This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012R0259
Regulation (EU) No 259/2012 of the European Parliament and of the Council of 14 March 2012 amending Regulation (EC) No 648/2004 as regards the use of phosphates and other phosphorus compounds in consumer laundry detergents and consumer automatic dishwasher detergents Text with EEA relevance
Regolament (UE) Nru 259/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward ta’ użu ta’ fosfati u komposti ta’ fosfru ieħor fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament (UE) Nru 259/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 14 ta’ Marzu 2012 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward ta’ użu ta’ fosfati u komposti ta’ fosfru ieħor fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 94, 30/03/2012, p. 16–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
30.3.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 94/16 |
REGOLAMENT (UE) Nru 259/2012 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-14 ta’ Marzu 2012
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 648/2004 fir-rigward ta’ użu ta’ fosfati u komposti ta’ fosfru ieħor fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-atti leġislattivi ntbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (2),
Billi:
(1) |
Fir-Rapport tagħha tal-4 ta’ Mejju 2007 lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni evalwat, skont ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), l-użu tal-fosfati fid-diterġenti. Wara aktar analiżi, ġie konkluż li l-użu tal-fosfati fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur għandu jkun limitat sabiex titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-fosfati fid-diterġenti għal riskji tal-ewtrofikazzjoni u jitnaqqsu l-ispejjeż tat-tneħħija tal-fosfati fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi. Dan l-iffrankar tal-ispejjeż huwa ferm akbar mill-ispiża tar-riformulazzjoni tad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur bl-alternattivi għall-fosfati. |
(2) |
Alternattivi effiċjenti għad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur ibbażati fuq il-fosfat għandhom bżonn ammonti żgħar ta’ komposti oħra tal-fosfru, bażikament fosfonati li, jekk użati fi kwantitajiet akbar jistgħu jkunu ta’ tħassib għall-ambjent. Filwaqt li huwa importanti li jitħeġġeġ l-użu ta’ sustanzi alternattivi bi profil ambjentali aktar favorevoli mill-fosfati u minn prodotti oħra tal-fosfru fil-manifattura tad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur, tali sustanzi għandhom, taħt kundizzjonijiet normali tal-użu tagħhom, ma jippreżentaw l-ebda riskju, jew riskju iżgħar, għall-bnedmin u/jew għall-ambjent. Għalhekk is-sistema REACH (4) għandha, meta jkun xieraq, tintuża biex tali sustanzi jiġu evalwati. |
(3) |
L-interazzjoni bejn il-fosfati u komposti oħra tal-fosfru teħtieġ għażla għaqlija tal-ambitu u l-livell tal-limitazzjoni fl-użu tal-fosfati fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur. Il-limitazzjoni għandha tapplika mhux biss għal fosfati, imma wkoll għal komposti tal-fosfru kollha sabiex tipprekludi sostituzzjoni sempliċi ta’ komposti tal-fosforu oħra għall-fosfati. Il-limitu tal-kontenut tal-fosfru għandha tkun baxxa biżżejjed li effettivament tipprevjeni l-marketing ta’ formulazzjonijiet tad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur ibbażati fuq il-fosfat, filwaqt li tkun għolja biżżejjed li tippermetti l-kwantità minima tal-fosfati meħtieġa għall-formulazzjonijiet alternattivi. |
(4) |
Attwalment mhux sewwa li jkunu estiżi l-limitazzjonijiet fuq l-użu tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur għad-diterġenti industrijali u istituzzjonali fil-livell tal-Unjoni minħabba li alternattivi teknikament u ekonomikament vijabbli għall-użu tal-fosfati f’dawk id-diterġenti għadhom mhumiex disponibbli. Fir-rigward tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur, x’aktarx li fil-futur qarib l-alternattivi jkunu ħafna aktar disponibbli. Huwa għalhekk xieraq li titwaqqaf restrizzjoni fuq l-użu tal-fosfati f’dawk id-diterġenti. Tali restrizzjoni għandha tapplika minn data futura sakemm alternattivi għall-fosfati jkunu ħafna aktar disponibbli, sabiex jiġi stimulat l-iżvilupp ta’ prodotti ġodda. Huwa xieraq ukoll li jiġi speċifikat kontenut massimu permessibli ta’ fosfru, ibbażat fuq evidenza li tinkludi restrizzjonijiet nazzjonali eżistenti għall-fosfru fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur. Madankollu, jeħtieġ ukoll li jiġi stipulat li l-Kummissjoni, qabel ma dik ir-restrizzjoni tibda tapplika fl-Unjoni kollha, għandha twettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-valur limitu abbażi tad-data disponibbli l-aktar reċenti u, jekk ikun ġustifikat, tippreżenta proposta leġiżlattiva. Dik il-valutazzjoni għandha tkopri l-impatt fuq l-ambjent, l-industrija u l-konsumaturi ta’ diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur b’livelli ta’ fosfru ogħla u aktar baxxi mill-valur limitu stabbilit fl-Anness VIa u alternattivi, filwaqt li jitqiesu kwistjonijiet fosthom il-kost tagħhom, id-disponibbiltà, l-effiċjenza tal-ħasil u l-impatt fuq it-trattament tal-ilma mormi. |
(5) |
Wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jitħares l-ambjent billi titnaqqas l-ewtrofikazzjoni kkawżata mill-fosfru fid-diterġenti użati mill-konsumaturi. Għalhekk, ma jkunx xieraq li l-Istati Membri li diġà għandhom restrizzjonijiet rigward il-fosfru fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur, jiġu sfurzati jadottaw dawk ir-restrizzjonijiet qabel ma tibda tapplika ir-restrizzjoni tal-Unjoni. Barra minn hekk, ikun xieraq li l-Istati Membri jitħallew idaħħlu bil-mod ir-restrizzjonijiet kif stabbiliti f’dan ir-Regolament l-iktar kmieni possibbli. |
(6) |
Definizzjoni ta’ “ħasil” għandha tkun inkluża fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 minflok referenza għall-istandard relevanti tal-ISO biex jitħaffef il-qari, u definizzjonijiet ta’ “diterġent tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur” u “diterġent tal-magni tal-ħasil awtomatiċi tal-platti għall-konsumatur” għandhom ikunu inklużi wkoll. Barra minn hekk, ikun xieraq li tiġi ċċarata d-definizzjoni ta’ “tqegħid fis-suq” u li tiddaħħal definizzjoni ta’ “tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq”. |
(7) |
Sabiex tingħata informazzjoni eżatta fl-iqsar skala ta’ żmien possibbli, ikun xieraq li jiġi modernizzat il-mod li bih il-Kummissjoni tippubblika l-listi ta’ awtoritajiet kompetenti u laboratorji approvati. |
(8) |
Sabiex ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 jiġi adattat għall-progress xjentifiku u tekniku, biex jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar diterġenti bbażati fuq solventi u biex jiddaħħlu limiti ta’ konċentrazzjoni xierqa individwali bbażati fuq ir-riskju għall-allerġeni ta’ fwieħa, il-poter li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ emendi għall-Annessi ta’ dak ir-Regolament li jkunu meħtieġa biex jintlaħqu dawk l-objettivi. Hu ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa tul il-ħidma preparatorja, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(9) |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
(10) |
Hu xieraq li jkun hemm provediment għad-differiment tal-applikazzjoni tar-restrizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament sabiex jippermetti l-operaturi, b’mod partikolari lill-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, li jifformulaw mill-ġdid id-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u d-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur ibbażati fuq il-fosfat billi jużaw alternattivi matul iċ-ċiklu ta’ riformulazzjoni normali sabiex ikunu minimizzati l-ispejjeż tagħhom. |
(11) |
Ġaladarba l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-fosfati mid-diterġenti għal riskji tal-ewtrofikazzjoni, li tnaqqas l-ispejjeż tat-tneħħija tal-fosfati fl-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi kif ukoll li tiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq intern tad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri minħabba li l-miżuri nazzjonali bi speċifikazzjonijiet tekniċi differenti ma jistgħux jiżguraw avvanz komprensiv fil-kwalità tal-ilma li jaqsam il-fruntieri nazzjonali, u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fuq il-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ taddotta miżuri, konformement mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Konfermement mall-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu dawk l-għanjiet. |
(12) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 għandu jkun emendat kif meħtieġ, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 648/2004 huwa emendat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 1(2), it-tielet u r-raba’ inċiżi huma sostitwiti b’dan li ġej, u għandu jiżdied il-ħames inċiż:
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “L-Artikolu 4a Il-limitazzjonijiet tal-kontenut tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru Id-diterġenti elenkati fl-Anness VIa li ma jikkonformawx mal-limitazzjonijiet tal-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru stabbiliti f’dak l-Anness m’għandhomx jitqegħdu fis-suq mid-dati ffissati fih.”; |
(4) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-listi tal-awtoritajiet kompetenti, imsemmija fil-paragrafu 1, u tal-laboratorji approvati, imsemmija fil-paragrafu 2.”; |
(5) |
fl-Artikolu 11, paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Barra minn hekk, il-pakketti tad-diterġenti tal-ħasil tal-ħwejjeġ għall-konsumatur u tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur għandu jkollhom l-informazzjoni stipulata fit-taqsima B tal-Anness VII.”; |
(6) |
l-Artikolu 12, paragrafu 3 tħassar; |
(7) |
l-Artikoli 13 u 14 huma sostitwiti b’dan li ġej: “L-Artikolu 13 Adattament tal-Annessi 1. Il-Kummissjoni għandha tingħata l-poter li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13a sabiex tintroduċi l-emendi meħtieġa biex l-Annessi I sa VII u VIII jiġu adattati għall-progress xjentifiku u tekniku. Fejn hu possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża standards Ewropej. 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delagati skont l-Artikolu 13a, sabiex tintroduċi emendi fl-Annessi ta’ dan ir-Regolament fir-rigward ta’ diterġenti bbażati fuq solventi. 3. Fejn il-limiti individwali ta’ konċentrazzjoni bbażati fuq ir-riskju għall-allerġeni ta’ fwieħa huma stabbiliti mill-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sigurtà tal-Konsumatur, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 13a sabiex tadatta l-limitu ta’ 0,01 % iffissat fit-taqsima A tal-Anness VII kif inhu xieraq. L-Artikolu 13a L-eżerċizzju tad-delega 1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati huwa mogħti lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. 2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-19 ta’ April 2012. Sat-19 ta’ Lulju 2016 il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal aktar perjodi ta’ ħames snin, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.. 3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità ta’ atti delegati diġà fis-seħħ. 4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. L-Artikolu 14 Klawsola dwar il-moviment liberu 1. L-Istati Membri m’għandhomx jipprojbixxu, jirrestrinġu jew ifixklu t-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ diterġenti, u/jew ta’ surfactants għal diterġenti, li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għal raġunijiet trattati f’dan ir-Regolament. 2. L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jistabbilixxu regoli nazzjonali li jikkonċernaw ir-restrizzjonijiet tal-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti li għalihom ma ġewx stabbiliti restrizzjonijiet tal-kotenut fl-Anness VIa fejn iġġustifikat, b’mod partikolari, għal raġunijiet bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tal-ambjent u fejn alternattivi teknikament u ekonomikament vijabbli huma disponibbli. 3. L-Istati Membri jistgħu jżommu regoli nazzjonali li kienu fis-seħħ fid-19 ta’ Marzu 2012 rigward restrizzjonijiet fuq il-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru fid-diterġenti li għalihom għadhom ma bdewx japplikaw restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VIa. Tali miżuri nazzjonali eżistenti għandhom ikunu rrappurtati lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Settembru 2012 u jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data meta japplikaw ir-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VIa. 4. Mid-19 ta’ Marzu 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2016 l-Istati Membri jistgħu jadottaw regoli nazzjonali li jimplimentaw ir-restrizzjoni fuq il-kontenut tal-fosfati u ta’ komposti oħra tal-fosfru stipulati fil-punt 2 tal-Anness VIa, meta jkun ġustifikat, b’mod partikolari, għal raġunijiet bħall-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew tal-ambjent u meta jkunu hemm alternattivi teknikament u ekonomikament fattibli u disponibbli. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw tali miżuri lill-Kummissjoni skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi u dwar regoli fuq is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni (*). 5. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-miżuri nazzjonali msemmija fil-paragrafi 3 u 4. |
(8) |
fl-Artikolu 15, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Meta Stat Membru jkollu raġunijiet ġustifikabbli biex jaħseb li diterġent speċifiku, għalkemm jikkonforma mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jikkostitwixxi riskju għas-sikurezza jew għas-saħħa tal-bnedmin jew tal-annimali jew riskju għall-ambjent, jista’ jieħu l-miżuri provviżorji xierqa kollha skont in-natura tar-riskju, sabiex jiżgura li d-diterġent konċernat ma jibqax ikun ta’ riskju, jitneħħa mis-suq jew jiġi rtirat f’perjodu raġonevoli ta’ żmien jew li d-disponibbiltà tiegħu tiġi ristretta. L-Istat Membru għandu jinforma minnufih b’dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni, waqt li jagħti r-raġunijiet tiegħu għal din id-deċiżjoni.”; |
(9) |
l-Artikolu 16 huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 16 Rapport 1. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha, filwaqt li tqis informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-kontenut tal-fosfru fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur mqiegħda fis-suq fit-territorji tagħhom u fid-dawl ta’ kull informazzjoni xjentifika ġdida jew eżistenti li jkollha għad-dispożizzjoni fir-rigward ta’ sustanzi użati li fihom il-fosfati u f’formulazzjonijiet alternattivi, tevalwa permezz ta’ evalwazzjoni fid-dettal jekk ir-restrizzjoni stipulata fil-punt 2 tal-Anness VIa għandhiex tiġi modifikata. Dik il-valutazzjoni għandha tinkludi analiżi tal-impatt fuq l-ambjent, l-industrija u l-konsumaturi tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur b’livelli ta’ fosfru ogħla u aktar baxxi mill-valur limitu imniżżla fl-Anness VIa, filwaqt li jitqiesu kwistjonijiet fosthom il-kost, id-disponibbiltà, l-effiċjenza tal-ħasil u l-impatti fuq it-trattament tal-ilma mormi. Il-Kummissjoni għandha tissottometti dik il-valutazzjoni bir-reqqa lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. 2. Barra minn hekk, jekk il-Kummissjoni, abbażi ta’ din il-valutazzjoni dettaljata imsemmija fil-paragrafu 1, tqis lir-restrizzjoni tal-fosfati u komposti oħra tal-fosfru użati fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur teħtieġ reviżjoni, hija għandha, sal-1 ta’ Lulju 2015, tippreżenta, proposta leġiżlattiva xierqa. Kull tali proposta għandu jkollha l-għan li timminimizza l-impatt negattiv mill-prodotti kollha tad-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur fuq l-ambjent usa’, filwaqt li jitqies kull kost ekonomiku kif identifikat f’dik il-valutazzjoni bir-reqqa. Sakemm il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, abbażi ta’ tali proposta, ma jiddeċidux xort’oħra sal-31 ta’ Diċembru 2016, il-valur limitu stipulata fil-punt 2 tal-Anness VIa għandu jsir il-limitu għall-kontenut tal-fosfru fid-diterġenti tal-magni tal-ħasil tal-platti awtomatiċi għall-konsumatur mid-data stipulata f’dak il-punt.”; |
(10) |
l-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-Artikolu 18 Penali L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta’ dan ir-Regolament u jieħdu il-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dan jista’ jinkludi wkoll miżuri xierqa li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jipprevjenu t-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ diterġenti jew surfactants għal diterġenti li ma jikkonformawx ma’ dan ir-Regolament. Il-penali provduti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet jew kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Dawn ir-regoli għandhom jinkludu miżuri li jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jżommu konsenji ta’ diterġenti li ma jħarsux dan ir-Regolament.”; |
(11) |
it-test stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament jiddaħħal bħala Anness VIa għar-Regolament (KE) Nru 648/2004; |
(12) |
l-Anness VII għandu jiġi emendat kif ġej:
|
L-Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Marzu 2012.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
Għall-Kunsill
Il-President
N. WAMMEN
(2) Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2011 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2012.
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
ANNESS
“ANNESS VIa
IL-LIMITAZZJONIJIET TAL-KONTENUT TAL-FOSFATI U KOMPOSTI OĦRA TAL-FOSFRU
Diterġent |
Limitazzjonijiet |
Data li fiha l-limitazzjoni tibda tgħodd |
||||||
|
M’għandhomx jitqiegħdu fis-suq jekk il-kontenut totali tal-fosfru huwa ugwali għal jew akbar minn 0,5 grammi fil-kwantità rakkomandata tad-diterġent li għandu jintuża fiċ-ċiklu ewlieni tal-proċess ta’ ħasil għal ħasla waħda b’magna tal-ħasil standard kif definit fit-taqsima B tal-Anness VII għal ilma pjuttost tqil
|
fit-30 ta’ Ġunju 2013. |
||||||
|
M’għandhomx jitqiegħdu fis-suq jekk il-kontenut totali tal-fosfru huwa ugwali għal jew akbar minn 0,3 grammi fid-dożaġġ standard kif definit fit-taqsima B tal-Anness VII |
l-1 ta’ Jannar 2017” |