EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31994R3290

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali

ĠU L 349, 31/12/1994, p. 105–200 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (FI, SV, CS, ET, LV, LT, HU, MT, PL, SK, SL, BG, RO, HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013; Impliċitament imħassar minn 32013R1308

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1994/3290/oj

31994R3290



Official Journal L 349 , 31/12/1994 P. 0105 - 0200
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 66 P. 0052
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 66 P. 0052


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3290/94

tat-22 ta' Diċembru 1994

dwar l-aġġustamenti u l-arranġamenti transitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 43 tiegħu,

Wara li kunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella [1], u partikolarment ta' l-Artikolu 7(2) tiegħu,

Wara li kunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Billi l-Komunità addottat sett ta' regoli li jirregolaw il-politika agrikola komuni;

Billi, taħt ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali, l-Komunità innegozjat ftehim varju (hawnhekk iżjed'il quddiem magħrufa bħala l-"ftehim tal-GATT"); billi diversi minn dawk l-ftehim jikkonċernaw l-agrikoltura, partikolarment il-Ftehim dwar l-Agrikoltura (hawnhekk iżjed "il quddiem magħruf bħala l-Ftehim"); billi l-konċessjonijiet li għandhom x'jaqsmu mas-sostenn domestiku jistgħu jiġu sodisfatti billi jiġu fissati prezzijiet u għajnuna f'livell adattat u m'hemmx bżonn jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar dan is-suġġett; billi il-Ftehim jistabbilixxi programm ta' sitt snin għall-estensjoni ta'aċċess għas-suq Komunitarju għal prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi minn banda u t-tnaqqis gradwali fis-sostenn mogħti mill-Komunità fuq esportazzjonijiet ta' prodotti agrikoli mill-banda l-oħra; billi il-leġislazzjoni agrikola dwar kummerċ ma' pajjiżi terzi għandha tiġi adattata kif xieraq;

Billi, bit-tibdil tal-miżuri kollha li jirrestrinġu l-importazzjoni tal-prodotti agrikoli f'dazji doganali (tariffiar) u bil-projbizzjoni ta' l-applikazzjoni ta' dawn il-miżuri fil-futur, il-Ftehim jeħtieġ l-abolizzjoni ta' l-imposti varjabbli fuq l-importazzjoni u ta' miżuri oħrajn u piżijiet fuq l-importazzjoni kurrentement previsti taħt l-organizzazzjonijiet tas-suq; billi r-rati tad-dazju doganali applikabbli għall-prodotti agrikoli skond il-Ftehim għandhom jiġu fissati fit-Tariffi Komuni Doganali; billi għal ċerti gruppi ta' prodotti bħaċ-ċereali, ross, l-inbid u frott u ħxejjex, l-introduzzjoni ta' mekkaniżmi supplimentari jew oħrajn li ma jinvolvux il-ġbir ta' dazji doganali fissi li jitolbu l-adozzjoni ta' regoli li jipprovdu għal derogi fir-regolamenti bażi; billi, biż-zieda, l-miżuri għall-protezzjoni tas-suq Komunitarju kontra l-importazzjonijiet ta' għeneb imqadded u ċirasa proċessata jistgħu, taħt il-Ftehim dwar is-Salvagwardji, jinżammu għal perjodu ta' ħames snin; billi, madanakollu, sabiex jiġu evitati problemi ta' fornitura għas-suq Komunitarju, is-sospensjoni tad-dazji doganali fuq ċerti prodotti taz-zokkor għandha tkun permessa;

Billi, sabiex jinżamm livell minimu ta' protezzjoni kontra l-effetti kuntrarji fis-suq bħala riżultat tat-tariffar, il-Ftehim jippermetti l-applikazzjoni tad-dazji doganali addizzjonali taħt kondizzjonijiet definiti preċiżament imma biss għal prodotti soġġetti għat-tariffar; billi id-dispożizzjonijiet korrispondenti għandhom għalhekk jiġu nseriti b'mod xieraq fir-Regolamenti bażiċi konċernati;

Billi l-Ftehim jpprovdi għal serje ta' kwoti tariffarji taħt arranġamenti għall-aċċess kurrenti u minimu; billi l-kondizzjonijiet applikabbli għal dawn il-kwoti huma spjegati fid-dettall fil-Ftehim; billi, minħabba n-numru kbir ta' kwoti u sabiex jiġi assigurat li jkunu implimentati b'mod effettiv kemm jista' jkun, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ftuħ u għall-amministrazzjoni tagħhom bl-użu tal-proċedura amministrattiva tal-kumitat;

Billi l-emendi li jirriżultaw mill-ftehim kwadru dwar il-banana konkluż ma' ċerti pajjiżi fl-Amerka t' isfel taħt ir-Round Urugwajan għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-banana [3];

Billi, ladarba l-Ftehim tas-Salvagwardji jistabilixxi regoli ċari dwar l-applikazzjoni ta' klawsoli protettivi kif inkorporati fl-oprganizzazzjonijiet tas-suq, dawn il-klawsoli għandhom jiġu supplimentati b' referenza għall-obbligi li joħorġu minn ftehim internazzjonali;

Billi fir-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma' pajjiżi terzi li m'humiex suġġetti għall-ftehim tal-GATT il-Komunità m'hiex marbuta mill-irbit għall-aċċess għas-suq Komunitarju li joħorġu minnhom; billi, sabiex jiġi assigurat li l-miżuri neċessarji jistgħu jittieħdu meta applikabbli fir-rigward tal-prodotti minn dawn il-pajjiżi, l-Kummissjoni għandha tingħata l-poteri rilevanti, li għandhom jiġu eżerċitati permezz tal-proċedura tal-kumitat amministrattiv;

Billi, bis-saħħa tal-Ftehim, l-għoti tas-sussidji għall-esportazzjoni huwa limitat minn issa 'l-quddiem għal ċerti gruppi ta' prodotti agrikoli definiti fih; billi, barra minn hekk, huwa suġġett għal limiti f' termini ta' kwantità u valur;

Billi konformità mal-limiti f' termini ta' valur tista' tiġi assigurata fil-ħin meta jiġu fissati r-rifużjonijiet u permezz ta' moniteraġġ ta' pagamenti taħt ir-regolamenti li għandhom x'jaqsmu mal-FAEGG; billi l-moniteraġġ jista' jiġi faċilitat bl-iffissar obbligatorju bil-quddiem ta' rifużjonijiet, waqt li jħalli l-possibiltà, f'każ ta' rifuonijiet differenzjati, għall-bdil tad-destinazzjoni speċifikata; billi, fil-każ ta' bdil fid-destinazzjoni, r-restituzzjoni applikabbli għad-destinazzjoni attwali għandha titħallas, b'limitu fil-livell ta' l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni fissat bil-quddiem;

Billi l-moniteraġġ ta' rbit f'termini ta' kwantità jitlob għall-introduzzjoni ta' sistema ta' moniteraġġ ta' min jorbot fuqha u effettiva; billi, għal dak l-iskop, l-għoti tar-rifużjonijiet għandu jkun suġġett għal liċenza ta' esportazzjoni; billi għandhom jingħataw rifużjonijiet sal-limiti disponibbli, jiddependi mis-sitwazzjoni partikolari ta' kull prodott ikkonċernat; billi eċċezzjonijiet għal dik ir-regola għandhom ikunu permessi biss fil-każ ta' prodotti proċessati mhux elenkati fl-Anness II tat-Trattat, li għalihom limiti fil-valur ma japplikawx, u fil-każ ta' operazzjonijiet ta' assistenza fl-ikel, li huma eżentati minn kull limitazzjoni; billi għandha ssir dispożizzjoni għal derogi minn konformità stretta mar-regoli amministrattiva meta esportazzjonijiet li jibbenefikaw minn rifużjonijiet x'aktarx ma jeċċedux il-limiti ta' kwantità stabbiliti; billi l-moniteraġġ tal-kwantitajiet esportati mar-rifużjonijiet matul is-snin tas-suq imsemmija fil-Ftehim jista' jsir a-bażi ta' liċenzi ta' esportazzjoni maħruġa għal kull sena tas-suq;

Billi, fil-biċċa l-kbira ta' l-organizzazzjonijiet komuni tas-suq, l-esklużjoni minn rikors għall-arranġamenti għat-traffiku ta' proċessar intern jaqa' esklussivament fil-kompetenza tal-Kunsill; billi fil-kondizzjonijiet ekonomiċi li joriġinaw taħt il-Ftehim, jista' jinħass neċessarju li wieħed jirreaġixxi malajr għall-problemi tas-suq li joriġinaw mill-applikazzjoni ta' l-arranġamenti msemmija; billi f'dak ir-rigward il-kompetenza għandha tingħata lill-Kummissjoni biex tadotta miżuri urġenti li huma limitati fiż-żmien; billi dawk il-miżuri għandhom ikunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/373/KEE tat-13 ta' Lulju 1987 [4];

Billi konformità mal-Ftehim dwar Aspetti Relatati għall-Kummerċ tad-Drittijiet ta' l-Proprjetà Intellettwali għandhom ukoll ikunu assigurati; billi, għal dak l-iskop, l-istipulazzjonijiet rekwiżiti għandhom jiġu inseriti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta' Marzu 1987 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid [5];

Billi, minħabba l-emendi għal-leġislazzjoni dwar l-agrikoltura previsti f'dan ir-Regolament, ħafna mir-Regolamenti tal-Kunsill li joħorġu mir-regolamenti bażiċi m'għadhom jilħqu ebda skop; billi, minħabba ċ-ċarezza legali, għandhom jitħassru; billi ċerti dispożizzjonijiet li skadew għalkemm m'għandhomx x'jaqsmu direttament mal-ftehim tal-GATT għandhom ukoll jitħassru; billi huwa l-istess għal ċerti Regolamenti tal-Kunsill magħrufa bħala "it-tieni ġenerazzjoni" li jistgħu fil-biċċa l-kbira jiġu inkorporati fir-regolamenti bażiċi in-kwistjoni;

Billi, madankollu, għadu ma kienx possibbli li jiġu integrati r-regoli ġenerali eżistenti tal-Kunsill dwar l-applikazzjoni tal-klawsola ta' salvagwardja fir-regolamenti bażiċi; billi fid-dawl ta' l-importanza ta' l-emendi magħmula neċessarji f'dak il-qasam wara l-ftehim tal-GATT, ir-regolamenti in-kwistjoni ma jistgħux jinżammu; billi għandhom għalhekk jitħassru, waqt li jipprovdu l-bażi legali sabiex ikunu jistgħu jiġu rimpjazzati;

Billi l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar l-agrikoltura tista' tiġi perikolata jekk il-proċeduri interni li għandhom jintużaw ikunu sostanzjalment differenti bejn is-setturi differenti; billi, għal dik ir-raġuni, jkun mixtieq li dawk il-proċeduri jsiru uniformi;

Billi l-adozzjoni mill-Kunsill ta' regoli ta' implimentazzjoni ġenerali fil-passat għamlitha possibbli li jiġi provdut qafas adegwat għar-regoli l-aktar speċifiċi neċessarji għall-amministrazzjoni tas-suq; billi l-implimentazzjoni ta' l-imsemmi Ftehim dwar l-Agrikoltura m'għandhiex tpoġġi fid-dubju l-mekkaniżmi u l-proċeduri għall-amministrazzjoni tal-politika agrikola komuni;

Billi jkun utli li jkunu analizzati, fi stadju iktar avvanzat, kemm il-funzjonament ta' arranġamenti stabbiliti b'dan ir-Regolament u kemm l-esperjenza akkwistata bil-miżuri meħuda minn pajjiżi terzi għall-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-GATT; billi għal dak l-iskop, malli jiskadu l-ewwel sentejn ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew;

Billi l-bidla mill-arranġamenti eżistenti għal dawk li jirriżultaw mill-ftehim tal-GATT tista' tikkawża diffikultajiet ta'adattament li mhumiex trattati f'dan ir-Regolament; billi, sabiex tkun ittrattata dik l-eventwalità, għanda tkun inkluża dispożizzjoni ġenerali li tippermetti lill-Kummissjoni taddotta l-miżuri transitorji neċessarji għal ċertu perjodu.

ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT

Artikolu 1

Dan ir-Regolament jistabilixxi l-adattamenti u l-miżuri trasitorji meħtieġa fis-settur agrikolu sabiex jiġi implimentat il-ftehim konkluż tul ir-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali.

Artikolu 2

L-adattamenti msemmija fl-Artikolu 1 huma stabbiliti fl-Annessi ma' hawnhekk.

Artikolu 3

1. Meta huma neċessarji miżuri transitorji taħt il-politika agrikola komuni sabiex jiffaċilitaw il-bidla mill-arranġamenti eżistenti għal dawk li jirriżultaw mill-ħtiġiet tal-Ftehim imsemmi fl-Artikolu 1, dawn il-miżuri għandhom ikunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE [6] jew, kif xieraq, l-Artikoli korrispondenti fir-Regolamenti l-oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, jew fir-Regolament (KE) Nru 3448/93 [7].

Meta dawn il-miżuri huma adottati, jittieħed kont tal-fatturi speċjali tas-setturi agrikoli varji, waqt li tittieħed konsiderazzjoni dovuta għall-obbligi li joriġinaw mill-ftehim imsemmi fl-Artikolu 1.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu adottati matul perjodu li jiskadi fit-30 ta' Ġunju 1996 u m' għandhomx japplikaw lil hinn minn dik id-data. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jestendi dak il-perjodu.

Artikolu 4

1. Meta, minħabba ċ-ċirkostanzi speċjali li jaffettwaw prodott agrikolu, l-konformità mal-ħtiġiet dwar is-sostenn ta' l-esportazzjoni taħt il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 1 tista' tkun assigurata b' mezzi li jkollhom effett inqas minn dawk previsti għal dak l-iskop, il-Kummissjoni tista' teżenta dak il-prodott mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet fuq rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni koperti minn dan ir-Regolament.

2. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' tieħu kull miżura neċessarja biex tipproteġi lis-suq Komunitarju kontra importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli minn pajjiżi terzi li lejhom il-Komunità ma għandha ebda obbligi taħt il-ftehim imsemmi fl-Artikolu 1.

3. Miżuri skond il paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(1).

Artikolu 5

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew qabel it-30 ta' Ġunju 1997 dwar l-operazzjoni ta' l-arranġamenti li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u dwar l-esperjenza akkwistata bil-miżuri meħuda minn pajjiżi terzi sabiex jiġi implimentat il-ftehim konkluż matul ir-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jiddeċiedi dwar kull emenda li tirriżulta u l-konklużjonijiet ta' dak ir-rapport.

Artikolu 6

1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1995.

2. Għandu japplika mill-1 ta' Lulju 1995.

Madankollu:

(a) l-Artikolu 3 u l-Artikolu 4(2) għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 1995;

(b) id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Annessi dwar dazji ta' l-importazzjoni u dazji addizzjonali fuq l-importazzjoni li japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Annessi XIII u XVI li għalihom huwa applikabbli prezz tad-dħul għandhom japplikaw fl-1995 mill-bidu tas-sena tas-suq għall-prodotti kkonċernati fl-1995;

(ċ) id-dispożizzjonijiet fuq ir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni għandhom japplikaw:

- mill-1 ta' Settembru 1995 fir-rigward ta' l-Annessi II u XVI,

- mill-1 ta' Ottubru fir-rigward ta' l-Anness IV,

- mill-1 ta' Novembru 1995 fir-rigward ta' l-Anness V;

(d) id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XV għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 1995;

(e) id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XVI, I.2, għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 1996.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-22 ta' Diċembru 1994.

Għall-Kunsill

Il-President

H. Seehofer

[1] ĠU L 148, tat-28.6.1968, p. 24. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1884/94 (ĠU L 197, tat-30.7.1994,p. 27).

[2] Opinjoni mogħtija fl-14 ta' Diċembru 1994 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċċjali).

[3] ĠU L 47, tal-25.2.1993, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 3518/93 (ĠU L 320, tat-22.12.1993, p. 15).

[4] ĠU L 197. tat-18.7.1987, p. 33.

[5] ĠU L 84, tas-27.3.1987, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1891/94 (ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 42).

[6] ĠU C 172, tat-30.9.1966, p. 3025/66.

[7] ĠU L 318, ta' l-20.12.1993, p. 18.

--------------------------------------------------

LISTA TA' ANNESSI

Anness I

Anness II

Anness III

Anness IV

Anness V

Anness VI

Anness VII

Anness VIII

Anness IX

Anness X

Anness XI

Anness XII

Anness XIII

Anness XIV

Anness XV

Anness XVI

Anness XVII

Anness XVIII

Anness XIX

Anness XX

Anness XXI

Anness XXII

--------------------------------------------------

ANNESS I

ĊEREALI

I. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 (GU Nru L 181, ta' l-1.7.1992, p. 21), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1866/94 (GU Nru L 197, tat-30.7.1994, p. 1).

1. L-Artikolu 3(2) għandu jitħassar.

2. Il-paragrafu segwenti jiżdied ma' l-Artikolu 3(3):

"Il-prezz ta' intervent validu għall-qamħirrum u l-qamħ sorghum f'Mejju għandu jibqa' validu f'Lulju, Awissu u Settembru tas-sena tas-suq ta' wara."

3. L-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 3(4) għandha tiġi sostitwita b' li ġej:

"Il-prezz ta' intervent għandu jkun suġġett għal żidiet mensili għas-sena tas-suq kollha jew parti minnha."

4. L-ewwel u l-aħħar inċiżi ta' Artikolu 5 għandhom jitħassru.

5. It-Titolu II għandu jiġi sostitwit b' li ġej:

"IT-TITOLU II

Artikolu 9

1. L-importazzjonijiet fil-Komunità, jew l-esportazzjonijiet minn hemmhekk, ta' kwalunkwe prodotti elenkati fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni.

Il-liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' l-istabbiliment tiegħu fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 12 u 13.

Il-liċenzi ta' l-importazzjoni u ta' l-esportazzjoni għandhom ikunu validi mal-Komunità kollha. Dawn il-liċenzi għandhom jinħarġu suġġett għall-alloġġ ta' titolu li jiggarantixxi li l-prodotti huma importati jew esportati matul it-terminu ta' validità tal-liċenza; ħlief f'każijiet ta' force majeure, it-titolu għandu jintilef kollu jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma jitwettqux, jew jitwettqu parzjalment, f'dak il-perjodu.

2. It-terminu ta' validità tal-liċenzi u regoli oħra dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 23.

Artikolu 10

1. Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort'oħra, r-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati f‘Artikolu 1.

2. Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju ta' l-importazzjoni fuq prodotti koperti bil-Kodiċi NM ex1001 barra merlin, 1002, 1003, ex1005 ta' xort'oħra miż-żerriegħa ibrida, u ex1007 ta' xort' oħra minn ibrida għaż-żriegħ, għandhom ikunu ugwali għall-prezz ta' intervent validu għal dawn il-prodotti fuq l-importazzjoni u żdied b' 55 %, naqqas iċ-ċif, il-prezz ta' l-importazzjoni applikabbli għall-kunsinna in-kwistjoni. Madankollu, dak id-dazju ma jistax jeċċedi r-rata ta' dazju fit-Tariffa Doganali Komuni.

3. Għall-iskopijiet tal-kalkolu tal-piż fuq l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 2:

(a) għal prodotti elenkati fil-paragrafu 2 espress fi kwalità waħda standard jew, kif approprjat, suddiviżi f'diversi prezzijiet cif rappreżentattivi fuq l-importazzjoni (qamħ komuni: għoli, medju, bass; qamħ durum; qamħirrum; żrieragħ oħra ta' għalf).

Dawn il-prezzijiet rappreżentattivi cif fuq l-importazzjoni għandhom jiġu stabbiliti regolarment;

(b) kull kunsinna għall-importazzjoni għandha tiġi klassifikata skond l-eqreb kwalità fost il-kwalitajiet standard imsemmija f'(a).

4. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23.

Ir-Regoli dettaljati jispeċifikaw partikolarment:

- il-kwalitajiet standard li għandhom jintużaw,

- il-kwotazzjonijiet tal-prezz li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni,

- il-metodu ta' kalkolu tal-ħlas fuq l-importazzjoni għal kull kunsinna klassifikata skond waħda mill-kwalitajiet standard imsemmija fil-paragrafu 3 (a),

- il-possibiltà, meta xieraq f'każijiet speċifiċi, li operaturi jingħataw l-opportunità li jkunu jafu l-piż applikabbli qabel il-wasla tal-kunsinna konċernata.

Artikolu 11

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 10(2), sabiex jiġu evitati jew megħluba effetti kuntrarji fis-suq fil-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' ċerti prodotti elenkati fl-Artikolu 1, l-importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew iktar minn dawn bir-rata tad-dazju stabbilita fl-Artikolu 10 għandhom ikunu suġġetti għall-ħlas ta' dazju ta' l-importazzjoni addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan ta' negozjati kummerċjali multilaterali jkunu ġew stabbiliti sakemm l-importazzjonijiet mhux probabbli li jiddisturbaw is-Suq Komunitarju, jew meta l-effetti jkunu disproporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. L-anqas prezzijiet li taħthom jista' jkun impost dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom ikunu dawk mibgħuta lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ lill-Komunità.

L-anqas kwantitajiet li għandhom jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta' l-importazzjoni addizzjonali għandhom jiġu determinati, inter alia, a bażi ta' l-importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin li jippreċedu dik li fiha l-effetti kuntrarji msemmija fil-paragrafu 1 joriġinaw jew jidhru li joriġinaw.

3. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni li għandhom jiġu kunsidrati meta jiġi impost dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom jiġu determinati a-bażi tal-prezz ta' l-importazzjoni cif tal-kunsinna konċernata.

Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni cif jkunu kontrollati b'dak l-iskop kontra l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fis-suq dinji jew fis-suq Komunitarju ta' l-importazzjoni għal dak il-prodott.

4. Il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 23. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:

(a) il-prodotti li għalihom jistgħu jkunu applikati dazji addizzjonali ta' l-importazzjoni skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra neċessarji għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim imsemmi.

Artikolu 12

1. Il-kwoti tariffarji għall-prodotti elenkati f‘Artikolu 1 li jirriżultaw mill-Ftehim konkluż fl-ambitu tan-negozjati kummerċjali tar-Round Urugwajan għandhom jinfetħu u jiġu amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 23.

2. Il-Kwoti jistgħu jiġu amministrati bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b' kombinazzjoni tagħhom:

- il-metodu bażat fuq l-ordni li fiha l-applikazzjonijiet huma sottomessi (fuq bażi ta' "min ikun l-ewwel, jiġi servut l-ewwel"),

- il-metodu ta' l-allokazzjoni ta' kwoti a proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta huma sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"kontroll simultanju")

- il-metodu bażat fuq ċirkulazzjonijiet tradizzjonali tal-kummerċ (bl-użu tal-metodu tal-"wasliet tradizzjonali/ġodda").

Metodi xierqa oħra jistgħu jiġu adottati.

Dawn għandhom jevitaw kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat għandu, meta approprjat, jagħti piż dovut lill-ħtiġiet ta' fornitura tas-suq Komunitarju u l-bżonn li jiġi salvagwardat l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għall-kwoti korrispondenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konkluż fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan.

4. Ir-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-ftuħ tal-kwoti annwali, jekk neċessarju spazjati kif imiss matul is-sena, waqt li jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jiġi applikat u inkluż, meta approprjat, dispożizzjoni għal:

(a) garanziji li jkopru n-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) rikonoxximent tad-dokumenti użati għall-verifika tal-garanziji msemmija f'(a); u

(ċ) il-kondizzjonijiet li taħthom joħorġu l-liċenzi ta' l-importazzjoni u t-terminu tal-validità tagħhom.

Fil-każ tal-kwota ta' l-importazzjoni fi Spanja ta' 2,000,000 tunnellati metriċi ta' qamħirrun u 300,000 tunnellata metrika ta' sorghum u l-kwota ta' l-importazzjoni fil-Portugall ta' 500,000 tunnellata metrika ta' qamħirrun, dawk ir-regoli dettaljati għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji għat-twettiq ta' l-importazzjonijiet tal-kwota u, meta approprjat, il-ħażna pubblika tal-kwantitajiet importati mill-aġenziji ta' intervent ta' l-Istati Membri konċernati u d-dispożizzjoni tagħhom fis-swieq ta' dawk l-Istati Membri.

Artikolu 13

1. Sal-punt neċessarju li jippermetti l-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 biex jiġu esportati mingħajr aktar ipproċessar jew f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B a-bażi tal-kwotazzjonijiet jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq dinji u fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehim konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jiġu koperti bir-rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni.

Rifużjonijiet ta' l-esportazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B ma jistgħux ikunu ogħla minn dawk applikabbli għal dawn il-prodotti esportati mingħajr aktar ipproċessar.

2. Il-metodu addottat għall-allokazzjoni ta' kwantitajiet eliġibbli għal rifużjoni fuq l-esportazzjoni għandu jkun dak:

(a) l-atar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq ikkonċernat, u dak jippermetti r-riżorsi disponibbli biex jintużaw bl-aktar mod effiċjenti possibbli, b' kont meħud ta' l-effiċjenza u l-istruttura ta' esportazzjonijiet Komunitarji mingħajr, madankollu, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-anqas goff fis-sens amministrattiv għall-operaturi, b' kont meħud tal-ħtiġiet ta' l-amministrazzjoni;

(ċ) li jevita kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu ivarjaw skond id-destinazzjoni, meta s-sitwazzjoni fis-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrikjedu hekk.

Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 23.

Ir-Rifużjonijiet jistgħu jiġu fissati:

(a) f'intervalli regolari;

(b) bi stedina għal offerta għall-prodotti li fir-rigward tagħhom saret dispożizzjoni għal dik il-proċedura fil-passat.

Rifużjonijiet iffissati f'intervalli regolari jistgħu, meta neċessarju, jiġu aġġustati fil-perjodu ta' intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' l-Istat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja.

4. Rifużjonijiet fuq prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati mingħajr aktar ipproċessar għandhom biss jingħataw fuq applikazzjoni u mal-prezentazzjoni tal-liċenza rilevanti ta' esportazzjoni.

5. Ir-Rifużjoni applikabbli għall-esportazzjonijiet tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 esportati mingħajr iktar ipproċessar għandha tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dak applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew, meta approprjat;

(b) għad-destinazzjoni reali, jekk mhix l-istess bħal dik indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli m'għandux jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni ta' fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jiġu addottati sabiex jipprevjenu l-flessibiltà ta' dan il-paragrafu milli tkun abbużata.

6. Il-paragrafi 4 u 5 jistgħu jsiru japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

7. Il-paragrafi 4 u 5 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li fuqhom jitħallsu rifużjonijiet taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23.

8. Ħlief jekk provdut xort' oħra skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23, ir-rifużjoni fuq prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) skond il-paragrafu 5 għandha tiġi aġġustata skond il-livell taż-żidiet mensili applikabbli għall-prezz ta' intervent u, meta xieraq, bidliet f'dak il-prezz.

Ammont korrettiv jista' jiġi fissat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23. Madankollu, l- Kummissjoni tista', meta neċessarju, tibdel ammonti korrettivi.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi jistgħu jiġu applikati, kompletament jew in-parti, għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(ċ) u (d) u għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B. F'dak il-każ, l-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi korrett bl-applikazzjoni maż-żieda mensili ta' koeffiċjent li jesprimi l-proporzjon bejn il-kwantità tal-prodott bażiku u l-kwantità ta' l-aħħar kontenuta fil-prodott ipproċessat esportat jew użat fil-prodotti esportati.

Għall-ewwel tliet xhur tas-sena tas-suq, ir-rifużjoni applikabbli għall-esportazzjoni tax-xgħir maħżun fl-aħħar tas-sena tas-suq preċedenti jew magħmul mix-xgħir li jkun hemm maħżun f'dak il-ħin għandu jkun dak li kien ikun ġie applikat fir-rigward taċ-ċertifikat in-kwistjoni għall-esportazzjonijiet tul l-aħħar xahar tas-sena tas-suq preċedenti.

9. Safejn ikun neċessarju biex jittieħdu in-konsiderazzjoni l-fatturi ta' produzzjoni karatteristici għal ċerti xarbiet spiritużi ottenuti miċ-ċereali, l-kriterji għall-għoti ta' rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni kif previst fil-paragrafu 1 u l-proċeduri għall-verifika jistgħu jiġu adattati biex joqgħodu f'din is-sitwazzjoni partikolari.

10. Konformità mal-limiti dwar volumi li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat għandha tkun assigurata a bażi taċ-ċertifikati ta' esportazzjoni maħruġa għall-perjodi ta' referenza previsti hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fir-rigward tal-konformità ma' l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu ta' referenza m'għandux jaffettwa l-validità ta' liċenzi ta' esportazzjoni.

11. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti għar-ridistribuzzjoni ta' kwantitajiet mhux allokati u mhuz użati, u b'mod partikolari dawk dwar l-addattament previst fil-paragrafu 9 għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23. L-Anness B għandu jiġi emendat skond l-istess proċedura. Madankollu, regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6 għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' merkanzija msemmija fl-Anness, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

Artikolu 14

1. Safejn hu neċessarju għall-operazzjoni tajba ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali, l-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jipprojbixxi kompletament jew parzjalment l-użu ta' arranġamenti ta' proċessar intern:

- fir-rigward ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li huma intiżi għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(ċ) u (d), u

- f'każijiet speċjali, fir-rigward ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li huma intiżi għall-fabbrikazzjoni ta' merkanzija elenkata fl-Anness B.

2. B'deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq Komunitarju jiġi disturbat jew x' aktarx jiġi disturbat minn arranġamenti ta' proċessar intern, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja taghha, tiddeċiedi dwar miżuri neċessarji; il-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b'dawn il-miżuri, li għandhom ikunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u għandhom ikunu immedjatament applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu msemmija lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma jemenda jew iħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha titqies li tħassret.

Artikolu 15

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kumbinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifika tariffarja tal-prodotti koperti b' dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm mhux provdut xort'oħra f'dan ir-Regolament jew skond id-dispożizzjoni, dan li ġej għandu jiġi projbit fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi;

- l- imposta ta' kull piż li jkollu effett ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti.

Artikolu 16

1. Meta l-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fis-suq dinji għal prodott wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 1 jilħqu l-livell ta' prezzijiet Komunitarji u meta dik is-sitwazzjoni x'aktarx tkompli u taqleb ghall-aghar u hekk tiddisturba jew thedded lis-suq Komunitarju, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu.

2. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 23.

Artikolu 17

1. Jekk, għar-raġuni ta' żieda fl-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju fi prodott wieħed jew aktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 1 huwa effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri approprjati jistgħu jiġu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi sakemm din id-disturbazzjoni jew theddida ta' disturbazzjoni jitwaqqfu.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, għandu jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u għandu jiddetermina l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri ptrotettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem utli mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' bla dewmien. Jista' waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew iħassar il-miżura in kwistjoni.

4. Dan l-artikolu għandu jiġi applikat fir-rigward ta' obbligi li jirriżultaw mill-ftehim konkluż skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat"

.

6. Dan li ġej għandu jiżdied ma' l-Anness A:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

2306 | Ċappa taż-żejt u residwi solidi oħrajn, kemm jekk mitħuna jew le jew fil-forma ta' pellets, li jirriżultaw mill-estrazzjoni ta' xaħmijiet jew żjut veġetali, ta' xort'oħra minn dawk ta' l-intestaturi 2304 u 2305: |

230690 | - Oħrajn: - - Oħrajn: |

23069091 | - - - Ta' żerriegħa tal-qamħirrum |

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2729/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 (ĠU L 281, ta' l-1.11.1975, p. 18).

Il-kliem "imposta" u "imposti" jiġu sostitwiti b' "dazju" u "dazji" rispettivament.

III. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3670/93 tat-22 ta' Diċembru 1993 (ĠU L 338, tal-31.12.1993, p. 35).

Ir-Regolament ta' hawn fuq huwa mħassar.

--------------------------------------------------

ANNESS II

IR-ROSS

I. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1418/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (OJ Nru L 166, tal-25.6.1976, p. 1) kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE Nru 1869/94 (ĠU L 197, tat-30.7.1994, p. 7).

1. L-Artikolu 4(5) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5. Dan li ġej għandu jiġi determinat skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 27:

(a) wara konsultazzjoni ma' l-Istati Membri konċernati, ċ-ċentri ta' intervent imsemmija fil-paragrafu 4;

(b) ir-rata għall-konverżjoni tar-ross bil-fosdqa mneħħija f'ross bil-ħliefa jew viċi-versa;

(ċ) ir-rata tal-bdil tar-ross sħiħ f'ross imfarrak jew semi-mitħun jew viċi-versa;

(d) l-ispejjeż ta' l-ipproċessar u l-valur ta' bi-prodotti li għandhom jiġu kunsidrati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 3."

2. It-Titolu II għandu jiġi sostitwit b' li ġej:

"TITOLU II

Kummerċ ma' pajjiżi terzi

Artikolu 10

1. Importazzjonijiet fil-Komunità jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kull prodott elenkat fl-Artikolu 1 għandhom ikunu soġġetti għall-presentazzjoni ta' liċenza ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni.

Liċenzi għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mill-post tiegħu ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għall-miżuri meħuda għall-applikazzjoni fl-Artikoli 14 u 15.

Liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Dawn il-liċenzi għandhom jinħarġu soġġett għall-alloġġ ta' titolu li jiggarantixxi li l-prodotti huma mportati jew esportati matul it-terminu ta' validità tal-liċenza; ħlief f'każijiet ta' force majeure, it-titolu għandu jitwarrab kompletament jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma jitwettqux, jew jitwettqu biss parzjalment, matul dak il-perjodu.

2. It-terminu ta' validità tal-liċenzi u regoli dettaljati oħrajn għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Artikolu 11

1. Sussidju jista' jiġi ffissat għal kunsinni lid-dipartiment de Reunion Franċiż extra-kontinentali, intiżi għall-konsum hemm, ta' prodotti li jaqgħu fil-kodiċi NM 1006 (eskluża l-kodiċi 10061010) li jiġu minn Stati Membri u jinsabu f'waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2) tat-Trattat.

Dak is-sussidju għandu jiġi fissat, waqt li jittieħed kont tal-ħtiġiet supplimentari tas-suq ta' Reunion, a-bażi tad-differenza bejn il-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet tal-prodotti rilevanti fis-suq dinji u l-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet ta' dawk il-prodotti fis-suq Komunitarju, u, jekk necessarju, l-prezz ta' dawk il-prodotti mwassla lir-Reunion.

Is-sussidju għandu jingħata ma' applikazzjoni mill-parti konċernata. Is-sussidju jista' jiġi fissat, meta approprjat, bi proċedura ta' offerti. Din il-proċedura ta' offerti għandha tirrelata għall-ammont ta' sussidju.

Is-sussidju għandu jiġi fissat perjodikament skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Madankollu meta jkun hemm bżonn, il-Kummissjoni tista', fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, taltera s-sussidju fl-intervall.

2. Ir-regoli dwar l-iffinanzjar tal-politika agrikola komuni għandhom japplikaw għas-sussidju previst fil-paragrafu 1.

3. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Artikolu 12

1. Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2. Minkejja l-paragrafu 1, id-dazju ta' l-importazzjoni fuq:

(a) ir-ross mingħajr fosdqa kopert mill-kodiċi NM 100620 għandu jkun ugwali għall-prezz ta' intervent validu għar-ross indica u japonica rispettivament fuq l-importazzjoni, miżjud bi:

- 80 % fil-każ tar-ross indica, u

- 88 % fil-każ tar-ross japonica,

inaqqas il-prezz ta' l-importazzjoni; u

(b) ross kompletament mitħun kopert mill-kodiċi NM 100630 għandu jkun ugwali għall-prezz ta' intervent fiż-żmien ta' l-importazzjoni, flimkien ma' perċentwali li għandu jiġi kalkolat u anqas mill-prezz ta' l-importazzjoni.

Madankollu, dak id-dazju ma jistax jeċċedi d-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni.

Il-perċentwali msemmija f'(b) għandha tiġi kalkolata billi jiġi aġġustat il-perċentwal rispettiv imsemmi f'(a) b'referenza għar-rata ta' konversjoni, l-ispejjeż ta' l-ipproċessar u l-valur ta' prodotti sekondarji, u mbagħad jiżdied l-ammont għall-protezzjoni ta' l-industrija.

3. Minkejja l-paragrafu 1:

(a) ebda dazju ma għandu jitħallas fuq importazzjonijiet ta' prodotti koperti mill-kodiċi NM 100610, 100620, jew 10064000 fid-dipartiment ta' Reunion Franċiż extra-Kontinentali, intiż għall-konsum hemm;

(b) id-dazju li għandu jitħallas fuq importazzjonijiet ta' prodotti koperti mill-Kodiċi NM 100630 fid-dipartiment ta' Reunion Franċiż extra-kontinentali, intiż għall-konsum hemm għandu jiġi multipplikat b' koeffiċjent ta' 0,30.

4. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jistabilixxu b'mod partikolari l-kriterji għad-distinzjoni tat-tipi ta' ross importat imsemmija fil-paragrafu 2; jiffissaw l-ammont għall-protezzjoni ta' l-industrija u jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji biex jiġu determinati u kalkolati prezzijiet ta' l-importazzjoni u tiġi kontrollata l-awtentiċità tagħhom.

Artikolu 13

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 (2) sabiex jiġu prevenuti jew megħluba effetti kuntrarji fis-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' ċerti prodotti elenkati fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew aktar bir-rata ta' dazju stabbilita fl-Artikolu 10 għandhom ikunu soġġetti għal ħlas ta'dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fil-kwadru tar-Round Urugwajan ta' negozjati kummerċjali multilaterali ġew sodisfatti sakemm l-importazzjonijiet x'aktarx ma jiddisturbawx is-suq Komunitarju, jew meta l-effetti kienu jkunu sproporzjonati għall-objettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu li taħthom dazju addizzjonali jista' jiġi mpost għandhom ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex jiġi mpost dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom jiġu determinati partikolarment a bażi ta' importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin li jippreċedu s-sena li fiha l-effetti kuntrarji msemmija fil-paragrafu 1 joriġinaw jew x'aktarx joriġinaw.

3. Il-prezzijiet ta' l-importazzjoni li għandhom jiġu kunsidrati għall-impożizzjoni ta' dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom jiġu determinati a bażi tal-prezzijiet ta' l-importazzjoni cif tal-kunsinna in-kwistjoni.

Il-prezz ta' importazzjoni cif għandu jiġi verifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq dinji jew fis-suq Komunitarju ta' importazzjoni għall-prodott in-kwistjoni.

4. Il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw b' mod partikolari:

(a) il-prodotti li jistgħu jiġu applikati lilhom dazji addizzjonali ta' l-importazzjoni skond it-termini ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħrajn neċessarji sabiex jassiguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 14

1. Sal-punt neċessarju li jippermetti l-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 biex jiġu esportati mingħajr aktar ipproċessar jew fil-forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B a bażi ta' kwotazzjonijiet jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq dinji u fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehim konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjoni fuq l-esportazzjoni.

Rifużjonijiet fuq il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 fil-forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B ma jistgħux ikunu ogħla minn dawk applikabbli għal dawn il-prodotti esportati mingħajr aktar ipproċessar.

2. Il-metodu li għandu jiġi addottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jiġu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu effiċjenti possibbli tar-riżorsi disponibbli, waqt li jittieħed kont ta' l-effiċjenza u l-istruttura ta' l-esportazzjonijiet Komunitarji mingħajr, madankollu, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-anqas goff, mil-lat amministrattiv, għal operaturi li jieħdu kont ta' ħtiġiet amministrattivi;

(ċ) li jipprevjeni kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet għandhom ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, meta s-sitwazzjoni fis-suq dinji jew il-ħtiġiet speċifiċi ta' ċerti swieq jagħmlu dan neċessarju.

Ir-rifużjonijiet għandhom jiġu fissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Ir-rifużjonijiet jistgħu jiġu fissati:

(a) f'intervalli regolari;

(b) bi stedina għal offerta għal prodotti li għalihom dik il-proċedura ġiet stabbilita fl-imgħoddi.

Ir-rifużjonijiet iffissati f'intervalli regolari jistgħu, meta neċessarju, jiġu aġġustati fil-perjodu ta' intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja tiegħu.

Ir-rifużjonijiet iffissati f'intervalli regolari għall-prodott imsemmi fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) għandhom jiġu fissati mill-inqas darba fix-xahar.

4. Dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat meta jiġu fissati r-rifużjonijiet:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fir-rigward ta':

- prezzijiet u disponibilità ta' ross u ross miksur fis-suq Komunitarju;

- prezzijiet ta' ross u ross miksur fis-suq dinji.

(b) l-iskopijiet ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross, li għandhom jassiguraw ekwilibriju u l-iżvilupp naturali ta' prezzijiet u kummerċ f' dan is-suq;

(ċ) limiti li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat;

(d) il-bżonn li tiġi evitata disturbanza fis-suq Komunitarju;

(e) l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti.

Meta l-ammont ta' rifużjoni jiġi stabbilit, għandu jittieħed kont partikolari tal-bżonn li jiġi stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti proċessati lejn pajjiżi terzi, u l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli minn dawn il-pajjiżi ammessi għal ipproċessar intern.

5. Ir-rifużjonijiet għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) għandhom jiġu fissati bil-kriterji speċifiċi li ġejjin:

(a) prezzijiet għal dawk il-prodotti ottenuti fis-swieq varji rappreżentattivi ta' esportazzjoni tal-Komunità;

(b) il-kwotazzjonijiet l-aktar favorevoli reġistrati fis-swieq varji ta' pajjiżi terzi ta' importazzjoni; u

(ċ) spejjeż ta' marketing u spejjeż ta' trasport l-iktar favorevoli mis-swieq Komunitarji msemmija f'(a) għal portijiet jew punti oħrajn ta' esportazzjoni fil-Komunità li jaqdu dawn is-swieq, kif ukoll spejjeż akkumulati fit-tqegħid ta' merkanzija fis-suq dinji.

6. Meta r-rifużjonijiet huma fissati permezz ta' proċedura ta' offerti, din il-proċedura ta' offerti għandha tirrelata għall-ammont tar-rifużjoni.

7. Ir-rifużjonijiet fuq prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati mingħajr aktar ipproċessar għandhom jingħataw biss ma' l-applikazzjoni u ma' preżentazzjoni tal-liċenza rilevanti ta'esportazzjoni.

8. Ir-Rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 esportati mingħajr iktar ipproċessar għandha tkun dik applikabbli fil-jum ta' l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, applikabbli fl-istess jum għal:

(a) destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew

(b) id-destinazzjoni attwali kemm-il darba tvarja mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu sabiex jiġi evitat abbuż tal-flessibiltà previst f'dan il-paragrafu.

9. Il-paragrafi 7 u 8 jistgħu japplikaw għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

10. Il-paragrafi 7 u 8 jistgħu jitwarrbu fil-każ ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

11. Ħlief kif provdut xort'oħra skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27, ir-rifużjoni fuq prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) applikabbli skond il-paragrafu 4 għandha tiġi aġġustata skond l-ammont ta' żidiet mensili applikabbli għall-prezz ta' intervent u, meta approprjat, bidliet f'dak il-prezz, jiddependi mill-grad ta' proċessar u l-użu tar-rata ta' konversjoni applikabbli.

Ammont korrettiv jista' jiġi fissat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Madankollu, l-Kommissjoni tista', meta neċessarju, taltera ammonti korrettivi.

L-ewwel u t-tieni subparagrafi jistgħu jiġu applikati, kompletament jew parzjalment, għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(ċ) u għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti elenkati fl-Anness B. F'dak il-każ, l-aġġustament imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jiġi korrett bl-applikazzjoni ta' koeffiċjent li jesprimi l-proporzjon bejn il-kwantità ta' prodott bażiku u l-kwantità ta' l-aħħar kontenuta fil-prodott ipproċessat esportat jew użat fil-prodotti esportati.

12. Ir-rifużjoni tista' tiżdied b'ammont kompensatorju fir-rigward ta' ħażniet ta' ross fil-ħliefa miġbur fil-Komunità u ross bil-fosdqa mneħħija ottenut minn hemm, fl-idejn fl-aħħar tas-sena tas-suq u jifforma parti mill-prodott ta' dik is-sena, li jkunu esportati mingħajr aktar ipproċessar fil-forma ta' ross kompletament mitħun jew ross nofsu-mitħun bejn il-bidu tas-sena tas-suq ta' wara u d-dati li għad għandhom jiġu determinati. Qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu, jekk neċessarju, jiddetermina l-prodotti li għandhom japplikaw għalihom id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu preċedenti.

L-ammont kompensatorju għandu ikun:

- fil-każ tar-ross mingħajr il-fosdqa, ugwali għad-differenza bejn il-prezz mira validu għall-aħħar xahar tas-sena tas-suq u dak validu għall-ewwel xahar tas-sena l-ġdida tas-suq,

- fil-każ tar-ross fil-fosdqa, ugwali għad-differenza aġġustata bir-rata tal-konversjoni.

Dan l-ammont għandu madankollu jitnaqqas bl-ammont ta' kull pagament miġjub ‘il quddiem diġà mogħti, skond l-Artikolu 8.

L-ammont kompensatorju jingħata biss kemm-il darba l-ħażniet jilħqu l-livell minimu.

13. Ir-rifużjoni fuq il-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(a) u (b) għandha titħallas mal-prova li:

- l-prodotti, fil-każ tar-ross fil-fosdqa u r-ross mingħajr il-fosdqa, huma ta'oriġini Komunitarja, ħlief meta japplika l-paragrafu 14,

- il-prodotti ġew esportati mill-Komunità, u

- fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, il-prodotti jkunu waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 8 (b). Jistgħu jsiru eċċezzjonijiet oħra għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27, sakemm jiġu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

Dispożizzjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

14. Ebda rifużjoni ta' l-esportazzjoni ma għandha tingħata fuq ross fil-ħliefa u ross mingħajr il-fosdqa li jkunu importati minn pajjiżi terzi u ri-esportati lejn pajjiżi terzi sakemm l-esportatur ma jippruvax:

- li l-prodott li għandu jiġi esportat u l-prodott importat qabel huma l-istess, u

- li l-imposta inġabret ma' l-importazzjoni.

F'dawn il-każijiet ir-rifużjoni fuq kull prodott għandha tkun ugwali għad-dazji miġbura ma' l-importazzjoni meta ta' l-aħħar huma aktar baxxi mir-rifużjoni applikabbli; meta d-dazji miġbura ma' l-importazzjoni huma ogħla minn dik ir-rifużjoni, japplika dan ta' l-aħħar.

15. Konformità mal-limiti dwar volumi li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat għandha tiġi assigurata a bażi taċ-ċertifikati ta' esportazzjoni maħruġa għall-perijodi ta' referenza previsti hemmhekk u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fir-rigward ta' konformità ma'l-obbligi li jirriżultaw mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali m' għandux jaffettwa l-validità ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni.

16. Regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi dispożizzjonijiet li jikkonċernaw ir-riallokazzjoni ta' kwantitajiet esportati mhux allokati jew mhux użati, partikolarment fir-rigward ta' l-aġġustament imsemmi fil-paragrafu 11, għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. L-Anness B għandu jiġi emendat skond l-istess proċedura. Madankollu, regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 7 għal prodotti msemmija fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' prodotti msemmija fl-Anness għandhom jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

Artikolu 15

1. Safejn hu neċessarju għall-operazzjoni tajba ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fir-ross, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każijiet speċjali jipprojbixxi kompletament jew parzjalment l-użu ta' arranġamenti ta' proċessar intern jew estern fir-rigward ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2. B' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinħoloq b'urġenza eċċezzjonali u s-suq Komunitarju jiġi disturbat jew x'aktarx jiġi disturbat minn arranġamenti ta' proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni għandha, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja tagħha, tiddeċiedi fuq il-miżuri neċessarji; l-Kunsill u l-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b' dawn il-miżuri, li għandhom ikunu validi għal mhux iktar minn sitt xhur u għandhom ikunu immedjatament applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' tiġi riferuta lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih tkun l-ewwel ġiet notifikata. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iħassar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

Artikolu 16

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kumbinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha għandhom japplikaw għall-klassifika tariffarja tal-prodotti koperti b' dan ir-Regolament; in-nomenklatura tariffarja li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inklużi d-definizzjonijiet elenkati fl-Anness A, għandhom jiġu nkorporati fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm mhux provdut xort'oħra f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet adottati in segwitu, dan li ġej għandu jiġi projbit;

- l-imposti ta' kull piż li jkollu effett ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva fuq importazzjonijiet jew miżura li jkollha effett ekwivalenti.

Artikolu 17

1. Meta l-kwotazzjonijiet jew il-prezzijiet fis-suq dinji għal prodott wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 1(a) u (b) jilħqu l-livell ta' prezzijiet Komunitarji u meta dik is-sitwazzjoni x' aktarx tkompli u tiddeterjora u hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba s-suq Komunitarju, miżuri approprjati jistgħu jittieħdu.

2. Kwotazzjonijiet jew prezzijiet fis-suq dinji għandhom jitqiesu bħala li laħqu l-livell tal-prezzijiet Komunitarji meta javviċinaw jew jeċċedu l-prezz ta' intervent tax-xiri għal ross indica u japonica, miżjud bi:

- 80 % fil-każ tar-ross indica, u

- 80 % fil-każ tar-ross japonica.

3. Is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies li aktarx se tippersisti jew tiddeterjora meta jkun hemm żbilanċ bejn provvista u domanda u meta dak l-iżbilanċ x'aktarx jippersisti minħabba previżjoni ta' produzzjoni u tendenzi tal-prezz tas-suq.

4. Is-suq tal-Komunità għandu jitqies li ġie disturbat jew mhedded b'disturb, bħala riżultat tas-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafi preċedenti, meta prezzijiet kummerċjali internazzjonali huma hekk għolja li jimpedixxu l-importazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 fil-Komunità, jew biex jipprovokaw l-esportazzjoni tagħhom mill-Komunità, u hekk jipperikolaw l-istabbilità tas-suq jew is-sigurtà tal-provvisti.

5. Meta l-kondizzjonijiet speċifikati f'dan l-Artikolu jiġu sodisfatti, l-miżuri li ġejjin jistgħu jittieħdu:

- applikazzjoni ta' imposta ta' l-esportazzjoni; b'żieda, imposta speċjali ta' l-esportazzjoni tista' tiġi determinata bi proċedura ta' offerti fir-rigward ta' kwantità fissa,

- l-iffissar ta' limitu ta' żmien għall-ħruġ ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni,

- sospensjoni totali jew parzjali għall-ħruġ ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni,

- ċaħda totali jew parzjali ta'applikazzjonijiet pendenti għall-ħruġ ta' liċenzi ta' l-esportazzjoni,

Dawn il-miżuri għandhom jitħassru fl-iktar tard meta jinstab li, għal perjodu ta' tliet ġimgħat konsekuttivi, il-kondizzjoni msemmija fil-paragrafi 2 m' għadhiex tiġi sodisfatta.

6. Dan li ġej għandu jiġi kkunsidrat meta imposta fuq l-esportazzjoni qed tiġi fissata għal prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a) u (b):

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fir-rigward ta':

- prezzijiet u disponibbiltà ta' ross fis-suq Komunitarju:

- prezzijiet għal ross u prodotti proċessati fis-settur tar-ross fis-suq dinji;

(b) il-miri ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tar-ross, li għandhom jassiguraw l-ekwilibriju kemm għall-fornitura u kemm għall-kummerċ;

(ċ) il-bżonn li jiġi evitat disturb fis-suq Komunitarju;

(e) l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet.

7. Meta l-imposta ta' esportazzjoni fuq il-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(ċ) tkun qiegħda tiġi fissata, l-fatturi elenkati fil-paragrafu 6 għandhom japplikaw. B'żieda, l-fatturi speċifiċi li ġejjin għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni:

(a) il-prezzijiet għal ross miksur fis-swieq varji tal-Komunità;

(b) il-kwantità ta' ross miksur neċessarju għall-fabbrikazzjoni ta' prodotti taħt konsiderazzjoni u, meta xieraq, il-valur tal-prodotti sekondarji;

(ċ) opportunitajiet u kondizzjonijiet ta' bejgħ għall-prodotti in-kwistjoni fis-suq dinji.

8. Meta s-sitwazzjoni fis-suq dinji u l-ħtiġiet speċifiċi ta' ċerti swieq jitolbu hekk, l-imposta fuq l-esportazzjoni tista' tiġi differenzjata.

9. L-imposta ta' esportazzjoni li għandha titħallas għandha tkun dik applikabbli fil-jum ta' l-esportazzjoni. Madankollu, l-imposta applikabbli fil-jum ta' alloġġ ta' l-applikazzjoni għal liċenza għandha tiġi applikata, kemm-il darba l-applikant jitlob hekk fiż-żmien tat-talba għal liċenza, għal esportazzjoni li għandha titwettaq matul il-perjodu ta' validità.

10. Ebda imposta ma tista' tiġi applikata għal esportazzjonijiet li jitwettqu taħt l-arranġamenti ta' l-assistenza ta' l-ikel skond l-Artikolu 25.

11. Regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27.

Skond l-istess proċedura u għal kull wieħed mill-prodotti:

- għandha tittieħed deċiżjoni biex tistabilixxi l-miżuri elenkati fil-paragrafu 5 u jieqfu l-miżuri elenkati fit-tieni u t-tielet inċiżi ta' dak il-paragrafu,

- l-imposta ta' esportazzjoni għandha tiġi fissata perjodikament.

Meta neċessarju, l-Kummissjoni tista' tistabilixxi jew timmodifika l-imposta ta' l-esportazzjoni.

12. F'każijiet urġenti, il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri msemmija fit-tielet u r-raba inċiżi tal-paragrafu 5. Għandha tinnotifika d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri u għandha tippubblikaha fin-notice boards tal-kwartieri ġenerali tagħha. Il-miżuri għandhom, permezz ta' din id-deċiżjoni, jiġu applikati għall-prodotti rilevanti mid-data speċifikata għal dak l-iskop, b‘dak il-jum għandu jkun sussegwenti għad-data tan-notifika. Id-deċiżjoni dwar il-miżuri msemmija fit-tielet inċiż tal-paragrafu 5 għandha tkun applikabbli għal perjodu li ma jaqbiżx is-sebat ijiem.

Artikolu 18

1. Jekk, għar-raġuni ta' importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju fi prodott wieħed jew aktar mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 huwa effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li x‘aktarx jipperikola l-akkwist ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri approprjati jistgħu jiġu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi sakemm dan id-disturb jew theddida ta' disturb jkunu waqfu.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u għandu jiddefinixxi f'liema każijiet u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni għandha, fuq it-talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha proprja, tiddeċiedi dwar il-miżuri neċessarji. L-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b'dawn il-miżuri, li għandhom ikunu immedjatament applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem utli mill-irċevuta tat-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu riferuti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tliet ijiem utli mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' mingħajr dewmien. Huwa jista', waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżuri in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat b'qies għall-obbligi li joriġinaw mill-ftehim konkluż skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

II. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1423/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 166,25 6. 1976, p. 20)

L-Artikolu 3 għandu jitħassar.

III. Ir.Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1428/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 166,25 6. 1976, p. 30)

Ir.Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1431/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 166,25 6. 1976, p. 36)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1432/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 166,25 6. 1976, p. 39)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1433/76 tal-21 ta' Ġunju 1976 (ĠU L 166,25 6. 1976, p. 42)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1263/78 tat-12 ta' Ġunju 1978 (ĠU C 156, 14 6. 1978, p. 14)

Ir-Regolamenti ta' hawn fuq għandhom jitħassru.

--------------------------------------------------

ANNESS III

GĦALF NIEXEF

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1117/78 tat-22 ta' Mejju 1978 (ĠU L 142, 30 5. 1978, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3496/93 (ĠU L 319, tal-21.12.1993 p. 17)

1. Fit-Titolu II l-Artikolu li ġej huwa inserit qabel Artikolu 7.

"Artikolu 6a

Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort'oħra, r-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1."

2. Artikolu 7(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2. Sakemm ma jkunx ipprovdut xort'oħra f'dan ir-Regolament jew skond dispożizzjoni tiegħu, dan li ġej għandu jiġi projbit fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi;

- l-imposta ta' kull piż li jkollu effett ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kull restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha effett ekwivalenti."

3. Artikolu 8(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8

1. Jekk, għar-raġuni ta' żieda fl-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet, is-suq Komunitarju fi prodott wieħed jew iktar minn dawk elenkati fl-Artikolu 1 huma effettwati minn, jew mhedda b'disturb serju li x‘aktarx jipperikola l-otteniment ta' l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri approprjati jistgħu jiġu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi terzi sakemm dan id-disturb jew theddida ta' disturb jkunu waqfu.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, għandu jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u għandu jiddetermina l-każijiet u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni għandha fuq talba ta' Stat Membru jew fuq l-inizjattiva proprja tagħha, tiddeċiedi dwar il-miżuri neċessarji; l-Istati Membri għandhom jiġu notifikati b'dawn il-miżuri, li għandhom ikunu immedjatament applikabbli. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din għandha tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem utli minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jiġu referuti lill-Kunsill minn kull Stat Membru fi żmien tlett ijiem utli mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill għandu jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista', waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in- kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu għandu jiġi applikat fir-rigward ta' l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

--------------------------------------------------

ANNESS IV

ZOKKOR

I. Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 (OJ Nru L 177, ta' l-1.7.1981, p. 4), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 133/94 (ĠU L 22, tas-27.1.1994, p. 7)

1. It-Titolu II huwa sostitwit b'dan li ġej:

"IT-TITOLU II

Kummerċ ma' pajjiżi terzi

Artikolu 13

1. Importazzjonijiet fil-Komunità, jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kwalunkwe mill-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(a), (b), (ċ), (d), (f), (g) u (h) għandhom ikunu soġġetti għal presentazzjoni ta' liċenza ta' l-importazzjoni jew l-esportazzjoni.

Liċenzi għandhom jinħarġu mill-Istati Membri lil kull applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tiegħu fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' Artikoli 16 u 17.

Liċenzi ta' l-importazzjoni u l-esportazzjoni għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha. Dawn il-liċenzi għandhom jinħarġu soġġetti għall-alloġġ ta' titolu li jiggarantixxi li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul terminu ta' validità tal-liċenza; ħlief f'każijiet ta' force majeure it-titolu għandu jitwarrab kompletament jew parzjalment jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma jitwettqux, jew jitwettqu biss parzjalment f' dak il-perjodu.

2. Skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41:

(a) l-iskema prevista b'dan l-Artikolu tista' tkun estiża biex tkopri l-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1)(e);

(b) it-terminu ta' validita tal-liċenzi u regoli dettaljati oħrajn għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, li jistgħu jistabilixxu partikolarment limitu ta' żmien għall-ħruġ tal-liċenzi, għandu jiġi addottat.

Artikolu 14

1. Sakemm dan ir-Regolament ma jipprovdix xort'oħra, r-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom japplikaw għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1.

2. Minkejja l-paragrafu 1, sabiex ikun assigurat li s-suq Komunitarju jkun fornit adegwatament bil-prodotti elenkati fl-Artikolu 1(1) (a) (zokkor mhux maħdum għar-raffinar li jaqa taħt il-kodiċi NM 17011110 u 17011210) u l-Artikolu 1(1)(ċ) (għasel) permezz ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, il-Kummissjoni tista' skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, tissospendi kompletament jew parzjalment l-applikazzjoni ta' dazji ta' l-importazzjoni fuq dawn il-prodotti, u tistabbilixxi arranġamenti għal kwalunkwe sospensjoni ta' din ix-xorta.

Is-sospensjoni tista' tapplika għal perjodu li fih il-prezz fis-suq dinji flimkien mad-dazju ta' l-importazzjoni fit-Tariffa Doganali Komuni:

- fil-każ taz-zokkor mhux maħdum, teċċedi l-prezz ta' intervent għall-prodott;

- fil-każ ta' għasel, teċċedi l-livell tal-prezz li jikkorrispondi għall-prezz ta' għasel użat bħala bażi għas-sena tas-suq taz-zokkor in-konsiderazzjoni, għall-istabbiliment tad-dħul minn bejgħ ta' għasel skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 4(2).

Artikolu 15

1. Sabiex jiġu evitati jew megħluba effetti kuntrarji fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' ċerti prodotti agrikoli, importazzjonijiet ta' prodotti wieħed jew iktar minn dawn bir-rata ta' dazju stabbilita fit-Tariffa Doganali Komuni għandhom ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju ta' l-importazzjoni addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati kummerċjali multilaterali jkunu ġew sodisfatti sakemm l-importazzjonijiet x'aktarx ma jiddisturbawx is-suq Komunitarju, jew meta l-effetti kienu jkunu sproporzjonati għall-objettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu li taħthom dazju addizzjonali jista' jiġi impost għandhom ikunu dawk notifikati mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Kummerċjali Dinjija.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta' importazzjoni addizzjonali għandhom b'mod partikolari jiġu stabbiliti a bażi ta' importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin li jippreċedu s-sena li fiha l-effetti kuntrarji msemmija fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew aktarx jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta' importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju addizzjonali ta' l-importazzjoni għandhom jiġu determinati a bażi tal-prezzijiet cif ta' l-importazzjoni tal-kunsinna in-konsiderazzjoni.

Il-prezzijiet cif ta' importazzjoni għandhom jiġu verifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq dinji jew fis-suq Komunitarju ta' importazzjoni għal dak il-prodott.

4. Il-Kummissjoni għandha taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 41. Dawn ir-regoli dettaljati għandhom jispeċifikaw b'mod partikolari:

(a) l-prodotti li għalihom għandhom japplikaw dazji addizzjonali ta' l-importazzjoni taħt it-termini ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) l-kriterja l-oħrajn neċessarji sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

L-Artikolu 15a

Għall-għasel:

- il-prezz dinji tas-suq imsemmi fl-Artikolu 14(2), u

- il-prezz rappreżentattiv imsemmi fl-Artikolu 15(3),

għandhom japplikkaw għall-kwalità standard.

Il-kwalità standard tista' tiġi stabbilita skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41.

Artikolu 16

1. Il-kwoti tariffarji għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati kummerċjali multilaterali għandhom ikunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41.

2. Il-kwoti għandhom jiġu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'kombinazzjoni tagħhom:

- il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tal-preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew").

- il-metodu tad-distribuzzjoni a proporzjon tal-kwantitajiet mitluba meta l-applikazzjonijiet kienu preżentati (bl-użu tal-metodu ta‘ l-"eżami simultanju"),

- il-metodu bażat fuq li jiġu kunsidrati mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "tradizzjonali/ġodda").

Metodi xierqa oħrajn jistgħu jintużaw.

Dawn għandhom jevitaw kull diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat għandu, meta approprjat, jagħti l-importanza dovuta lill-ħtiġiet ta' fornitura tas-suq Komunitarju u l-bżonn li jiġi salvagwardat l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk imsemmija fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan.

4. Ir-regoli dettaljati msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipprovdu għall-ftuħ tal-kwoti annwali, mqassma b'mod adattat matul is-sena; għandhom jiddeterminaw il-metodu amministrattiv li għandu jkun applikat b‘dan, meta xieraq, għandu jinkludi d-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw:

(a) garanziji li jkopru in-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) il-kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-termin tal-validita tagħhom.

Artikolu 17

1. Sal-punt meħtieġ li jippermetti l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a), (ċ) u (d) biex ikunu esportati mingħajr aktar ipproċessar jew f'forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness I a bażi tal-kwoti jew prezzijiet fis-suq mondjali għal dawk il-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (ċ) u fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti mir-rifużjonii ta'esportazzjoni.

Ir-rifużjoni ta'esportazzjoni mogħtija għaz-zokkor mhux maħdum ma tistax teċċedi dik għaz-zokkor abjad.

2. Id-dispożizzjoni tista' ssir għar-rifużjoni ta' esportazzjoni fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(f), (g) u (h) u esportati mingħajr aktar ipproċessar jew fil-forma ta' prodotti msemmija fl-Anness I.

Meta jkun qed jigi determinat l-ammont ta' rifużjoni, għal kull 100 kg ta' materja niexfa tittieħed konsiderazzjoni partikolari ta':

(a) ir-rifużjoni applikabbli ta' esportazzjonijiet ta' prodotti li jaqgħu taħt is-sotto-titolu 17023091 tan-Nomenklatura Kombinata;

(b) ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(d);

(c) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet ippjanati.

3. Ir-rifużjonijiet applikabbli għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness I ma jkunux ikbar minn dawk applikabbli għal dawn il-prodotti esportati mingħajr aktar ipproċessar.

4. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fuq is-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont tal-effiċjenza u struttura ta‘l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-Anqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi;

(ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

5. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fuq is-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu.

Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41. Ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu fissati:

(a) f'intervalli regolari;

(b) bi stedina għal tenders għal prodotti li għalihom dik il-proċedura kienet stabbilita fl-imgħoddi.

Ir-rifużjonijiet fissati f'intervalli regolari, fejn hemm bżonn, jistgħu jkunu aġġustati fil-perjodu ta' intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess.

Tenders sottomessi bi tweġiba għal stedina ma jkunux ikkunsidrati kemm-il darba ma jitpoġġiex depożitu. Għajr f'każijiet ta' force majeure, id-depożitu jintilef kollu jew f‘parti jekk dawk li jitfghuh ma jkunux wettqu, jew wettqu parzjalment biss, l-obbligazzjonijiet imposti fuqhom.

Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikoli 17a, 17b u 17ċ li jirrigwardaw prodotti m‘humiex denaturati u esportati mingħajr aktar ipproċessar mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a), (ċ) u (d) japplikaw addizzjonalment.

6. Meta l-ammont ta' rifużjonijiet ikun issettjat, tittieħed konsiderazzjoni partikolari tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti proċessati lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawn il-pajjiżi ammessi għal ipproċessar intern.

7. Ir-rifużjonijiet fuq prodotti mniżżla fil-paragrafu 1 u esportati mingħajr aiktar ipproċessar jingħataw biss fuq applikazzjoni u fuq preżentazzjoni ta' liċenza ta' esportazzjoni rilevanti.

8. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 esportati mingħajr aktar ipproċessar tkun applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjat, applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew

(b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu.

9. Il-paragrafi 5 u 6 jistgħu jsiru japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness I skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

10. Il-paragrafi 5 u 6 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 41.

11. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova:

- li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita, u

- li fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 6 (b). Eċċezzjonijiet, iżda, jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

Dispożizzjonijiet supplimentari jistgħu jkunu fissati skond il-proċedura li hemm ipprovdut għaliha fl-Artikolu 41.

12. Ebda rifużjoni ma tingħata fuq esportazzjonijiet fl-istat naturali tal-prodotti mhux denaturati li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(1)(a) jekk, jiddependi fuq il-każ, ma kinux:

(a) miksuba mill-kannamieli jew qasab taz-zokkor maħsuda fil-Komunita;

(b) impurtati fil-Komunità skond l-Artikolu 33;

(ċ) miksuba minn wieħed mill-prodotti impurtati in-segwitu għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (b).

13. Ebda rifużjoni ma tingħata fuq esportazzjonijiet fl-istat naturali tal-prodotti mhux denaturati li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(ċ) u (d) li m‘humiex ta'oriġini Komunitarja jew li ma kinux miksuba minn zokkor impurtat fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 8b (b) jew minn prodotti li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 8b (ċ).

14. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat jkun żgurat a bażi tal-liċenzi ta' esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati.

15. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti għar-ridistribuzzjoni mhix allokata jew il-kwantitajiet esportabbli m‘humiex użati, u l-emendament ta‘l-Anness I jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41. Madankollu, regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 6 għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 u esportati f'forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness jiġu addottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

Artikolu 17a

1. Dan l-artikolu jkun jgħodd għall-iffissar ta' rifużjonijiet fuq il-prodotti m‘humiex denaturalizzati esportati fl-istat naturali li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(1)(a).

2. Fejn jidħol l-iffissar perjodiku tar-rifondi għall-prodotti li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(1)(a);

(a) ir-rifużjonijiet ikunu fissati kull ġimgħatejn.

Madankollu, tali fissar jista jieqaf skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 jekk jinstab li ebda eċċess ta' zokkor m‘hu ottenibbli fil-Komunità għal esportazzjoni a bażi tal-prezzijiet tas-suq mondjali. F'dak il-każ ma tingħata l-ebda rifużjoni;

(b) meta tkun qed tigi fissata r-rifużjoni, s-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità u f‘dik mondjali taz-zokkor, u partikolarment dak li ġej, tittieħed in-konsiderazzjoni:

- il-prezz ta'intervent għaz-zokkor abjad għall-inħawi tal-Komunità bl-akbar eċċess jew il-prezz ta'intervent għaz-zokkor mhux maħdum għall-inħawi tal-Komunità li huwa meqjus li jkun rappreżentattiv għall-esportazzjoni ta' dan it-tip ta' zokkor,

- l-ispejjeż tat-trasport taz-zokkor mill-inħawi li hemm riferenza għalihom f'(a) għal portijiet jew punti oħra ta'esportazzjoni fil-Komunita,

- l-infiq tal-kummerċ u kwalunkwe trasbord, trasport u spejjeż ta' ippakkjar li jsiru fin-negozju taz-zokkor fis-suq mondjali,

- kwotazzjonijiet jew prezzijiet irrekordjati għaz-zokkor fis-suq mondjali, u

- l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjonijiet proposti.

3. Fejn jidħol l-iffissar bit-tender għall-prodotti li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(1)(a);

(a) l-iskop tat-tender ikun li jiddetermina l-ammont tar-rifużjoni;

(b) l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistiednu tenders skond strument li jorbot bil-liġi fl-Istati Membri kollha. Dan l-istrument jistabilixxi t-termini ta‘ l-invit għat-tender. Dawn it-termini jridu jiggarantixxu aċċess ugwali għall-persuni kollha stabbiliti fil-Komunita;

(ċ) it-termini ta' l-invit għat-tender ikunu jinkludu limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tat-tenders. L-ammont massimu tar-rifużjoni għall-invit inkwistjoni jkun iffissat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 fi żmien tlett ijiem tax-xogħol wara l-għeluq tal-limitu ta' żmien u fid-dawl tar-riċeviment tat-tenders. Meta l-ammont massimu jkun qed ikun ikkalkulat, tittieħed konsiderazzjoni tas-sitwazzjoni ta' provediment u prezzijiet fil-Komunita, prezzijiet u ħruġ potenzjali fis-suq mondjali u spejjeż magħmula fl-esportazzjoni taz-zokkor.

Tunnellaġġ massimu jista' jkun iffissat skond l-istess proċedura;

(d) fejn jistgħu jkunu effettwati esportazzjonijiet a bażi ta' rifużjoni li huwa iktar baxx minn dak li kieku jirriżulta mit-teħid in-konsiderazzjoni tad-differenza bejn prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fis-suq mondjali u fejn l-esportazzjonijiet huma għal destinazzjoni speċifika, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri jistgħu jkunu meħtieġa li joħorġu invit speċjali għal tender, it-termini ta' liema jkunu jinkludu:

- il-possibilta ta' sottomissjoni ta' tenders fi kwalunkwe żmien sakemm il-proċedura tat-tendering tkun mitmuma, u

- ammont massimu tar-rifużjoni, ikkalkulat fid-dawl tal-ħtiġijiet għall-esportazzjonijiet in kwistjoni;

(e) jekk l-ammont tar-rifużjoni muri f'tender:

- jeċċedi l-massimu fissat, l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru ma jilqghux dak it-tender,

- ma jeċċedix il-massimu, dawk l-awtoritajiet jiffissaw ir-rifużjoni f'ammont ugwali għar-rifużjoni li jidher fit-tender in-kwistjoni.

4. Ir-rifużjoni fuq zokkor mhux maħdum:

(a) tkun iffissata fuq il-kwalita standard iddefinita fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68;

(b) iffissata perjodikament skond il-paragrafu 2 (a):

- ma teċċedix 92 % tar-rifużjoni għaz-zokkor abjad għall-istess perjodu. Madankollu, dan il-limitu ma jkunx japplika għal rifużjonijiet li jridu jkunu fissati għaz-zokkor "candy",

- jkun immultiplikat għal kull operazzjoni ta'esportazzjoni taħt konsiderazzjoni b'fattur ta' konversjoni li jkun akkwistat billi jkun diviż il-prodott taz-zokkor mhux maħdum esportat, ikkalkulat skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68, bi 92;

(ċ) l-ammont massimu iffissat in segwitu għal paragrafu 3 (ċ) fl-ambitu ta' tender ma jistax jeċċedi 92 % tal-ammont massimu fissat fl-istess żmien għaz-zokkor abjad in segwitu għal dak il-paragrafu.

Artikolu 17b

1. Ir-rifużjoni fuq il-prodotti non-denaturalizzati esportati fl-istat naturali mniżżla fl-Artikolu 1(1)(ċ), tkun iffissata kull xahar, billi tittieħed konsiderazzjoni tal-:

(a) prezz tal-għasel użat biex ikunu determinati r-riċevimenti mill-bejgħ ta'għasel għas-sena taz-zokkor in-kwistjoni in segwitu għall-Artikolu 4(2);

(b) prezzijiet u swieq potenzjali tal-għasel fuq is-suq tal-Komunita.

(ċ) kwotazzjonijiet jew prezzijiet ta'l-għasel fuq is-suq dinji; u

(d) l-aspett ekonomiku ta' l-esportazzjoni proposta.

Madankollu, tali fissar jista jieqaf skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 jekk jinstab li ebda eċċess ta' għasel m‘hu ottenibbli fil-Komunità għal esportazzjoni a bażi tal-prezzijiet tas-suq mondjali. F'dak il-każ ma tingħata ebda rifużjoni;

2. F'ċirkostanzi speċjali l-ammont tar-rifużjoni jista' jkun iffissat b'tender għal kwantitajiet speċifiċi u nħawi speċifiċi tal-Komunita. (a) l-iskop tat-tender ikun biex jiddetermina l-ammont tar-rifużjoni;

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati jistiednu għal tenders a bażi ta' awtorizzazzjoni billi jispeċifikaw it-termini ta' l-invit għal tender. Dawn it-termini jridu jiggarantixxu aċċess ugwali għall-persuni kollha stabbiliti fil-Komunita;

Artikolu 17c

1. L-ammont bażiku tar-rifużjoni jkun iffissat kull xahar fuq il-prodotti non-denaturalizzati esportati fl-istat naturali li għalihom hemm riferenza fl-Artikolu 1(1)(d).

Madankollu, kull iffissar perjodiku jista' jkun imwaqqaf skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41 jekk l-iffissar perjodiku tar-rifużjoni fuq iz-zokkor abjad mhux ipproċessat aktar, jkun sospiż. F'dan il-każ ma tingħata ebda rifużjoni.

2. L-ammont bażiku tar-rifużjoni fuq il-prodotti li għalihom hemm riferenza fil-paragrafu 1, bl-eċċezzjoni tas-"sorbose", jkun ugwali għal wieħed fil-mija ta' ammont li jkunu waslu għalih billi ħadu in-konsiderazzjoni:

(a) id-differenza bejn il-prezz ta' intervent għaz-zokkor abjad għall-inħawi tal-Komunità bl-akbar eċċess għax-xahar li għalih l-ammont bażiku huwa fissat, u l-kwotazzjonijiet tal-prezzijiet għaz-zokkor abjad irrekordjati fis-suq mondjali;

(b) il-bżonn ta' stabiliżżar ta' bilanċ bejn:

- l-użu tal-prodotti bażiċi tal-Komunità fil-manifattura ta' prodotti proċessati għall-esportazzjoni għal pajjiżi barra l-Komunita, u

- l-użu ta' prodotti ta' pajjiż barra l-Komunità miġjuba taħt arranġamenti għal ipproċessar intern.

3. Fil-każ tas-"sorbose", l-ammont bażiku tar-rifużjoni ikun ugwali għall-ammont bażiku tar-rifużjoni mnaqqas b'wieħed fil-mija tar-rifużjoni tal-produzzjoni validu in segwitu għar-Regolament (KEE) Nru 1010/86 għall-prodotti mniżżla fl-Anness I ta' dak ir-Regolament.

4. L-applikazzjoni ta‘ l-ammont bażiku tar-rifużjoni tista' tkun limitata għal xi prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(d).

Artikolu 18

1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq fis-settur taz-zokkor, il-Kunsill, b'aġir skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta' arranġamenti ta'ipproċessar intern:

- fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (d), u

- f'każijiet speċjali, fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li huma intiżi għall-manifatturi tal-prodotti mniżżla fl-Anness I.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta'ipproċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkunu mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux iktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

Artikolu 19

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjoni li toħroġ minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

(a) li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

(b) l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 20

1. Fejn il-prezz taz-zokkor fis-suq mondjali jeċċedi l-prezz ta' intervent, tista' ssir dispożizzjoni li tapplika levy ta'esportazzjoni fejn jidħol iz-zokkor in-kwistjoni. Din il-levy trid tkun applikata meta l-prezz cif taz-zokkor abjad jew taz-zokkor mhux maħdum huwa ikbar mill-prezz ta' intervent flimkien ma' ammont ugwali għas-somma ta' 10 % tal-prezz ta'intervent u tal-levy tal-ħażna applikabbli matul is-sena tas-suq konċernata.

Il-levy ta'esportazzjoni tista‘ tkun stabbilita b'tender. Minbarra fil-każ tat-tendering, il-levy li trid titħallas tkun dik applikabbli fil-jum ta' esportazzjoni.

2. Fejn il-prezz cif fuq iz-zokkor abjad u mhux maħdum huwa ikbar mill-prezz ta'intervent flimkien ma'ammont ugwali għas-somma ta'10 % tal-prezz ta'intervent u l-levy tal-ħażna applikabbli matul is-sena tas-suq ikkonċernata, l-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' jiddeċiedi li jagħti sussidju ta'importazzjoni għall-prodotti in-kwistjoni.

Fejn ikun stabbilit li:

(a) fornimenti għall-Komunità jew;

(b) fornimenti għal reġġjun ta' konsum maġġuri fil-Komunita;

ma jkunux jistgħu jkunu żgurati minn dak li jeżisti fil-Komunita, bil-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jiddeċiedi li jagħti sussidju ta' importazzjoni u jiddetermina l-kondizzjonijiet ta‘l-applikazzjoni għalih. Dawk il-kondizzjonijiet jirrelataw partikolarment għall-kwantità ta' zokkor abjad jew mhux maħdum li se jkun kopert mis-sussidju, ghal kemm idum is-sussidju u, safejn ikun meħtieġ, ir-reġjuni importaturi.

3. Dan li ġej ikun deċiż skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 41.

(a) il-prezzijiet cif li hemm riferenza għalihom fil-paragrafi 1 u 2;

(b) l-arranġamenti l-oħra għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Fil-każ tal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1)(b), (ċ), (d), (f), (g) u (h) dispożizzjonijiet simili għal dawk fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41.

4. L-ammonti li jinbtu mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu fissati mill-Kummissjoni. Madankollu, l-levies ta'esportazzjoni stabbiliti bit-tendering ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 41.

Artikolu 21

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefenixxi l-każijiet u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista‘, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

2. L-Artikolu 26 jkun emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 1 l-aħħar sentenza tkun irrimpjazzata bi:

"L-Artikoli 8, 9, 17 u 20 ma jkunux japplikaw għal tali zokkor u l-Artikoli 9, 17 u 20 għal tali "isoglucose". u xiropp tal-insulina".

(b) Ir-riferenza għal "Artikolu 18" fil-paragrafu 2 tkun irrimpjazzata b'riferenza għal "L-Artikolu 20".

3. L-Artikolu 35 jkun emendat kif ġej:

(a) Il-paragrafu 1 (4) jkun sostitwit b'dan li ġej:

"1. Ebda dazju ta'importazzjoni ma jkun japplika għal importazzjonijiet ta' zokkor preferenzjali."

(b) Fil-paragrafu 2, "li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 21(2)" tkun irrimpjazzata bi "li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 19(2)".

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 431/68 tad-9 t'April 1968 (GU Nru L 89, 10 4. 1968, p. 3)

L-Artikolu 2 ikun imħassar.

III. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 766/68 tat-18 ta' Ġunju 1976 (GU Nru L 143, tal-25.6.1968, p. 6), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1489/76 (GU Nru L 167, tas-26.6.1976, p. 13)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 770/68 tat-18 ta' Ġunju 1976 (GU Nru L 143, tal-25.6.1968, p. 16)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 226/72 tal-31 ta' Jannar 1972 (GU Nru L 28, ta' l-1.2.1972, p. 3)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 608/72 tat-23 ta' Marzu 1972 (GU Nru L 75, tat-28.3.1972, p. 5)

Ir-Regolamenti ta' hawn fuq jiġu mħassra.

--------------------------------------------------

ANNESS V

ŻJUT U XAĦMIJIET

I. Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 (GU Nru 172, tat- 30.9.1966, p. 3025), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3179/93 (GU Nru L 285, ta' l-20.11.1993, p. 9)

1. Titolu I jkun sostitwit b'dan li ġej:

"IT-TITOLU I

Kummerċ

Artikolu 2

1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2)(ċ) jew il-prodotti li jaqgħu taħt il-Kodiċi NK 07099039, 07112090, 23069019, 15220039 jkunu suġġetti għal preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni.

Esportazzjonijiet ta' żejt taż-żebbuġa mill-Komunità jkunu suġġetti għal preżentazzjoni ta' liċenza ta'esportazzjoni.

Esportazzjonijiet mill-Komunità ta' prodotti oħra mniżżla fl-Artikolu 1(2) jistgħu jkunu suġġetti għal preżentazzjoni ta' liċenzi ta' esportazzjoni.

Liċenzi jinħarġu minn l-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 3.

Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tefa' ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2. It-term tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38.

Artikolu 2a

Għajr jekk ma jkunx provdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2).

Artikolu 2b

1. Bla preġudizzju għall-Artikolu12 (2) sabiex ikunu evitati u milqugħa effetti avversi fuq is-suq fil-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjat fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw is-suq tal-Komunita jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost jkunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Mondjali tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja mbarkata in- kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 38. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikularment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 ta‘ l- imsemmi Ftehim.

Artikolu 3

1. Sal-punt meħtieġ li jippermetti ż-zejt taż-żebbuġa u ż-żerriegħa tal-kolza u tar-rapa maħsuda fil-Komunità biex ikunu esportati a bażi ta' kwotazzjonijiet jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwotazzjonijiet jew prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità tista' tkun koperta minn rifużjoni ta'esportazzjoni.

2. Għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni, jkun stabbilit metodu li:

(a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fuq is-suq konċernat, biex hekk jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti li għandu jsir mir-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘l-effiċjenza u struttura ta‘l-importazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) huwa l-anqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, waqt li jagħti każ ta‘l-imperattivi maniġerjali;

(ċ) jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha.

Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fuq is-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrendu dan neċessarju. Fejn għandu x'jaqsam iż-żejt taż-żebbuġa, r-rifużjoni tista' tkun iffissata wkoll f'livelli differenti skond il-kwalita u l-preżentazzjoni fejn is-sitwazzjoni fis-suq mondjali jew il-ħtiġiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrendu dan neċessarju.

Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38. Għaż-żejt taż-żebbuġa, jistgħu jkunu fissati rifużjonijiet, partikularment:

(a) f'intervalli regolari;

(b) bi stedina għal tender jekk is-sitwazzjoni tas-suq hekk tirrikjedi. Għaż-żejt taż-żebbuġa l-istedina għal tender tista' tkun ristretta għal ċerti pajjiżi ta' destinazzjoni, ċerti kwantitajiet u kwalitajiet u preżentazzjonijiet.

Għajr fejn iffissati minn stedina għal tender, l-ammont ta' rifużjonijiet ikun iffissat ta' l-inqas darba fix-xahar. Fejn meħtieġ, ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu aġġustati fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess.

4. Rifużjoni għal żejt taż-żebbuġa tkun iffissata fid-dawl ta:

(a) is-sitwazzjoni u tendenzi simili:

- fis-suq tal-Komunita, fejn jidħlu l-prezzijiet u l-provediment taż-żejt taż-żebbuġa.

- fis-suq tal-mondjali, fejn jidħlu l-prezzijiet taż-żejt taż-żebbuġa;

(b) il-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat;

Madankollu, fejn is-sitwazzjoni tas-suq mondjali ma tippermettix l-aktar prezzijiet favorevoli għaż-żejt taż-żebbuġa biex ikunu determinati, jista' tittieħed konsiderazzjoni tal-prezz f'dak is-suq taż-żjut vegetali prinċipalment kompetittivi u ta‘l-intervall irrikordjat fuq perjodu rappreżentattiv bejn dak il-prezz u l-prezz għaż-żejt taż-żebbuġa.

L-ammont tar-rifużjoni ma jistax jeċċedi d-differenza bejn il-prezz taż-żejt fil-Komunità u dak fis-suq mondjali, aġġustat jekk ikun hemm bżonn biex jieħu in-konsiderazzjoni l-ispejjeż ta' esportazzjoni tal-prodotti għal dak is-suq.

5. Rifużjonijiet għal żerriegħa tal-kolza u r-rapa jkunu fissati fid-dawl ta:

(a) l-prezzijiet li jiksbu fil-Komunità fis-swieq differenti rappreżentattivi għall-ipproċessar u l-esportazzjoni u l-livell tal-prezzijiet fis-suq fil-Komunità għaż-żerriegħa tal-kolza u r-rapa u t-tendenzi mistennija f'dawn il-prezzijiet;

(b) is-sitwazzjoni fil-Komunità rigward il-provediment ta' dawn il-prodotti f'relazzjoni mat-talba;

(ċ) l-aktar prezzijiet favorevoli irrekordjati fis-swieq varji tal-pajjiżi importaturi barra l-Komunità;

(d) l-ispejjeż ta' l-imbarkazzjoni fis-suq mondjali;

(e) l-aspetti ekonomiċi fuq l-esportazzjonijiet proposti.

(f) il-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi in-segwitu ta' Artikolu 228 tat-Trattat;

6. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq talba u fuq il-preżentazzjoni tal-liċenza ta'importazzjoni rilevanti.

7. Ir-Rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żerriegħa tal-kolza u r-rapa tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjat, dik applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew, jekk addattat;

(b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu.

8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żerriegħa tal-kolza u r-rapa li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 38.

9. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat jkun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Rigward il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu taħt il-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu ta' riferenza ma jkunx jaffettwa il-validita tal-liċenzi ta'esportazzjoni.

10. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-dispożizzjonijiet rigward ir-ridistribuzzjoni ta' kwantitajiet mhux allokati jew m‘humiex użati esportabbli, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 38.

Artikolu 3a

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 3b

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan il-paragrafu.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

2. L-Artikolu 4(1) jkun sostitwit b'dan li ġej:

"1. Prezz ta' produzzjoni tal-bidu, prezz ta'intervent u prezz tas-suq rappreżentattiv għaż-żejt taż-żebbuġa jkunu fissati kull sena għall-Komunita.

Madankollu, meta matul is-sena tas-suq il-fatturi li jintużaw biex jiddeterminaw il-prezz tas-suq rappreżentattiv għaż-żejt taż-żebbuġa jgħaddu minn bidla li, a bażi tal-kriterja li trid tkun stabbilita taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38, tista' tkun kunsidrata bħala sostanzjali, tittieħed deċiżjoni taħt l-imsemmija proċedura biex ikun aġġustat il-prezz tas-suq rappreżentattiv matul is-sena tas-suq.

F'tali każi, l-livell ta'għajnuna tal-konsum li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 11(5) u (6) jista' jkun aġġustat skond l-istess proċedura."

3. L-Artikoli 9, 14, 15, 16, 17, 18 u 19 ikunu mħassra.

4. L-Artikolu 20 jkun sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 20

1. Fejn Iż-żejt taż-żebbuġa jkun esportat lil pajjiżi barra l-Komunità u l-prezzijiet mondjali jkunu ogħla mill-prezz tal-Komunita, tista tkun iċċarġjata levy li tkopri d-differenza.

2. Għaż-żejt taż-żebbuġa li m'għaddiex minn proċess ta' raffinament, l-ammont ta' levy ma jeċċedix il-prezz cif għaż-żejt taż-żebbuġa mnaqqas bil-prezz tas-suq rappreżentattiv iffissat in segwitu għall-Artikoli 4 u 6. Il-prezz ċif ikun stabbilit a bażi ta' possibbiltajiet ta' xiri favorevoli fis-suq mondjali, bil-prezzijiet ikunu aġġustati fid-dawl ta' kwalunkwe differenzi in-relazzjoni mad-denominazzjoni jew kwalita tal-prodotti konċernati.

Għaż-żejt taż-żebbuġa li għadda minn proċess ta' raffinament, l-ammont ta' levy m'għandux jaqbeż il-prezz ċif li hemm riferenza għalih fl-ewwel subparagrafu mnaqqas bil-prezz tas-suq rappreżentattiv, bl-ammont tad-differenza jkun miżjud, kif suppost, b'piż ta' 111 li jirrappreżenta l-kwantità ta' żejt taż-żebbuġa verġni meħtieġ biex ikunu prodotti 100 kg ta' żejt taż-żebbuġa raffinat jew bil-piż ta' 149 li jirraporeżenta l-kwantità ta' żejt taż-żebbuġa li jibqa' mhux maħdum biex ikunu prodotti 100 kg ta' żejt taż-żebbuġa li jifdal raffinat.

3. Il-levy ta'esportazzjoni tkun iffissata mill-Kummissjoni.

4. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 38."

5. L-Artikolu 20a jkun sostitwit b'dan li ġej:

"L-Artikolu 20a

1. Żejt taż-żebbuġa użat għall-manifattura ta' ħut priservat li jaqa' taħt il-kodiċi NK 1604, bl-eċċezzjoni tas-sotto titolu 160430, krustaċji u molluski riservati li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 1605 u l-ħxejjex priservati li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005, jibbenefikaw minn sistema ta' rifużjoni ta' produzzjoni.

2. L-ammont ta' rifużjoni jkun iffissat a bażi tad-differenza bejn il-prezzijiet miksuba fis-suq mondjali u fis-suq tal-Komunita. Għal dan l-iskop jittieħed in-konsiderazzjoni dan li ġej:

- il-ħlas ta'importazzjoni applikabbli għaż-żejt taż-żebbuġa taħt is-sotto-titolu KN 15099000 matul perjodu riferenzjali;

- il-fatturi meħudin in-konsiderazzjoni waqt l-iffissar tar-rifużjonijiet ta'esportazzjoni validi għaż-żejt taż-żebbuġa li jaqgħu taħt is-sotto-titolu KN 15099000 matul perjodu riferenzjali.

Madankollu, fejn iż-żejt taż-żebbuġa użat fil-manifattura tal-priservi kien prodott fil-Komunita, r-rifużjoni ikun ugwali għall-ammont li hemm riferenza għaliha fis-sotto-paragrafu preċedenti, flimkien ma'ammont ugwali għall-għajnuna ta' konsum applikabbli fil-jum li fih kienet applikata r-rifużjoni.

3. Ir-rifużjoni iffissata qabel tinżamm fejn id-differenza bejn ir-rifużjoni u dik ġdida ma taqbiżx ammont li jrid ikun stabbilit.

4. Fil-każ ta' bidla sinifikanti fil-prezz tas-suq rappreżentattiv għall-perjodu ta' validita tar-rifużjoni, trid tittieħed in-konsiderazzjoni wkoll, meta tkun iffissaa r-rifużjoni, d-differenza bejn il-prezz rappreżentattiv il-ġdid u dak validu qabel.

5. Intitolament għal rifużjoni ikun akkwistat fiż-żmien li jkun intużat iż-żejt fil-manifattura tal-priservi. L-Istati Membri jassiguraw, permezz ta'arranġamenti ta' sorveljanza, li r-rifużjoni tingħata biss għaż-żejt taż-żebbuġa użat fil-manifattura tal-priservi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1.

6. Ir-rifużjoni tal-produzzjoni tkun iffissata kull xahrejn mill-Kummissjoni.

7. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u partikolarment dawk li jikkonċernaw l-arranġamenti ta' sorveljanza li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 5, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 38."

6. L-Artikoli 20b u 28 jkunu imħassra.

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 142/67 tal-21 ta' Ġunju 1967 (GU Nru L 125, 26. 6, 1967 p. 2461), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2429/72 (GU Nru L 264, tat-23.11.1972, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 143/67 tal-21 ta' Ġunju 1967 (GU Nru L 125, tas-26.6.1967, p. 2463), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2077/71 (GU Nru L 220, tat-30.9.1972, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 19/69 tal-20 ta' Diċembru 1968 (GU Nru L 3, 7 1. 1969, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2429/72 (GU Nru L 264, tat-23.11.1972, p. 1)

Regolament (KEE) Nru 2596/69 tal-18 ta' Diċembru 1968 (GU Nru L 324, 27 12. 1969, p. 12)

Regolament (KEE) Nru 1076/71 tal-25 ta' Mejjeu 1971 (GU Nru L 116, tat-28.5.1971, p. 2)

Regolament (KEE) Nru 443/72 tad-29 ta' Frar 1972 (GU Nru L 54, tat-3.3.1972, p. 3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2560/77 (GU Nru L 303, tat-28.11.1977, p. 1)

Regolament (KEE) Nru 1569/72 ta20 ta' Lulju 1972 (GU Nru L 167, tal-25.7.1972, p. 9), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2206/90 (GU Nru L 201, tal-31.1.1990, p. 11)

Regolament (KEE) Nru 2751/78 tat-23 ta' Novembru 1978 (GU Nru L 331, tat-28.11.1978, p. 5)

Regolament (KEE) Nru 591/79 tas-26 ta' Marzu 1979 (GU Nru L 78, tat-30.3.1979, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2903/89 (GU Nru L 280, tad-29.9.1989, p. 3)

Regolament (KEE) Nru 1594/83 tal-14 ta' Ġunju 1983 (GU Nru L 163, tat-22.6.1983, p. 44), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1321/90 (GU Nru L 132, tat-23.5.1990, p. 15)

Regolament (KEE) Nru 1491/85 tat-23 ta' Mejju 1985 (GU Nru L 151, ta' l-10.6.1985, p. 15), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1724/91 (GU Nru L 162, tas-26.6.1991, p. 35)

Regolament (KEE) Nru 2194/85 tal-25 ta' Lulju 1985 (GU Nru L 204, tat-2.8.1985, p. 7), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1725/91 (GU Nru L 162, tas-26.6.1991, p. 37)

Regolament (KEE) Nru 1650/86 tas-26 ta' Mejju 1986 (GU Nru L 145, tat-30.5.1986, p. 8)

Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra.

--------------------------------------------------

ANNESS VI

FLAX U HEMP

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1308/70 tad-29 ta' Ġunju 1970 (GU Nru L 146, ta' l-4.7.1970, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1557/93 (GU Nru L 154, tal-25.6.1993, p. 26)

L-Artikoli 7 u 8 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 7

Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 8

1. Dan l-Artikolu jkun japplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar restrittivi addottati mill-Istati Membri.

2. Hemp tassew mhux maħdum li jaqa' fil-kodiċi NK 53021000 u ġej minn pajjiżi barra l-Komunità jista‘ jkun importat biss jekk il-prodott jilħaq il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 41(1) u jekk tkun prodotta evidenza li l-kontenut ta' tetrahydrocannabinol mhux ogħla minn dak li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 4(4).

3. Żerriegħa biss jew varjetajiet ta' hemp li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 12079910 ġejjin minn pajjiżi barra l-Komunità li joffru l-garanziji provdut għalihom fl-Artikolu 4(1) u li huma nklużi fil-lista li għandha ssir jistgħu jkunu impurtati. Dik il-lista ssir skond il-kondizzjonijiet li għandhom ikunu stabbiliti skond l-Artikolu 4(4).

4. L-importazzjonijiet tal-Komunità tal-prodotti speċifikati fil-paragrafi 2 u 3 ikunu suġġetti għal iċċekkjar biex ikun determinat jekk it-termini ta' dan l-Artikolu jkunux ġew obduti.

Fejn l-imsemmija termini jkunu ġew obduti, l-Istat Membru importatur joħroġ ċertifikat li juri tali obbidjenza.

5. Dawn li ġejjin biss ikunu awtorizzati li jimpurtaw żerriegħa tal-hemp li taqa' taħt il-kodiċi KN 12079991:

- organizzazzjonijiet u istituti ta' riċerka,

- persuni naturali u legali li jistgħu jippruvaw li għandhom livell suffiċjenti ta'attivita fis-settur ikkonċernat.

6. L-importazzjonijiet kollha, minn persuni li hemm riferenza għalihom fit-tieni indent tal-paragrafu 5 taż-żrieragħ li hemm riferenza għalihom f'dak il-paragrafu jkunu suġġetti għal sistema ta' kontroll li tkun tapplika sakemm iż-żrieragħ jintużaw għal skop ieħor barra għaż-żriegħ.

7. L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni id-dispożizzjonijiet addottati minnhom biex jiżguraw il-kontroll ipprovdut għalih fil-paragrafu 6 qabel ma japplikawhom. Fejn dawn id-dispożizzjonijiet ma jippermettux tali kontroll li jsir effettivament, l-emendi li l-Istat Membru konċernat irid jagħmel għalihom ikunu deċiżi skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 12.

8. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan il-paragrafu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 12.

Artikolu 8a

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist tal-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni tal-paragrafu u jiddefenixxi l-każijiet u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri prekawzjonali.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1430/82 tat-18 ta' Mejju 1982 (GU Nru L 162, 12 6. 1982, p. 27), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2058/84 (GU Nru L 191, tad-19.7.1984, p. 5)

L-Artikolu 2 huwa mhassar.

III. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2059/84 tas-16 ta' Lulju 1984 (GU Nru L 191, 19 7. 1984, p. 6)

L-Artikoli 2, 3 u 4 huma mħassra.

IV. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1054/72 tad-19 ta' Mejju 1972 (OJ Nru L 120, tal-25.5.1972, p. 1)

Ir-Regolament ta'hawn fuq huwa mħassar.

--------------------------------------------------

ANNESS VII

PRODOTTI TAL-ĦALIB

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 804/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 (GU Nru L 148, tas-27.6.1968, p. 13), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2807/94 (GU Nru L 298, tad-19.11.1994, p. 1)

1. L-Artikolu 4 huwa mħassar.

2. Titolu III jkun sostitwit b'dan li ġej:

"IT-TITOLU III

Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita

Artikolu 13

1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni. Esportazzjonijiet mill-Komunità ta' kwalunkwe tali prodotti jistgħu jkunu suġġetti għal preżentazzjoni ta' liċenza ta'esportazzjoni.

2. Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 16 u 17.

Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

3. Dan li ġej ikun addottat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30.

(a) il-lista ta' prodotti li għalihom hija meħtieġa l-liċenza ta'esportazzjoni;

(b) it-terminu tal-validita tal-liċenzi; u

(ċ) r-regoli dettaljati l-oħra għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 14

Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1.

Artikolu 15

1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjat fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost jkunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Mondjali tal-Kummerċ

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif jkun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 16

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30.

2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom:

- il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew").

- il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu ta‘l-"eżami simultanju"),

- il-metodu bażat fuq l-it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda").

Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mneħħija kif imiss matul is-sena; jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun applikat u, fejn suppost, ikun jinkludi d-dispożizzjonijiet rigward:

(a) garanziji li jkopru in-natura, il-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) għafien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom.

Artikolu 17

1. Safejn meħtieġ biex jippermetti l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 biex ikunu esportati mingħajr aktar ipproċessar jew f'forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness jekk huma prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(a), (b), (ċ), (d), (e) u (g) a bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità tista‘ tkun koperta mir-rifużjoni ta'esportazzjoni.

Rifużjonijiet ta'esportazzjoni fuq il-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness ma jistgħux jkunu ogħla minn dawk applikabbli għal tali prodotti esportati mingħajr aktar ipproċessar.

2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fuq is-suq konċernat, u dak li jippermetti l-iktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘l-effiċjenza u struttura ta‘l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-inqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi;

(ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha.

Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fuq is-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu.

Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 30. Ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu fissati:

(a) f'intervalli regolari;

(b) bi stedina għal tenders għal prodotti li għalihom dik il-proċedura kienet ipprovduta fl-imgħoddi.

Għajr fejn iffissat b'tender, il-lista ta' prodotti li fuqha jingħata rifużjoni ta'esportazzjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni tkun iffissata ta' linqas darba kull erba' ġimgħat. L-ammont tar-rifużjoni jista', pero', jibqa' fl-istess livell għal aktar minn erba' ġimgħat u jista, fejn ikun hemm bżonn, ikun aġġustat fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess. Madankollu, għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness, ir-rifużjoni tista' tkun iffissata fi programm ieħor stabbilit skond il-proċedura li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

4. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta rifużjonijiet ta'esportazzjoni jkunu qegħdin jiġu fissati għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 u esportati mingħajr aktar ipproċessar:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu:

- prezzijiet u ottenibilita għal ħalib u prodotti tal-ħalib fis-suq tal-Komunita;

- prezzijiet ta' ħalib u prodotti tal-ħalib fis-suq mondjali;

(b) l-aktar prezzijiet tas-suq favorevoli u prezzijiet tat-trasport mis-swieq tal-Komunità għal portijiet tal-Komunità jew postijiet oħra flimkien mal-prezzijiet biex jintbagħtu fil-pajjiżi tad-destinazzjoni; it-talba fis-suq tal-Komunita;

(ċ) l-għanijiet ta' l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib, li jridu jiżguraw sitwazzjoni ekwilibrata u żvilupp naturali rigward il-prezzijiet u l-kummerċ f'dawn is-swieq;

(d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat;

(e) il-importanza li jkunu evitati disturbi fis-suq tal-Komunita;

(f) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti.

Tittieħed ukoll konsiderazzjoni partikolarment tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti proċessati lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi ammessi għal ipproċessar intern.

5. Għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 u esportati bħala tali:

(a) il-prezzijiet fil-Komunità li hemm riferenza għalihom fil-paragarafu 1 ikunu determinati billi jittieħdu in-konsiderazzjoni l-prezzijiet fis-seħħ li jidhru li jkunu l-aktar favorevoli rigward esportazzjoni;

(b) il-prezzijiet fis-suq mondjali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jkunu determinati billi tittieħed konsiderazzjoni partikolari ta:

(a) il-prezzijiet fis-swieq tal-pajjiżi barra l-Komunita;

(b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għal-importazzjonijiet ta' pajjiżi barra l-Komunita;

(ċ) prezzijiet ta' produtturi rekordjati f'pajjiżi barra l-Komunità esportaturi, billi tittieħed konsiderazzjoni, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija f'dawk il-pajjiżi;

(d) prezzijiet ta'offerta ħielsa fuq-il-fruntiera.

6. Ir-rifużjonijiet jingħataw għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 fuq talba biss u fuq il-preżentazzjoni tal-liċenza ta'importazzjoni rilevanti.

7. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjoni ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 u esportati bħala tali jkun dak applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjat, dak applikabbli fl-istess jum għal:

(a) id-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew fejn xieraq

(b) id-destinazzjoni attwali, kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli jew id-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu.

8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jsiru japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

9. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30.

10. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova:

- li l-prodotti huma ta'oriġni tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 11,

- li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita, u

- fil-każ tar-rifużjoni differenzjat, li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

11. Ebda rifużjoni ta'esportazzjoni ma tingħata fuq prodotti li jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, sakemm l-esportatur ma jippruvax li:

- li l-prodott li għandu jiġi esportat u l-prodott importat qabel huma l-istess, u

- kull dazju ta'importazzjoni kien miġbur ma' l-importazzjoni.

F'tali każi r-rifużjoni fuq kull prodott tkun ugwali għal-levy miġbura ma' l-importazzjoni fejn dik il-levy hija ugwali jew anqas mir-rifużjoni applikabbli; r-rifużjoni tkun ugwali għar-rifużjoni applikabbli fejn il-levy miġbura ma' l-importazzjoni hija ogħla minn dan ir-rifużjoni.

12. Rigward il-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness, il-paragrafi 10 u 11 jkunu japplikaw biss għal prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi KN segwenti:

- 18069060 sa 18069090 (ċerti prodotti li jkun fihom il-kakao),

- 1901 (ċerti preparazzjonijiet ta' l-ikel tad-dqiq, eċċ.).

- 21069099 (ċerti preparazzjonijiet ta' l-ikel mhux speċifikati band'oħra),

li jkollhom kontenut għoli ta' prodott tal-ħalib.

13. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat jkun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

14. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet esportabbli m‘humiex allokati jew m‘humiex użati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30. Madankollu, regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafi 8, 10, 11 u 12 għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1 u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness jiġu addottati skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

Artikolu 18

1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta'ipproċessar intern jew estern fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li huma ntiżi għall-manifattura tal-prodotti mniżżla f'dak l-Artikolu jew ta' prodotti mniżżla fl-Anness.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità ikun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta'ipproċessar intern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux iktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

Artikolu 19

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 20

1. Fejn hemm wieħed jew aktar prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, il-prezz-ħieles-fuq-il-fruntiera jeċċedi sinifikament il-livell tal-prezzijiet tal-Komunità u fejn dik is-sitwazzjoni tidher li tista' tkompli, u allura tiddisturba jew thedded li tiddisturba is-suq tal-Komunita, l-miżuri li hemm ipprovdut għalihom fil-paragrafu 5 jistgħu jittieħdu.

2. Eċċess sinifikanti fit-tifsira tal-paragrafu 1 jista' jeżisti meta l-prezz-ħieles-fuq-il-fruntiera jeċċedi l-prezz ta'intervent iffissat għall-prodott in-kwistjoni, miżjud bi 15 %, jew, rigward prodotti għal liema m‘hemm ebda prezz ta'intervent, prezz derivat mill-prezz ta'intervent, li jkun determinat skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30, li jieħu in-konsiderazzjoni n-natura u l-kompożizzjoni tal-prodott in-kwistjoni.

3. Is-sitwazzjoni li fiha l-prezz-ħieles-fuq-il-fruntiera sinifikament teċċedi l-livell ta' prezzijiet tidher li se tkompli meta jeżisti żbilanċ bejn il-provediment u d-domanda u dak l-iżbilanċ jidher li se jkompli, minkejja tendenzi prevedibbli fil-produzzjoni u fil-prezzijiet tas-suq.

4. Is-suq tal-Komunità jkun disturbat jew mhedded b'disturb mis-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza f'dan l-Artikolu meta l-livell għoli ta' prezzijiet fil-kummerċ internazzjonali:

- jimpedixxu l-importazzjoni tal-prodotti tal-ħalib fil-Komunita, jew

- jikkawżaw li l-prodotti tal-ħalib iIħallu l-Komunita.

biex b‘hekk is-sigurtà tal-provediment ma tkunx iktar żgurata jew tkun mhedda li ma tkunx iktar żgurata fil-Komunita.

5. Fejn il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu preċedenti jitwettqu, sospensjoni totali jew parzjali tal-levies u/jew ġbir ta' spejjeż ta'esportazzjoni jistgħu jkunu deċiżi bil-proċedura stabbilita fl-Artikolu 30. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond l-istess proċedura.

Artikolu 21

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefenixxi l-każijiet li fihom u l-limiti f'liema l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 876/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 (GU Nru L 155, tat-3.7.1968, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1344/86 (GU Nru L 119, tat-8.5.1986, p. 36)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2115/71 tat-28 ta' Settembru 1971 (GU Nru L 222, tat-2.10.1971, p. 5)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2180/71 tat-12 ta'Ottubru 1971 (GU Nru L 231, ta' l-14.10.1971, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1603/74 tal-25 ta' Ġunju 1974 (GU Nru L 172, tas-27.6.1974, p. 9)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2915/79 tat-18 ta' Diċembru 1979 (GU Nru L 329, ta' l-24.12.1979, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3798/91 (GU Nru L 357, tat-28.12.1991, p. 3)

Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra.

--------------------------------------------------

ANNESS VIII

CANGA U VITELLA

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 (GU Nru L 148, tat-28.6.1968, p. 24), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1884/94 (GU Nru L 197, tat-30.7.1994, p. 27)

1. L-Artikolu 3 huwa mhassar.

2. Titolu II jkun sostitwit b'dan li ġej:

"IT-TITOLU II

Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita

Artikolu 9

1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni.

Importazzjonijiet fil-Komunita, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(b) u esportazzjonijiet mill-Komunità ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(a) u (b) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni jew esportazzjoni.

Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 12 u 13.

Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każi ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27.

Artikolu 10

Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1.

Artikolu 11

1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost jkunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond l-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 12

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27.

Rigward il-kwota ta'importazzjoni ta' 50000 tunnellati ta' laħam iffriżat li jaqa taħt il-Kodiċi KN 02022030, 020230 u 02062991 u intenzjonati għall-ipproċessar, il-Kummissjoni tissottometti rapport dwar il-bilanċ qabel Diċembru kull sena. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni b'maġġoranza kwalifikata, jista' tistabbilixxi li l-kwota kollha jew parti minnha tkun tkopri kwantitajiet ekwivalenti ta' kwalita ta' laħam, waqt li tapplika rata ta' konversjoni ta' 4,375.

2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom:

- il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew").

- il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"eżamij simultanju"),

- il-metodu bażat fuq l-it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda").

Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa b'mod tajjeb matul is-sena, waqt li jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun applikat u, fejn suppost, ikun jinkludi:

(a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott, u fejn suppost, il-manteniment ta' mudelli tal-kummerċ tradizzjonali;

(b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) l-kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom.

Artikolu 13

1. Sal-punt meħtieġ li jippermetti li l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ikunu esportati a bażi tal-prezzijiet jew dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonii ta'esportazzjoni.

2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fuq is-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘l-effiċjenza u struttura ta‘l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-inqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi;

(ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fuq is-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27. Ir-rifużjonijiet jistgħu jkunu fissati:

(a) f'intervalli regolari;

(b) bi żjieda u għal kwantitajiet limitati, bi stedina għal tenders għal prodotti li għalihom dik il-proċedura tidher li hi addattata.

Għajr fejn iffissat b'tender, il-lista ta' prodotti li fuqha tingħata rifużjoni ta'esportazzjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni ikun iffissat ta' linqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', pero', jibqa' fl-istess livell għal iktar minn tliet xhur u jista, fejn ikun hemm bżonn, ikun aġġustat fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess.

4. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu:

- prezzijiet u ottenibilita għas-settur taċ-ċanga u tal-vitella fis-suq tal-Komunita;

- prezzijiet għal prodotti fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella' fis-suq mondjali;

(b) l-għanijiet ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella, li jridu jiżguraw ekwilibriju u żvilupp naturali fil-prezzijiet u l-kummerċ f'dan is-suq;

(ċ) il-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat;

(d) il-bżonn li jkunu evitati disturbi fis-suq tal-Komunita;

(e) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti.

Tittieħed ukoll konsiderazzjoni partikolari tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi tal-Komunità fil-manifatturi ta' prodotti proċessati esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi ammessi għal arranġamenti ta'ipproċessar intern.

Flimkien ma dan, fil-kalkolu ta' l-ammont tar-rifużjoni għal prodotti mniżżla fis-sezzjonijiet (a), (ċ) u (d) ta' l-Anness, u fis-sezzjoni (d) taħt is-sotto-titoli 02022030, 02022050, 02022090, 020230 u 02062991, il-koeffiċjenti tar-rata assoluta għal kull wieħed mill-prodotti konċernati tista' tittieħed in-konsiderazzjoni.

5. Meta l-prezzijiet fil-Komunità mniżżla fil-paragrafu 1 jkunu qegħdin jiġu stabbiliti jittieħed in- konsiderazzjoni dan li ġej:

- ir-regolazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunita,

- ir-regolazzjoni tal-prezzijiet fl-esportazzjoni.

Meta l-prezzijiet fil-kummerċ internazzjonali mniżżla fil-paragrafu 1 jkunu qegħdin ikunu determinati tittieħed konsiderazzjoni ta:

- ir-regolazzjoni tal-prezzijiet fis-swieq ta' pajjiżi barra l-Komunita,

- (b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għall-importazzjonijiet;

- (ċ) prezzijiet ta' produtturi irrekordjati f'esportazzjoni lejn pajjiżi barra l-Komunita, b'konsiderazzjoni meħuda, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija minn dawk il-pajjiżi;

- (d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera.

6. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq talba u fuq il-preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti.

7. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-lċenzja; jew

(b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu.

8. Il-paragrafi 63 u 47 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 27.

9. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova:

- li l-prodotti huma ta'oriġni tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 10,

- li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita, u

- fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

10. Fl-assenza ta' deroga mogħtija skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27, ebda rifużjoni ta'esportazzjoni ma tingħata fuq prodotti li huma impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u ri-esportati lil pajjiżi barra l-Komunita.

11. L-osservanza tal-limiti tal-volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat tkun żgurata a bażi tal-liċenzi ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-ambitu tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali tar-Round Urugwajan, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

12. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-dispożizzjonijiet rigward ir-ridistribuzzjoni ta' kwantitajiet esportabbli li ma kinux allokati jew utilizzati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27.

Artikolu 14

1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każijiet speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' l-ipproċessar intern jew estern fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1.

2. Madankollu, permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta'ipproċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkunu mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

Artikolu 15

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 16

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43 tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddetermina ċ-ċirkostanzi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri ptrotettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa: L-Istat Membru jkun mgħarraf b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

3. L-Artikolu 22a (2) jkun sostitwit b'dan li ġej:

"2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu"

.

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 98/69 tas-16 ta' Jannar 1969 (GU Nru L 14, tal-21.1.1969, p. 2), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 429/77 (GU Nru L 61, tal-5.3.1977, p. 18)

L-Artikolu 1(2) jkun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 1

1. Disponiment tal-prodotti miżmuma minn aġenziji ta'intervent jistgħu jkunu garantiti biss:

(a) fejn il-prodotti huma intenzjonati għal ċertu użu; jew

(b) fejn il-prodotti huma intenzjonati għall-esportazzjoni; jew

(ċ) fil-każ ta' disponiment mingħajr destinazzjoni speċifika, jekk ma jirriżulta ebda riskju ta' disturb tas-suq, waqt li tingħata attenzjoni lil-livell tal-prezzijiet tas-suq medji għal annimali bovini adulti fil-Komunità u fl-Istati Membri, kif irrekordjat skond ir-Regolament (KEE) Nru 189/87; jew

(d) fejn it-tneħħija mill-ħażna hija meħtieġa għal raġunijiet tekniċi.

2. Fil-każi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 (a) u (b), kondizzjonijiet speċjali jistgħu jkunu stabbiliti biex jiżguraw li l-prodotti ma jkunux użati għal skop ieħor għajr dak li għalih kienu intenzjonati u biex jieħdu in-konsiderazzjoni tal-ħtiġijiet partikolari ta' tali bejgħ.

Biex jiżguraw li l-obligazzjonijiet li daħlu fihom jitwettqu, tali kondizzjonijiet jistgħu jinkludu d-dispożizzjoni ta' sigurtà li titneħħa kollha jew f‘parti jekk l-imsemmija obbligazzjonijiet ma jkunux jew ikunu biss parzjalment imwettqa."

III. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 885/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 (GU Nru L 156, ta' l-4.7.1968, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 427/77 (GU Nru L 61, tal-5.3.1977, p. 16)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1157/92 tat-28 ta'April 1992 (GU Nru L 122, tas-7.5.1992, p. 4)

Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra.

--------------------------------------------------

ANNESS IX

LAĦAM TAN-NAGĦAĠ U LAĦAM TAL-MOGĦOŻ

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3013/89 tal-25 ta' Settembru 1989 (GU Nru L 289, tas-7.10.1989, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1886/94 (GU Nru L 197, tat-30.7.1994, p. 30)

It-Titolu II ikun sostitwit b'dan li ġej:

"IT-TITOLU II

Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita

Artikolu 9

1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet menn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni.

Liċenzi jinħarġu minghand l-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' Artikoli 12.

Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Il-ħruġ ta' tali liċenzi jista jkun suġġett għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul it-terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każi ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2. Il-lista ta' prodotti li għalihom hemm bżonn liċenzi ta'esportazzjoni, it-terminu tal-validita tal-liċenzi u r-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 30.

Artikolu 10

Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1.

Artikolu 11

1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost jkunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Mondjali tal-Kummerċ

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 30. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 12

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 30.

2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom:

- il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew").

- il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"eżamij simultanju"),

- il-metodu bażat fuq l-it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda").

Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 li jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun applikat u, fejn suppost, ikun jinkludi:

(a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott, u fejn suppost, il-manteniment ta' mudelli tal-kummerċ tradizzjonali;

(b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom.

Artikolu 13

1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘l-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-ħalib u fil-prodotti tal-ħalib, il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta' votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' proċessar intern fejn jidħlu l-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1.

2. Madankollu, permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minghand kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

Artikolu 14

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 15

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 huma effettwati minn, jew mhedda b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi ċ-ċirkustanzi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; bl-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2641/80 tal-14 ta'Ottubru 1980 (GU Nru L 275, tat-18.10.1980, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3890/92 (GU Nru L 391, tal-31.12.1992, p. 51)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2642/80 tal-14 ta' Ottubru 1980 (GU Nru L 275, tat-18.10.1980, p. 4), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3939/87 (GU Nru L 373, tal-31.12.1987, p. 1)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3643/85 tad-19 ta' Diċembru 1985 (GU Nru L 348, ta' l-24.12.1985, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3890/92 (GU Nru L 391, tal-31.12.1992, p. 51)

Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra.

--------------------------------------------------

ANNESS X

LAĦAM TAL-MAJJAL

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2759/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1249/89 (GU Nru L 129, tal-11.5.1989, p. 12)

1. It-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 4(1) ikun sostitwit b'dan li ġej:

"Il-prezz bażiku jkun iffissat billi tittieħed konsiderazzjoni, partikolarment, tal-bżonn li jkun iffissat dan il-prezz f'livell li jikkontribwixxi għal istabbilizzar tal-prezzijiet tas-suq mingħajr, iżda, ma jwassal għall-formazzjoni ta' surplus strutturali fil-Komunita."

2. L-Artikolu 5(2) jkun sostitwit b'dan li ġej:

"Għal prodotti ta' kwalita standard barra l-karkassi tal-qżieqeż, il-prezzijiet tax-xiri jkunu derivati mill-prezzijiet tax-xiri għal karkassi tal-qżieqeż a bażi ta' proporzjon li jeżisti bejn il-valur kummerċjali ta' dawn il-prodotti u l-valur kummerċjali tal-karkassi tal-qżieqeż."

3. Il-punt li ġej ikun miżjud ma' l-Artikolu 5(4):

"(d) iffissar tal-koefiċjent li jesprimi l-proporzjon li għalih hemm riferenza fil-paragrafu 2."

4. Titolu II ikun sostitwit b'dan li ġej:

"IT-TITOLU II

Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita

Artikolu 8

1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet menn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni.

Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 11 u 13.

Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24.

Artikolu 9

Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 10

1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Mondjali tal-Kummerċ

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

Il-prezzijiet ta'importazzjoni cif ikunu ċekkjati għal dan l-iskop, kontra l-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għal dak il-prodott.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 30. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta' dak il-Ftehim.

Artikolu 11

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali, jinfetħu u jkunu amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24.

2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom:

- il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew").

- il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu ta‘ l-"eżami simultanju"),

- il-metodu bażat fuq l-it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda").

Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn u fejn suppost għal:

(a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom.

Artikolu 12

1. Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew sinifikattivament u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, il-miżuri li hemm ipprovdut għalihom fil-paragrafu 4 jistgħu jittieħdu.

2. Żieda konsiderevoli fil-prezzijiet fit-tifsira tal-paragrafu 1 teżisti meta, wara żieda fil-prezz ġenerali fir-reġjunijiet kollha tal-Komunita, l-prezz medju tal-karkassi tal-qżieqeż fis-swieq rappreżentattivi tal-Komunità mogħtija fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2123/89 huwa f'livell ogħla mill-medja ta' dawk il-prezzijiet stabbiliti għall-perjodu preċedenti ta' tliet snin tas-suq, mill-1 ta' Lulju sat-3 ta' Ġunju, aġġustati jekk meħtieġ a bażi ta' tendenzi ċikliċi fil-prezzijiet in-kwistjoni, b'żieda tad-differenza bejn dik il-medja u l-medja tal-prezzijiet bażiċi fis-seħħ matul il-perjodu taħt konsiderazzjoni, waqt li tittieħed in-konsiderazzjoni kwalunkwe emenda tal-prezz bażiku imqabbel mal-prezz emerġenti mill-medja għall-imsemmi perjodu.

3. Iż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tista' tkompli fit-tifsira tal-paragrafu 1 meta jeżisti u hemm ċans li jkompli, żbilanċ bejn il-provediment u t-talba tal-laħam tal-majjal, partikolarment minħabba:

(a) tendenzi ċikliċi fin-numru kopert ta' qżieqeż nisa u fil-prezzijiet tal-friegħ tal-qżieqeż;

(b) stharrig u estimi mwettqa in segwitu għad-Direttiva 93/23/KEE ta' l-1 ta' Ġunju 1993 dwar l-istharrig statistikali li għandu jsir dwar il-produzzjoni tal-qżieqeż;

(ċ) tendenzi prevedibbli fil-prezzijiet tas-suq għal karakassi tal-qżieqeż.

4. Fejn il-kondizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu preċedenti jitwettqu, sospensjoni totali jew parzjali tad-dazji ta'importazzjoni tista' tkun deċiża bil-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom, jekk ikun hemm bżonn, jiġu adottati skond l-istess proċedura.

Artikolu 13

1. Sal-punt meħtieġ li jippermetti li l-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 ikunu esportati a bażi tal-kwoti jew prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-kwoti jew prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonijiet ta'esportazzjoni.

2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli u effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘ l-effiċjenza u struttura ta‘l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-anqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi;

(ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fis-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu.

Ir-rifużjonii jkunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24. Rifużjonijiet ikunu fissati f'intervalli regolari, mingħajr rikors, iżda, għall-proċedura tat-tendering.

Il-lista ta' prodotti li fuqha tingħata rifużjoni ta'esportazzjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni ikun iffissat ta' linqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', pero', jibqa' fl-istess livell għal aktar minn tliet xhur u jista, fejn ikun hemm bżonn, ikun aġġustat fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess.

4. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu:

- prezzijiet u ottenibilita ta' prodotti ta' laħam tal-majjal fis-suq tal-Komunita;

- prezzijiet ta' prodotti ta' laħam tal-majjal fis-suq mondjali.

(b) il-bżonn li jkunu evitati disturbi li jistgħu jikkawżaw żbilanċ prolungat bejn il-provediment u t-talba fis-suq tal-Komunita;

(ċ) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti.

(d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond Artikolu 228 tat-Trattat;

Meta r-rifużjoni tkun qed tigi fissata, tittieħed konsiderazzjoni partikolari wkoll tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi tal-Komunità fil-manifatturi ta' prodotti proċessati għall-esportazzjoni lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi ammessi għal arranġamenti ta'proċessar intern.

Meta r-rifużjoni fuq il-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 tkun qed tigi kalkulata, tittieħed konsiderazzjoni tad-differenza bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-prezzijiet fis-suq dinji għall-kwantità ta' qamħ ta' l-ikel meħtieġ għall-produzzjoni fil-Komunità ta' kilogramm ta' laħam tal-majjal, bil-koeffiċjenti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 5(2) jittieħdu wkoll in- konsiderazzjoni fil-każ ta' prodotti barra karkassi tal-qżieqeż.

5. Il-prezz tal-Komunità li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 ikun stabbillit fuq il-bażijiet li ġejjin:

(a) prezzijiet ta' kisba fl-istadi varji tas-suq fil-Komunita;

(b) prezzijiet ta' kisba għall-esportazzjoni.

Il-prezzijiet tas-suq mondjali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 ikunu stabbilliti fuq kriterji li ġejjin:

(a) il-prezzijiet ta' kisba f'pajjiżi barra l-Komunita;

(b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità u tad-destinazzjoni għall-importazzjonijiet ta' pajjiżi barra l-Komunita;

(ċ) prezzijiet ta' produtturi registrati f'pajjiżi barra l-Komunità esportaturi, billi tittieħed konsiderazzjoni, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija f'dawk il-pajjiżi;

(d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera.

6. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq applikazzjoni u l-preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti.

7. Ir-fifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew, fejn addattat;

(b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu.

8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24.

9. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova:

- li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita.

- li l-prodotti huma ta'oriġnii tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 10, u

- li fil-każ ta' rifużjoni differenzjata l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

10. Ebda rifużjoni ta'esportazzjoni ma tingħata fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, sakemm l-esportatur ma jipprovax:

- li l-prodotti li għandhom jiġu esportati u l-prodott importat qabel huma l-istess, u

- li kull dazju ta'importazzjoni kien miġbur ma' l-importazzjoni.

F'tali każi r-rifużjoni fuq kull prodott tkun ugwali għad-dazju miġbur ma' l-importazzjoni fejn dak id-dazju huwa ugwali jew inqas mir-rifużjoni applikabbli; ir-rifużjoni tkun ugwali għar-rifużjoni applikabbli fejn id-dazju miġbur ma' l-importazzjoni huwa ogħla minn din ir-rifużjoni.

11. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat jkun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

12. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet esportabbli m‘humiex allokati jew m‘humiex użati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24.

Artikolu 14

1. Safejn meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tal-majjal, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali, jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' proċessar intern u fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li huma intiżi għall-manifattura tal-prodotti mniżżla f'dak l-Artikolu.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta'proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux iktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

Artikolu 15

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjoni li toħroġ minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 16

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefenixxi l-każijiet u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2764/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 21), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 4160/87 (GU Nru L 392, tal-31.12.1987, p. 46)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2765/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 23)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2766/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 25), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3906/87 (GU Nru L 370, tat-30.12.1987, p. 11)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2768/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 39)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2769/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 43)

Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra.

--------------------------------------------------

ANNESS XI

LAĦAM TAT-TJUR

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2777/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 77), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1574/93 (GU Nru L 52, ta' l-24.6.1993, p. 1)

1. L-Artikoli 3 sa 11 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 3

1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'esportazzjoni.

Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 8.

Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17.

Artikolu 4

Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 5

1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew iktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti speċifikament a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in- kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 17. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta' dak il-Ftehim.

Artikolu 6

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom:

- il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul ta‘l-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew").

- il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu ta‘ l-"eżami simultanju"),

- il-metodu bażat fuq it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda").

Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta' amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn u fejn suppost għal:

(a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-termini tal-validita tagħhom.

Artikolu 7

Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew sinifikament u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u b‘hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 8

1. Sa fejn hemm bżonn biex jippermetti li l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) ikunu esportati a bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonijiet ta'esportazzjoni.

2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘ l-effiċjenza u struttura ta‘ l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-inqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi;

(ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha.

Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fis-suq dinji jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu.

Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17. Rifużjonijiet ikunu fissati f'intervalli regolari, mingħajr rikors, iżda, għall-proċedura tat-tendering.

Il-lista ta' prodotti li fuqha tingħata rifużjoni ta'esportazzjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni ikun iffissat ta' lanqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', pero', jibqa' fl-istess livell għal aktar minn tliet xhur u jista, fejn ikun hemm bżonn, ikun aġġustat fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess.

4. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu:

- prezzijiet u ottenibilita ta' prodotti ta' laħam tat-tjur fis-suq tal-Komunita;

- prezzijiet ta' prodotti ta' laħam tat-tjur fis-suq mondjali;

(b) il-bżonn li jkunu evitati disturbi li jistgħu jikkawżaw żbilanċ prolungat bejn il-provediment u t-talba fis-suq tal-Komunita;

(ċ) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti.

(d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat;

Meta l-ammont ta' rifużjonijiet ikun issettjat, tittieħed konsiderazzjoni partikolari tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti proċessati lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi ammessi għal ipproċessar intern.

Barra minn dan, għall-iskop ta' kalkolu tar-rifużjoni għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1), tittieħed konsiderazzjoni tad-differenza bejn il-prezzijiet tal-Komunità u tas-suq mondjali għall-ammont ta' ġwież meħtieġ biex ikun prodott kilogramm ta' tjur maqtula fil-Komunita, waqt li tippermetti, fil-każ ta' prodotti oħra barra tjur maqtula, għad-differenzi fil-piż tal-prodotti differenti u/jew il-medja tal-valuri tagħhom kummerċjali.

5. Il-prezz tal-Komunità li hemm riferenza għalih fil-paragrafu 1 ikun stabbillit fuq il-bażijiet li ġejjin:

(a) prezzijiet ta' kisba fl-istadi varji tas-suq fil-Komunita;

(b) prezzijiet ta' kisba għall-esportazzjoni.

Il-prezzijiet tas-suq dinji li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 ikunu stabbiliti fuq il-bażijiet li ġejjin:

(a) il-prezzijiet fis-swieq tal-pajjiżi barra l-Komunita;

(b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għall-importazzjonijiet ta' pajjiżi barra l-Komunita;

(ċ) prezzijiet ta' produtturi rekordjati f'pajjiżi barra l-Komunità esportaturi, billi tittieħed konsiderazzjoni, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija f'dawk il-pajjiżi;

(d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera.

6. Rifużjonijiet jingħataw biss fuq applikazzjoni u fuq preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti, għajr f'dan il-każ ta' flieles ta' jum li għalihom liċenza tista' tingħata "ex-post".

7. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-lċenzja; jew, fejn addattat;

(b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibbilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu.

8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 17.

9. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova:

- li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita.

- li l-prodotti huma ta'oriġini tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 10, u

- fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

10. Ebda rifużjoni ta'esportazzjoni ma tingħata fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, sakemm l-esportatur ma jippruvax:

- li l-prodotti li għandhom jiġu esportati u l-prodott importat qabel huma l-istess, u

- li kull dazju ta'importazzjoni kien miġbur ma' l-importazzjoni.

F'tali każi r-rifużjoni fuq kull prodott tkun ugwali għad-dazju miġbur ma' l-importazzjoni fejn dak id-dazju huwa ugwali jew anqas mir-rifużjoni applikabbli; ir-rifużjoni tkun ugwali għar-rifużjoni applikabbli fejn id-dazju miġbur ma' l-importazzjoni huwa ogħla minn din ir-rifużjoni.

11. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat jkun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

12. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet m‘humiex allokati jew m‘humiex użati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17.

Artikolu 9

1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tat-tjur, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' proċessar intern u estern fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li huma intiżi għall-manifattura tal-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1).

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux iktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

Artikolu 10

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjoni li toħroġ minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 11

1. Jekk, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefenixxi l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista‘, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

2. L-Artikolu 12 huwa mhassar.

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2778/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 84), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3714/92 (GU Nru L 378, tat-23.12.1992, p. 23)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2779/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 90)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2780/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 94)

Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra.

--------------------------------------------------

ANNESS XII

BAJD, OVALBUMIN U LAKTALBUMIN

A. BAJD

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2771/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l- 1.11.1975, p. 49), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1574/93 (GU Nru L 152, ta' l-24.6.1993, p. 1)

1. L-Artikoli 3 sa 11 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 3

1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni jew esportazzjoni.

Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 8.

Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17.

Artikolu 4

Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1).

Artikolu 5

1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk notifikati li huma konformi mal-prezzijiet notifikati mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti speċifikament a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fuq is-suq mondjali jew fuq is-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 17. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jassiguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta‘ l imsemmi Ftehim.

Artikolu 6

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17.

2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom:

- il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul ta‘l-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew").

- il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu ta‘ l-"eżami simultanju"),

- il-metodu bażat fuq it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda").

Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, imnaqqsa kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn u fejn suppost għal:

(a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom.

Artikolu 7

Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew sinifikament u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u b‘hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 8

1. Safejn hemm bżonn biex jippermetti li l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) ikunu esportati a bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fis-suq mondjali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonijiet ta'esportazzjoni.

2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fuq is-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘ l-effiċjenza u struttura ta‘ l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-anqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi;

(ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha.

Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fuq is-suq mondjali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq hekk jirrikjedu.

Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17. Rifużjonijiet ikunu fissati f'intervalli regolari, mingħajr rikors, iżda, għall-proċedura tat-tendering.

Il-lista ta' prodotti li fuqha tingħata rifużjoni ta'esportazzjoni u l-ammont ta' tali rifużjoni ikunu fissati ta' linqas darba kull tliet xhur. L-ammont tar-rifużjoni jista', pero', jibqa' fl-istess livell għal aktar minn tliet xhur u jista‘, fejn ikun hemm bżonn, ikun aġġustat fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess.

4. Dan li ġej jittieħed in konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu:

- prezzijiet u ottenibilita ta' prodotti tas-settur tal-bajd fis-suq tal-Komunita;

- prezzijiet ta' prodotti tas-settur tal-bajd fis-suq dinji;

(b) il-bżonn li jkunu evitati disturbi li jistgħu jikkawżaw żbilanċ prolungat bejn il-provediment u t-talba fis-suq tal-Komunita;

(ċ) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti.

(d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat;

Meta l-ammont ta' rifużjonijiet ikun issettjat, tittieħed konsiderazzjoni partikolari tal-bżonn li jkun stabbilit bilanċ bejn l-użu ta' prodotti bażiċi agrikoli tal-Komunità għall-esportazzjoni bħala prodotti proċessati lejn pajjiżi barra l-Komunita, u l-użu ta' prodotti minn dawk il-pajjiżi ammessi għal ipproċessar intern.

Barra minn dan meta l-ammont ta' rifużjoni ikun ikkalkulat, tittieħed konsiderazzjoni, fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1), tad-differenzi bejn il-prezzijiet fil-Komunità fuq naħa u s-suq mondjali fuq in-naħa l-oħra tal-kwantità ta' ġwież meħtieġ fil-Komunità biex ikun prodott kilogramm ta' bajd bil-qoxra u tingħata attenzjoni, fil-każ ta' prodotti oħra barra l-bajd bil-qoxra, għall-kwantità ta' bajd bil-qoxra użata fil-manifattura ta' tali prodotti u/jew tal-proporzjon medju bejn il-valuri kummerċjali tal-kostitwenti tal-bajd.

5. Meta l-prezzijiet fil-Komunità li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jkunu qegħdin ikunu determinati tittieħed konsiderazzjoni ta:

(a) prezzijiet ta' kisba fl-istadi varji tas-suq fil-Komunita;

(b) prezzijiet ta' kisba għall-esportazzjoni.

Meta l-prezzijiet fis-suq mondjali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jkunu qegħdin ikunu determinati tittieħed konsiderazzjoni ta:

(a) il-prezzijiet ta' kisba f'pajjiżi barra l-Komunita;

(b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għal-importazzjonijiet ta' pajjiżi barra l-Komunita;

(ċ) prezzijiet ta' produtturi rekordjati f'pajjiżi barra l-Komunità esportaturi, billi tittieħed konsiderazzjoni, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija f'dawk il-pajjiżi;

(d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera.

6. Ir-rifużjonijiet fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) u esportati mingħajr aktar ipproċessar jingħataw biss fuq applikazzjoni u fuq preżentazzjoni ta' liċenza ta'esportazzjoni rilevanti għajr fil-każ ta' bajd għat-tifqis fejn liċenza tista tingħata "ex-post".

7. Ir-Rifużjoni applikabbli għal esportazzjoni ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) esportati mingħajr aktar ipproċessar tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew fejn xieraq

(b) ghad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu.

8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jsiru japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness I skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

9. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 17.

10. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova:

- li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita.

- li l-prodotti huma ta'oriġni tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 11, u

- fil-każ tar-rifużjoni differenzjata,li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni li għaliha kienet iffissata rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

11. Ebda rifużjoni ta' esportazzjoni ma tingħata fuq prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, sakemm l-esportatur ma jippruvax:

- li l-prodott li għandu jiġi esportat u l-prodott importat qabel huma l-istess, u

- li l-levy inġabret ma' l-importazzjoni.

F'tali każi r-rifużjoni fuq kull prodott tkun ugwali għal-levy miġbura ma' l-importazzjoni fejn din il-levy hija ugwali jew anqas mir-rifużjoni applikabbli; ir-rifużjoni tkun ugwali għar-rifużjoni applikabbli fejn il-levy miġbura ma' l-importazzjoni hija ogħla minn din ir-rifużjoni.

12. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jaffettwax il-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

13. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi l-arranġamenti rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet m‘humiex allokati jew m‘humiex użati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17. L-Anness I ikun emendat skond l-istess proċedura. Madankollu, regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-paragrafu 8 għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1) u esportati fil-forma ta' prodotti mniżżla fl-Anness I jiġu addottati skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 3448/93.

Artikolu 9

1. Safejn meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta'votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta traffikar ta' proċessar intern fejn jidħlu:

- prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li huma intiżi għall-manifattura ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(b), u

- f'każijiet speċjali, fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li huma intiżi għall-manifatturi tal-prodotti mniżżla fl-Anness I.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkunu mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

Artikolu 10

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjoni li toħroġ minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 11

1. Jekk, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist tal-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb jkunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

2. L-Artikolu 12 huwa mħassar.

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2773/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 64), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 4155/87 (GU Nru L 392, tal-31.12.1987, p. 29)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2774/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 68)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2775/75 ta' l-1 ta' Ottubru 1975 (GU Nru L282, ta' l-1.11.1975, p. 72)

Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra.

B. OVALBUMIN U LAKTALBUMIN

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2783/75 tad-29 ta'Ottubru 1975 (GU Nru L 282, ta' l-1.11.1975, p. 104), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 4001/87 (GU Nru L 377, tal-31.12.1987, p. 44)

1. Is-sentenza introduttiva ta' Artikolu 1 hija mibdula b'dan li ġej:

"Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti li ġejjin:"

2. L-Artikolu 2(2) jkun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 2

1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni.

Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' Artikoli 4.

Liċenzi ta'importazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2. It-terminu tal-validita tal-liċenzi u regoli dettaljati oħra ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75."

3. L-Artikolu 3(2) jkun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 3

1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla f‘Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulata fl-Artikolu 10 ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw is-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta 'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura."

4. L-Artikolu 4 ikun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 4

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali jkunu miftuħa u amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 17 tar-Regolament (KEE) Nru 2771/75.

2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom:

- il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul tal-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew").

- il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"eżami simultanju"),

- il-metodu bażat fuq it-teħid in konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda").

Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jekk ikun hemm bżonn u fejn suppost għal:

(a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni jinħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom."

5. L-Artikolu 5 jkun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 5

Fejn il-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jogħlew sinifikattivament u fejn dik is-sitwazzjoni hemm ċans li tkompli, u b‘hekk tiddisturba jew thedded li tiddisturba dak is-suq, miżuri xierqa jistgħu jittieħdu.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43 tat-Trattat, jaddotta regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu"

.

6. L-Artikolu 7 jkun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 7

1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-bajd u dan ir-Regolament, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura ta' votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta'proċessar intern u fejn jidħlu l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li huma ntiżi għall-manifattura tal-prodotti mniżżla f'dak l-Artikolu.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkun mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba."

7. L-Artikolu 8 ikun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 8

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett."

--------------------------------------------------

ANNESS XIII

FROTT U ĦXEJJEX

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta' Mejju 1972 (GU Nru L 118, ta' l-20.5.1972, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3669/93 (GU Nru L 338, tal-31.12.1993, p. 26)

It-Titolu IV jkun sostitwit b'dan li ġej:

"TITOLU IV

Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita

Artikolu 22

1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 2(1) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni jew esportazzjoni.

Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 25 u 26.

Liċenzi ta'importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha; tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2. It-term tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 33.

Artikolu 23

1. Għajr jekk ma jkunx provdut mod ieħor f'dan ir-Regolament, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2).

2. Kemm-il darba l-applikazzjoni tar-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jiddependu fuq il-prezz tad-dħul tal-kunsinna impurtata, l-veraċita ta' dan il-prezz tkun iċċekkjata bl-użu ta' valur ta' rata l-istess ta'importazzjoni kalkulata mill-Kummissjoni li tiddependi fuq l-oriġini u l-prodott a bażi tal-prezzijiet medji influwenti għall-prodotti in-kwistjoni fis-swieq ta'importazzjoni rappreżentattivi ta' l-Istati Membri jew fejn applikabbli fuq swieq oħra.

3. Fejn il-prezz tad-dħul iddikjarat għall-konsinja in-kwistjoni huwa ogħla mill-valur ta'importazzjoni bl-istess rata, miżjud b'marġni issettjata skond il-paragrafu 5 li ma tistax teċċedi l-valur bl-istess rata b'aktar minn 10 %, it-tfigħ ta' assigurazzjoni ugwali għad-dazji ta‘ importazzjoni a bażi tal-valur ts'importazzjoni bl-istess rata jkun meħtieġ.

4. Jekk il-prezz tad-dħul tal-konsinja in-kwistjoni ma jkunx iddikjarat fiż-żmien tal-ħruġ mid-dwana, l-applikazzjoni tar-rati ta' dazju fit-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-valur ta'importazzjoni bl-istess rata jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni doganali taħt kondizzjonijiet li jkunu stabbiliti skond il-paragrafu 5.

5. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 33.

Artikolu 24

1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw is-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in-kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun iċċekkjat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 33. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali in segwitu għal Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 25

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali, jinfetħu u jkunu amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 33.

2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-użu ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom:

- il-metodu bażat fuq l-ordni li fiha l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew").

- il-metodu ta‘l-allokazzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"eżamij simultanju").

- il-metodu bażat fuq iċ-ċirkulazzjoni tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu tal-"wasliet tradizzjonali/ġodda").

Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta' maneġġjar jieħu in-konsiderazzjoni, fejn xieraq, tal-bżonnijiet ta' provediment fis-suq tal- Komunità u l-bżonn li jissalvagwardja l-bilanċ f'dak is-suq, u jista' jdur fuq metodi applikati fl-imgħoddi għall-kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe levies li joħorġu minn ftehim konklużi waqt in-negozjati kummerċjali tar-Round Urugwajan.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, fejn jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun applikat u, fejn suppost, ikun jinkludi:

(a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni inħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom.

Artikolu 26

1. Safejn hemm bżonn biex jippermetti kwantitajiet ta‘ sinifikat ekonomiku tal-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) biex ikunu esportati a bażi tal-prezzijiet ta' dawn il-prodotti fil-kummerċ internazzjonali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti minn rifużjonijiet ta'esportazzjoni.

2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-iktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu effiċjenti possibbli tar-riżorsi ottenibbli u waqt li jittieħed rendikont ta‘ l-effiċjenza u struttura ta‘ l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-inqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi;

(ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha.

Fejn is-sitwazzjoni kummerċjali internazzjonali jew ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrendu dan neċessarju, r-rifużjoni għal prodott mogħti tista' tvarja skond id-destinazzjoni tal-prodott.

Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 33. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati f'intervalli regolari.

Ir-rifużjonijiet fissati f'intervalli regolari, fejn hemm bżonn, jistgħu jkunu aġġustati fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess.

4. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu:

- prezzijiet u ottenibilita ta' ħxejjex u frott fis-suq tal-Komunita,

- prezzijiet għal frott u ħxejjex fil-kummerċ internazzjonali.

(b) spejjeż ta' marketing u spejjeż ta' trasport minimi mis-swieq tal-Komunità għal portijiet jew punti ta'esportazzjoni fil-Komunita, kif ukoll spejjeż magħmula fir-rimpjazzar ta' prodotti fis-suq tal-pajjiż tad-destinazzjoni.

(ċ) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti.

(d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat.

5. Meta prezzijiet fis-suq tal-Komunità li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 ikunu qed jiġu stabbiliti l-prezzijiet li huma l-aiktar favorevoli mill-punt di vista ta'esportazzjoni jittieħdu in-konsiderazzjoni.

Meta l-prezzijiet tas-suq mondjali li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 ikunu qegħdin jigu determinati tittieħed konsiderazzjoni partikolari:

(a) tal-prezzijiet rekordjati f'pajjiżi barra l-Komunita;

(b) ta‘ l-iktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għall-importazzjonijiet ta' pajjiżi barra l-Komunita;

(ċ) tal-prezzijiet tal-produtturi rekordjati fil-pajjiżi barra l-Komunità esportaturi;

(d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera.

6. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq applikazzjoni u l-preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti.

7. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 2(1) tkun dik applikabbli fil-jum ta‘l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-lċenzja; jew

(b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu.

8. Il-paragrafi 6 u 7 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 2(1) li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 33.

9. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova:

- li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita.

- li l-prodotti huma ta’ oriġini tal-Komunita, u

- li fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kien iffissat rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 7 (b). Eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 33, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

10. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

11. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-dispożizzjonijiet rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet esportabbli jew mhux użati, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 24.

Artikolu 27

1. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjoni li toħroġ minnu, dan li ġej ikun ipprojbit meta jiġu impurtati l-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) minn pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

2. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

Artikolu 28

1. Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu meta jkun qed isir kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità kemm-il darba, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat.

Tali miżuri jistgħu jkunu applikati biss sakemm, jiddependi mill-każ, id-disturb jew it-theddida ta' disturb tispiċċa jew il-kwantitajiet imwarrba jew mixtrija jkunu naqsu konsiderevolment.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2518/69 tad-9 ta' Diċembru 1969 (GU Nru L 318, tat-18.12.1969, p. 17), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2455/72 (GU Nru L 266, ta' l-14.11.1972, p. 7)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2707/72 tad-19 ta' Diċembru 1972 (GU Nru L 291, tat-28.12.1972, p. 3)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1200/88 tat-28 ta'April 1988 (GU Nru L 115, tat-3.5.1988, p. 7), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3821/90 (GU Nru L 366, tad-29.12.1990, p. 45)

Ir-Regolamenti ta'hawn fuq jiġu mħassra.

--------------------------------------------------

ANNESS XIV

FROTT U ĦXEJJEX IPPROCESSATI

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 tal-24 ta' Frar 1986 (GU Nru L 49, tas-27.2.1986, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1490/94 (GU Nru L 161, tad-29.6.1994, p. 13)

1. Titolu II ikun sostitwit b'dan li ġej:

"TITOLU II

Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita

Artikolu 9

1. Importazzjonijiet fil-Komunita, jew esportazzjonijiet minn hemm, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'esportazzjoni.

Liċenzi jinħarġu mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 12, 13, 14 u 14a.

Liċenzi ta‘importazzjoni u esportazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Il-ħruġ ta' tali liċenzi jista jkun suġġett għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul it-terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22.

Artikolu 10

1. Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1).

2. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 22.

Artikolu 10a

1. Prezz minimu ta'importazzjoni għas-snin tas-suq 1995, 1996, 1997, 1998 u 1999 ikun iffissat għall-prodotti mniżżla fil-Parti B ta' l-Anness I. Il-prezz minimu ta'importazzjoni jkun stabbilit waqt li jieħu in-konsiderazzjoni partikolarment:

- tal-prezzijiet ħielsa-fuq-il-fruntiera fuq importazzjoni fil-Komunita,

- il-prezzijiet ta' kisba fis-swieq mondjali,

- is-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità intern,

- it-tendenza tal-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita.

Fejn il-prezz minimu ta'importazzjoni mhux osservat, tkun imposta spiża effettiva b‘żieda mad-dazju doganali, bażata fuq il-prezzijiet tal-pajjiżi fornituri prinċipali barra l-Komunità.

2. Il-prezz minimu ta'importazzjoni għall-għeneb imqadded ikun iffissat qabel il-bidu tas-sena tas-suq.

Prezz minimu ta'importazzjoni ikun iffissat għaż-żbieb u għal għeneb imqadded ieħor. Għal kull wieħed miż-żewġ gruppi ta' prodotti, l-prezz minimu ta' importazzjoni jista' jkun iffissat għall-prodotti f'ippakkjar immedjat ta' wżin nett li jrid ikun stabbilit u għal prodotti f'ippakkjar immedjat ta' wżin nett li jaqbeż dak il-piż.

3. Il-prezz minimu ta'importazzjoni għall-għeneb imqadded ikun iffissat qabel il-bidu tas-sena tas-suq. Il-prezz jista' jkun iffissat għal prodotti f'ippakkjar immedjat ta' piż nett stabbilit.

4. Il-prezz minimu ta'importazzjoni li għandu jkun osservat għall-għeneb imqadded ikun dak applikabbli fil-jum ta'importazzjoni. L-ispiża effettiva li trid tinġabar, jekk din teżisti, tkun dik li hija applikabbli fl-istess jum.

5. Il-prezz minimu li għandu jkun osservat għal importazzjoni taċ-ċirasa qarsa u għaċ-ċirasa proċessata jkun dak applikabbli fil-jum ta'aċċettazzjoni ta‘ l-entratura għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa.

6. Spejjeż effettivi għall-għeneb imqadded ikunu fissati b'riferenza għall-iskala tal-prezzijiet ta'importazzjoni. Id-differenza bejn il-prezz minimu ta'importazzjoni u kull pass ta' l-iskala tkun:

- 1 % tal-prezz minimu għall-ewwel pass,

- 3, 6 u 9 % rispettivament, tal-prezz minimu għat-tieni, t-tielet u r-raba' pass.

Il-ħames pass ta' l-iskala jkopri l-każi kollha fejn il-prezz ta'importazzjoni jkun anqas minn dak applikat għar-raba' pass.

L-ispiża effettiva massima li għandha tkun iffissata għall-għeneb imqadded ma tkunx teċċedi d-differenza bejn il-prezz minimu u l-ammont stabbilit a bażi tal-prezzijiet l-aktar favorevoli applikati fis-suq mondjali għal kwantitajiet sinifikanti mill-iktar pajjiżi rappreżentattivi li m‘humiex membri.

7. Fejn il-prezz ta' importazzjoni għaċ-ċirasa qarsa u għaċ-ċirasa proċessata huwa anqas mill-prezz minimu għal dawk il-prodotti, spiża effettiva ugwali għad-differenza bejn dawk il-prezzijiet tkun miġbura.

8. Il-prezz minimu ta' importazzjoni, l-ammont ta' l-ispiża effettiva u regoli oħra għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22.

Artikolu 11ċ

1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw lis-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skond l-offerta tagħha mqiegħda fuq il-mejda matul in-negozjati multilaterali tar-Round Urugwajan.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja in- kwestjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 22. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali taħt it-termini ta' Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura.

Artikolu 12

1. Il-kwoti tat-tariffi għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) li jirriżultaw minn ftehim konklużi fl-ambitu tar-Round Urugwajan tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali, jinfetħu u jkunu amministrati skond ir-regoli dettaljati addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22.

2. Il-kwoti jkunu amministrati bl-applikazzjoni ta' wieħed mill-metodi li ġejjin jew b'għaqda tagħhom:

- il-metodu bażat fuq ordni kronoloġika tad-dħul ta‘l-applikazzjonijiet (il-prinċipju ta' "l-ewwel li jidħlu l-ewwel li jinqdew").

- il-metodu tad-distribuzzjoni fi proporzjon mal-kwantitajiet mitluba meta kienu sottomessi l-applikazzjonijiet (bl-użu tal-metodu tal-"eżami simultanju").

- il-metodu bażat fuq it-teħid in-konsiderazzjoni tal-mudelli tal-kummerċ tradizzjonali (bl-użu tal-metodu "wasliet tradizzjonali/ġodda").

Metodi adegwati oħra jistgħu jintużaw.

Dawn iridu jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Il-metodu ta'amministrazzjoni addottat jagħti, fejn suppost, piż dovut għall-ħtiġijiet supplimentari tas-suq tal-Komunità u l-bżonn li jieħu ħsieb l-ekwilibriju ta' dak is-suq, waqt li fl-istess ħin possibbilment jiġbed fuq metodi li setgħu kienu applikati fl-imgħoddi għal kwoti korrispondenti għal dawk li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet li jirriżultaw mill-ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tar-Round Urugwajan.

4. Ir-regoli dettaljati li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 u li jipprovdu għall-kwoti annwali, mnaqqsa kif imiss matul is-sena, jiddeterminaw il-metodu ta' l-amministrazzjoni li għandu jkun applikat u, fejn suppost, ikun jinkludi:

(a) garanziji li jkopru n-natura, l-provenjenza u l-oriġini tal-prodott;

(b) għarfien tad-dokumenti wżati għall-verifika tal-garanziji li hemm riferenza għalihom f'(a); u

(ċ) kondizzjonijiet taħt liema l-liċenzi ta'importazzjoni jinħarġu u t-terminu tal-validita tagħhom.

Artikolu 13

1. Safejn hu meħtieġ biex jippermetti l-esportazzjoni ta':

(a) kwantitajiet ta‘ sinifikat ekonomiku tal-prodotti mingħajr zokkor miżjud li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(1);

(b) zokkor abjad u mhux maħdum li jaqa' taħt il-kodiċi KN 1701,

- glukozju u xiropp tal-glukozju li jaqgħu taħt il-Kodiċi KN 17023051, 17023059, 17023091, 17023099 u 17024090.

- isoglucose li taqa' taħt il-Kodiċi KN 17023010, 17024010, 17026010, 17029030, u

- kannamieli u xiropp tal-kannamieli li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 17029090,

użati fil-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1)(b),

a bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fil-kummerċ internazzjonali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti mir-rifużjonijiet ta'esportazzjoni.

2. Il-metodu li għandu jkun addottat għall-allokazzjoni tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjoni għandu jkun il-metodu li:

(a) huwa l-iktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat, u dak li jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti tar-riżorsi ottenibbli u waqt li jittieħed rendikont ta‘l-effettivita u l-istruttura ta‘ l-esportazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-inqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, b'rendikont li jittieħed tan-neċessitajiet amministrattivi;

(ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha.

Fejn is-sitwazzjoni kummerċjali internazzjonali jew ħtiġijiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrendu dan neċessarju, r-rifużjoni għal prodott mogħti tista' tvarja skond id-destinazzjoni.

Ir-rifużjonijiet ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22. Ir-rifużjonijiet ikunu fissati f'intervalli regolari.

Ir-rifużjonijiet fissati f'intervalli regolari, fejn hemm bżonn, jistgħu jkunu emendati fl-intervall mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess.

4. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq applikazzjoni u fuq preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti.

5. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet tkun dik applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenzja; jew

(b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu.

6. Il-paragrafi 4 u 5 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 22.

7. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

8. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-dispożizzjonijiet rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet ghal esportazzjoni li m‘humiex allokati jew m‘humiex użati , jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22.

Artikolu 14

1. Dan l-Artikolu jkun japplika għar-rifużjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(a).

2. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu:

- prezzijiet u ottenibilita fis-suq tal-Komunità ta' prodotti proċessati minn frott u ħxejjex,

- prezzijiet li jirrenjaw fil-kummerċ internazzjonali

(b) spejjeż ta' marketing u spejjeż ta' trasport minimi mis-swieq tal-Komunità għal portijiet jew punti a'esportazzjoni fil-Komunita, kif ukoll spejjeż magħmula fl-imbarkar għall-pajjiżi tad-destinazzjoni.

(ċ) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti.

(d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond l-Artikolu 228 tat-Trattat;

3. Meta l-prezzijiet fis-suq tal-Komunità jkunu qed jiġu stabbiliti għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(a), tittieħed konsiderazzjoni tal-prezzijiet renjanti li huma l-aktar favorevoli mill-punt di vista ta' esportazzjoni.

Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-prezzijiet fil-kummerċ internazzjonali:

(a) il-prezzijiet ta' kisba f'pajjiżi barra l-Komunita;

(b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għall-importazzjonijiet minn pajjiżi barra l-Komunita;

(ċ) il-prezzijiet tal-produtturi rekordjati fil-pajjiżi esportaturi barra l-Komunità;

(d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera tal-Komunita.

4. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova:

- li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita.

- li l-prodotti huma ta‘ oriġini tal-Komunita, u

- fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(5)(b). Madankollu, eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

5. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 22.

Artikolu 14a

1. Dan l-Artikolu jkun japplika għar-rifużjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(b).

2. L-ammont tar-rifużjoni ikun ugwali:

- għal zokkor mhux maħdum, zokkor abjad u kannamieli u xiropp tal-kannamieli, l-ammont ta' rifużjoni ta'esportazzjoni għal tali prodotti fi stat mhux ipproċessat, iffissat skond l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu,

- għal isoglucose, l-ammont tar-rifużjoni ta'esportazzjoni għal dak il-prodott fl-istat mhux ipproċessat tiegħu, iffissat skond Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 u fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu,

- għal glukozju u xiropp tal-glukozju, l-ammont ta' rifużjoni ta'esportazzjoni għal tali prodotti fi stat mhux ipproċessat, iffissat għal kull wieħed minn dawk il-prodotti skond l-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq taċ-ċereali u fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tiegħu.

3. Biex wieħed jibbenefika mir-rifużjoni, l-prodotti proċessati jridu jkunu akkumpanjati, ma' l-esportazzjoni, b'dikjarazzjoni mingħand l-applikant li turi l-kwantitajiet ta' zokkor mhux maħdum u abjad u kannamieli u xiropp tal-kannamieli, isoglucose, il-glukozju u x-xiropp tal-glukozju uzati fil-manifattura.

L-eżattezza tad-dikjarazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu tkun suġġetta għal iċċekkjar mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati.

4. Jekk ir-rifużjoni ma tkunx biżżejjed biex tippermetti l-esportazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Artikolu 1(1)(b), id-dispożizzjonijiet stabbiliti għar-rifużjoni li hemm riferenza għaliha fl-Artikolu 13(1)(a) jkunu japplikaw għal dawk il-prodotti minflok għal dawk fl-Artikolu 13(1)(b).

5. Ir-rifużjoni tingħata ma' l-esportazzjoni tal-prodotti:

(a) li huma ta'oriġini tal-Komunita;

(b) li kienu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li fuqhom tħallsu d-dazji ta'importazzjoni li hemm riferenza għalihom f‘Artikolu 10, basta l-esportatur jipprova:

- li l-prodotti li għandhom jiġu esportati u l-prodott importat qabel huma l-istess, u

- li d-dazji ta'importazzjoni kienu miġbura ma' l-importazzjoni.

Fil-każ kopert mis-subparagrafu (b), ir-rifużjoni fuq kull prodott ikun ugwali għad-dazji miġbura ma' l-importazzjoni fejn ta' l-aħħar huma aktar baxxi mir-rifużjoni applikabbli; fejn id-dazji miġbura ma' l-importazzjoni huma ogħla minn dak ir-rifużjoni, japplika dan ta' l-aħħar.

6. Ir-rifużjoni titħallas mal-preżentazzjoni ta' prova li:

- l-prodotti jwettqu waħda miż-żewġ kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu preċedenti,

- li l-prodotti ġew esportati mill-Komunita, u

- fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, li l-prodotti waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjoni oħra li għaliha kienet iffissat r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 13(5)(b). Madankollu, eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

7. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 22.

Artikolu 15

1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajjeb ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fiċ-ċereali, iz-zokkor u l-frott u l-ħxejjex, il-Kunsill, waqt li jaġixxi skond il-proċedura ta' votazzjoni stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat fuq proposta tal-Kummissjoni, jista', f'każijiet speċjali, jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' proċessar intern fejn jidħlu:

- Il-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 13(1)(b), u

- frott u ħxejjex intenzjonati għall-manifattura tal-prodotti li hemm mniżżla fl-Artikolu 1(1).

2. Madankollu, permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza fil-paragrafu 1 tinqala' b'urġenza eċċezzjonali u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; l-Kunsill u l-Istati Membri jkunu mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' tkun irriferuta lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih huwa kien notifikat. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

Artikolu 16

1. Fejn in segwitu għall-Artikolu 20 tar-Regolament (KEE) Nru 1785/81 levy li taqbeż il-5 EKU kull mitt kilogramma trid titħallas fuq esportazzjonijiet ta' zokkor abjad, l-impożizzjoni ta' ħlas fuq esportazzjonijiet ta' prodotti speċifikati fl-Artikolu 1(1) li jkun fihom minimu ta' 35 % zokkor miżjud jistgħu jkunu deċiżi skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 22.

2. L-ammont ta' ħlas ta'esportazzjoni jkun iffissat b‘teħid in-konsiderazzjoni ta':

- n-natura tal-prodott ipproċessat mill-frott tal-ħxejjex li jkun fihom zokkor miżjud,

- il-kontenut ta' zokkor mizjud tal-prodott in-kwistjoni,

- il-prezzijiet taz-zokkor abjad fil-Komunità u fis-suq dinji,

- il-levy ta 'esportazzjoni applikabbli għal zokkor abjad,

- l-implikazzjonijiet ekonomiċi ta' l-applikazzjoni ta' l-imsemmi ħlas.

3. Il-kontenut ta' zokkor miżjud ikun ikkonsidrat mogħti bil-figura murija kontra l-prodott in- kwistjoni fil-kolonna 1 ta' l-Anness III ta dan ir-Regolament.

Madankollu, t-talba ta' l-esportatur, kemm-il darba l-kontenut taz-zokkor miżjud għal kull 100 kilogramm użin nett tal-prodott, stabbilit skond il-paragrafu 4, huwa żewġ kilogrammi jew aktar taħt il-kontenut espress bil-figura għall-prodott in-kwistjoni li tidher fil-kolonna 1 tal-Anness III, il-kontenut stabbilit skond il-paragrafu 4 ikun użat.

4. Il-kontenut ta' zokkor miżjud tal-prodotti mniżżla fl-Anness III ikun ikkonsidrat li jfisser il-qari ottenut bl-użu ta' rifrattometru, immultiplikat b'0,93 fil-każ ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 2008, esklużi l-kodiċi KN 20081110, 20089100, 20089985 u 20089991, u b'0,95 fil-każ tal-prodotti l-oħra mniżżla fl-Anness III u ridotti bil-figura għall-prodott in-kwistjoni li jidher fil-kolonna 2 ta' l-Anness III.

5. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 22.

Artikolu 17

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tat-tariffa tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 18

1. Jekk, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(1) ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati fl-Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddetermina l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

2. L-Annessi II u IV huma mħassra.

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 518/77 ta' l-14 ta' Marzu 1977 (GU Nru L 73, tal-21.3.1977, p. 22)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 519/77 ta' l-14 ta' Marzu 1977 (GU Nru L 73, tal-21.3.1977, p. 24)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 520/77 ta' l-14 ta' Marzu 1977 (GU Nru L 73, tal-21.3.1977, p. 26)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 521/77 ta' l-14 ta' Marzu 1977 (GU Nru L 73, tal-21.3.1977, p. 28)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1796/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 (GU Nru L 183, ta' l-4.7.1981), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1122/92 (GU Nru L 117, ta' l-1.5.1992, p. 98)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2089/85 tat-23 ta' Lulju 1985 (GU Nru L 197, tas-27.7.1985, p. 10)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3225/88 tas-17 ta' Ottubru 1988 (GU Nru L 288, tal-21.10.1988, p. 11)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1201/88 tat-28 ta'April 1988 (GU Nru L 115, tat-3.5.1988, p. 9), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 2781/90 (GU Nru L 265, tat-28.9.1990, p. 3)

Ir-Regolamenti t'hawn fuq huma mħassra.

--------------------------------------------------

ANNESS XV

BANANA

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 404/93 tat-13 ta' Frar 1993 (GU Nru L 47, tal-25.2.1993, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 3518/93 (GU Nru L 320, tat-22.12.1993, p. 15)

1. L-Artikolu 15 jkun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 15

1. Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2).

2. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 jkunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond l-Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

3. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 2 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

4. Il-prezzijiet ta' importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja mbarkata in -kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq dinji jew fis-suq ta' importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

5. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 27. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta‘ l imsemmi Ftehim."

2. L-Artikolu segwenti jkun infilsat:

"Artikolu 15a

L-Artikoli 15a sa 20 inklussivi ta' dan it-Titolu japplikaw biss għal prodotti friski li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 0803, esklużi l-"plantains".

Għall-iskopijiet ta' dan it-Titolu:

(a) "importazzjonijiet tradizzjonali mill-istati tal-ACP" tfisser il-kwantitajiet ta' banana stipulati fl-Anness esportati minn kull stat ta‘l-ACP li tradizzjonalment esporta banana lejn il-Komunita; tali banana tkun irriferuta bħala "banana ACP tradizzjonali";

(a) "importazzjonijiet mhux tradizzjonali mill-istati tal-ACP" tfisser il-kwantitajiet ta' banana esportati minn kull stat ta‘ l-ACP li jaqbżu l-kwantità definita f'1; tali banana tkun irriferuta bħala "banana ACP mhix tradizzjonali";

(ċ) "importazzjonijiet minn pajjiżi barra l-Komunità li m‘humiex fl-ACP" tfisser kwantitajiet esportati minn pajjiżi barra l-Komunita; tali banana tkun irriferuta bħala "banana ta' pajjiżi barra l-Komunita";

(d) "banana tal-Komunita" tfisser banana prodotta fil-Komunita

(e) "to market" u "marketing" ifissru li tpoġġiha fis-suq, mhux inkluż li tagħmel il-prodott ottenibbli għall-konsumatur finali."

3. F‘Artikolu 17 it-tieni paragrafu huwa rimpjazzat b'dan li ġej:

"Liċenzi ta'importazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Għajr fejn derogi huma addottati taħt il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27, tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati bi qbil ma' dan ir-Regolament, matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu."

4. L-Artikolu 18 ikun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 18

1. Kwota ta' Tariffa ta' 2,2 miljun tunnellata (piż nett) jinfetħu kull sena għall-importazzjoni ta' banana minn pajjiżi m‘humiex fil-Komunità u banana ta‘l-ACP mhix tradizzjonali.

Fl-ambitu tal-kwota tat-tariffa, importazzjonijiet ta' banana tal-pajjiżi m‘humiex fil-Komunita, jkunu suġġetti għal-levy ta' 75 EKU kull tunnellata u importazzjonijiet ta' banana ACP m‘humiex tradizzjonali tkun suġġetta għal dazju żero.

Għall-1994, il-kwota tat-tariffa tkun 2,1 miljun tunnellata (Piż nett).

Fejn it-talba tal-Komunità stabbilita a bażi tal-bilanċ ta' provediment li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 16 tiżdied, il-volum tal-kwota jiżdied b'konsegwenza, skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 27. Kwalunkwe tali aġġustament isir qabel it-30 ta' Novembru qabel is-sena tas-suq konċernata.

2. B'deroga mill-Artikolu 15(1), banana ACP mhix tradizzjonali impurtata barra l-kwota tat-tariffa li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tkun suġġetta għal dazju doganali għal kull tunnellata ugwali għad-dazju li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 15(1), imnaqqas b'100 EKU.

3. Il-kwantitajiet ta' banana minn pajjiżi barra l-Komunità u banana ACP mhix tradizzjonali ri-esportata mill-Komunità ma tkunx iċċarġjata għall-kwota li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1.

4. L-ammonti li hemm riferenza għalihom f'dan l-Artikolu jkunu konvertiti f'munita nazzjonali bir-rata applikabbli għall-prodotti konċernati b'konnessjoni mat-Tariffa Doganali Komuni."

5. L-inċiżi li ġejjin jiżdiedu ma' Artikolu 20:

- "miżuri li jiggarantixxu l-provenjenza u l-oriġini tal-banana impurtata fil-kwota tat-tariffa provdut għaliha fl-Artikolu 18(1).

- miżuri neċessarji biex iwettqu l-obligazzjonijiet li joħorġu minn ftehim konklużi mill-Komunità skond l-Artikolu 288 tat-Trattat."

6. L-Artikolu 22 jkun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 22

Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni."

7. L-Artikolu 23 ikun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 23

1. Jekk, minħabba l-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddetermina l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi temporanji.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 27.

5. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

--------------------------------------------------

ANNESS XVI

INBID

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 822/87 tas-16 ta' Marzu 1987 (GU Nru L 84, tas-27.3.1987, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1891/94 (GU Nru L 197, tat-30.7.1994, p. 42)

1. Titolu IV jkun sostitwit b'dan li ġej:

"TITOLU IV

Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita

Artikolu 52

1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ghal importazzjoni. Importazzjonijiet fil-Komunita, ta' kwalunkwe prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) u esportazzjonijiet mill-Komunità ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) jistgħu jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta'importazzjoni jew esportazzjoni.

2. Liċenzi jinħarġu minn l-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment fil-Komunità u mingħajr preġudizzju għal miżuri meħuda għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 55 u 56.

Liċenzi ta'importazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha.

Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tefa' ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma impurtati jew esportati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

3. Dan li ġej ikun addottat skond il--proċedura stabbilita fl-Artikolu 83.

(a) il-lista ta' prodotti li għalihom hija meħtieġa l-liċenza ta'esportazzjoni u importazzjoni;

(b) it-terminu tal-validita tal-liċenzi u regoli dettaljati oħra għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 53

1. Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1.

2. Għal neċessitajiet li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 220430 li għall-applikazzjoni tad-dazji għalihom fit-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-prezz tad-dħul tal-kunsinna mpurtata, l-eżattezza ta' dan il-prezz tkun iċċekkjata bl-użu ta' valur ta' rata l-istess ta'importazzjoni kalkulata mill-Kummissjoni li tiddependi fuq l-oriġini u l-prodott a bażi tal-prezzijiet medji influwenti għall-prodotti in-kwistjoni fis-swieq ta'importazzjoni rappreżentattivi ta' l-Istati Membri jew fejn applikabbli fuq swieq oħra.

Fejn il-prezz tad-dħul iddikjarat għall-konsinja in-kwestjoni huwa ogħla mill-valur ta'importazzjoni bl-istess rata, miżjud b'marġni issettjata skond il-paragrafu 3 li ma tistax teċċedi l-valur bl-istess rata b'aktar minn 10 %, it-tfigħ ta'assigurazzjoni ugwali għad-dazji ta'importazzjoni a bażi tal-valur ta'importazzjoni bl-istess rata jkun meħtieġ.

Jekk il-prezz tad-dħul tal-konsinja inkwistjoni ma jkunx iddikjarat fiż-żmien tal-ħruġ mid-dwana, l-applikazzjoni tar-rati ta' dazju fit-Tariffa Doganali Komuni tiddependi fuq il-valur ta'importazzjoni bl-istess rata jew l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġislazzjoni doganali taħt kondizzjonijiet li jkunu stabbiliti skond il-paragrafu 3.

3. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83. Tali regoli dettaljati jkunu jinkludu id-dispożizzjoni meħtieġa għall-verifika tal-prezzijiet ta'importazzjoni.

Artikolu 54

1. Biex ikunu evitati jew milqugħa effetti avversi fis-suq tal-Komunità li jistgħu jirriżultaw minn importazzjonijiet ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1, importazzjonijiet ta' wieħed jew aktar prodotti bir-rata ta' dazju stipulat fl-Artikolu 10 ikunu suġġetti għal pagament ta'dazju addizzjonali jekk il-kondizzjonijiet stipulati f‘Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura konkluż skond Artikolu 228 tat-Trattat fl-ambitu tar-Round Urugwajan dwar in-negozjati fuq il-kummerċ multilaterali jkunu ġew esegwiti sakemm l-importazzjonijiet ma jidhrux li se jiddisturbaw s-suq tal-Komunità jew fejn l-effetti jidhru li mhux se jkunu proporzjonati ma' l-oġġettiv intiż.

2. Il-prezzijiet tal-bidu taħt liema dazju addizzjonali jista' jkun impost ikunu dawk mibgħuta mill-Komunità lill-Organiżzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Il-volumi tal-bidu li jridu jinqabżu sabiex ikun impost dazju ta'importazzjoni addizzjonali jkunu stabbiliti partikolarment a bażi ta'importazzjonijiet fil-Komunità fit-tliet snin ta' qabel is-sena li fiha l-effetti avversi li hemm riferenza għalihom fil-paragrafu 1 jinqalgħu jew ikun hemm ċans li jinqalgħu.

3. Il-prezzijiet ta'importazzjoni li għandhom jittieħdu in-konsiderazzjoni għall-impożizzjoni ta' dazju ta'importazzjoni jkunu deċiżi a bażi tal-prezz ta'importazzjoni cif tal-konsinja mbarkata in- kwistjoni.

Il-prezz ta'importazzjoni cif ikun ivverifikat għal dan l-iskop a bażi tal-prezzijiet rappreżentattivi għall-prodott in-kwistjoni fis-suq mondjali jew fis-suq ta'importazzjoni tal-Komunità għall-prodott.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata fl-Artikolu 83. Tali regoli dettaljati jkunu jispeċifikaw partikolarment:

(a) il-prodotti li magħhom jista' jkun applikat dazju ta'importazzjoni addizzjonali skond Artikolu 5 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura;

(b) il-kriterja l-oħra meħtieġa għall-applikazzjoni tal-paragrafu 1 skond Artikolu 5 ta‘ l-imsemmi Ftehim.

Artikolu 55

1. Safejn hu meħtieġ biex jippermetti l-esportazzjoni ta':

(a) il-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2)(a), (b) u (ċ);

(b) zokkrijiet li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 1701, glukozju u xiropp tal-glukozju li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 17023091, 17023099, 17024090 u 17029050, inklużi l-forom ta' prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 17023051 u 17023059, inkorporati fil-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċi KN 20096011, 20096071, 20096079 u 22043099;

a bażi tal-prezzijiet għal dawk il-prodotti fil-kummerċ internazzjonali u fil-limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond Artikolu 228 tat-Trattat, id-differenza bejn dawk il-prezzijiet u l-prezzijiet fil-Komunità jistgħu jkunu koperti mir-rifużjonii ta'esportazzjoni.

2. Għall-allokament tal-kwantitajiet li jistgħu jkunu esportati b'rifużjonii, jkun stabbilit metodu li:

(a) huwa l-aktar addattat għan-natura tal-prodott u għas-sitwazzjoni fis-suq konċernat in- kwistjoni, biex hekk jippermetti l-aktar użu possibbli effiċjenti li għandu jsir mir-riżorsi ottenibbli, waqt li jittieħed rendikont ta‘l-effiċjenza u struttura ta‘ l-importazzjonijiet tal-Komunità mingħajr, iżda, ma tinħoloq diskriminazzjoni bejn operaturi żgħar u kbar;

(b) li huwa l-anqas goff, mil-lat amministrattiv, għall-operaturi, waqt li jagħti każ ta‘ l-imperattivi maniġerjali;

(ċ) li jevita kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-operaturi konċernati.

3. Ir-rifużjonijiet ikunu l-istess għall-Komunità kollha. Dawn jistgħu jvarjaw skond id-destinazzjoni, fejn is-sitwazzjoni fis-suq internazzjonali jew in-neċessitajiet speċifiċi ta' ċerti swieq jirrendu dan neċessarju.

Ir-rifużjonijiet li għalihom hemm riferenza fil-paragrafu 1 (a) ikunu fissati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83. Dawn ikunu fissati f'intervalli regolari.

Ir-rifużjonijiet iffissati f'intervalli regolari, fejn hemm bżonn, jistgħu jkunu aġġustati fil-perjodu ta'intervent mill-Kummissjoni fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess.

Id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 56 rigward il-prodotti li hemm riferenza għalihom fih jkunu japplikaw fuq bażi supplimentari.

4. Ir-rifużjonijiet jingħataw biss fuq talba u l-preżentazzjoni tal-liċenza ta'esportazzjoni rilevanti.

5. Ir-rifużjoni applikabbli għal esportazzjonijiet ta' prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 jkun dak applikabbli fil-jum ta‘ l-applikazzjoni għal-liċenza u, fil-każ ta' rifużjoni differenzjata, dik applikabbli fl-istess jum:

(a) għad-destinazzjoni indikata fuq il-lċenzja; jew, jekk addattat;

(b) għad-destinazzjoni attwali kemm-il darba dik tkun differenti mid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza. F'dak il-każ, l-ammont applikabbli ma jistax jeċċedi l-ammont applikabbli għad-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza.

Miżuri xierqa jistgħu jittieħdu biex ikun evitat l-abbuż tal-flessibilta provdut għaliha f'dan il-paragrafu.

6. Il-paragrafi 4 u 5 jistgħu jitneħħew fil-każ ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 li fuqhom rifużjonijiet jitħallsu taħt l-operazzjonijiet ta' għajnuna għall-ikel, skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 83.

7. Qbil mal-limiti dwar volumi li joħorġu mill-ftehim konklużi skond Artikolu 228 tat-Trattat ikun żgurat a bażi taċ-ċertifikati ta'esportazzjoni maħruġa għall-perjodi referenzjali li hemm ipprovdut għalihom hemm u applikabbli għall-prodotti konċernati. Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu mill-Ftehim dwar l-Agrikoltura, t-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

Fejn jidħol il-qbil ma' l-obligazzjonijiet li joħorġu taħt ftehim konklużi fl-ambitu tan-negozjati tal-kummerċ multilaterali tar-Round Urugwajan, it-tmiem ta' perjodu referenzjali ma jkunx jaffettwa l-validita ta' liċenza ta'esportazzjoni.

8. Ir-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, inklużi d-dispożizzjonijiet rigward ir-redistribuzzjoni ta' kwantitajiet mhux allokati jew mhux użati esportabbli, jkunu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘ Artikolu 83.

Artikolu 56

1. Dan l-Artikolu jkun japplika għar-rifużjonijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 55(1).

2. L-ammont tar-rifużjoni għall-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 55(1)(b) ikun:

- fil-każ ta' zokkor mhux maħdum, zokkor abjad, l-ammont ta' rifużjoni għall-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti m‘humiex ipproċessati skond l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1785/81 tat-30 ta' Ġunju 1981 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u mad-dispożizzjonijiet addottati għall-applikazzjoni tagħha,

- fil-każ ta' glukozju u xiropp tal-glukozju, l-ammont ta' rifużjoni għall-esportazzjoni ta' dawn il-prodotti m‘humiex ipproċessati kif iffissati għal kull wieħed minn dawn il-prodotti skond Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1766/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taċ-ċereali u mad-dispożizzjonijiet addottati għall-applikazzjoni tagħhau,

Biex jikkwalifikaw għar-rifużjoni, l-prodotti proċessati jridu, ma' l-esportazzjoni, jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni mingħand l-applikant li tindika l-ammonti ta' zokkor mhux maħdum, zokkor abjad, glukozju u xiropp tal-glukozju użati fil-manifattura tagħhom.

L-eżattezza ta‘ din id-dikjarazzjoni tkun suġġetta għal iċċekkjar mill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri konċernati.

3. Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu fissati r-rifużjonijiet:

(a) is-sitwazzjoni eżistenti u tendenzi futuri fejn jidħlu:

- prezzijiet u ottenibilita ta' prodotti mniżżla fl-Artikolu 55(1) fis-suq tal-Komunita;

- prezzijiet tas-suq mondjali għal dawk il-prodotti.

(b) il-marketing l-iktar vantaġġuż u l-ispejjeż ta' trasport mis-swieq tal-Komunità għal portijiet jew punti ta'esportazzjoni fil-Komunita, kif ukoll spejjeż magħmula fl-imbarkar għall-pajjiżi tad-destinazzjoni.

(ċ) l-oġġettivi ta' l-organizzazzjoni komuni tas-suq fl-inbid, li jridu jiżguraw ekwilibriju fis-suq u żvilupp naturali fejn jidħlu il-prezzijiet u l-kummerċ fis-suq;

(d) limiti li jirriżultaw minn ftehim konklużi skond Artikolu 228 tat-Trattat;

(e) il-bżonn li jkunu evitati disturbi fis-suq tal-Komunita;

(f) l-aspett ekonomiku fuq l-esportazzjonijiet proposti.

4. Il-prezzijiet tas-suq tal-Komunità li hemm riferenza għalih fl-Artikolu 55(1) ikunu stabbiliti a bażi ta' l-aktar prezzijiet vantaġġużi għall-esportazzjoni.

Dan li ġej jittieħed in-konsiderazzjoni meta jkunu qegħdin jiġu stabbiliti l-prezzijiet fil-kummerċ internazzjonali li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 55(1):

(a) il-prezzijiet rekordjati f'pajjiżi barra l-Komunita;

(b) l-aktar prezzijiet favorevoli f'pajjiżi barra l-Komunità tad-destinazzjoni għal-importazzjonijiet minn pajjiżi barra l-Komunita;

(ċ) prezzijiet ta' produtturi irrekordjati f'pajjiżi barra l-Komunità esportaturi, billi tittieħed konsiderazzjoni, fejn suppost, ta' sussidji mogħtija f'dawk il-pajjiżi;

(d) prezzijiet ta'offerta ħielsa-fuq-il-fruntiera.

5. Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 55(3), l-intervalli f'liema l-lista tal-prodotti għal liema rifużjoni hija attwalment mogħtija għandhom ikunu fissati u bl-ammont b'liema dik ir-rifużjoni għandha tkun iffissata titwaqqaf skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83.

6. Ir-rifużjoni titħallas ma' prova li l-prodotti:

- huma ta'oriġni tal-Komunita, għajr fejn japplika l-paragrafu 7,

- ġew esportati mill-Komunita, u

- fil-każ tar-rifużjoni differenzjata, waslu fid-destinazzjoni indikata fuq il-liċenza jew destinazzjonijiet oħra li għaliha kienet iffissata r-rifużjoni, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 55(5)(b). Madankollu, eċċezzjonijiet jistgħu jsiru għal din ir-regola skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83, basta jkunu stabbiliti kondizzjonijiet li joffru garanziji ekwivalenti.

Dispożizzjonijiet addizzjonali jistgħu jiġu addottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83.

7. Ebda rifużjonijiet ta'esportazzjoni ma jingħataw fuq prodotti li jkunu impurtati minn pajjiżi barra l-Komunità u li jerġgħu jiġu esportati lejn pajjiżi barra l-Komunita, sakemm l-esportatur ma jippruvax li:

- l-prodott li għandu jiġi esportat u l-prodott importat qabel huma l-istess;

- kull dazju ta'importazzjoni kien miġbur ma' l-importazzjoni.

F'tali każijiet ir-rifużjoni fuq kull prodott ikun ugwali għad-dazji miġbura ma' l-importazzjoni fejn dawn huma ugwali jew aktar baxxi mir-rifużjoni applikabbli; fejn id-dazji miġbura ma' l-importazzjoni huma ogħla mir-rifużjoni applikabbli, ir-rifużjoni tkun ugwali għal ta' l-aħħar.

Artikolu 57

1. Safejn hu meħtieġ għall-ħidma tajba ta‘ l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid, il-Kunsill, b'aġir fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jista' f'każi speċjali jipprojbixxi fit-total jew f'parti l-użu ta'arranġamenti ta' proċessar intern fejn jidħlu l-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1.

2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, jekk is-sitwazzjoni li għaliha hemm riferenza f'dak il-paragrafu tinqala' b'urġenza partikolari u s-suq tal-Komunità jkun disturbat jew jista' jkun iddisturbat minn arranġament ta' proċessar intern jew estern, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi fuq miżuri meħtieġa; il-Kunsill u l-Istati Membri jkunu mgħarrfa b'tali miżuri, li jkunu validi għal mhux aktar minn sitt xhur u jkunu applikabbli immedjatament. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien ġimgħa minn meta tirċievi t-talba.

3. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tista' tkun irriferuta lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih huwa kien notifikat. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jikkonferma, jemenda jew iwarrab id-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Jekk il-Kunsill ma jkunx aġixxa fi żmien tliet xhur, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni titqies li ġiet imwarrba.

Artikolu 58

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew in segwitu għad-dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit:

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 59

1. L-importazzjoni tal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(2) li magħhom ġie miżjud l-alkoħol, bl-eċċezzjoni ta' dawk il-prodotti li oriġinaw fil-Komunità rigward liema tali taħlita hija permessa in segwitu għall-Artikolu 25(1) u (2), jkunu projbiti.

2. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, u partikularment il-kondizzjonijiet għall-ekwivalenza tal-prodotti, jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 83.

Artikolu 60

1. Jekk, minħabba importazzjonijiet jew esportazzjonijiet, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew iktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1(2) ikun affettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jipperikola l-akkwist tal-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Sabiex ikun assessjat jekk is-sitwazzjoni tiġġustifikax l-applikazzjoni ta' tali miżuri, dan li ġej irid jittieħed partikolarment in-konsiderazzjoni:

(a) l-kwantitajiet fejn jidħlu liċenzi ta' importazzjoni li kienu maħruġa jew bazati fuq applikazzjoni u l-figuri mogħtija fil-bilanċ tal-provediment ippronostikat;

(b) fejn xieraq, l-iskala ta' l-intervent.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura tal-votazzjoni stipulata fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi l-każi u l-limiti li fihom l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi temporanji.

2. Jekk tinqala‘ s-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; bl-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlitt ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat.'

Artikolu 61

1. Inbid impurtat destinat għal konsum dirett uman u deskritt bl-għajnuna ta'askrizzjoni ġeografika jista' jkun eliġibbli, fejn jidħol il-marketing tiegħu fil-Komunità u bil-kundizzjoni li teżisti reċiproċita għall-arranġamenti ta' kontroll u protezzjoni li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 16 tar-Regolament (KEE) Nru 823/87 għal inbejjed ta' kwalita prodotti f'reġjuni speċifikati.

2. Id-dispożizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 tkun implimentata permezz ta'arranġamenti ma' pajjiżi barra l-Komunità interessati biex tkun negozjata u konkluża skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 113 tat-Trattat.

3. Ir-regoli dettaljati ghall-implementazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 83."

2. Dan li ġej huwa infilsat f‘Artikolu 72:

"Artikolu 72a

1. L-Istati Membri jieħdu l-miżuri neċessarji biex jippermettu partijiet interessati ħalli jipprojbixxu, fuq it-termini stabbiliti fl-Artikoli 23 u 24 tal-Ftehim dwar l-Aspetti Relatati mal-Kummerċ tad-Drittijiet tal-Proprjeta Intellettwali, l-użu fil-Komunità ta' indikazzjonijiet ġeografiċi mehmuża mal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b) għal prodotti li ma joriġinawx fil-post indikat mill-indikazzjoni ġeografika in-kwistjoni, anke fejn l-oriġini vera tal-prodotti hija indikata jew l-indikazzjoni ġeografika hija wżata fit-traduzzjoni jew akkumpanjata b'espressjonijiet tali bħal "kwalita", "tip", "stil", "imitazzjoni" jew simili

Għall-iskopijiet ta' dan l-Artikolu, "indikazzjonijiet Ġeografiċi" hija meħuda li tfisser indikazzjonijiet li jidentifikaw prodott bħala li joriġina fit-territorju ta' pajjiż barra l-Komunità li huwa membru ta' l-Organiżazzjoni Dinjija tal-Kummerċ jew f'reġjun jew lokalita f'dak it-territorju, f'każi fejn ċerta kwalita, reputazzjoni jew karatteristiċi ohra mogħtija tal-prodott jistgħu jkunu attribwiti għal dak il-post ta'oriġini ġeografiku.

2. Il-paragarafu 1 japplika minkejja dispożizzjonijiet speċifiċi oħrajn fil-leġislazzjoni tal-Komunità li jistipulaw regoli għad-desinjazzjoni u l-prezentazzjoni tal-prodotti li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 1(2)(b).

3. Ir-regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati, jekk ikun meħtieġ, skond il-proċedura stabbilita fil-paragrafu 83."

3. L-Anness VII huwa mħassar.

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 344/79 tal-5 ta' Frar 1979 (GU Nru L 54, tal-5.3.1979, p. 67)

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 345/79 tal-5 ta' Frar 1979 (GU Nru L 54, tal-5.3.1979, p. 69), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2009/81 (GU Nru L 195, tat-18.7.1981, p. 6)

Ir-Regolamenti ta'hawn fuq huma mħassra.

--------------------------------------------------

ANNESS XVII

TABAKK

Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2075/92 tat-30 ta' Ġunju 1992 (GU Nru L 215, 30 7. 1992, p. 70)

It-Titolu IV ikun sostitwit b'dan li ġej:

"TITOLU IV

KIummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita

Artikolu 15

Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1.

Artikolu 16

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

(a) li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

(b) l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 16a

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każijiet u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunkwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

--------------------------------------------------

ANNESS XVIII

HOPS

Regolament tal-Kunsill (KEE) nru 1696/71 tas-26 ta' Lulju 1971 (GU Nru L 175, ta' l-4.8.1971, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3124/92 (GU Nru L 313, tat-30.10.1992, p. 1)

It-Titolu V jkun sostitwit b'dan li ġej:

"TITOLU V:

Kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita

Artikolu 14

Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1.

Artikolu 15

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti b'dan ir-Regolament.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 15a

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 jkun affettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk tinqala‘ s-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; bl-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

--------------------------------------------------

ANNESS XIX

SIĠAR ĦAJJIN U PJANTI OĦRA, BASAL, GĦERUQ U SIMILI, FJURI MAQTUGĦA U WERAQ ORNAMENTALI

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/68 tas-27 ta' Frar 1968 (GU Nru L 55, tat-2.3.1968, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3336/92 (GU Nru L 336, ta' l-20.11.1992, p. 1)

L-Artikoli 8, 9 u 10 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 8

1. Importazzjonijiet fil-Komunità ta' kwalunkwe prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 jkunu suġġetti għall-preżentazzjoni ta' liċenza ta' importazzjoni.

Liċenzi jkunu maħruġa mill-Istati Membri lil kwalunkwe applikant, irrispettivament mill-post tiegħu ta' stabbiliment fil-Komunita.

Liċenzi ta'importazzjoni jkunu validi fil-Komunità kollha. Tali liċenzi jinħarġu suġġetti għat-tfigħ ta' garanzija ta' sigurtà li l-prodotti huma mpurtati matul terminu ta' validita tal-liċenza; għajr f'każijiet ta' force majeure, is-sigurtà titneħħa fit-total jew f'parti jekk l-importazzjoni ma ssirx, jew issir biss parzjalment, fl-imsemmi perjodu.

2. It-terminu tal-validita tal-liċenza u regoli dettaljati ghall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu jkunu adottati skond il-proċedura stabbilita f‘Artikolu 14.

Artikolu 9

Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1.

Artikolu 10

1. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

2. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej ikun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 10a

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; b-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Il-Kummissjoni taddotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu skond il-proċedura stipulata f‘Artikolu 14.

5. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3280/75 tas-16 ta' Diċembru 1975 (GU Nru L 326, tat-18.12.1975, p. 4)

Ir-Regolament ta'hawn fuq huwa mħassar.

--------------------------------------------------

ANNESS XX

ŻRIERAGĦ

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2358/71 tas-26 ta' Ottubru 1971 (GU Nru L 246, tal-5.11.1971, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3375/93 (GU Nru L 303, ta' l-10.12.1993, p. 9)

1. L-Artikoli 5, 6 u 7 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 5

1. Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1.

2. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

Artikolu 6

Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet li joħorġu minnu, dan li ġej jkun ipprojbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 7

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, s-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla f‘Artikolu 1 jkun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri protettivi.

2. Jekk is-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1 tinqala', l-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; bl-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista‘, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

2. L-Artikolu 8a huwa mħassar.

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1578/72 ta‘ l-20 ta' Lulju 1972 (GU Nru L 168, tas-26.7.1972, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1984/86 (GU Nru L 171, tat-28.6.1986, p. 3)

Ir-Regolament ta'hawn fuq huwa mħassar.

--------------------------------------------------

ANNESS XXI

REGOLAMENTI OĦRA

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 (GU Nru L 151, tat-30.6.1968, p. 16), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 794/94 (GU Nru L 92, tad-9.4.1994, p. 15)

1. L-Artikoli 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Artikolu 2

1. Dment li dan ir-Regolament ma jipprovdix mod ieħor, ir-rati tad-dazju fit-Tariffa Doganali Komuni jkunu japplikaw għall-prodotti mniżżla fl-Anness.

2. Ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura kombinata u r-regoli speċjali għall-applikazzjoni tagħha jkunu japplikaw għall-klassifikazzjoni tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament; in-nomenklatura tat-tariffa li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tkun inkorporata fit-Tariffa Doganali Komuni.

3. Sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor f'dan ir-Regolament jew f'dispożizzjonijiet addottati in segwitu għalih u suġġetti għall-obligazzjonijiet li joħorġu minn ftehim internazzjonali rigward il-prodotti mniżżla fl-Anness, dan li ġej ikun projbit fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunita;

- li jsiru levies ta' kwalunkwe ħlas li jkollhom effetti ekwivalenti għal dazju doganali,

- l-applikazzjoni ta' kwalunkwe restrizzjoni kwantitattiva jew miżura li jkollha l-istess effett.

Artikolu 3

1. Jekk, minħabba żieda fl-importazzjoni jew l-esportazzjoni, is-suq tal-Komunità f'wieħed jew aktar mill-prodotti mniżżla fl-Anness ikun effettwat minn, jew mhedded b'disturb serju li jista' jtellef l-akkwist ta‘ l-oġġettivi stipulati f‘Artikolu 39 tat-Trattat, miżuri neċessarji jistgħu jkunu applikati fil-kummerċ ma' pajjiżi barra l-Komunità sakemm tali disturb jew theddida ta' disturb ikunu eliminati.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 43(2) tat-Trattat, jadotta r-regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu u jiddefinixxi f'liema każi u f'liema limiti l-Istati Membri jistgħu jieħdu miżuri ptrotettivi.

2. Jekk tinqala‘ s-sitwazzjoni li hemm riferenza għaliha fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni, fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess, tista' tiddeċiedi dwar il-miżuri meħtieġa; l-Istati Membri jkunu notifikati b'tali miżuri, li jkunu applikabbli minnufih. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minghand Stat Membru, din tieħu deċiżjoni dwar dan fi żmien tlett ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba.

3. Miżuri deċiżi mill-Kummissjoni jistgħu jkunu riferuti lill-Kunsill minn kwalunklwe Stat Membru fi żmien ġimgħa mill-jum li fih kienu notifikati. Il-Kunsill jiltaqa' bla dewmien. Huwa jista‘, waqt li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jemenda jew jannulla l-miżura in-kwistjoni.

4. Dan l-Artikolu jkun japplika waqt li jqis l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-ftehim konklużi skond l-Artikolu 228(2) tat-Trattat."

2. L-Artikolu 6 ikun sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 6

Fejn issir riferenza għal dan l-Artikolu, miżuri jkunu addottati skond il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 38 tar-Regolament Nru 136/66/KEE u l-Artikoli korrispondenti tar-regolamenti l-oħrajn dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli."

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 234/79 tal-5 ta' Frar 1979 (GU Nru L 34, tad-9.2.1979, p. 2), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3209/89 (GU Nru L 312, tas-27.10.1989, p. 5)

L-Artikolu 2(2) huwa mħassar.

--------------------------------------------------

ANNESS XXII

IR-REĠJUNI TA‘ BARRA NETT

I. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3763/91 tas-16 ta' Diċembru 1991 (GU Nru L 356, ta' l-24.12.1991, p. 1), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3714/92 (GU Nru L 378, tat-23.12.1992, p. 23)

L-Artikolu 2(2) ikun emendat kif ġej:

(a) Fl-ewwel sotto-paragrafu, il-parti tas-sentenza li taqra:

"Il-levies iffissati in segwitu għall-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2727/75 tad-29 ta' Ottubru 1975 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali"

tkun irrimpjazzata minn:

"Id-dazji tA'importazzjoni provdut għalihom fit-Tariffa Doganali Komuni".

(b) Fit-tieni paragrafu, il-kliem "il-levy (eżenzjoni)" huma rimpjazzati minn "(eżenżjoni minn) dazju ta'importazzjoni".

II. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1600/92 tal-15 ta' Ġunju 1992 (GU Nru L 173, tas-27.6.1992, p. 1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 3714/92 (GU Nru L 378, tat-23.12.1992, p. 23)

1. Fl-Artikolu 3(1), il-kliem "levies u/jew" huma mħassra.

2. Fl-Artikolu 5(1)(a), il-kliem "u/jew levies li hemm riferenza għalihom f‘Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68 tas-27 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċanga u l-vitella" huma mħassra.

3. F‘Artikolu 7, il-kliem "levy u/jew" huma mħassra.

III. Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/92 tal-15 ta' Ġunju 1992 (GU Nru L 173, tas-27.6.1992, p. 13), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3714/92 (GU Nru L 378, tat-23.12.1992, p. 23)

1. Fl-Artikolu 3(1), il-kliem "levies u/jew" huma mħassra.

2. Fl-Artikolu 5(1)(a), il-kliem "u/jew levies li hemm riferenza għalihom f‘Artikolu 9 tar-regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 805/68" huma mħassra.

--------------------------------------------------

Top