10.2011, p. 5, premessa 77.

    (99)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 fil-każ C 14/2008, Northern Rock, ĠU L 112, 5.5.2010, p. 57, premessi 154–156.

    (100)  Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 1999 fil-każ 2005/536/KE, Seleco SpA, ĠU L 227, 7.9.2000, p. 24. Dak in-nuqqas ta’ suċċessjoni ekonomika tidher b’mod partikolari mill-iskop tat-trasferiment, li ma kienx biex ikomplu jiġu operati partijiet mnaddfa minn WestLB, imma biex jinstab post sikur għal ċerti obligazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil u biex jittieħed xi ftit mill-piż għal-likwidità ta’ partijiet ta’ WestLB. Tabilħaqq l-objettiv tan-negozju tal-Verbundbank huwa li jiffoka fuq dawk il-prodotti li huma rilevanti għall-kooperazzjoni mal-banek tat-tfaddil (prinċipalment is-self lill-SMEs kif ukoll prodotti sempliċi tas-suq kapitali) u hija differenti sostanzjalment mill-għan tan-negozju attwali ta’ WestLB. Finalment, jekk il-Verbundbank huwa trasferit lil Helaba lanqas ma hemm identità tal-azzjonisti apparti mill-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil, li saru azzjonist minoritarju f’Helaba bi tpattija għall-kapital provdut.

    (101)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2009 fil-każ C 14/2008, Northern Rock, ĠU L 112, 5.5.2010, p. 38.

    (102)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Lulju 2011 fil-każ SA.28264 (C 15/2009, ex N 196/2009), Hypo Real Estate, għadha mhix ippubblikata.


    ANNESS

    1.

    Isem il-kumpanija: Il-Ġermanja timpenja ruħha li WestLB AG, il-Verbundbank, il-bank tal-SPM u kwalunkwe kumpanija (suċċessur) tal-grupp WestLB mhux se jużaw aktar l-isem ‧WestLB‧ wara t-30 ta’ Ġunju 2012, sakemm ostakoli tekniċi ma jdewmux dik il-bidla tal-isem sa tliet xhur. Dik l-esklużjoni tapplika wkoll għal kwalunkwe użu tal-kelma ‧WestLB‧ bħala parti minn isem ieħor.

    2.

    Fir-rigward tal-Verbundbank, il-Ġermanja timpenja ruħha li:

    a)

    Ma tiġix segwita soluzzjoni indipendenti għall-Verbundbank.

    b)

    Kif stabbilit skont II.2 tal-ftehim qafas tat-23 ta’ Ġunju 2011 (jiġifieri l-Eckpunktevereinbarung), ir-responsabbiltà għall-Verbundbank se tiġi ttrasferita minn WestLB għall-assoċjazzjonijiet tal-banek tat-tfaddil u l-grupp finanzjarju tal-banek tat-tfaddil sat-30 ta’ Ġunju 2012. Il-limitazzjoni tal-attivitajiet tan-negozju u l-kamp ta’ applikazzjoni deskritti fil-pjan ta’ ristrutturar notifikat fit-30 ta’ Ġunju 2011 se japplikaw matul il-perjodu sħiħ ta’ ristrutturar, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2016. Dan l-impenn se jieqaf jekk tinstab soluzzjoni sussegwenti, bħall-bejgħ tal-Verbundbank jew l-inkorporazzjoni tiegħu f’bank ieħor (Landes-) (b’mod partikolari fil-każ ta’ 2c)).

    c)

    Suġġett għal riżultat pożittiv ta’ diliġenza dovuta, Landesbank Hessen-Thüringen (Helaba) biħsiebha tagħmel lilha nnifisha disponibbli bħala "docking partner" għall-Verbundbank.

    d)

    Il-partijiet kollha se jimplimentaw l-impenji taħt il-ftehim qafas mingħajr tibdil u fil-ħin sabiex tkun żgurata ċertezza tranżazzjonali suffiċjenti, b’mod partikolari fir-rigward tal-oġġett tat-tranżazzjoni u "l-valur żero tal-kumpanija", u t-trasferiment tal-Verbundbank se jiġi implimentat sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2012 (1).

    e)

    Il-valur tal-kumpanija se jkun stabbilit fil-ħin mill-awditur u l-partijiet kollha se jirrispettaw ir-riżultat abbażi tal-ftehim qafas tat-23 ta’ Ġunju 2011.

    f)

    Il-Land tal-NRW fil-futur mhux se jkollu xi pożizzjoni ta' sjieda fil-Verbundbank, jakkwista ishma fiha jew b’xi mod ieħor jappoġġjah finanzjarjament. Kull trasferiment tal-funzjoni ċentru ġiro (Girozentralfunktion) mil-Land tal-NRW mhux se jitqies bħala appoġġ f’dan ir-rigward.

    L-impenji msemmija hawn fuq se jibqgħu soġġetti għall-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-effikaċja stabbiliti fit-taqsima VIII tal-ftehim qafas tat-23 ta’ Ġunju 2011.

    3.

    Fir-rigward tal-bank tal-SPM (is-suċċessur ta’ WestLB b’isem ġdid), il-Ġermanja timpenja ruħha li:

    a)

    Ir-ristrutturar se jkun sorveljat għall-perjodu kollu sal-aħħar tal-2016 bl-għajnuna ta’ trustee ta’ monitoraġġ u l-implimentazzjoni se tkun irrapportata permezz ta’ rapporti kull tliet xhur. Se jkun hemm ftehim separat bejn il-Gvern Federali, il-Land tal-NRW, WestLB u l-Kummissjoni biex jinħatar, u jiġu speċifikati l-kompiti ta’, it-trustee ta’ monitoraġġ mit-30 ta’ Ġunju 2012.

    b)

    Il-bank tal-SPM se jiffoka esklussivament fuq il-ġestjoni tal-assi, mhux se jibqa’ jopera bħala bank universali u se jwettaq biss tranżazzjonijiet bankarji bħala parti mill-attivitajiet tiegħu ta’ ġestjoni tal-assi.

    F'dan il-kuntest, il-ġestjoni tal-assi tfisser li l-bank tal-SPM jista’ joffri s-servizzi li ġejjin:

    i.

    ġestjoni/kontroll ġenerali ta’ portafoll inklużi ġestjoni ta’ workouts, likwidazzjoni u bejgħ, analiżi tar-riskju tal-kreditu, l-ipproċessar tar-riskju ta’ kreditu u s-superviżjoni;

    ii.

    kontroll ta’ riskju ta’ kreditu, rappurtar regolatorju, riskju operattiv, ġestjoni tar-riskji tas-suq;

    iii.

    amministrazzjoni ta’ kreditu, ġestjoni u superviżjoni ta’ titoli, manutenzjoni ġenerali u amministrazzjoni tad-dejtabejż tat-titoli;

    iv.

    back office (operazzjonijiet tal-grupp) inkluża l-ġestjoni kollaterali;

    v.

    finanzjament, hedging, ġestjoni ta’ flus;

    vi.

    rappurtaġġ finanzjarju, kontroll

    vii.

    funzjonijiet ta’ ċentru korporattiv, bħal-liġi, konformità, prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, amministrazzjoni ta’ impriżi, kustodja ta’ dokumenti rilevanti, il-verifika, kompiti ta’ ġestjoni tal-proġett;

    viii.

    ġestjoni tal-bond pool jekk l-ebda xerrej ma jinstab għat-trasferiment ippjanat tan-negozju tal-bonds f’WestLB għall-Verbundbank/WestImmo;

    ix.

    servizzi tal-IT fil-kuntest tal-attivitajiet imsemmija hawn fuq u bħala parti mill-provvista tal-pjattaforma operattiva;

    x.

    attivitajiet simili ta’ ġestjoni ta’ assi mhux espressament imsemmija.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-bank tal-SPM ma jinkludux, b’mod partikolari, kummerċ proprjetarju, il-ħruġ ta’ kull tip ta’ ċertifikat jew attivitajiet oħra ta’ sottoskrizzjoni, il-finanzjament ta’ proġetti u t-tranżazzjonijiet kummerċjali, finanzi bbażati fuq l-assi, ta attivitajiet marbutin ma’ titoli u self sindakat, u servizzi bankarji korporattivi internazzjonali. Bħala parti mill-istrateġija ta’ likwidazzjoni tagħha, l-ewwel istituzzjoni ta’ likwidazzjoni (EAA) tista’ testendi, tbigħ jew tittitolizza l-assi sintetikament trasferiti lilha. F’kaiżijiet bħal dawn, il-bank tal-SPM se jaġixxi esklussivament f’isem u taħt l-awtorità tal-EAA.

    c)

    Għall-attivitajiet tan-negozju tal-bank tal-SPM, abbażi ta’ informazzjoni attwalment disponibbli, l-awtorizzazzjonijiet parzjali li ġejjin biss huma mitluba skont l-Att Bankarju (KWG):

    i.

    L-aċċettazzjoni ta’ fondi minn oħrajn bħala depożiti jew ta’ fondi oħra li jitħallsu lura mill-pubbliku (Artikolu 1(1)(1) KWG) (2);

    ii.

    l-operazzjonijiet imsemmija fit-tieni sentenza tal-Artikolu 1(1) tal-Att dwar il-Pfandbrief (Artikolu 1(1)(1a) KWG);

    iii.

    l-għoti ta’ self ta’ flus u l-aċċettazzjoni ta’ krediti (negozju ta’ self; Artikolu 1(1)(2) KWG) (3);

    iv.

    ix-xiri u l-bejgħ ta’ strumenti finanzjarji fl-isem stess tal-istituzzjoni ta’ kreditu għall-oħrajn (l-Artikolu 1(1)(4) KWG);

    v.

    il-kustodja sikura u l-amministrazzjoni ta’ titoli għal oħrajn (Artikolu 1(1)(5) KWG);

    vi.

    is-suppożizzjoni ta’ garanziji u garanziji oħra f’isem oħrajn (Artikolu 1(1)(8) KWG);

    vii.

    l-eżekuzzjoni ta’ pagament mingħajr flus u operazzjonijiet ta’ clearing (Artikolu 1(1)(9) KWG);

    viii.

    l-attivitajiet ta’ kontroparti ċentrali fi ħdan it-tifsira ta’ paragrafu 31 (Artikolu 1(1)(12) KWG).

    Il-Kummissjoni se tkun infurmata immedjatament jekk awtorizzazzjonijiet parzjali oħra obbligatorji jkunu meħtieġa taħt il-KWG.

    Malli jkun possibbli u mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2012, l-awtorizzazzjonijiet parzjali għal-liċenzja bankarja attwali universali li mhumiex aktar meħtieġa se jintbagħtu lura jew il-liċenzja bankarja attwali se tkun trasformata b’mod xieraq f’liċenzja bankarja limitata (4).

    Il-ħtieġa għal liċenzji bankarji għall-operazzjonijiet barranin u sussidjarji ta’ WestLB AG għad trid tiġi analizzata b’rabta ma’ sottoproġett 3 dwar il-‘bejgħ ta’ subżoni’ u l-mezzi finali ta’ trasferiment lill-EAA ta’ portafolli mhux mibjugħa.

    d)

    Fir-rigward ta’ negozju ta’ partijiet terzi: il-Land tal-NRW se tibdel WestLB f’bank ta’ ġestjoni ta’ servizzi u portafolli („il-bank SPM’) għall-għall-portafolli tal-bank, li jista’ jikkonsisti minn diversi kumpaniji. Barra minn hekk, is-servisjar ta’ negozju ta’ portafolli ta’ partijiet terzi jista’ jgħaddi għand kumpanija ta’ servizz u jinbiegħ. L-għadd ta’ impjegati ta’ WestLB se jitnaqqas min-numru attwali ta’ 4,400 għal massimu ta’ 1,000 fil-kumpanija ta’ servizz mill-31 ta’ Ottubru 2016.

    Biex ikun permess bejgħ sussegwenti, il-bank SPM jista’ matul il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2014 jieħu kontroll ukoll servisjar fir-rigward ta’ portafolli ta’ partijiet terzi (jiġifieri negozju ta’ partijiet terzi barra l-portafolli ta’ WestLB) sa massimu ta’ [40 - 60]% tad-dħul gross tal-bank SPM. Fejn dan huwa l-każ, in-negozju ta’ servisjar għandu jgħaddi għand entità sussidjarja tal-bank SPM sal-31 ta’ Diċembru 2014, li se tirċievi liċenzja bankarja sostantiva biss sal-limitu meħtieġ għas-servisjar u li għandha tkun kompletament mibjugħa sal-31 ta’ Diċembru 2016.

    Il-kumpanija sussidjarja imsemmija tal-Bank SPM, viz. il-kumpanija ta’ servizz, tista’ wkoll twettaq is-servisjar għall-portafolli tal-EAA, tal-Verbundbank u ta’ portafolli oħra ta’ WestLB.

    Il-bejgħ tal-kumpanija ta’ servizz għandu jiġu nnotifikat minn qabel lill-Kummissjoni u jkun meħtieġ l-approvazzjoni tagħha. Jekk bejgħ bħal dan mhux possibbli sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-kumpanija ta’ servizz tiġi likwidata gradwalment. F’każ bħal dan, din tieqaf tikseb aktar negozju ta’ partijiet terzi immedjatament u esklussivament twettaq l-impenji kuntrattwali tagħha li jifdal. In-negozju tal-kumpanija ta’ servizz ma tistax tiġi trasferita lura lill-bank SPM jew lil sussidjarji oħra jew postijiet tal-bank SPM. Fil-każ li kumpanija ta’ servizz tiġi likwidata, klijenti li kkonkludew kuntratt ta’ servisjar mal-kumpanija ta’ servizz qabel il-31 ta’ Diċembru 2016 jistgħu jieħdu l-persunal u l-infrastruttura tal-kumpanija ta’ servizz.

    Kuntratti ta’ servizz tal-kumpanija ta’ servizz li huma validi wara l-31 ta’ Diċembru 2017 huma permessi jekk il-kuntratt jagħti lill-klijent dritt ta’ terminazzjoni, effettiv sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru, jekk il-fornitur (il-kumpanija ta’ servizz) ma jkunx ipprovda servizz adegwat jew jkunx kapaċi juri l-kapaċità meħtieġa għall-perjodu li jifdal tal-kuntratt. Jekk il-bejgħ ippjanat ma jkunx ta’ suċċess, il-kumpanija ta’ servizz ma jkollhiex il-kapaċità meħtieġa għall-perjodu li jifdal tal-kuntratt. Jekk il-privatizzazzjoni ma tirnexxix, l-awtoritajiet Ġermaniżi se jiżguraw li, b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2017, jew il-kumpanija ta’ servizz twaqqaf l-attivitajiet tagħha jew l-ishma kollha huma likwidati, jiġifieri permezz ta’ trasferiment.

    e)

    Il-bank SPM/is-sussidjarji tiegħu se joffru s-servizzi tagħhom, anki lil partijiet terzi, skont il-prezzijiet tas-suq biss. L-istruttura tal-prezzijiet tal-kumpanija ta’ servizz trid tkopri wkoll l-ispejjeż globali (allokazzjoni ta’ spiża sħiħa). L-ispejjeż ġenerali se jiġu allokati għal kuntratti individwali skont il-każ ta’ negozju għall-kumpanija ta’ servizz mibgħut lill-Kummissjoni fil-21 ta’ Novembru 2011.

    f)

    Il-kumpanija azzjonarja tal-SPM/il-kumpanija operattiva tal-SPM se tagħlaq l-operazzjonijiet barranin tagħha mill-aktar fis possibbli, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016, sakemm rekwiżiti regolatorji jesiġu li operazzjoni tinżamm għaddejja wara l-31 ta’ Diċembru 2016. Mingħajr dewmien irid jinkiseb qbil tal-Kummissjoni dwar il-post li jinżamm. Il-Kummissjoni tista’ titlob forma xierqa ta’ provi, per eżempju opinjoni legali, li turi li r-rekwiżiti regolatorji jagħmlu dan neċessarju. Irrispettivament minn dan, biex tissodisfa l-funzjoni tagħha ta’ ġestjoni tal-assi, il-kumpanija ta’ servizz għandha tkun rappreżentata fil New York, Londra u l-Asja għal raġunijiet ta’ kompetenza lokali, il-kopertura taż-żoni tal-ħin, it-tnaqqis tar-riskji operattivi u l-kompetittività.

    g)

    Il-limitazzjonijiet speċifikati għal kumpanija ta’ servizz ma japplikawx iżjed f’każ ta’ bejgħ totali tal-kumpanija ta’servizz.

    4.

    Fir-rigward tas-servisjar tal-ewwel istituzzjoni tal-likwidazzjoni, il-Ġermanja timpenja ruħha li kwalunkwe espansjoni jew estensjoni tal-kuntratt ta’ servizz sal-31 ta’ Diċembru 2016 se tirrispetta l-prinċipji skont 3e) u li sussegwentement il-kuntratt se jinħareġ b’mod xieraq għall-offerti u li jiġu pprovduti d-drittijiet tat-terminazzjoni skont 3d) ta’ hawn fuq.


    (1)  Il-qbil ġenerali tal-partijiet huwa li l-portafolli li se jgħaddu għand il-Verbundbank u l-EAA se jkunu inklużi fid-dikjarazzjoni finanzjarja ta’ nofs is-sena ta’ WestLB għall-2012 u trasferiti biss immedjatament wara.

    (2)  Il-Ġermanja se tiċċara li din l-awtorizzazzjoni parzjali hija meħtieġa biss minħabba l-aċċess tal-BĊE u l-likwidazzjoni ta’ negozju eżistenti. Għaldaqstant, l-ebda negozju attiv mhu se jiġi mwettaq fuq din il-bażi u mhu se jkun hemm l-ebda preżenza kompetittiva fis-suq.

    (3)  Il-Ġermanja se tiċċara li din l-awtorizzazzjoni parzjali hija meħtieġa biss minħabba l-pożizzjonijiet tal-kreditu sintetikament trasferiti lill-EAA fejn il-bank tal-SPM hija legalment parti mill-kuntratt ta’ kreditu. Għaldaqstant, l-ebda negozju attiv mhu se jiġi mwettaq fuq din il-bażi u mhu se jkun hemm l-ebda preżenza kompetittiva fis-suq.

    (4)  Fuq talba, il-Kummissjoni tista’ taqbel favur arranġament aktar wiesa’.


    Top