Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0023

Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta' April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE

ĠU L 125, 23/05/1996, p. 10–32 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Revokat u sostitwit bi 32017R0625

ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1996/23/oj

31996L0023



Official Journal L 125 , 23/05/1996 P. 0010 - 0032


Id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

tad-29 ta' April 1996

dwar miżuri għall-monitoraġġ ta' ċerti sustanzi u residwi tagħhom f'annimali ħajjin u prodotti ta' l-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

(1) Billi skond id-Direttiva 96/22/KE [4] il-Kunsill iddeċieda li jmantni l-projbizzjoni fuq l-użu ta' ċerti sostanzi li għandhom azzjoni ormonali jew tirostatika, billi jestendiha għall-beta-agonisti li għandhom effett anaboliku;

(2) Billi fid-9 ta' Marzu 1995 il-Parlament Ewropew innota li, inter alia, il-Komunità kellha bżonn urġenti ta' sistema ta' monitoraġġ uniformi u effettiva u staqsa lill-Istati Membri biex jiġu rinfurzati s-superviżjoni u l-monitoraġġ fejn għandu x'jaqsam l-użu ta' sustanzi illegali fil-laħam;

(3) Billi, skond id-Direttiva 85/358/KEE [5], il-Kunsill adotta ċerti regoli dwar is-sejbien u l-monitoraġġ ta' sustanzi li jkollhom azzjoni ormonali jew tirostatika; billi dawk ir-regoli għandhom jiġu estiżi biex ikopru sostanzi oħrajn li huma użati fit-trobbija tal-bhejjem biex jippromwovu t-tkabbir u l-produttività fil-bhejjem jew għal skopijiet terapewtiċi u li jistgħu jkunu perikolużi għall-konsumatur minħabba r-residwi tagħhom;

(4) Billi skond id-Direttiva 86/469/KEE [6], il-Kunsill introduċa ċerti regoli dwar il-monitoraġġ ta' ċertu numru ta' residwi ta' sostanzi farmakoloġiċi u ta' sostanzi ambjentali li jikkontaminaw fil-bhejjem u fil-laħam frisk minn dawn l-annimali; billi dan il-monitoraġġ għandu jiġi estiż biex ikopri speċi oħrajn ta' annimali u l-prodotti kollha ta' l-annimali għall-konsum uman;

(5) Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990 li jistabbilixxi proċedura Komunitarja għall-istabbilizzazzjoni ta' limiti massimi ta' residwi ta' prodotti mediċinali veterinarji f'affarijiet ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali [7] stabbilixxa fl-Annessi tiegħu limiti għal ċerti prodotti mediċinali veterinarji;

(6) Billi l-leġislazzjoni Komunitarja dwar il-monitoraġġ ta' residwi fil-laħam jonqosha li tkun ċara, u b'hekk tikkawża varji interpretazzjonijiet fl-Istati Membri differenti;

(7) Billi hemm bżonn li l-kontrolli mwettqa minn u fl-Istati Membri jiġu rinfurzati;

(8) Billi l-produtturi u oħrajn involuti fl-industrija tal-bhejjem għandhom jieħdu responsabbiltà akbar fil-ġejjieni għall-kwalità u s-sigurtà tal-laħam għall-konsum uman;

(9) Billi l-penali speċifiċi fejn għandhom x'jaqsmu l-bdiewa li ma jikkonformawx mal-leġislazzjoni Komunitarja b'mod partikolari li jipprojbixxu l-użu ta' ċerti sustanzi ormonali u anaboliċi fit-trobbija tal-bhejjem għandhom jiġu nkorporati fid-dispożizzjonijiet separati li jikkontrollaw gruppi ta' prodotti partikolari;

(10) Billi l-Artikolu 4 tad-Direttiva 71/118/KEE [8] jeħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw li huma kondotti kontrolli biex isibu residwi ta' sostanzi li għandhom azzjoni farmakoloġika, id-derivati tagħhom u sostanzi oħrajn li jistgħu jiġu trasmessi għal-laħam tat-tjur u li jistgħu jagħmlu l-konsum ta' laħam tat-tjur frisk perikoluż u ta' ħsara għas-saħħa umana;

(11) Billi d-Direttiva 91/493/KEE [9] teħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' monitoraġġ mill-Istati Membri biex isibu kontaminanti preżenti fl-ambjent akwatiku;

(12) Billi d-Direttiva 92/46/KEE [10] tipprovdi li, sat-30 ta' Ġunju 1993 fl-iktar tard, il-miżuri nazzjonali għas-sejbien ta' residwi fil-ħalib mhux ipproċessat, fil-ħalib ittrattat bis-sħana u fi prodotti bbażati fuq il-ħalib għandhom ikunu ġew sottomessi lill-Kummissjoni mill-Istat Membru,u r-residwi li għandhom jinstabu fil-Parti A, il-grupp III, u fil-Parti B, il-grupp II, ta' l-Anness I mad-Direttiva 86/469/KEE;

(13) Billi d-Direttiva 89/437/KEE [11] teħtieġ li l-Istati Membri jassiguraw li jitwettqu tfittxijiet biex isibu residwi ta' sustanzi li jkollhom azzjoni farmakoloġika jew ormonali, antibijotiċi, pestiċidi, deterġenti u sustanzi oħra ta' ħsara jew li x'aktarx jalteraw il-karatteristiċi organolettiċi tal-prodotti tal-bajd jew jagħmlu l-konsum ta' dawn il-prodotti perikoluż jew ta' ħsara għas-saħħa umana;

(14) Billi d-Direttiva 92/45/KEE [12] teħtieġ li l-Istati Membri jestendu l-pjanijiet tagħhom tas-sejbien tar-residwi sabiex il-laħam ta' l-annimali selvaġġi jkun soġġett, meta neċessarju, għal kontrolli ta' kampjuni bil-mira li tinstab il-preżenza ta' kontaminanti mill-ambjent u biex ikunu inklużi fniek u annimali kkoltivati f'dan il-monitoraġġ;

(15) Billi, jekk l-użu illegali ta' promoturi ta' tkabbir u produttività fit-trobbija tal-bhejjem għandu jkun miġġieled effettivament fl-Istati Membri kollha, l-azzjoni jkollha tiġi organizzata fuq livell Komunitarju;

(16) Billi sistemi ta' regolament proprju minn gruppi ta' produtturi jistgħu jiżvolġu rwol importanti fil-ġlieda kontra l-użu illegali ta' promoturi ta' tkabbir; billi hu essenzjali għall-konsumaturi li dawn is-sistemi jiggarantixxu b'mod adegwat l-assenza ta' dawn il-promoturi u billi approċċ ġenerali Ewropew hu essenzjali għas-salvagwarda u l-appoġġ ta' sistemi ta' regolament proprju;

(17) Billi, għal dak l-iskop, il-gruppi ta' produtturi għandhom jiġu assistiti fl-iżvilupp ta' sistemi ta' regolament proprju sabiex jiġi assigurat li l-laħam tagħhom hu ħieles minn sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati;

(18) Billi ċertu numru ta' dispożizzjonijiet tad-Direttivi 86/469/KEE u 85/358/KEE u tad-Deċiżjonijiet 89/187/KEE [13] u 91/664/KEE [14] jeħtieġ kjarifika fl-interessi ta' l-applikazzjoni effettiva tal-kontolli u s-sejbien tar-residwi fil-Komunià; billi, bl-iskop ta' l-applikazzjoni immedjata u uniformi tal-kontrolli previsti, ir-regoli u l-emendi preżenti lilhom għandhom jinġabru f'test waħdieni li jħassar l-istrumenti msemmija qabel,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

L-iskop u t-tifsiriet

Artikolu 1

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex ikun hemm monitoraġġ tas-sustanzi u l-gruppi ta' residwi mniżżla fl-Anness I.

Artikolu 2

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva, it-tifsiriet fid-Direttiva 96/22/KE għandhom japplikaw. Kif ukoll:

(a) "sostanzi jew prodotti mhux awtorizzati" għandhom ifissru sostanzi jew prodotti li l-amministrazzjoni tagħhom lill-annimali hi pprojbita taħt il-leġislazzjoni Komunitarja;

(b) "trattament illegali" għandu jfisser l-użu ta' sostanzi jew prodotti mhux awtorizzati jew l-użu ta' sostanzi jew prodotti awtorizzati taħt il-leġislazzjoni Komunitarja għal skopijiet jew taħt kondizzjonijiet ta' xort' oħra minn dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni Komunitarja jew, meta approprjat, fil-varji leġislazzjonijiet nazzjonali;

(ċ) "residwi" għandu jfisser residwu ta' sostanzi li jkollhom azzjoni farmakoloġika, tal-metaboliti tagħhom u ta' sostanzi oħrajn trasmessi lil prodotti ta' l-annimali u x'aktarx ta' ħsara għas-saħħa umana;

(d) "awtorità kompetenti" għandha tfisser l-awtorità ċentrali ta' Stat Membru kompetenti fi kwistjonijiet veterinarji jew kull awtorità li lilha din l-awtorità ċentrali ddelegat din il-kompetenza;

(e) "kampjun uffiċjali" għandu jfisser kampjun meħud mill-awtorità kompetenti li jkollu, għall-iskopijiet ta' l-eżami tar-residwi jew tas-sustanzi mniżżla fl-Anness I, referenza għall-ispeċi, it-tip, il-kwantità kkonċernata, il-metodu ta' kollezzjoni u d-dettalji li jidentifikaw is-sess ta' l-annimal u l-oriġini ta' l-annimal jew tal-prodott ta' l-annimal;

(f) "laboratorju approvat" għandu jfisser laboratorju approvat mill-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru għall-iskopijiet ta' l-eżami ta' kampjun uffiċjali sabiex tinstab il-preżenza ta' residwi;

(g) "annimal" għandu jfisser l-ispeċi kopert mid-Direttiva 90/425/KEE [15];

(h) "lott ta' annimali" għandu jfisser grupp ta' annimali ta' l-istess speċi, fl-istess ambitu ta' età, mrobbi fl-istess azjenda, fl-istess ħin u taħt l-istess kondizzjonijiet ta' trobbija;

(i) "beta-agonista" għandu jfisser agonista beta adrenoceptor.

KAPITOLU II

Pjanijiet ta' monitoraġġ għas-sejbien ta' residwi jew sustanzi

Artikolu 3

Il-proċess ta' produzzjoni ta' l-annimali u l-prodotti primarji ta' oriġini mill-annimali għandu jkun hemm monitoraġġ tagħhom skond dan il-Kapitolu għall-iskop tas-sejbien tal-preżenza tar-residwi u s-sustanzi mniżżla fl-Anness I f'annimali ħajjin, fil-ħmieġ u fil-likwidi korporali u fit-tessuti tagħhom, fil-prodotti ta' l-annimali, fl-għalf ta' l-annimali u fl-ilma għax-xorb.

Artikolu 4

1. L-Istati Membri għandhom jassenjaw ix-xogħol ta' kordinament ta' l-implimentazzjoni ta' l-ispezzjonijiet previsti f'dan il-Kapitolu, li huma mwettqa fi ħdan it-territorju nazzjonali tagħhom, lil dipartiment jew korp ċentrali pubbliku.

2. Id-dipartiment jew korp imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu responsabbli għal:

(a) tfassil tal-pjan previst fl-Artikolu 5 sabiex id-dipartimenti kompetenti jkunu jistgħu jwettqu l-ispezzjonijiet meħtieġa;

(b) kordinament ta' l-attivitajiet tad-dipartimenti ċentrali u reġjonali responsabbli għall-monitoraġġ tar-residwi varji. Dan il-kordinament għandu jiġi estiż għad-dipartimenti kollha li jaħdmu biex jipprevjenu l-użu frawdolenti ta' sustanzi jew prodotti f'azjendi tal-bhejjem;

(ċ) ġbir ta' l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-mezzi użati u r-riżultati ottenuti fit-twettiq tal-miżuri previsti f'dan il-Kapitolu;

(d) biex jintbagħtu lill-Kummissjoni, sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzju ta' kull sena, l-informazzjoni u r-riżultati msemmija f'(ċ), inklużi r-riżultati ta' kull inkjesta mwettqa.

3. Dan l-Artikolu m'għandux jaffettwa regoli iktar speċifiċi applikabbli għall-monitoraġġ tan-nutrizzjoni ta' l-annimali.

Artikolu 5

1. Sat-30 ta' Ġunju 1997 l-iktar tard, l-Istati Membri għandhom jissottomettu pjan lill-Kummissjoni li jistabbilixxi l-miżuri nazzjonali li għandhom jiġu implimentati matul is-sena inizjali tal-pjan u sussegwentement kull aġġornament tal-pjanijiet qabel approvati skond l-Artikolu 8 fuq il-bażi ta' l-esperjenza tas-sena, jew tas-snin preċedenti sal-31 ta' Marzu fl-iktar tard tas-sena ta' l-aġġornament.

2. Il-pjan previst fil-paragrafu 1 għandu:

(a) jipprovdi għas-sejbien ta' residwi u sustanzi skond it-tip ta' annimal, skond l-Anness II;

(b) jispeċifika b'mod partikolari l-miżuri għas-sejbien tal-preżenza ta':

(i) s-sustanzi msemmija f'(a) fl-annimali, fl-ilma għax-xorb ta' l-annimali u fil-postijiet kollha fejn l-annimali huma mrobbija jew miżmuma;

(ii) r-residwi tas-sustanzi msemmija qabel f'annimali ħajjin, fil-ħmieġ u fil-fluwidi tal-ġisem u fit-tessuti tagħhom u fil-prodotti ta' l-annimali bħall-laħam, il-ħalib, il-bajd u l-għasel;

(ċ) jikkonforma mar-regoli u l-livelli tal-kampjuni stabbiliti fl-Annessi III u IV.

Artikolu 6

1. Il-pjan għandu jikkonforma mal-livelli u l-frekwenzi tal-kampjuni stabbiliti fl-Anness IV. Madanakollu, fuq it-talba ta' Stat Membru l-Kummissjoni tista', skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 32, taġġusta l-ħtiġiet minimi ta' kontroll stabbiliti fl-Anness IV sakemm hu stabbilit b'mod ċar li dawn l-aġġustamenti jżidu l-effettività globali tal-pjan fejn għandu x'jaqsam l-Istat Membru kkonċernat u b'ebda mod ma jnaqqsu l-abilità tagħhom li jidentifikaw residwi ta', jew każijiet ta' trattament illegali b'sustanzi mniżżla fl-Anness I.

2. L-eżami mill-ġdid tal-gruppi ta' residwi li għandu jkun hemm kontroll għalihom skond l-Anness II u l-iffissar tal-livelli u l-frekwenzi tal-kampjuni li jkopru l-annimali u l-prodotti msemmija fl-Artikolu 3 u mhux diġà stabbiliti fl-Anness IV għandhom iseħħu skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 33 u fl-ewwel okkażjoni fi żmien massimu ta' 18-il xahar mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva. B'hekk, għandu jittieħed kont ta' l-esperjenza ggwadanjata taħt miżuri nazzjonali eżistenti u ta' informazzjoni mgħoddija lill-Kummissjoni taħt ħtiġiet eżistenti Komunitarji li jagħmlu dawn il-gruppi speċifiċi ta' prodotti soġġetti għal monitoraġġ ta' residwi.

Artikolu 7

Il-pjan inizjali għandu jieħu kont tas-sitwazzjoni speċifika ta' kull Stat Membru u jispeċifika b'mod partikolari:

- il-leġislazzjoni dwar l-użu tas-sustanzi mniżżla fl-Anness I u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar il-projbizzjoni jew l-awtorizzazzjoni, id-distribuzzjoni u t-tqegħid fis-suq tagħhom u r-regoli li jikkontrollaw l-amministrazzjoni tagħhom, sa fejn din il-leġislazzjoni mhijiex armonizzata.

- l-infrastruttura tad-dipartimenti relevanti (b'dettalji tat-tip u d-daqs tal-korpi involuti fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet, b'mod partikolari),

- lista ta' laboratorji approvati bid-dettalji tal-kapaċità tagħhom għall-ipproċessar tal-kampjuni,

- tolleranzi nazzjonali għal sostanzi awtorizzati meta ebda livelli massimi residwi Komunitarji ma ġew stabbiliti taħt ir-Regolament (KEE) Nru 2377/90 u d-Direttiva 86/363/KEE [16],

- lista tas-sustanzi li għandhom jinstabu, il-metodi ta' analiżi, l-istandards għall-interpretazzjoni tas-sejbiet u, fil-każ tas-sustanzi mniżżla fl-Anness I, in-numru ta' kampjuni li għandhom jittieħdu, bir-raġunijiet għal dan in-numru,

- in-numru ta' kampjuni uffiċjali li għandhom jittieħdu vis à vis in-numru ta' annimali ta' l-ispeċi kkonċernati mbiċċra fis-snin preċedenti skond il-livelli ta' kampjuni u l-frekwenzi stabbiliti fl-Anness IV,

- id-dettalji tar-regoli li jikkontrollaw il-kollezzjoni ta' kampjuni uffiċjali, u b'mod partikolari r-regoli li jikkonċernaw id-dettalji li għandhom jidhru fuq dawn il-kampjuni uffiċjali,

- it-tip ta' miżuri stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti fejn għandhom x'jaqsmu annimali jew prodotti fejn instabu r-residwi.

Artikolu 8

1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet inizjali mgħoddija skond l-Artikolu 5 (1) biex taċċerta jekk jikkonformawx ma' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni tista' ssaqsi Stat Membru jimmodifika jew jissupplimenta dawn il-pjanijiet biex jikkonformaw.

Ladarba l-Kummissjoni tkun stabbiliet il-konformità tagħhom, għandha tissottometti l-pjanijiet għall-approvazzjoni skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 33.

Sabiex jittieħed kont tal-bidliet fis-sitwazzjoni fi Stat Membru jew f'reġjun tiegħu, tar-riżultati ta' l-inkjesti nazzjonali jew ta' l-investigazzjonijiet imwettqa fil-qafas ta' l-Artikoli 16 u 17, il-Kummissjoni tista', fuq it-talba ta' l-Istat Membru kkonċernat jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tiddeċiedi skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 32, li tapprova emenda jew addizzjoni għal pjan qabel approvat skond il-paragrafu 2.

2. Emendi annwali għall-pjanijiet inizjali kkomunikati mill-Istati Membri, b'mod partikolari fid-dawl tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 4 (2) (d), għandhom jitgħaddew mill-Kummissjoni lill-Istati Membri l-oħrajn ladarba l-Kummissjoni tkun stabbiliet il-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandu jkollhom 10 ijiem utli mill-irċevuta ta' dawk l-emendi biex jinfurmaw lill-Kummissjoni b'xi kummenti.

Jekk ma hemm ebda kummenti mill-Istati Membri, l-emendi għall-pjanijiet għandhom jitqiesu approvati.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri b'din l-approvazzjoni immedjatament.

Meta hemm kummenti mill-Istati Membri jew meta l-Kummissjoni ma tqisx l-aġġornament f'konformità jew tqisu insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha tissottometti l-pjanijiet aġġornati lil-Kumitat Permanenti Veterinarju, li għandu jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33.

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 u 4 għandhom japplikaw għall-pjanijiet aġġornati.

3. Kull sitt xhur, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn fi ħdan il-Kumitat Permanenti Veterinarju bl-implimentazzjoni tal-pjanijiet approvati skond il-paragrafu 2 jew bl-iżvilupp tas-sitwazzjoni. Meta neċessarju, għandu japplika l-paragrafu 4. Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Marzu kull sena, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni r-riżultati tal-pjanijiet tagħhom li jsibu r-residwu u s-sustanzi u l-miżuri ta' kontroll tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jagħmlu pubbliku r-riżultat ta' l-implimentazzjoni tal-pjanijiet.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri, fi ħdan il-Kumitat Veterinarju Permanenti, bl-iżviluppi fis-sitwazzjoni fil-varji reġjuni tal-Komunità..

4. Kull sena, jew kull meta tqisu neċessarju skond raġunijiet dwar is-saħħa pubblika, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat Permanenti Veterinarju dwar ir-riżultat ta' l-eżamijiet u l-inkjesti msemmija fil-paragrafu 3, b'mod partikolari dwar:

- l-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali,

- l-iżviluppi fis-sitwazzjoni fil-varji reġjuni tal-Komunità.

5. Il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill komunikazzjoni kull sena dwar ir-riżultati ta' azzjoni meħuda fuq livell reġjonali, nazzjonali jew Komunitarju, b'kont miżmum tar-rapport u l-kummenti ta' l-Istati Membri dwaru.

KAPITOLU III

Il-monitoraġġ proprju u l-ko-responsabbiltà minn naħa ta' l-operaturi

Artikolu 9

A. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li:

1. kull razzett li jqiegħed bhejjem fis-suq u kull persuna ġuridika u legali involuta fin-negozju f'dawn l-annimali tirreġistra minn qabel ma' l-awtoritajiet kompetenti u tieħu fuqha li timxi skond ir-regoli Komunitarji u nazzjonali relevanti, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 5 u 12 tad-Direttiva 90/425/KEE;

2. il-propjetarji jew il-persuni inkarigati bl-ipproċessar inizjali ta' prodotti primarji ta' oriġini mill-annimali jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, b'mod partikolari billi jwettqu l-kontrolli tagħhom stess, biex

(a) jaċċettaw — kemm jekk b'kunsinna diretta jew permezz ta' intermedjarju - biss dawk l-annimali li għalihom il-produttur jista' jiggarantixxi li l-ħinijiet ta' rtirar ġew osservati;

(b) jissodisfaw lilhom infushom li l-bhejjem jew il-prodotti miġjuba fl-istabbiliment

(i) ma jikkontjenux livelli ta' residwu li jeċċedu l-limiti massimi permessi;

(ii) ma jikkontjenu ebda traċċa ta' sustanzi jew prodotti pprojbiti;

3. (a) il-prodotti jew il-persuni fil-kariga msemmija fil-punti 1 u 2 jqiegħdu fis-suq biss:

(i) annimali li lilhom ebda sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati ma ġew amministrati jew li ma ħadux trattament illegali fis-sens ta' din id-Direttiva;

(ii) annimali li għalihom, meta prodotti jew sustanzi awtorizzati ġew amministrati, il-perjodi ta' rtirar preskritti għal dawn il-prodotti jew sustanzi ġew osservati;

(iii) prodotti derivati mill-annimali msemmija f'(i) u (ii);

(b) meta annimal hu ppreżentat fi stabbiliment ta' l-ipproċessar ta' l-ewwel stadju minn persuna fiżika jew ġuridika ta' xort' oħra mill-produttur, l-obbligi stabbiliti f'(a) huma r-responsabbiltà ta' dan ta' l-aħħar.

B. Għall-iskopijiet ta' l-applikazzjoni tal-punt A, l-Istati Membri għandhom jassiguraw, mingħajr preġudizzju għall-konformità mar-regoli stabbiliti fid-Direttivi li jikkontrollaw it-tqegħid fis-suq tal-prodotti varji konċernati, li:

- il-prinċipju tal-monitoraġġ ta' kwalità tal-katina tal-produzzjoni mill-partijiet differenti involuti hu stabbilit fil-leġislazzjoni tagħhom,

- il-miżuri ta' monitoraġġ proprju li għandhom jiġu inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet għal ditti jew tikketti huma mtejba.

Għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, fuq it-talba tagħhom, bid-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan il-lat u b'mod partikolari bid-dispożizzjonijiet adottati għal tfittix dwar il-punt A (3) (a) (i) u (ii).

Artikolu 10

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li t-termini ta' referenza u r-responsabbilitajiet tal-veterinarji li jagħmlu monitoraġġ fuq l-irziezet huma estiżi għall-monitoraġġ tal-kondizzjonijiet ta' trobbija u l-forom ta' trattament imsemmija f'din id-Direttiva.

Fi ħdan dan il-qafas, il-veterinarju għandu jagħmel iskrizzjoni f'reġistru miżmum fir-razzett ta' l-informazzjoni u n-natura ta' kull trattament preskritt jew amministrat, l-identifikazzjoni ta' l-annimali trattati u l-perjodu ta' rtirar korrispondenti.

Il-bidwi għandu jagħmel iskrizzjoni fir-reġistru, li jista' jkun ir-reġistru previst fid-Direttiva 90/676/KEE [17], ta' l-informazzjoni u n-natura tat-trattament amministrat. Għandu jissodisfa lilu nnifsu li l-perjodi ta' rtirar ġew osservati u jżomm il-preskrizzjonijiet biex jipprova dan għal ħames snin.

Il-bdiewa u l-veterinarji għandhom ikunu meħtieġa jfornu kull informazzjoni lill-awtorità kompetenti, fuq it-talba tagħha, u b'mod partikolari jfornu informazzjoni lill-veterinarju uffiċjali tal-biċċerija, li għandha x'taqsam mal-konformità ta' razzett mal-ħtiġiet ta' din id-Direttiva.

KAPITOLU IV

Miżuri uffiċjali ta' kontroll

Artikolu 11

1. Mingħajr preġudizzju għall-kontrolli mwettqa f'konnessjoni ma' l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 5 jew għall-kontrolli previsti fid-Direttivi speċifiċi, l-Istati Membri jista' jkollhom kontrolli uffiċjali każwali kondotti fuqhom:

(a) matul il-fabbrikazzjoni tas-sustanzi inklużi fil-Grupp A fl-Anness I u matul l-immaniġġar, l-irfigħ, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-bejgħ jew il-kisba tagħhom;

(b) f'kull punt fil-produzzjoni ta' għalf ta' l-annimali u tal-katina tad-distribuzzjoni;

(ċ) tul il-katina ta' produzzjoni ta' annimali u materjali mhux ipproċessati ta' oriġini mill-annimali koperti b'din id-Direttiva.

2. Il-kontrolli previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiġu kondotti minħabba b'mod partikolari tas-sejbien tal-pussess jew tal-preżenza ta' sustanzi jew prodotti pprojbiti li hu intenzjonat li jiġu amministrati lill-annimali għall-iskopijiet ta' tħaxxin jew trattament illegali.

3. Meta hemm suspett ta' frodi, u fil-każ ta' riżultat pożittiv minn kull kontroll imsemmi fil-paragrafu 1, l-Artikoli 16 sa 19 u l-miżuri previsti fil-Kapitolu V għandhom japplikaw.

Il-kontrolli previsti fil-biċċerija jew ma' l-ewwel bejgħ ta' l-annimali ta' l-akkwakultura u tal-prodotti tas-sajd jistgħu jitnaqqsu biex jieħdu kont tal-fatt li r-razzett ta' oriġini jew tluq jappartjeni għal network ta' sorveljanza epidemoloġika jew sistema ta' monitoraġġ ta' kwalità kif imsemmi fl-ewwel inċiż ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 9 (B).

Artikolu 12

Il-kontrolli previsti f'din id-Direttiva għandhom jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mingħajr notifika minn qabel.

Il-proprjetarju, il-persuna inkarigata biex tiddisponi mill-annimali jew ir-rappreżentant tagħhom għandhom ikunu obbligati li jiffaċilitaw operazzjonijiet ta' ispezzjoni qabel it-tbiċċir, u b'mod partikolari li jassistu lill-veterinarju uffiċjali jew lil staff awtorizzat f'kull manipulazzjoni aġġudikata neċessarja.

Artikolu 13

L-awtorità kompetenti għandha:

(a) meta hemm is-suspett ta' trattament illegali, tistaqsi lill-proprjetarju jew lill-persuna fil-kariga ta' l-annimali jew lill-veterinarju fil-kariga tar-razzett biex jipprovdu xi dokumentazzjoni li tiġġustifika n-natura tat-trattament;

(b) meta din l-inkjesta tikkonferma trattament illegali jew meta sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati ġew użati, jew meta hemm raġunijiet għal suspett ta' l-użu tagħhom, tikkonduċi jew tkun ikkonduċiet:

- kontrolli fuq il-post fuq annimali jew fl-irziezet tagħhom ta' oriġini jew tluq, b'mod partikolari minħabba is-sejbien ta' dan l-użu u b'mod partikolari xi traċċi ta' impjanti; dawn il-kontrolli jistgħu jinkludu kampjuni uffiċjali,

- kontrolli għas-sejbien ta' sustanzi li l-użu tagħhom huwa pprojbit jew ta' sustanzi mhux awtorizzati jew ta' prodotti f'irziezet fejn l-annimali jiġu mrobbija, miżmuma jew imħaxxna (inklużi azjendi amministrattivament konnessi ma' dawn l-irziezet) jew fl-irziezet ta' l-oriġini jew tat-tluq ta' l-annimali. Kampjuni uffiċjali ta' ilma għax-xorb u għalf għall-annimali huma neċessarja għal dak l-iskop.

- kontrolli fuq il-post fuq għalf għall-annimali f'irziezet ta' l-oriġini jew tat-tluq tagħhom, u fuq l-ilma għax-xorb tagħhom jew — għal annimali ta' l-akkwakultura — mill-ilmijiet li fihom jinqabdu,

- il-kontrolli previsti fl-Artikolu 11 (1) (a),

- kull kontroll meħtieġ biex jikkjarifika l-oriġini tas-sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati jew dik ta' l-annimali trattati;

(ċ) meta l-livelli massimi stabbiliti mir-regoli Komunitarji jew, fl-istennija ta' din il-leġislazzjoni, il-livelli stabbiliti mill-leġislazzjoni nazzjonali jkunu nqabżu, twettaq kull miżura jew investigazzjoni li tista' tqis approprjata fejn għandha x'taqsam is-sejba konċernata.

Artikolu 14

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar mill-inqas laboratorju nazzjonali wieħed ta' referenza. Residwu jew grupp ta' residwu ma jistax jiġi assenjat lil iktar minn laboratorju nazzjonali ta' referenza wieħed.

Madanakollu, sal-31 ta' Diċembru 2000, l-Istati Membri jistgħu jibqgħu jippermettu kontrolli għall-istess residwu jew grupp ta' residwi għal diversi laboratorji nazzjonali li nnominaw qabel id-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva.

Lista ta' dawn il-laboratorji nnominati għandha titfassal skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33.

Dawn il-laboratorji għandhom ikunu responsabbli għall-:

- kordinament tax-xogħol tal-laboratorji nazzjonali oħrajn responsabbli għall-analiżi tar-residwu, b'mod partikolari permezz tal-kordinament ta' l-istandards u l-metodi ta' analiżi għal kull residwu jew grupp ta' residwu kkonċernat,

- assistenza lill-awtorità kompetenti fl-organizzazzjoni tal-pjan għall-monitoraġġ tar-residiwi,

- li perjodikament jorganizzaw testijiet komparativi għal kull residwu jew grupp ta' residwu assenjat lilhom,

- assigurazzjoni li l-laboratorji nazzjonali josservaw il-limiti stabbiliti,

- disseminazzjoni ta' l-informazzjoni fornita lill-laboratorji Komunitarji ta' referenza,

- li jassiguraw li l-istaff tagħhom jistgħu jieħdu parti f'korsijiet ta' iktar stħarriġ organizzati mill-Kummissjoni jew minn laboratorji ta' referenza tal-Kummissjoni.

2. Il-laboratorji ta' referenza Komunitarji għandhom ikunu dawk imsemmija fil-Kapitolu 1 ta' l-Anness V.

Il-poteri u l-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-laboratorji għandhom ikunu kif definiti fil-Kapitolu 2 ta' l-Anness V.

Artikolu 15

1. Il-kampjuni uffiċjali għandhom jittieħdu skond l-Annessi III u IV sabiex jiġu eżaminati f'laboratorji approvati.

Ir-regoli dettaljati biex jittieħdu kampjuni uffiċjali u l-metodi ta' rutina u referenza li għandhom jiġu impjegati għall-analiżi ta' dawn il-kampjuni uffiċjali għandhom jiġu speċifikati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33.

Kull meta tinħareġ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodott veterinarju mediċinali intenzjonat għall-amministrazzjoni lil speċi li l-laħam jew il-prodott tiegħu hu intenzjonat għall-konsum uman, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħaddu l-metodi ta' analiżi ta' rutina kif stabbiliti fl-Artikolu 5, it-tieni subparagrafu, il-punt 8 tad-Direttiva 81/851/KEE [18] u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90 lill-Komunità u lill-laboratorji nazzjonali ta' referenza għas-sejbien ta' residwi.

2. Għal sustanzi ta' Grupp A, is-sejbiet pożittivi kollha rreġistrati wara l-applikazzjoni ta' metodu ta' rutina minflok metodu ta' referenza għandhom jiġu kkonfermati minn laboratorju approvat bl-użu tal-metodi ta' referenza stabbiliti skond il-paragrafu 1.

Għas-sustanzi kollha, jekk sfidati fuq il-bażi ta' analiżi kontradittorja, dawk ir-riżultati għandhom jiġu kkonfermati mil-laboratorju nazzjonali ta' referenza skond l-Artikolu 14 (1) għas-sustanza jew ir-residwu in kwestjoni. Din il-konferma għandha titwettaq għall-ispiża ta' l-attur fil-każ ta' konferma.

3. Meta l-eżami ta' kampjun uffiċjali juri trattament illegali, l-Artikoli 16 sa 19 għandhom japplikaw, flimkien mal-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu V.

Meta l-eżami juri l-preżenza ta' residwi ta' sustanzi awtorizzati jew kontaminanti li jaqbżu l-livelli stabbiliti mir-regoli Komunitarji jew, fl-istennija ta' din il-leġislazzjoni, il-livelli stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali, l-Artikoli 18 u 19 għandhom japplikaw.

Meta l-eżami msemmi f'dan il-paragrafu jkopri annimali jew prodotti ta' oriġini mill-annimali minn Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru ta' oriġini għandha tapplika l-Artikoli 16 (2), 17, 18 u 19 u l-miżuri previsti fil-Kapitolu V lir-razzett jew l-istabbiliment ta' oriġini jew tluq, wara t-talba raġjunata ta' l-awtorità kompetenti li tkun wettqet l-eżami.

Meta l-eżami jkopri prodotti jew annimali impurtati minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti li tkun wettqet dak l-eżami għandha tirreferi l-kwistjoni lill-Kummissjoni, li għandha tieħu l-miżuri previsti fl-Artikolu 30.

Artikolu 16

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, meta huma akkwistati riżultati pożittivi kif deskritt fl-Artikolu 15:

1. l-awtorità kompetenti għandha tikseb mingħajr dewmien:

(a) l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tidentifika l-annimal u r-razzett ta' oriġini jew tluq;

(b) id-dettalji kollha ta' l-eżami u r-riżultat tiegħu. Jekk il-kontrolli mwettqa fi Stat Membru juru l-bżonn għal investigazzjoni jew azzjoni oħra fi Stat Membru jew pajjiż terz wieħed jew iktar, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkordina l-miżuri approprjati meħudha fl-Istati Membri meta investigazzjoni jew azzjoni oħra tidher neċessarja.

2. l-awtorità approprjata għandha twettaq:

(a) investigazzjoni fir-razzett ta' oriġini jew tluq, kif approprjat, biex tiddetermina r-raġunijiet għall-preżenza tar-residwi;

(b) fil-każ ta' trattament illegali, investigazzjoni tas-sors jew is-sorsi tas-sustanzi jew tal-prodotti kkonċernati fl-istadju tal-fabbrikazzjoni, l-immaniġġar, il-ħażna, it-trasport, l-amministrazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ, kif approprjat;

(ċ) kull investigazzjoni oħra li l-awtorità tikkunsidra neċessarja;

3. annimali li minnhom ittieħdu kampjuni huma identifikati b'mod ċar. Ma jistgħu f'ebda ċirkustanza jħallu r-razzett sakemm ir-riżultati tal-kontrolli huma disponibbli.

Artikolu 17

Meta hu stabbilit trattament illegali, l-awtorità kompetenti għandha tassigura li l-bhejjem ikkonċernati fl-investigazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) ta' l-Artikolu 13 huma immedjatament imqiegħda taħt kontroll uffiċjali. Għandha barra minn hekk tassigura li l-annimali kollha kkonċernati jkollhom marka jew identifikazzjoni uffiċjali u li, bħala l-ewwel pass, jittieħed kampjun uffiċjali minn kampjun statistiku rappreżentattiv, fuq bażijiet xjentifiċi magħrufa internazjonalment.

Artikolu 18

1. Meta hemm evidenza ta' residwi ta' sustanzi jew prodotti awtorizzati ta' livell li jaqbeż il-limitu massimu għar-residwi, l-awtorità kompetenti għandha twettaq investigazzjoni fir-razzett ta' oriġini jew tluq, kif applikabbli, biex tiddetermina għalfejn il-limitu hawn fuq ġie maqbuż.

Skond ir-riżultati ta' dik l-investigazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri neċessarja kollha għas-salvagwardja tas-saħħa pubblika li jistgħu jinkludu l-projbizzjoni ta' l-annimali milli jħallu r-razzett ikkonċernat jew tal-prodotti milli jħallu r-razzett jew l-istabbiliment ikkonċernat għal perjodu stabbilit.

2. Fil-każ ta' ksur ripetut tal-limiti massimi tar-residwi meta l-annimali jitqiegħdu fis-suq minn bidwi jew il-prodotti jitqiegħdu fis-suq minn bidwi jew stabbiliment li jipproċessa, għandhom jitwettqu kontrolli intensifikati fuq l-annimali u l-prodotti mir-razzett u/jew l-istabbiliment konċernat, mill-awtoritajiet kompetenti għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur, u l-prodotti u l-karkassi magħluqa f'maqiel fl-istennija tar-riżultati ta' l-analiżi tal-kampjuni.

Kull riżultat li juri li l-limitu massimu tar-residwu ġie maqbuż għandu jwassal li l-karakassi jew il-prodotti kkonċernati jiġu ddikjarati mhux tajbin għall-konsum uman.

Artikolu 19

1. L-ispejjeż ta' l-investigazzjonijiet u l-kontrolli msemmija fl-Artikolu 16 għandhom jitwieżnu mill-proprjetarju jew mill-persuna fil-kariga ta' l-annimali.

Meta l-investigazzjoni tikkonferma li s-suspett kien ġustifikat, l-ispejjeż ta' l-analiżi mwettqa taħt l-Artikoli 17 u 18 għandhom jitwieżnu mill-proprjetarju jew mill-persuna fil-kariga ta' l-annimali.

2. Mingħajr preġudizzju għal penali kriminali jew amministrattivi, l-ispiża tal-qerda ta' l-annimali li taw riżultat pożittiv jew l-annimali li tqiesu pożittivi skond l-Artikolu 23 għandha titwieżen mill-proprjetarju ta' l-annimali mingħajr indemnità jew kumpens.

Artikolu 20

1. Id-Direttiva tal-Kunsill 89/608/KEE tal-21 ta' Novembru 1989 dwar l-assistenza reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi ta' l-Istati Membri u l-koperazzjoni bejn ta' l-aħħar u l-Kummissjoni sabiex tkun assigurata l-applikazzjoni korretta tal-leġislazzjoni dwar kwistjonijiet veterinarja u żootekniċi [19] għandha tapplika għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

2. Meta Stat Membru jikkunsidra li, fi Stat Membru ieħor, il-kontrolli previsti f'din id-Direttiva mhumiex qed jiġu mwettqa, jew waqfu milli jitwettqu, għandu jinforma lill-awtorità ċentrali kompetenti b'dak l-Istat. Wara investigazzjoni mwettqa skond il-punt 2 ta' l-Artikolu 16, dik l-awtorità għandha tieħu l-miżuri kollha neċessarja u għandha, fl-eqreb opportunità tinnotifika lill-awtorità ċentrali kompetenti, ta' l-ewwel Stat Membru bid-deċiżjonijiet meħuda u bir-raġunijiet għal dawk id-deċiżjonijiet.

Jekk l-ewwel Stat Membru jibża' li dawn il-miżuri mhumiex qed jittieħdu jew huma inadegwati, għandu, flimkien ma' l-Istat Membru li ġie sfidat, ifittex mezzi għar-rimedju tas-sitwazzjoni; jekk approprjat, dan jista' jinvolvi spezzjoni fuq il-post.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bit-tilwimiet u bis-soluzzjonijiet li jkunu waslu għalihom.

Jekk l-Istati Membri involuti f'tilwima ma jistgħux jilħqu ftehim, wieħed minnhom għandu jġib il-kwistjoni għan-notifika tal-Kummissjoni fi żmien raġjonevoli, u ta' l-aħħar għandu jagħti struzzjonijiet lill-espert wieħed jew iktar biex jagħtu opinjoni.

Fl-istennija ta' dik l-opinjoni, l-Istat Membru tad-destinazzjoni jista' jwettaq kontrolli fuq prodotti li jiġu mill-istabbiliment(i) jew l-azjenda(i) li għandha x'taqsam magħha/hom din it-tilwima u, jekk ir-riżultat hu pożittiv, jieħu miżuri simili għal dawk previsti fl-Artikolu 7 (1) (b) tad-Direttiva 89/662/KEE [20].

Fid-dawl ta' l-opinjoni ta' l-esperti, jistgħu jittieħdu miżuri approprjati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 32.

Dawk il-miżuri jistgħu jiġu riveduti skond l-istess proċedura, fid-dawl ta' opinjoni ġdida ta' l-esperti kkunsinnata fi żmien 15-il ġurnata.

Artikolu 21

1. Sa fejn hu neċessarju li jkun hemm assigurazzjoni ta' applikazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, u f'koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri, l-esperti veterinarja tal-Kummissjoni jistgħu jivverifikaw fuq il-post li l-pjanijiet u s-sistema għall-kontroll tal-pjanijiet mill-awtoritajiet kompetenti ġew implimentati b'mod uniformi. L-Istat Membru li fit-territorju tiegħu titwettaq verifika għandu jagħti l-assistenza neċessarja kollha lill-esperti fit-twettiq tad-doveri tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bir-riżultati tal-verifiki mwettqa.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jieħu l-miżuri neċessarja biex jieħu kont tar-riżultati ta' dawn il-verifiki u għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda. Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li l-miżuri meħuda huma insuffiċjenti, għandha, wara konsultazzjoni ma' l-Istat Membru konċernati u wara li tqis il-miżuri neċessarji għas-salvagwardja tas-saħħa pubblika, tieħu l-miżuri approprjati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32.

2. Ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, speċjalment fejn għandhom x'jaqsmu l-frekwenza u l-metodu ta' twettiq tal-verifiki msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 (inkluża l-koperazzjoni ma' l-awtoritajiet kompetenti), għandhom jiġu stabbiliti, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33.

KAPITOLU V

Miżuri li għandhom jittieħdu fil-każ ta' ksur

Artikolu 22

Meta sustanzi mhux awtorizzati jew prodotti jew sustanzi mniżżla fil-Grupp A u fil-Grupp B (1) u (2) ta' l-Anness I jinstabu fil-pussess ta' persuni mhux awtorizzati, dawk is-sustanzi jew il-prodotti mhux awtorizzati għandhom jitqiegħdu taħt kontroll uffiċjali sakemm jittieħdu miżuri approprjati mill-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-imposizzjoni possibbli ta' penali fuq il-ħati(ja).

Artikolu 23

1. Matul il-perjodu li fih l-annimali huma miżmuma kif previst fl-Artikolu 17, l-annimali mir-razzett konċernat ma jistgħux iħallu r-razzett ta' oriġini jew jintraddu lura lil xi persuna oħra ħlief taħt kontroll uffiċjali. L-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri approprjati ta' prekawzjoni skond in-natura tas-sustanza jew tas-sustanzi identifikati.

2. Wara li jkun ittieħed il-kampjun skond l-Artikolu 17, jekk hemm konferma ta' każ ta' trattament illegali, l-annimal jew l-annimali li nstabu pożittivi għandhom jinqatlu immedjatament fuq il-post jew jittieħdu immedjatament lill-biċċerija msemmija jew fil-post tan-negozju tan-knacker b'ċertifikat uffiċjali veterinarju sabiex jitbiċċru hemmhekk. L-annimali hekk imbiċċra għandhom jintbagħtu lill-impjant ta' pproċessar ta' riskju għoli kif definit mid-Direttiva 90/667/KEE [21].

Kif ukoll, il-kampjuni għandhom jittieħdu bl-ispiża tar-razzett mill-lott sħiħ ta' annimali li jappartjeni għar-razzett li fih twettqu l-kontrolli u li jistgħu jiġu suspetti.

3. Madanakollu, jekk nofs jew iktar mill-kampjuni meħuda minn kampjun rappreżentattiv skond l-Artikolu 17 huma pożittivi, lill-bidwi tista' titħalla għażla bejn kontroll fuq l-annimali kollha preżenti fir-razzett li jistgħu jiġu suspetti, jew it-tbiċċir ta' dawn l-annimali.

4. Għal perjodu ta' mill-inqas 12-il xahar, ir-razzett/l-irziezet li jappartjeni għall-istess sid għandu jkun suġġett għal kontrolli iktar iebsa għar-residwi in kwestjoni. Meta tkun twaqqfet sistema organizzata ta' monitoraġġ, din il-faċilità għandha tiġi rtirata mill-bidwi għal dak il-perjodu.

5. Minħabba l-ksur irreġistrat, l-irziezet jew l-istabbilimenti li jfornu l-azjenda kkonċernata għandhom ikunu soġġetti għal kontrolli flimkien ma' dawk previsti fl-Artikolu 11 (1) biex tiġi determinata l-oriġini tas-sustanza konċenata. L-istess għandu japplika għall-irziezet u l-istabbilimenti fl-istess katina ta' forniment ta' annimali u għalf għall-anninali bħar-razzett ta' oriġini jew tluq.

Artikolu 24

Il-veterinarju uffiċjali tal-biċċerija għandu:

1. jekk jissuspetta jew ikollu xiehda li l-annimali kkonċernati ġew suġġetti għal trattament illegali jew li sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati ġew amministrati lilhom:

(a) jirranġa li l-annimali jiġu mbiċċra separatament minn lottijiet oħrajn ta' annimali li jaslu fil-biċċerija;

(b) jieħu pussess tal-karkassi u l-interjuri tagħhom u jwettaq il-proċeduri tat-teħid ta' kampjuni neċessarja kollha għas-sejbien tas-sustanzi konċernati;

(ċ) jekk huma ottenuti riżultati pożittivi, jibgħat il-laħam u l-interjuri f'impjant ta' pproċessar ta' riskju ogħli kif definit mid-Direttiva 90/667/KEE, mingħajr indemnità jew kumpens.

F'dak il-każ, l-Artikoli 20 sa 23 għandhom japplikaw;

2. jekk jissuspetta jew ikollu xiehda li l-annimali kkonċernati ġew suġġetti għal trattament awtorizzat imma li ma kienx hemm konformità mal-perjodi ta' rtirar, jipposponi t-tbiċċir ta' l-annimali sakemm jista' jkun sodisfatt li l-kwantità tar-residwi ma taqbiżx il-livelli permessi.

Dan il-perjodu ma jista' f'ebda ċirkostanzi jkun inqas mill-perjodu ta' rtirar stabbilit fil-punt (b) ta' l-Artikolu 6 (2) tad-Direttiva 96/22/KE għas-sustanzi in kwestjoni, jew mill-perjodi ta' rtirar previsti fl-awtorizzazzjoni tal-marketing.

Madanakollu, f'emerġenza jew meta meħtieġ għall-benessri ta' l-annimali, jew jekk l-infrastruttura jew it-tagħmir tal-biċċerija huma tali li t-tbiċċir ma jistax jiġi diferit, l-annimali jistgħu jiġu mbiċċra qabel l-aħħar tal-projbizzjoni jew tal-perjodu ta' posponiment. Il-laħam u l-interjuri għandhom jinżammu fl-istennija ta' kontrolli uffiċjali mwettqa mill-veterinarju uffiċjali tal-biċċerija. Biss il-laħam u l-interjuri li jikkontjenu kwantità ta' residwi li ma taqbiżx il-livelli permessi għandhom jintużaw għall-konsum uman.

3. jiddikjara mhux tajba għall-konsum uman il-karkassi u l-prodotti fejn il-livell tar-residwu jaqbeż il-livelli awtorizzati mir-regolamenti Komunitarji jew nazzjonali.

Artikolu 25

Mingħajr preġudizzju għall-penali kriminali, meta l-azjenda, l-użu jew il-fabbrikazzjoni ta' sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati fl-istabbiliment tal-fabbrikazzjoni huma konfermati, kull awtorizzazzjoni jew arranġament uffiċjali ta' approvazzjoni gawduta mill-istabbiliment ikkonċernat għandha tiġi sospiża għal perjodu li tulu l-istabbiliment għandu jiġi soġġett għal kontrolli iktar iebsa.

Fil-każ ta' offiża ripetuta, dawn l-awtorizzazzjonijiet jew arranġamenti ta' approvazzjoni għandhom jiġu rtirati b'mod permanenti.

Artikolu 26

Id-Drittijiet ta' appell permessi mil-leġislazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri kontra d-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti taħt l-Artikoli 23 u 24 m'għandhomx jiġu effettwati minn din id-Direttiva.

Artikolu 27

Mingħajr preġudizzju għall-penali kriminali, jew għall-penali imposti minn korpi professjonali, miżuri amministrattivi approprjati għandhom jittieħdu kontra persuna meta hija responsabbli, kif jista' jagħti l-każ, għat-trasferiment jew l-amministrazzjoni ta' sustanzi jew prodotti pprojbiti jew għall-amministrazzjoni ta' sustanzi jew prodotti awtorizzati għal skopijiet ta' xort' oħra minn dawk stabbiliti fil-leġislazzjoni kurrenti.

Artikolu 28

Kull nuqqas ta' koperazzjoni ma' l-awtorità kompetenti u kull tfixkil mill-persunal tal-biċċerija jew mis-superviżur tal-biċċerija jew, fil-każ ta' intrapriża privata, mill-proprjetarju jew proprjetarji tal-biċċerija, jew mill-proprjetarju ta' l-annimali jew mill-persuna inkarigata minnhom, matul l-ispezzjoni u t-teħid ta' kampjuni kif meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-monitoraġġ ta' residwi u tul l-investigazzjonijiet u l-kontrolli previsti f'dan ir-Regolament, għandu jirriżulta f'penali kriminali u/jew amminsitrattivi xierqa imposti mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

Jekk tingħata xiehda li l-propjetarju jew is-superviżur tal-biċċerija qegħdin jgħinu biex jaħbu l-użu illegali ta' sustanzi pprojbiti, l-Istat Membru għandu jiċħad lill-parti kolpevoli kull opportunità li jirċievi jew li japplika għall-għajnuna Komunitarja għal perjodu ta' 12-il xahar.

KAPITOLU VI

L-Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

Artikolu 29

1. L-inklużjoni u ż-żamma fuq il-lista tal-pajjiżi terzi previsti fil-leġislazzjoni Komunitarja li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti ta' l-annimali koperti mid-Direttiva għandhom ikunu soġġetti għal sottomissjoni mill-pajjiż terz ikkonċernat ta' pjan li jistabbilixxi l-garanziji li joffri fejn jidħol il-monitoraġġ ta' gruppi ta' residwi u sustanzi msemmija fl-Anness I. Dan il-pjan għandu jiġi aġġornat fuq it-talba tal-Kummissjoni, b'mod partikolari meta l-kontrolli msemmija fil-paragrafu 3 jagħmluh neċessarju.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 li jikkonċernaw il-limiti ta' żmien għas-sottomissjoni u l-aġġornament tal-pjanijiet għandhom japplikaw għall-pjanijiet li għandhom jiġu sottomessi minn pajjiżi terzi.

Il-garanziji għandu jkollhom effett mill-inqas ekwivalenti għal dak previst f'din id-Direttiva u għandhom, b'mod partikolari, jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 4 u jispeċifikaw id-dettalji stabbiliti fl-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva u jissodisfaw il-ħtiġiet ta' l-Artikolu 11 (2) tad-Direttiva 96/22/KE.

Il-Kummissjoni għandha tapprova l-pjan skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33. Taħt l-istess proċedura, garanziji alternattivi għal dawk li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu aċċettati.

2. Meta m'hemmx konformità mal-ħtiġiet tal-paragrafu 1, l-inklużjoni ta' pajjiż terz fuq il-listi tal-pajjiżi terzi stabbiliti mill-leġislazzjoni Komunitarja jew bħala riżultat tal-benefiċċju ta' elenkar minn qabel tista' tiġi sospiża skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33, fuq talba ta' Stat Membru jew mill-Kummissjoni fuq l-inizjattiva proprja tagħha.

3. Il-konformità mal-ħtiġiet ta' u l-adeżjoni għall-garanziji offerti mill-pjanijiet sottomessi minn pajjiżi terzi għandha tiġi vverifikata permezz ta' kontrolli msemmija fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 72/462/KEE [22] u l-kontrolli previsti fid-Direttivi 90/675/KEE [23] u 91/496/KEE [24].

4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni kull sena bir-riżultati tal-kontrolli residwi mwettqa fuq annimali u prodotti ta' l-annimali impurtati minn pajjiżi terzi, skond id-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE.

Artikolu 30

1. Meta l-kontrolli previsti mid-Direttivi 90/675/KEE u 91/496/KEE juru l-użu ta' prodotti jew sustanzi mhux awtorizzati għat-trattament ta' l-annimali fil-lott — lott fis-sens ta' l-Artikolu 2 (2) (e) tad-Direttiva 91/496/KEE — jew il-preżenza ta' dawn il-prodotti jew sustanzi fil-lott kollu jew parti minnu li joriġina fl-istess stabbiliment, l-awtorità kompetenti għandha tieħu l-miżuri li ġejjin fejn għandhom x'jaqsmu l-annimali u l-prodotti involuti f'dan l-użu:

- għandha tinforma lill-Kummissjoni bin-natura tal-prodotti użati u l-lott konċernat; il-Kummissjoni għandha mbagħad tinforma l-postazzjonijiet kollha fuq il-fruntieri,

- l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli iktar iebsa fuq il-lottijiet kollha ta' annimali jew prodotti mill-istess fonti. B'mod partikolari, l-10 lottijiet li jmiss mill-istess fonti għandhom jinżammu — u depożitu jiġi alloġġat kontra l-ispejjeż ta' l-ispezzjoni — fil-postazzjoni ta' l-ispezzjoni fuq il-fruntiera għal kontroll fuq residwi billi jittieħed kampjun rappreżentattiv ta' kull lott jew ta' parti mil-lott.

Meta dawn il-kontrolli addizzjonali juru l-preżenza ta' sustanzi jew prodotti mhux awtorizzati jew ta' residwi ta' dawn is-sustanzi jew prodotti:

(i) il-lott jew il-parti kkonċernata mil-lott għandha tintradd lura lill-pajjiż ta' l-oriġini bl-ispejjeż tal-kunsinnatarju jew ta' l-aġent tiegħu b'indikazzjoni ċara fuq iċ-ċertifikat tar-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-lott;

(ii) jiddependi fuq in-natura tal-ksur tal-fond u r-riskju assoċjat ma' dan il-ksur, għandu jitħalla għall-kunsinnatarju li jiddeċiedi jekk jibgħatx lura l-lott ikkonċernat jew parti minnu, jekk jeqirdux jew jużahx għal skopijiet oħrajn awtorizzati mill-leġislazzjoni Komunitarja, mingħajr indemnità jew kumpens;

- il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bir-riżultat tal-kontrolli iktar iebsa u fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni għandha tagħmel l-investigazzjonijiet kollha neċessarja, għall-identifikazzjoni tar-raġunijiet għal u l-oriġini tal-ksur li jinstab.

2. Meta l-kontrolli previsti mid-Direttiva 90/675/KEE juru li l-limiti massimi tar-residwu ġew maqbuża, għandu jsir użu mill-kontrolli msemmija fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1.

3. Jekk, f'każijiet li jinvolvu pajjiżi terzi li kkonkludew ftehim ekwivalenti mal-Komunità, il-Kummissjoni, wara li tagħmel inkjesti ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi kkonċernati, tikkonkludi li naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom u l-garanziji mogħtija mill-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 29 (1), għandha tieqaf milli tippermetti lil dak il-pajjiż, taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 32, jibbenefika mill-ftehim imsemmija għall-annimali u l-prodotti konċernati sakemm il-pajjiż terz konċernat jkun għamel tajjeb għan-nuqqasijiet tiegħu. Is-sospensjoni għandha tiġi rrevokata taħt l-istess proċedura.

Jekk neċessarju, sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid il-benefiċċju li jifilħu l-ftehim imsemmija, deputazzjoni Komunitarja li tinkludi esperti mill-Istati Membri għandha żżur il-pajjiż ikkonċernat, għall-ispejjeż tal-pajjiż proprju, sabiex jiġi vverifikat li dawn il-miżuri ttieħdu.

KAPITOLU VII

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 31

Il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jemenda d-Direttiva 85/73/KEE [25] qabel l-1 ta' Lulju 1997 sabiex jipprovdi għat-talba ta' pagament biex ikopri monitoraġġ imwettaq skond din id-Direttiva.

Fl-istennija ta' dik id-deċiżjoni mill-Kunsill, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati jitolbu pagamenti nazzjonali biex ikopru l-ispejjeż attwali ta' dan il-monitoraġġ.

Artikolu 32

1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikolu għandha tiġi segwita, il-kwistjonijiet għandhom jgħaddu mingħajr dewmien għall-Kumitat Veterinarju Permanenti mwaqqaf mid-Deċiżjoni 68/361/KEE [26], mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawk il-kwistjonijiet f'limitu ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni sottomessa. L-opinjonijiet għandhom jiġu kkunsinnati b'maġġoranza ta' 62 vot.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u timplimentahom immedjatament meta huma skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Meta mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma hi mogħtija, il-Kummissjoni għandha mbagħad tissottometti lill-Kunsill proposta li tikkonċerna l-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri skond maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, 15-il jum wara li l-proposti kienu sottomessi lilha, il-Kunsill ma jkun adotta ebda miżuri, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u timplimentahom immedjatament sakemm il-Kunsill ma jkunx ċaħad dawk il-miżuri b'maġġoranza sempliċi.

Artikolu 33

1. Meta l-proċedura stabbilita f'dan l-Artikoli għandha tiġi segwita, il-kwistjonijiet għandhom jissemmew mingħajr dewmien lill-Kumitat Veterinarju Permanenti, mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq it-talba ta' Stat Membru.

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar dawk il-kwistjonijiet f'limitu ta' żmien li l-President jista' jistabbilixxi skond l-urġenza tal-kwistjoni sottomessa. L-opinjonijiet għandhom jingħataw b'maġġoranza ta' 62 vot.

3. (a) Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u timplimentahom immedjatament meta huma skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(b) Meta mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma hi kkunsinnata, il-Kummissjoni għandha mbagħad tissottometti lill-Kunsill proposta li tikkonċerna l-miżuri li għandhom jittieħdu. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b'maġġoranza kkwalifikata.

Jekk, tliet xhur wara li dawk il-proposti kienu sottomessi lilha, l-Kunsill ma jkun adotta ebda miżura, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u timplimentahom immedjatament sakemm il-Kunsill ma jkunx ċaħad dawk il-miżuri b'maġġoranza sempliċi.

Artikolu 34

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 6 (2), l-Annessi I, III, IV u V jistgħu jiġu emendati jew issupplimentati mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni.

B'mod partikolari, l-Annessi msemmija qabel jistgħu jiġu emendati fi żmien tliet snin mid-data ta' l-adozzjoni ta' din id-Direttiva, bl-iskop ta' stima ta' riskju tal-fatturi li ġejjin:

- it-tossiċità potenzjali ta' residwi fl-affarijiet ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali,

- kemm x'aktarx ikun hemm residwi fl-affarijiet ta' l-ikel ta' oriġini mill-annimali.

Artikolu 35

Il-Kunsill, f'azzjoni fuq maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jadotta miżuri tranżitorji meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti stabbiliti b'din id-Direttiva.

Artikolu 36

1. Id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE huma hawnhekk imħassra mill-1 ta' Lulju 1997.

2. Dawn li ġejjin huma wkoll imħassra mid-data msemmija:

(a) l-Artikolu 4 (3) tad-Direttiva 71/118/KEE;

(b) l-Artikolu 5 (3) u (4) tad-Direttiva 89/437/KEE;

(ċ) l-aħħar subparagrafu tal-punt II.3.B tal-Kapitolu V ta' l-Anness mad-Direttiva 91/493/KEE;

(d) l-Artikolu 11 (1) tad-Direttiva 92/45/KEE;

(e) l-Artikolu 15 (1) tad-Direttiva 92/46/KEE.

3. Ir-Referenzi għad-Direttivi u d-Deċiżjonijiet li tħassru għandhom jitqiesu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness VI.

Artikolu 37

1. L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarja biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva qabel l-1 ta' Lulju 1997.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandu jkollhom magħhom din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi li bihom issir din ir-referenza għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet ewlenija tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 38

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 39

Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, id-29 ta' April 1996.

Għall-Kunsill

Il-President

W. Luchetti

[1] ĠU C 302, tad-9.11.1993, pġ. 12, u ĠU C 222, ta’ l-10.8.1994, pġ. 17.

[2] ĠU C 128, tad-9.5.1994, pġ. 100.

[3] ĠU C 52, tad-19.2.1994, pġ. 30.

[4] Ara p. 3 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[5] ĠU L 191, tat-23.7.1985, pġ. 46. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta' l-Adeżjoni ta' l-1994.

[6] ĠU L 275, tas-26.9.1986, pġ. 36. Id-Direttiva kif emendata mill-Att ta' Sħubija ta' l-1994.

[7] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 282/96 (ĠU L 37, tal-15.2.1996, pġ. 12).

[8] ĠU L 55, tat-8.3.1971, pġ. 23. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att tas-Sħubija ta' l-1994.

[9] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 15. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/71/KE (ĠU L 332, tat-30.12.1995, pġ. 40).

[10] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

[11] ĠU L 212, tat-22.7.1989, pġ. 87. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

[12] ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, p. 35. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

[13] ĠU L 66, ta’ l-10.3.1989, pġ. 37.

[14] ĠU L 368, tal-31.12.1991, pġ. 17.

[15] ĠU L 224, tat-18.8.1990, pġ. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/65/KEE (ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 54).

[16] ĠU L 221, tas-7.8.1986, pġ. 43. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/39/KE (ĠU L 197, tat-22.8.1995, pġ. 29).

[17] ĠU L 373, tal-31.12.1990, pġ. 15.

[18] ĠU L 317, tas-6.11.1981, pġ. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 93/40/KEE (ĠU L 214, ta’ l-24.8.1993, pġ. 31).

[19] ĠU L 351, tat-2.12.1989, pġ. 34.

[20] ĠU L 395, tat-30.12.1989, pġ. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/67/KEE (ĠU L 268, ta’ l-14.9.1992, pġ. 73).

[21] ĠU L 363, tas-27.12.1990, pġ. 51. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

[22] ĠU L 302, tal-31.12.1972, pġ. 28. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

[23] ĠU L 373, tal-31.12.1990, pġ. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 92/52/KE (ĠU L 265, tat-8.11.1995, pġ. 16).

[24] ĠU L 268, ta’ l-24.9.1991, pġ. 56. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mill-Att ta’ Sħubija ta' l-1994.

[25] ĠU L 32, tal-5.2.1985, pġ. 14. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 95/24/KE (ĠU L 243, tal-11.10.1995, pġ. 14).

[26] ĠU L 255, tat-18.10.1968, pġ. 23.

--------------------------------------------------

ANNESS I

GRUPP A Sustanzi li jkollhom effett anaboliku u sustanzi mhux awtorizzati

(1) Stilbeni, derivattivi ta' l-istilbeni, u l-minerali u l-esteri tagħhom

(2) Aġenti antithyroid

(3) L-isterojdi

(4) Lattoni aċidi resorċikliki inkluż iż-żeranol

(5) Beta-agonisti

(6) Komposti inkluż l-Anness IV mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2377/90 tas-26 ta' Ġunju 1990

GRUPP B Drogi [1] u kontaminanti veterinarji

(1) Sostanzi antibatteriċi, inklużi s-sulfonimidi, u l-kwinoloni

(2) Drogi veterinarji oħrajn

(a) Antelmintiċi

(b) Antioċċidjali, inklużi nitriomidażoli

(ċ) Karbamati u piretrojdi

(d) Sedativi

(e) Drogi anti-infjammatorji mhux ta' sterojdi (NSAID)

(f) Sostanzi attivi farmakoloġiċi oħrajn

(3) Sostanzi oħrajn u kontaminanti ambjentali

(a) Komposti organokloriċi inklużi PcBs

(b) Komposti organofosfori

(ċ) Elementi kimiċi

(d) Mikotossiċi

(e) Żebgħat

(f) Oħrajn

[1] Inklużi sustanzi mingħajr liċenzja li jistgħu jintużaw għal skopijiet veterinarji.

--------------------------------------------------

ANNESS II

IL-GRUPP TA' SUSTANZA JEW RESIDWU LI GĦANDU JINSTAB SKOND IT-TIP TA' ANNIMAL, L-GĦALF TAGĦHOM, INKLUÆ L-ILMA GĦAX-XORB, U L-PRODOTTI PRIMARJI TA' L-ANNIMALI

Il-Grupp ta' sustanza skondit-tip ta' annimal,l-għalf jewil-prodottita' l-annimali | Annimali bovini, ovini, kaprini, porċini, ekwini | It-Tjur | L-Annimali ta' l-akkwakultura | Il-Ħalib | Il-Bajd | Il-laħam tal-fenek u l-laħam tal-bhejjem selvaġġi utal-bhejjem imrobbija | L-Għasel |

A1 | X | X | X | | | X | |

2 | X | X | | | | X | |

3 | X | X | X | | | X | |

4 | X | X | | | | X | |

5 | X | X | | | | X | |

6 | X | X | X | X | X | X | |

B 1 | X | X | X | X | X | X | X |

2a | X | X | X | X | | X | |

b | X | X | | | X | X | |

ċ | X | X | | | | X | X |

d | X | | | | | | |

e | X | X | | X | | X | |

f | | | | | | | |

3a | X | X | X | X | X | X | X |

b | X | | | X | | | X |

ċ | X | X | X | X | | X | X |

d | X | X | X | X | | | |

e | | | X | | | | |

f | | | | | | | |

--------------------------------------------------

ANNESS III

L-ISTRATEĠIJA TA' KIF JITTIEĦDU L-KAMPJUNI

1. Il-pjan tal-kontroll tar-residwu hu mmirat li jagħmel inkjesti fuq u juri r-raġunijiet għal perikoli ta' residwu f'ikel ta' oriġini mill-annimali fl-irziezet, fil-biċċeriji, f'dairies, f'impjanti ta' l-ipproċessar tal-ħut, u fi stazzjonijiet fejn jiġbru u jippakkjaw il-bajd.

Il-kampjuni uffiċjali għandhom jittieħdu skond il-kapitolu relevanti ta' l-Anness IV.

Kull meta jittieħdu kampjuni uffiċjali, dan m'għandux ikun previst, mistenni u effettwat f'ħin fiss u f'ebda jum partikolari tal-ġimgħa. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji kollha biex jasiguraw li l-element ta' sorpiża fil-kontrolli huwa dejjem mantnut.

2. Għal sostanzi tal-Grupp A, is-sorveljanza għandha tkun immirata għas-sejbien ta' l-amministrazzjoni illegali ta' sostanzi pprojbiti u ta' l-amministrazzjoni abużiva ta' sostanzi approvati, rispettivament. L-emfasi fuq kif jittieħdu dawn il-kampjuni għandu jkun ikkonċentrat skond il-kapitolu relevanti ta' l-Anness IV.

Il-kampjuni għandhom ikunu mmirati li jieħdu kont tal-kriterji minimi li ġejjin: is-sess, l-età, l-ispeċi, is-sistema ta' tħaxxin, l-informazzjoni kollha disponibbli fl-isfond, u kull xiehda ta' użu ħażin jew abbuż tas-sustanzi ta' dan il-grupp.

Id-dettalji ta' dawn il-kriterji jiġu stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni prevista fl-Artikolu 15 (1).

3. Għas-sustanzi tal-Grupp B, is-sorveljanza għandha tkun immirata b'mod partikolari lejn il-kontroll tal-konformità ma' l-MRL għal residwi ta' prodotti veterinarji mediċinali ffissati fl-Annessi I u III tar-Regolament (KEE) Nru 2377/90, u għall-livelli massimi ta' pestiċidi ffissati fl-Anness III mad-Direttiva 86/363/KEE, u għall-monitoraġġ tal-konċentrazzjoni ta' kontaminanti ambjentali.

Sakemm ma jiġix iġġustifikat it-teħid ta' kampjuni bl-addoċċ mill-Istati Membri meta jippreżentaw il-pjanijiet nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni, il-kampjuni kollha għandhom jiġu mmirati skond il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni prevista fl-Artikolu 15 (1).

--------------------------------------------------

ANNESS IV

IL-LIVELLI U L-FREKWENZA TAL-KAMPJUNI

L-iskop ta' dan l-Anness hu li jiddefinixxi n-numru minimu ta' annimali li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni.

Kull kampjun jista' jiġi analizzat biex isib il-preżenza ta' sustanza waħda jew iktar.

KAPITOLU 1

Annimali bovini, porċini, ovini, kaprini u ekwini

1. Annimali bovini

In-numru minimu ta' annimali li għandu jiġi kkontrollat kull sena għal kull tip ta' residwi u sustanzi għandu jkun mill-inqas ugwali għal 0,4 % ta' l-annimali bovini mbiċċra s-sena ta' qabel, bit-tqassim li ġej:

Il-Grupp A: 0,25 % maqsuma kif ġej:

- nofs il-kampjuni għandhom jittieħdu minn annimali ħajjin fuq l-azjenda;

(b'deroga, 25 % tal-kampjuni analizzati għar-riċerka tas-sustanzi tal-Grupp A 5 jistgħu jittieħdu minn materjal approprjat (għalf, ilma għax-xorb, eċċ. ))

- nofs il-kampjuni għandhom jittieħdu fil-biċċerija.

Kull sub-grupp fil-Grupp A għandu jiġi kkontrollat kull sena bl-użu ta' minimu ta' 5 % tan-numru totali ta' kampjuni li għandhom jinġabru għall-Grupp A.

Il-bilanċ għandu jiġi allokat skond l-esperjenza u l-informazzjoni fl-isfond ta' l-Istat Membru.

Il-Grupp B: 0,15 %

30 % tal-kampjuni għandhom jiġu kkontrollati għal sustanzi tal-Grupp B 1.

30 % tal-kampjuni għandhom jiġu kkontrollati għal sustanzi tal-Grupp B 2.

10 % tal-kampjuni għandhom jiġu kkontrollati għal sustanzi tal-Grupp B 3.

Il-bilanċ għandu jiġi allokat skond is-sitwazzjoni ta' l-Istat Membru.

2. L-Annimali Porċini

In-numru minimu ta' annimali li għandu jiġi eżaminat kull sena għal kull tip ta' residwi u sustanzi għandu jkun mill-inqas ekwivalenti għal 0,05 % tal-majjali mbiċċra s-sena ta' qabel, bit-tqassim li ġej:

Il-Grupp A: 0,02 %

F'dawk l-Istati Membri li jieħdu l-kampjuni ta' l-annimali fil-biċċerija, kif ukoll, l-analiżi ta' l-ilma għax-xorb, ta' l-għalf, tal-ħmieġ, jew tal-parametri approprjati l-oħrajn kollha għandhom jittieħdu fuq il-livell ta' razzett. F'dak il-każ, in-numru minimu ta' rziezet li għandu jiġi viżitat kull sena għandu jirrappreżenta mill-inqas razzett għal kull 100000 majjal imbiċċer fis-sena ta' qabel.

Kull sub-grupp fil-Grupp A għandu jiġi kkontrollat kull sena bl-użu ta' minimu ta' 5 % tan-numru totali ta' kampjuni li għandhom jinġabru għall-Grupp A.

Il-bilanċ jiġi allokat skond l-esperjenza u l-informazzjoni fl-isfond ta' l-Istat Membru.

Il-Grupp B: 0,03 %

L-istess tqassim għal kull sub-grupp bħal dak għall-annimali bovini għandu jiġi rispettat. Il-bilanċ għandu jiġi allokat skond is-sitwazzjoni ta' l-Istat Membru.

3. In-nagħaġ u l-mogħoż

In-numru minimu ta' annimali li għandhom jiġu kkontrollati għal kull tip ta' residwi u sustanzi għandu jkun ekwivalenti għal mill-inqas 0,05 % tan-ngħaġ u l-mogħoż 'il fuq minn tliet xhur imbiċċra s-sena ta' qabel, bit-tqassim li ġej:

Il-Grupp A: 0,01 %

Kull sub-grupp tal-Grupp A għandu jiġi eżaminat kull sena bl-użu ta' minimu ta' 5 % tan-numru totali ta' kampjuni li għandhom jinġabru għall-Grupp A.

Il-bilanċ għandu jiġi allokat skond l-esperjenza u l-informazzjoni fl-isfond ta' l-Istat Membru.

Il-Grupp B: 0,04 %

L-istess tqassim għal kull sub-grupp bħal dak għall-annimali bovini għandu jiġi rispettat. Il-bilanċ għandu jiġi allokat skond l-esperjenza ta' l-Istat Membru.

4. L-annimali ekwini

In-numru ta' kampjuni għandu jiġi stabbilit minn kull Stat Membru skond il-problemi indentifikati.

KAPITOLU 2

Flieles brojler, tiġieġ spent, dundjani, tjur oħrajn

Kampjun jikkonsisti f'annimal wieħed jew iktar jiddependi mill-ħtiġiet tal-metodi analitiċi.

Għal kull kategorija ta' tjur ikkunsidrata (flieles brojler, tiġieġ spent, dundjani, u tjur oħrajn), in-numru minimu ta' kampjuni li għandu jittieħed fis-sena għandu jkun ekwivalenti għal mill-inqas 200 tunnellata metrika ta' produzzjoni annwali (piż mejjet), b'minimu ta' 100 kampjun għal kull grupp ta' sustanzi jekk il-produzzjoni annwali tal-kategorija ta' l-għasafar ikkunsidrata hi iktar minn 500 tunnellata metrika.

It-tqassim li ġej għandu jiġi rispettat:

Il-Grupp A: 50 % tal-kampjuni totali

L-ekwivalenti ta' wieħed minn ħamsa ta' dawn il-kampjuni għandu jittieħed fil-livell tar-razzett.

Kull sub-grupp tal-Grupp A għandu jiġi eżaminat kull sena bl-użu ta' minimu ta' 5 % tan-numru totali ta' kampjuni li għandhom jinġabru għall-Grupp A.

Il-bilanċ jiġi allokat skond l-esperjenza u l-informazzjoni fl-isfond ta' l-Istat Membru.

Il-Grupp B: | 50 % tal-kampjuni totali, |

30 % għandhom jiġu eżaminati għal sustanzi tal-Grupp B 1, |

30 % għandhom jiġu eżaminati għal sustanzi tal-Grupp B 2, |

10 % għandhom jiġu eżaminati għal sustanzi tal-Grupp B 3. |

Il-bilanċ jiġi allokat skond is-sitwazzjoni ta' l-Istat Membru.

KAPITOLU 3

Il-Prodotti ta' l-Akkwakultura

1. Prodotti tat-trobbija tal-ħut

Kampjun huwa ħuta waħda jew iktar, skond id-daqs tal-ħuta in kwestjoni u tal-ħtiġiet tal-metodu analitiku.

L-Istati Membri għandhom jirrispettaw il-livelli minimi tal-kampjuni u l-frekwenzi mogħtija hawn taħt, jiddependi fuq il-produzzjoni tal-ħut imrobbi (espress f'tunnellati metriċi).

In-numru minimu ta' kampjuni li għandhom jinġabru kull sena għandu jkun mill-inqas 1 għal kull 100 tunnellata metrika ta' produzzjoni annwali.

Il-komposti mfittxa u l-kampjuni magħżula għall-analiżi għandhom jintgħażlu skond kemm x'aktarx jintużaw dawn is-sustanzi.

It-tqassim li ġej għandu jiġi rrispettat:

Il-Grupp A: | wieħed minn tlieta tal-kampjuni totali: il-kampjuni kollha għandhom jittieħdu fil-livell tar-razzett, fuq ħut fl-istadji kollha ta' trobbija, inkluż ħut li hu lest biex jitqiegħed fis-suq għall-konsum. |

il-Grupp B: | żewġ terzi tal-kampjuni totali: il-kampjuni għandhom jittieħdu: (a)preferibbilment fir-razzett, fuq ħut lest biex jitqiegħed fis-suq għall-konsum;(b)jew fl-impjant ta' l-ipproċessar, jew f'livell ta' bejgħ bl-ingross, fuq ħut frisk, fuq kondizzjoni li l-intraċċar lura għar-razzett ta' l-oriġini, fil-każ ta' riżultati pożittivi, jista' jsir. |

Fil-każijiet kollha, il-kampjuni meħuda fil-livell tas-suq għandhom jittieħdu minn minimu ta' 10 % ta' postijiet tal-produzzjoni rreġistrati.

2. Prodotti oħrajn ta' l-akkwakultura

Meta l-Istati Membri jkollhom raġuni biex jemmnu li l-mediċina jew il-kimika veterinarja qed jiġu applikati għall-prodotti oħrajn ta' l-akkwakultura, jew meta hemm suspett ta' kontaminazzjoni ambjentali, allura dawn l-ispeċi għandhom jiġu inklużi fil-pjan tat-teħid tal-kampjuni fil-proporzjon tal-produzzjoni tagħhom bħala kampjuni addizzjonali għal dawk meħuda għal prodotti ta' finfish farming.

--------------------------------------------------

ANNESS V

Kapitolu 1

Il-laboratorji li ġejjin għandhom ikunu laboratorji Komunitarji ta' referenza nominati għas-sejbien tar-residwi ta' ċerti sustanzi:

(a) Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, il-Grupp A 1, 2, 3, 4, il-Grupp B 2 (d) u l-Grupp B 3 (d)

Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieuhygiëne (RIVM)

A. van Leeuwenhoeklaan, 9

NL-3720

BA Bilthoven

(b) Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, il-Grupp B 1 u B 3 (e) u r-residwi tal-karbadox u r-residwi ta' l-olakwindox

Laboratories des médicaments vétérinaires (CNEVA-LMV)

La Haute Marzu, Javene

F-35135-Fougères

(ċ) Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, il-Grupp A 5 u l-Grupp B 2 (a), (b), (e)

Bundesinstitut für Gesundheitlichen Verbraucherschutz und Veterinärmedizin (BGVV)

Diedersdorfer Weg, 1

D-12277-Berlin

(d) Għar-residwi mniżżla fl-Anness I, il-Grupp B 2 (ċ) u l-Grupp B 3 (a), (b), (ċ):

Istituto Superiore di Sanità

Viale Regina Elena, 299

I-00161-Roma

Il-komposti inklużi fil-Grupp A 6, B 2 (f) u B 3 (f) huma allokati għall-laboratorji ta' referenza nnominati, skond l-azzjoni farmakoloġika tagħhom.

Kapitolu 2

Il-poteri u l-kondizzjonijiet ta' operazzjoni tal-laboratorji Komunitarji ta' referenza għas-sejbien tar-residwi f'annimali ħajjin, fil-ħmieġ tagħhom u fil-fluwidi u fit-tessuti korporali, fi prodotti ta' l-annimali, fl-għalf għall-annimali u fl-ilma għax-xorb għandhom ikunu kif ġej:

1. Il-funzjonijiet tal-laboratorji Komunitarji ta' referenza għandhom ikunu:

(a) li jippromwovu u jikkordinaw ir-riċerka għal metodi analitiċi ġodda u li jinfurmaw il-laboratorji nazzjonali ta' referenza bl-avvanzi fil-metodi u fit-tagħmir analitiku;

(b) li jgħinu lill-laboratorji nazzjonali ta' referenza (LNR) għal residwi biex jimplimentaw sistema ta' skema ta' assigurazzjoni ta' kwalità approprjata bbażata fuq prinċipji ta' prattika laboratorja tajba (PLT) u kriterji ta' EN 45000;

(ċ) li japprovaw li metodi validi bħala metodi ta' referenza, biex ikunu integrati fil-ġbir ta' metodi;

(d) li jipprovdu lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza b'metodi analitiċi ta' rutina aċċettati matul il-proċedura MRL;

(e) li jipprovdu lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza b'dettalji dwar il-metodi analitiċi u l-eżamijiet komparattivi li għandhom jitwettqu, u li jinfurmawhom bir-riżultati ta' l-eżamijiet;

(f) li jipprovdu lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza, fuq it-talba tagħhom, b'pariri tekniċi dwar l-analiżi tas-sustanzi li għalihom ġew innominati l-laboratorju Komunitarju ta' referenza;

(g) li jorganizzaw eżamijiet kumparattivi għall-benefiċċju tal-laboratorji nazzjonali ta' referenza, li l-frekwenza tagħhom għandha tiġi determinata bi ftehim mal-Kummissjoni. B'konsegwenza, il-laboratorji Komunitarji ta' referenza għandhom iqassmu kampjuni vojta u kampjuni li jikkontjenu ammonti magħrufa ta' analite biex jiġu analizzati;

(h) li jidentifikaw residwi u jiddeterminaw il-konċentrazzjoni tagħhom f'każijiet meta r-riżultati ta' analiżi jikkawżaw nuqqas ta' ftehim bejn l-Istati Membri;

(i) li jikkonduċu korsijiet ta' taħriġ inizjali u iktar fil-fond għall-benefiċċju ta' l-analisti mil-laboratorji nazzjonali;

(j) li jipprovdu s-servizzi tal-Kummissjoni, inklużi l-istandards, il-miżuri u l-programm ta' l-eżami, b'assistenza teknika u xjentifika;

(k) li jikkompilaw rapport dwar ix-xogħol ta' kull sena u jibagħtuh lill-Kummissjoni;

(l) li jingħaqdu, fil-qasam tal-metodi u t-tagħmir analitiku, mal-laboratorji nazzjonali ta' referenza nnominati minn pajjiżi terzi fil-pjanijiet li għandhom jiġu sottomessi skond l-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva.

2. Sabiex iwettqu l-funzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1, il-laboratorji Komunitarji ta' referenza għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet minimi li ġejjin:

(a) li jkunu ġew innominati bħala laboratorju nazzjonali ta' referenza fi Stat Membru;

(b) li jkollhom staff ikkwalifikat li hu mħarreġ b'mod adegwat f'metodi analitiċi użati għar-residwi li għalihom ġew innominati l-laboratorju Komunitarju ta' referenza;

(ċ) li jkollhom it-tagħmir u s-sustanzi meħtieġa biex iwettqu l-analiżi li għaliha huma responsabbli;

(d) li jkollhom infrastruttura adegwata amministrattiva;

(e) li jkollhom kapaċità ta' l-ipproċessar ta' l-informazzjoni biżżejjed biex jipproduċu statistiċi bbażati fuq is-sejbiet tagħhom u biex tkun possibbli komunikazzjoni rapida ta' dawk l-istatistiċi u informazzjoni oħra lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza u lill-Kummissjoni;

(f) li jassiguraw li l-istaff tagħhom jirrispettaw in-natura kunfidenzjali ta' ċerti kwistjonijiet, riżultati jew komunikati;

(g) li jkollhom tagħrif suffiċjenti ta' l-istandards u l-prattiċi internazzjonali;

(h) li jkollhom disponibbli lista aġġornata ta' materjal ta' referenza, ċertifikat u materjal ta' referenza miżmum mill-Istitut għall-Materjal u l-Metodi ta' Referenza, u lista aġġornata tal-fabbrikanti u l-bejjiegħa ta' dak il-materjal.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

Tabella ta' Korrelazzjoni

Din id-Direttiva | Id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE |

| |

Artikolu 1 | – | |

Artikolu 2 | Artikolu 2 | 86/469/KEE |

Artikolu 3 | Artikolu 1 | 86/469/KEE |

Artikolu 2 | 85/358/KEE |

Artikolu 4 | Artikolu 3 | 86/469/KEE |

Artikolu 5 | Artikolu 4 (1) l-ewwel u t-tieni inċiż | 86/469/KEE |

Artikolu 6 | – | |

Artikolu 7 | Artikolu 4 (1) ħlief għall-ewwel u t-tieni inċiż | 86/469/KEE |

Artikolu 8 | Artikolu 4 (2) sa 4 (5) | 86/469/KEE |

Artikolu 12 | 86/469/KEE |

Artikolu 9 | 85/358/KEE |

Artikolu 9 | – | |

Artikolu 10 | – | |

Artikolu 11 | Artikolu 1 | 85/358/KEE |

Artikolu 12 | – | |

Artikolu 13 | Artikolu 3 | 85/358/KEE |

Artikolu 10 | 86/469/KEE |

Artikolu 14 (1) | Artikolu 8 (1) (b) | 86/469/KEE |

Artikolu 14 (2) | Artikolu 8 (2) | 86/469/KEE |

Id-Deċiżjoni | |

Id-Deċiżjoni | |

Artikolu 15 (1) | Artikolu 8 (3) | 86/469/KEE |

Artikolu 5 (2) | 85/358/KEE |

Artikolu 15 (2) | Artikolu 8 (3) | 86/469/KEE |

Artikolu 5 (3) | 85/358/KEE |

Artikolu 15 (3) | Artikolu 9 | 86/469/KEE |

Artikolu 16 | Artikolu 9 (1) u Artikolu 9 (2) | 86/469/KEE |

Artikolu 6 (1) u Artikolu 6 (2) | 85/358/KEE |

Artikolu 17 | Artikolu 9 (3) (a) | 86/469/KEE |

Artikolu 6 (3) (a) | 85/358/KEE |

Artikolu 18 | Artikolu 9 (3) (ċ) u (d) | 86/469/KEE |

Artikolu 19 | – | |

Artikolu 20 (1) | – | |

Artikolu 20 (2) | Artikolu 11 | 86/469/KEE |

Artikolu 21 | Artikolu 5 | 86/469/KEE |

Artikolu 22 | Artikolu 7 | 85/358/KEE |

Artikolu 23 | Artikoli 9 (3) (b) (ċ) (d) u 9 (4), 9 (5) | 86/469/KEE |

Artikoli 6 (3) (b) (ċ) (d) u 6 (4) | 85/358/KEE |

Artikolu 24 | Artikolu 4 | 85/358/KEE |

Artikolu 25 | – | |

Artikolu 26 | – | |

Artikolu 27 | – | |

Artikolu 28 | – | |

Artikolu 29 | Artikolu 7 | 86/469/KEE |

Artikolu 13 | 85/358/KEE |

Artikolu 30 | – | |

Artikolu 31 | Artikolu 12 | 85/358/KEE |

Artikolu 32 | Artikolu 14 | 86/469/KEE |

Artikolu 11 | 85/358/KEE |

Artikolu 33 | Artikolu 15 | 86/469/KEE |

Artikolu 10 | 85/358/KEE |

Artikolu 34 | Artikolu 13 | 86/469/KEE |

Artikolu 35 | – | |

Artikolu 36 | – | |

Artikolu 37 | – | |

Artikolu 38 | – | |

Artikolu 39 | – | |

Anness I | Anness I | 86/469/KEE |

Anness II | – | |

Anness III | – | |

Anness IV | Anness II | 86/469/KEE |

Anness V Kapitolu 1 | Id-Deċiżjoni | |

Anness V Kapitolu 2 | Id-Deċiżjoni | |

Anness VI | – | |

--------------------------------------------------

Top