EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011D0290

2011/290/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Mejju 2011 dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim ta’ Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni

ĠU L 133, 20/05/2011, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/290/oj

Related international agreement

20.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 133/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-13 ta’ Mejju 2011

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim ta’ Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni

(2011/290/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114, 168, 169, 172, 173(3), 188 u 192, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Il-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra (2), dwar Ftehim ta’ Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina fir-rigward tal-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) ġie iffirmat f’isem l-Unjoni fit-22 ta' Novembru 2010.

(2)

Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(3)

Il-Protokoll għandu jiġi konkluż.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll dwar il-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Ukraina, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ Ftehim ta’ Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Ukraina fil-programmi tal-Unjoni (3) (minn issa “il-Protokoll”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 10 tal-Protokoll.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  Kunsens tas-6 ta' April 2011.

(2)  ĠU L 49, 19.2.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 18, 21.1.2011, p. 3.


Top