This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0685
Council Regulation (EU) No 685/2010 of 26 July 2010 establishing the fishing opportunities for anchovy in the Bay of Biscay for the 2010/11 fishing season and amending Regulation (EU) No 53/2010
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 685/2010 tas- 26 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-Inċova fil-Bajja ta’ Biskajja għall-istaġun tas-sajd 2010-2011 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 685/2010 tas- 26 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-Inċova fil-Bajja ta’ Biskajja għall-istaġun tas-sajd 2010-2011 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010
ĠU L 199, 31/07/2010, p. 1–3
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 685/2010
tas-26 ta’ Lulju 2010
li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-Inċova fil-Bajja ta’ Biskajja għall-istaġun tas-sajd 2010-2011 u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 53/2010
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 43(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qabdiet totali permessibbli (TAC) għal kull tip ta’ sajd jew grupp ta’ sajd. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu distribwiti fost l-Istati Membri b’tali mod li f’kull Stat Membru tiġi żgurata stabbiltà relattiva ta’ attivitajiet ta’ sajd għal kull stokk jew sajd u billi jitqiesu adegwatament l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1). |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 53/2010 (2) stabbilixxa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2010 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut inkluż l-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja (Żona VIII tal-ICES) għall-2010. |
(3) |
It-TAC għall-istaġun tas-sajd 2010-2011 għandhom ikunu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, u billi jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjo-ekonomiċi filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd. Għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja, il-parir tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomika għas-Sajd (STECF) tas-16 ta’ Lulju 2010, huwa bbażat fuq l-istaġun tas-sajd ta’ mill-1 ta’ Lulju ta’ kull sena sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. |
(4) |
Għall-għanijiet ta’ ġestjoni adegwata u ssimplifikata tal-istokk, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC ġdida għal dan l-istokk u li jiġu ffissati kwoti ġodda tal-Istati Membri skont id-dati msemmija fuq għall-istaġun tas-sajd 2010-2011. |
(5) |
Sabiex tipprovdi għal pjan multiannwali għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja li jkopri l-istaġun tas-sajd u jistabbilixxi r-regola tal-ħsad li tapplika biex jiġu stabbliti l-opportunitajiet tas-sajd, fid-29 ta’ Lulju 2009, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Regolament li jistabbilixxi pjan fuq medda twila ta’ żmien għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja u għas-sajd li jisfrutta dak l-istokk. Skont il-parir tal-iSTECF il-bijomassa tal-istokk ġiet stmata għal madwar 51 350 tunnellata. B’kunsiderazzjoni ta’ dik il-proposta tal-Kummissjoni u billi l-valutazzjoni tal-impatt li fuqha hija bbażata l-proposta tipprovdi għall-valutazzjoni l-iktar riċenti tal-impatt ta’ deċiżjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja, huwa xieraq li tiġi stabbilita TAC għal dak l-istokk skont dan. B’riżultat ta’ dan, it-TAC għall-istaġun tas-sajd ta’ mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 għandha tiġi stabbilita għal 15 600 tunnellata. |
(6) |
Minħabba l-ambitu speċifiku u ż-żmien tal-applikazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd għall-inċova, huwa xieraq li jiġu stabbiliti dawk l-opportunitajiet tas-sajd permezz ta’ Regolament separat u li jiġi emendat ir-Regolament (UE) Nru 53/2010 skont dan. Is-sajd għandu, madankollu jibqa’ suġġett għad-dispożizzjonijiet ġenerali tar-Regolament (UE) Nru 53/2010 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-użu tal-kwota. |
(7) |
Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jdaħħal kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni annwali tat-TACs u l-kwoti (3), huwa meħtieġ li jiġi stabbilit sa kemm l-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja huwa suġġett għall-miżuri stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
(8) |
Minħabba l-bidu ta’ dan l-istaġun tas-sajd u għall-finijiet tar-rappurtar annwali tal-qabdiet, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih u japplika mill-1 ta’ Lulju 2010. Għal dik l-istess fini, l-emenda tal-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti bir-Regolament (UE) Nru 53/2010 għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Opportunitajiet tas-sajd għall-inċova fil-Bajja ta’ Biskajja
1. Il-qabda totali permissibbli (TAC) u l-allokazzjoni tagħha bejn l-Istati Membri għall-istaġun tas-sajd li jdum mill-1 ta’ Lulju 2010 sat-30 ta’ Ġunju 2011 għall-istokk tal-inċova fiż-Żona VIII tal-ICES kif iddefiniti fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 għandhom ikunu kif ġej (spjegati f’tunellati ta’ piż ta’ ħut ħaj):
|
|
||||||||
Spanja |
14 040 |
|
|
||||||
Franza |
1 560 |
|
|
||||||
UE |
15 600 |
|
|
||||||
TAC |
15 600 |
|
TAC Analitiku
|
2. L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbilita fil-paragrafu 1, u l-użu tagħha għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 7, 10 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 53/2010.
3. L-istokk imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun ikkunsidrat bħala suġġett għal TAC analitiku għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 847/96. L-Artikoli 3(2) u (3) u 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw.
Artikolu 2
Emenda għar-Regolament (UE) Nru 53/2010
Fl-Anness IA għar-Regolament (UE) Nru 53/2010, l-annotazzjoni għall-inċova fiż-żona VIII hija mibdula b’dan li ġej:
|
|
||||||||
Spanja |
6 300 |
|
|
||||||
Franza |
700 |
|
|
||||||
UE |
7 000 |
|
|
||||||
TAC |
7 000 (4) |
|
TAC Analitiku
|
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2010, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 2, li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
S. VANACKERE
(1) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(4) TAC applikabbli mill-1 ta’ Jannar sat-30 ta’ Ġunju 2010.”