This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0529
Regulation (EU) No 529/2012 of the European Parliament and of the Council of 13 June 2012 repealing Council Regulation (EC) No 1342/2007 on administering certain restrictions on imports of certain steel products from the Russian Federation
Regolament (UE) Nru 529/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Ġunju 2012 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa
Regolament (UE) Nru 529/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Ġunju 2012 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa
ĠU L 172, 30/06/2012, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 172/1 |
REGOLAMENT (UE) Nru 529/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Ġunju 2012
li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar mill-Federazzjoni Russa
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),
Billi:
(1) |
Il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (2) (“il-FSK”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 1997. |
(2) |
L-Artikolu 21(1) tal-FSK jipprevedi li l-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar għandu jkun regolat mit-Titolu III tal-FSK, għajr għall-Artikolu 15 tiegħu, u mid-dispożizzjonijiet ta’ ftehim dwar arranġamenti kwantitattivi. |
(3) |
Fis-26 ta’ Ottubru 2007, il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa kkonkludew tali Ftehim dwar il-kummerċ ta’ ċerti prodotti tal-azzar (3) (“il-Ftehim”). |
(4) |
Fit-22 ta’ Ottubru 2007, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1342/2007 (4) sabiex jimplimenta l-Ftehim. |
(5) |
Il-Ftehim jistipula li fil-każ li l-Federazzjoni Russa tissieħeb fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ qabel l-iskadenza tal-Ftehim, il-Ftehim jintemm u, b’konsegwenza ta’ dan, ikunu aboliti l-limiti kwantitattivi mid-data tas-sħubija. |
(6) |
Fid-data li fiha l-Federazzjoni Russa tissieħeb fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, ir-Regolament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ma jibqax meħtieġ. Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 għandu għalhekk jitħassar b’effett minn dik id-data, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1342/2007 huwa b’dan imħassar.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa għandu jsir effettiv fid-data li fiha l-Federazzjoni Russa tissieħeb fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jindika din id-data.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, it-13 ta’ Ġunju 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(1) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Mejju 2012 (għadha mhijiex ipubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2012.
(2) ĠU L 327, 28.11.1997, p. 3.
(3) ĠU L 300, 17.11.2007, p. 52.
(4) ĠU L 300, 17.11.2007, p. 1.