This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012D0017(01)
2012/475/EU: Decision of the European Central Bank of 2 August 2012 repealing Decision ECB/2011/25 on additional temporary measures relating to Eurosystem refinancing operations and eligibility of collateral (ECB/2012/17)
2012/475/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta’ Awwissu 2012 li tħassar id-Deċìżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/17)
2012/475/UE: Deċizjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat- 2 ta’ Awwissu 2012 li tħassar id-Deċìżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (BĊE/2012/17)
ĠU L 218, 15/08/2012, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.8.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 218/19 |
DEĊIZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-2 ta’ Awwissu 2012
li tħassar id-Deċìżjoni BĊE/2011/25 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral
(BĊE/2012/17)
(2012/475/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikoli 3.1, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 18 u t-tieni inċiż tal-Artikolu 34.1,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral (1) għandha tiġi sostitwita minn Linja Gwida BĊE/2012/8 tat-2 ta’ Awwissu 2012 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9 (2) sabiex tħalli lill-banek ċentrali nazzjonali jimplimentaw miżuri addizzjonali għall-appoġġ imsaħħaħ għall-kreditu fil-qafas kuntrattwali u regolatorju applikabbli lill-kontropartijiet tagħhom. |
(2) |
Id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 għandha titħassar. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Tħassir ta’ Deċiżjoni BĊE/2011/25
1. Id-Deċiżjoni BĊE/2011/25 hija mħassra b’effett mill-14 ta’ Settembru 2012.
2. Referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal Linja Gwida BĊE/2012/18.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ jumejn wara l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Frankfurt am Main, it-2 ta’ Awwissu 2012.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI
(1) ĠU L 341, 22.12.2011, p. 65.
(2) Ara l-paġna 20 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.