Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0350

Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 350/2010 tat- 23 ta' April 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċi kollha tal-annimali (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 104, 24/04/2010, p. 34–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 06/07/2021; Imħassar b' 32021R0967

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/350/oj

24.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 104/34


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 350/2010

tat-23 ta' April 2010

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għall-ispeċi kollha tal-annimali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

(2)

B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, intbagħtet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stipulata fl-Anness ta' dan ir-Regolament. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata bid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċi kollha tal-annimali, biex jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”.

(4)

Mill-opinjoni tal-Awtorità Ewropea tas-Sikurezza fl-Ikel (“l-Awtorità”) adottata fid-9 ta’ Diċembru 2009 (2), li nqrat flimkien mal-opinjonijiet tal-15 ta’ Settembru 2009 (3) u 15 ta' April 2008 (4) jirriżulta li l-kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina ma għandux effett negattiv fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew l-ambjent. Skont l-opinjoni tal-15 ta’ April 2008, l-użu ta' din il-preparazzjoni jista' jitqies bħala sors ta' manganiż disponibbli u jissodisfa l-kriterji ta' addittiv nutrittiv għall-ispeċi kollha tal-annimali. L-Awtorità tirrakkomanda miżuri xierqa għas-sikurezza tal-utent. Hija ma tikkunsidrax li hemm il-ħtieġa għal rekwiżiti speċifiċi ta' sorveljanza wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv fl-għalf imressaq mil-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-evalwazzjoni ta' din il-preparazzjoni turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 103/2010 tal-5 ta’ Frar 2010 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-kelat Manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina bħala addittiv għat-tiġieġ għat-tismin (5) dik il-preparazzjoni kienet diġà awtorizzata bħala addittiv fl-għalf għat-tiġieġ għat-tismin. Dak ir-Regolament għandu għalhekk ikun imħassar.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “taħlitiet ta' elementi ta’ traċċi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Anness.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 103/2010 huwa mħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2010) 8(1): 1424.

(3)  Il-Ġurnal tal-EFSA (2009) 7(9): 1316.

(4)  Il-Ġurnal EFSA (2008) 692, 1.

(5)  ĠU L 35, 6.2.2010, p. 1.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

Kontenut tal-element (Mn) f’mg/kg ta’ għalf sħiħ b'kontenut ta’ umdità ta’ 12%

Kategorija ta’ addittivi nutrittivi. Grupp funzjonali: taħlitiet ta' elementi ta’ traċċi

3b5.10

Kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina

 

Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

 

Kelat manganiż tal-analogu idrossilat tal-metjonina li fih 15.5 % - 17 % manganiż u 77 % - 78 % (2-hydroxy-4-methylthio) aċidu butanojku.

 

Żejt minerali: ≤ 1 %

 

Metodu analitiku (1):

Spettrometrija ta' emissjoni atomika bi plażma akkopjata induttivament (ICP-AES) skont EN 15510:2007

L-ispeċi kollha

Ħut: 100 (totali)

Speċi oħra: 150 (totali)

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f’forma ta’ taħlita minn qabel.

2.

Għas-sikurezza tal-utent: protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ingwanti tas-sikurezza għandhom jintlibsu waqt l-użu.

l-14 ta’ Mejju 2020


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta' Referenza Komunitarju li ġej: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/crl-feed-additives


Top