Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0838

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 838/2007 tas- 17 ta’ Lulju 2007 li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

    ĠU L 186, 18/07/2007, p. 7–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/838/oj

    18.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 186/7


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 838/2007

    tas-17 ta’ Lulju 2007

    li jistabbilixxi r-rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (1), u b’mod partikulari t-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 33(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, id-differenza bejn il-prezzijiet fis-suq dinji tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament imsemmi u bejn il-prezzijiet ta’ dawn il-prodotti fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni ta’ l-esportazzjoni.

    (2)

    Fid-dawl tal-qagħda tas-suq tal-laħam taċ-ċanga, kif osservata fil-preżent, jeħtieġ li jiġu ddefiniti rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni f’konformità mar-regoli u l-kriterji msemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

    (3)

    Skond l-Artikolu 33(3), it-tieni subparagrafu tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999, ir-rifużjoni tista’ tvarja skond id-destinazzjonijiet, fejn dan ikun meħtieġ minħabba s-sitwazzjoni tas-suq dinji jew minħabba r-rekwiżiti speċifiċi.

    (4)

    Ir-rifużjonijiet ma għandhomx jingħataw għajr fuq il-prodotti awtorizzati għall-moviment ħieles fil-Komunità, u li jkollhom il-marka ta’ sanità pprovduta fl-Artikolu 5(1)(a) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 853/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ l-iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (2). Dawn il-prodotti jeħtiġilhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 852/2004 tad-29 ta’ April 2004 dwar l-iġjene ta’ l-oġġetti ta’ l-ikel (3), kif ukoll tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 854/2004 tad-29 ta’ April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (4).

    (5)

    Il-kundizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 6(2), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 ta’ l-20 ta’ Lulju 1982 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-għoti tar-rifużjonijiet speċjali ta’ l-esportazzjoni fuq ċerti qatgħat ta’ laħam dissussat ta’ l-annimali bovini (5), jipprevedu tnaqqis fir-rifużjoni partikulari fil-każ li l-kwantità tal-laħam dissussat għall-esportazzjoni tkun inqas minn 95 % mill-kwantità totali f’piż tal-qatgħat ġejjin mid-dissussar, iżda mingħajr ma tkun inqas minn 85 % mill-istess kwantità.

    (6)

    Għaldaqstant, jeħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 418/2007 (6) jitħassar u li jeħodlu postu Regolament ġdid.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-laħam taċ-ċanga,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Il-prodotti li jgawdu minn rifużjonjiet ta’ l-esportazzjoni previsti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 u l-ammonti ta’ dawn ir-rifużjonijiet huma ddefiniti fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, b’riżerva tal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.

    2.   Il-prodotti li jistgħu jgawdu minn rifużjoni skond il-paragrafu 1 jeħtiġilhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004, u b’mod partikolari, jeħtiġilhom ikunu ppreparati fi stabbilimenti awtorizzati u jissodifaw ir-rekwiżiti tal-marka ta’ identifikazzjoni ddefiniti fl-Anness I, Sezzjoni I, Kapitolu III, tar-Regolament (KE) Nru 854/2004.

    Artikolu 2

    Fil-każ imsemmi fit-tielet subparagrafu ta’ l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1964/82, ir-rata tar-rifużjoni għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi tal-prodott 0201 30 00 9100 titnaqqas b’7 EUR/100 kg.

    Artikolu 3

    Ir-Regolament (KE) Nru 418/2007 huwa mħassar.

    Artikolu 4

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-18 ta’ Lulju 2007.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 17 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).

    (2)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

    (3)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 3.

    (4)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206. Verżjoni kkoreġuta fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 83. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1791/2006.

    (5)  ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1713/2006 (ĠU L 321, 21.11.2006, p. 11).

    (6)  ĠU L 102, 19.4.2007, p. 3.


    ANNESS

    Rifużjonijiet ta’ l-esportazzjoni fis-settur tal-laħam taċ-ċanga, applikabbli mit-18 ta’ Lulju 2007

    Il-kodiċi tal-prodotti

    Id-destinazzjoni

    L-unità tal-kejl

    L-ammont tar-rifużjonijiet (7)

    0102 10 10 9140

    B00

    EUR/100 kg ta’ piż ħaj

    25,9

    0102 10 30 9140

    B00

    EUR/100 kg ta’ piż ħaj

    25,9

    0201 10 00 9110  (1)

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    36,6

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    21,5

    0201 10 00 9130  (1)

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    48,8

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    28,7

    0201 20 20 9110  (1)

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    48,8

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    28,7

    0201 20 30 9110  (1)

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    36,6

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    21,5

    0201 20 50 9110  (1)

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    61,0

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    35,9

    0201 20 50 9130  (1)

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    36,6

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    21,5

    0201 30 00 9050

    US  (3)

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    6,5

    CA  (4)

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    6,5

    0201 30 00 9060  (6)

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    22,6

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    7,5

    0201 30 00 9100  (2)  (6)

    B04

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    84,7

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    49,8

    EG

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    103,4

    0201 30 00 9120  (2)  (6)

    B04

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    50,8

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    29,9

    EG

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    62,0

    0202 10 00 9100

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    16,3

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    5,4

    0202 20 30 9000

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    16,3

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    5,4

    0202 20 50 9900

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    16,3

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    5,4

    0202 20 90 9100

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    16,3

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    5,4

    0202 30 90 9100

    US  (3)

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    6,5

    CA  (4)

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    6,5

    0202 30 90 9200  (6)

    B02

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    22,6

    B03

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    7,5

    1602 50 31 9125  (5)

    B00

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    23,3

    1602 50 31 9325  (5)

    B00

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    20,7

    1602 50 39 9125  (5)

    B00

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    23,3

    1602 50 39 9325  (5)

    B00

    EUR/100 kg ta’ piż nett

    20,7


    (1)  L-inklużjoni f’din is-subintestatura hija soġġetta għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikat ta’ prova li jidher fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 32/82 (ĠU L 4, 8.1.1982, p. 11).

    (2)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1964/82 (ĠU L 212, 21.7.1982, p. 48).

    (3)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2973/79 (ĠU L 336, 29.12.1979, p. 44).

    (4)  Magħmulin skond il-kundizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2051/96 (ĠU L 274, 26.10.1996, p. 18).

    (5)  L-għoti tar-rifużjoni huwa soġġett għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet imniżżlin fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1731/2006 (ĠU L 325, 24.11.2006, p. 12).

    (6)  Il-kontenut f’dgħif tal-laħam taċ-ċanga għajr ix-xaħam huwa ddeterminat skond il-proċedura ta’ analiżi msemmija fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2429/86 (ĠU L 210, 1.8.1986, p. 39).

    It-terminu “kontenut medju” jirreferi għall-kwantità tal-kampjun kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 765/2002 (ĠU L 117, 4.5.2002, p. 6). Il-kampjun jittieħed mill-parti tal-lott ikkonċernat li tippreżenta l-akbar riskju.

    (7)  Skond l-Artikolu 33(10) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999 kif emendat, ma tingħata l-ebda rifużjoni għall-prodotti importati minn pajjiżi terzi u esportati mill-ġdid lejn pajjiżi terzi.

    NB: Il-kodiċijiet tal-prodotti kif ukoll il-kodiċijiet tad-destinazzjonijiet serje “A” huma definiti skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87 (ĠU L 366, 24.12.1987, p. 1).

    Il-kodicijiet alfanumeriċi tad-destinazzjonijiet huma definiti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1833/2006 (ĠU L 354, 14.12.2006, p. 19).

    Id-destinazzjonijiet l-oħra huma definiti kif ġej:

    B00

    :

    Id-destinazzjonijiet kollha (pajjiżi terzi, territorji oħrajn, provvisti u destinazzjonijiet meqjusa bħala post ta’ esportazzjoni barra mill-Komunità).

    B02

    :

    B04 u destinazzjoni EG.

    B03

    :

    L-Albanija, il-Kroazja, il-Bożnja u Ħerzegovina, is-Serbja, il-Kosovo, il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, ħażniet u provvisti [id-destinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 36 u 45, u, fejn japplika, fl-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/1999 (ĠU L 102, 17.4.1999, p. 11)].

    B04

    :

    It-Turkija, l-Ukraina, il-Belarus, il-Moldova, ir-Russja, il-Ġeorġja, l-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakstan, it-Turkmenistan, l-Użbekistan, it-Taġikistan, il-Kirgistan, il-Marokk, l-Alġerija, it-Tuneżija, il-Libja, il-Libanu, is-Sirja, l-Iraq, l-Iran, l-Iżrael, ix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaża, il-Ġordan, l-Għarabja Sawdita, il-Kuwajt, il-Baħrejn, il-Qatar, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Oman, il-Jemen, il-Pakistan, Sri Lanka, il-Mjanmar (Burma), it-Tajlandja, il-Vjetnam, l-Indoneżja, il-Filippini, iċ-Ċina, il-Korea ta’ Fuq, Ħong Kong, is-Sudan, il-Mawritanja, il-Mali, il-Burkina Faso, in-Niġer, iċ-Ċad, il-Kap Verde, is-Senegal, il-Gambja, il-Ginea-Bissaw, il-Ginea, is-Sjerra Leone, il-Liberja, il-Côte d’Ivoire, il-Gana, it-Togo, il-Benin, in-Niġerja, il-Kamerun, ir-Repubblika Afrikana Ċentrali, il-Ginea Ekwatorjali, Sao Tomè u Prinċipe, il-Gabon, il-Kongo, il-Kongo (ir-Repubblika Demokratika), ir-Rwanda, il-Burundi, Santa Liena u d-dipendenzi tagħha, l-Angola, l-Etjopja, l-Eritrea, Ġibuti, is-Somalja, l-Uganda, it-Tanzanja, is-Seychelles u d-dipendenzi tagħhom, It-Territorju Britanniku ta’ l-Oċean Indjan, il-Możambik, il-Mawrizju, il-Komoros, Mayotte, iż-Żambja, il-Malawi, l-Afrika t’Isfel, il-Lesoto.


    Top