Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31999D0629

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Settembru 1999 li taħtar is-Segretarju-Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    ĠU L 248, 21/09/1999, p. 33–33 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 18/10/2004

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1999/629/oj

    31999D0629



    Official Journal L 248 , 21/09/1999 P. 0033 - 0033


    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat-13 ta' Settembru 1999

    li taħtar is-Segretarju-Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea

    (1999/629/KE, KEFA, Euratom)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, u b'mod partikolari l-Artikolu 30(2) tiegħu

    Wara li kkunsidra it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 121(2) tiegħu

    Wara li kkunsidra id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/543/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta' Lulju 1999 li testendi l-mandat ta' Mr Jürgen Trumpf bħala Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea [1],

    Wara li kkunsidra il-qbil tas-Sur Jürgen Trumpf li jitlaq il-kariga tiegħu fis-17 ta' Ottubru 1999,

    Billi s-Segretarju Ġenerali l-ġdid, Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal -Kunsill ta' L-Unjoni Ewropea għandu jinħatar,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sur Javier Solana Madariaga hawnhekk qed ikun maħtur Segretarju-Ġenerali, Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni, tal-Kunsill ta' L-Unjoni Ewropea ghal perjodu ta' ħames snin b'effett mit-18 ta' Ottubru 1999.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/543/KE, KEFA, Euratom tad-29 ta'Lulju 1999 għandha tkun emendata safejn ma taqbilx ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-deċiżjoni għandha tiġi nnotifikata lis-Sur Javier Solana Madariaga u lis-Sur Jürgen Trumpf mill-President tal-Kunsill.

    Għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

    Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Settembru 1999.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. Halonen

    [1] ĠU L 209, 07.08.1999, p. 28.

    --------------------------------------------------

    Top