This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0004
Proposal for a DIRECTIVE OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Directives 89/608/EEC, 90/425/EEC and 91/496/EEC as regards references to zootechnical legislation
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika
/* COM/2014/04 final - 2014/0033 (COD) */
Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika /* COM/2014/04 final - 2014/0033 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-proposta għandha l-għan li
tneħħi r-referenzi għal-leġiżlazzjoni żooteknika
tal-Unjoni mit-test tad-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 90/425/KEE u
91/496/KEE. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Ma twettqet l-ebda konsultazzjoni mal-partijiet
interessati jew valutazzjoni tal-impatt, għax l-emendi proposti huma
l-konsegwenza diretta tal-adozzjoni riċenti min-naħa tal-Kummissjoni
ta' proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar
kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex
jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, regoli
dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali, dwar is-saħħa
tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u dwar prodotti
għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemendaw r-Regolamenti (KE)
Nru 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007, 1099/2009,
1069/2009, 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nru 1151/2012, [COM(2013) 327]
[Office of Publications, please insert number of Regulation laying down
provisions for the management of expenditure relating to the food chain, animal
health and animal welfare, and relating to plant health and plant reproductive
material], u d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE,
2008/120/KE u 2009/128/KE (ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali). Ir-Regolament il-ġdid huwa maħsub sabiex
iħassar ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli
uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni
tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa
tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali u d-Direttivi
89/608/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE u 97/78/KE. Huwa maħsub ukoll sabiex
jinkorpora ċerti regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 u
f’dawk id-Direttivi, bl-adattamenti meħtieġa. Madankollu,
it-tgħammir tal-annimali mhux maħsub li jaqa' fl-ambitu tiegħu. Għalhekk kien neċessarju li jiġu
inklużi dispożizzjonijiet dwar kontrolli uffiċjali fuq
l-annimali għat-tgħammir fir-Regolament propost tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u
ġenealoġiċi għall-kummerċ f'pajjiżi terzi u
l-importazzjonijiet minnhom ta’ annimali għat-tgħammir u l-prodotti
ġerminali tagħhom. Madankollu, ir-regoli proposti hawnhekk
jirriflettu dawk stabbiliti fil-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament
ġdid dwar il-kontrolli uffiċjali li qed tiġi diskussa
bħalissa fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. Sabiex jiġu evitati
l-inkonsistenzi bejn iż-żewġ testi u sabiex tiżgura
approċċ armonizzat fil-qasam tal-kontrolli, il-Kummissjoni se
sseġwi mill-qrib l-evoluzzjoni tad-diskussjonijiet dwar
iż-żewġ testi, u se tressaq il-proposti neċessarji fi
żmien xieraq sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet dwar
il-kontrolli uffiċjali fil-qasam taż-żooteknika jkunu inklużi
fir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali li jmiss. 3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA Għal ċarezza u ċertezza legali u
sakemm jitħassru d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE
bir-Regolament il-ġdid imsemmi fil-premessa 5 ta’ din id-Direttiva, huwa
meħtieġ li jitħassru r-referenzi għal
“żootekniċi” mid-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE. 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA
L-ebda 2014/0033 (COD) Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li temenda d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE
u 91/496/KEE dwar ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni
żooteknika (Test b’relevanza għaż-ŻEE) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 42 u
l-Artikolu 43(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea[1], Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[3], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, Billi: (1) Id-Direttiva tal-Kunsill
88/661/KEE tad-19 ta' Diċembru 1988 dwar l-istandards
żootekniċi applikabbli għal tnissil ta’ annimali tal-ispeċi
tal-majjal[4],
id-Direttiva tal-Kunsill 89/361/KEE tat-30 ta' Mejju 1989 li
tikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż tar-razza
għat-tagħmir[5],
id-Direttiva tal-Kunsill 90/427/EEC tas-26 ta' Ġunju 1990
dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi li
jirregolaw kummerċ intra-Komunitarju f’equidae[6], id-Direttiva
tal-Kunsill 91/174/KEE tal-25 ta' Marzu 1991 li tistabbilixxi
l-ħtiġiet żootekniċi u tar-razza għall-marketing
tal-annimali ta' razza pura u li temenda d-Direttivi 77/504/KEE u 90/425/KEE[7], id-Direttiva
tal-Kunsill 94/28/KE tat-23 ta' Ġunju 1994 li
tniżżel il-prinċipji dwar il-kondizzjonijiet
żootekniċi u ġenealoġiċi applikabbli
għall-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi tal-annimali, is-semen,
l-ova u l-embrijuni tagħhom, u li temenda d-Direttiva 77/504/KEE dwar
l-annimali ta' razza pura tal-ispeċi bovina[8]
u d-Direttiva tal-Kunsill 2009/157/KE tat-30 ta' Novembru 2009
dwar l-annimali tal-ispeċi tal-bovini ta’ razza pura għat-tnissil[9] jistabbilixxu l-qafas
leġiżlattiv tal-Unjoni dwar it-tgħammir ta' annimali tar-razza
pura għat-trobbija tal-ispeċijiet bovini, porċini, ovini,
kaprini u ekwini u ħnieżer tat-tgħammir ibridi. (2) Id-Direttiva tal-Kunsill
89/608/KEE tal-21 ta' Novembru 1989 dwar għajnuna
reċiproka bejn l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati Membri u kooperazzjoni
bejn dawn tal-aħħar u l-Kummissjoni biex tiġi żgurata
l-applikazzjoni korretta tal-leġiżlazzjoni dwar kwistjonijiet
veterinarji u żootekniċi[10]
tistabbilixxi ċerti rekwiżiti minimi għall-kooperazzjoni u
l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri. (3) Id-Direttiva tal-Kunsill
90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar
veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ
intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb
tat-tlestija tas-suq intern[11]
fost l-oħrajn tipprevedi għal kontrolli żootekniċi li
għandhom isiru fuq l-annimali għat-tgħammir u prodotti
maħsuba għall-kummerċ fl-Unjoni stess. (4) Skont l-Artikolu 9
tad-Direttiva tal-Kunsill 94/28/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE
tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li
jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li
jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi
89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE[12]
u d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997
li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki
veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi[13] japplikaw
rispettivament għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali
għat-tgħammir u s-semen, l-ooċiti u l-embrijuni tagħhom li
huma koperti bid-Direttivi 88/661/KEE, 89/361/KEE, 90/427/KEE, 91/174/KEE u
2009/157/KE. (5) Dan l-aħħar
il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali
oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u
tal-għalf, ir-regoli dwar is-saħħa u l-benessri tal-annimali,
dwar is-saħħa tal-pjanti, dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti, u
dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolamenti
(KE) Nri 999/2001, 1829/2003, 1831/2003, 1/2005, 396/2005, 834/2007,
1099/2009, 1069/2009, 1107/2009, ir-Regolamenti (UE) Nri 1151/2012, [COM(2013)
327] [Uffiċċju tal-Piubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok
daħħal in-numru tar-Regolament li jistabbilixxi
d-dispożizzjonijiet għall-ġestjoni tan-nefqa relatata mal-katina
Alimentari, is-saħħa u l-benessri tal-annimali, u relatata mas-saħħa
tal-pjanti u mal-prodotti għar-riproduzzjoni tal-pjanti], u
d-Direttivi 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE, 2008/120/KE u
2009/128/KE (Ir-Regolament dwar il-kontrolli uffiċjali)[14]. Ir-Regolament
il-ġdid huwa maħsub sabiex iħassar ir-Regolament (KE)
Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa
biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi
tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar
il-welfare tal-annimali[15]
u d-Direttivi 89/608/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE u 97/78/KE. Huwa maħsub
ukoll sabiex jinkorpora ċerti regoli stabbiliti fir-Regolament (KE)
Nru 882/2004 u f’dawk id-Direttivi, bl-adattamenti meħtieġa.
Madankollu, it-tgħammir tal-annimali mhux maħsub li jaqa' fl-ambitu
tiegħu. (6) Il-Kummissjoni ressqet ukoll,
quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, proposta għal Regolament
tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet
żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u
l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tgħammir u l-prodotti
ġerminali tagħhom[16]. (7) Sabiex isseħħ
applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-Unjoni dwar il-kondizzjonijiet
żootekniċi u ġenealoġiċi għall-kummerċ u
l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ annimali għat-tgħammir u l-prodotti
ġerminali tagħhom stabbiliti f’dak ir-Regolament, ġew stabbiliti
dispożizzjonijiet dwar kontrolli uffiċjali fuq l-annimali
għat-tgħammir u regoli ġenerali dwar l-għajnuna
amministrattiva u l-kooperazzjoni, simili ta' dawk stipulati fit-Titolu IV
tar-Regolament (KE) Nru 882/2004, bl-adattamenti meħtieġa, f’dak
ir-Regolament. (8) Għal ċarezza u
ċertezza legali u sakemm jitħassru d-Direttivi 89/608/KEE,
90/425/KEE, 91/496/KEE u 97/78/KEE bir-Regolament il-ġdid imsemmi
fil-premessa 5 ta' din id-Direttiva, huwa neċessarju li
jitħassru r-referenzi għal “żootekniċi” mid-Direttivi
89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE, filwaqt li d-Direttiva 97/78/KE ma
teħtieġx din l-emenda. (9) Għalhekk id-Direttivi
89/608/KEE, 90/425/KEE u 91/496/KEE għandhom jiġu emendati skont dan. (10) F'konformità mad-Dikjarazzjoni
Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati
Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni[17], l-Istati Membri
impenjaw ruħhom li jakkumpanjaw, f’każijiet ġustifikati,
in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument
wieħed jew iktar li jispjega(w) ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’
direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni
nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li
t-trażmissjoni ta' dawn id-dokumenti hi ġustifikata. ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva
89/608/KEE Id-Direttiva 89/608/KEE hija emendata kif
ġej: (1) Fit-titolu, jitħassar il-kliem
"u żootekniċi"; (2) Fl-Artikolu 1, jitħassar
il-kliem "u żootekniċi"; (3) Fl-Artikolu 2(1),
jitħassar it-tieni inċiż; (4) Fl-Artikolu 4(1), fl-ewwel
inċiż, jitħassar il-kliem "u żootekniċi"; (5) Fl-Artikolu 5(1),
jitħassar il-kliem "u żootekniċi"; (6) Fl-Artikolu 7, jitħassar
il-kliem "jew żootekniċi"; (7) Fl-Artikolu 8(2),
fil-frażi introduttorja, jitħassar il-kliem "jew
żootekniċi"; (8) Fl-Artikolu 8(2),
fil-punt (b), jitħassar il-kliem "jew
żootekniċi"; (9) Fl-Artikolu 9(1)(a), fl-ewwel
inċiż, jitħassar il-kliem "jew żootekniċi"; (10) Fl-Artikolu 9(2), jitħassar
il-kliem "u żootekniċi"; (11) Fl-Artikolu 10(1),
fil-frażi introduttorja, jitħassar il-kliem "jew
żootekniċi"; (12) Fl-Artikolu 10(3),
jitħassar il-kliem "u żootekniċi"; (13) Fl-Artikolu 11, fil-frażi
introduttorja, jitħassar il-kliem "jew fil-Kumitat Żootekniku
Permanenti"; (14) Fl-Artikolu 15(2), fl-ewwel
inċiż, jitħassar il-kliem "jew żootekniċi"; Artikolu 2
Emendi għad-Direttiva
90/425/KEE Id-Direttiva
90/425/KEE hija emendata kif ġej: (1) Fit-titolu, jitħassar il-kliem
"u żootekniku"; (2) Fl-Artikolu 1, jitħassar
it-tieni paragrafu; (3) Fl-Artikolu 2, jitħassar
il-punt 2; (4) Fl-Artikolu 3(1), it-tieni
subparagrafu tal-punt (d) jinbidel b'dan li ġej: "Iċ-ċertifikati jew id-dokumenti,
maħruġa mill-veterinarju uffiċjali responsabbli
għall-azjenda, iċ-ċentru jew l-organizzazzjoni tal-oriġini
jridu jakkumpanjaw l-annimali u l-prodotti lejn id-destinazzjoni
tagħhom."; (5) L-Artikolu 4 huwa emendat kif
ġej: (a) Fil-il-punt (a)
tal-paragrafu 1, jitħassar il-kliem "jew
żootekniċi"; (b) Fil-paragrafu 3, jitħassar
il-kliem "jew żooteknika"; (6) Jitħassar l-Artikolu 19; (7) Fl-Anness A, jitħassar
il-Kapitolu II. Artikolu 3
Emendi għad-Direttiva
91/496/KEE Fid-Direttiva 91/496/KEE,
fl-Artikolu 12(5), jitħassar il-kliem "u
żootekniċi"; Artikolu 4
It-traspożizzjoni L-Istati Membri għandhom
idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u
d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw
ma’ din id-Direttiva sa mill-ewwel jum tat-tmintax-il xahar mid-data indikata
fl-Artikolu 5. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni
t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet. Meta l-Istati Membri jadottaw dawk
id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din
id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza waqt il-pubblikazzjoni
uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif
għandha ssir din ir-referenza. Artikolu 5
Id-dħul fis-seħħ Din id-Direttiva għandha tidħol
fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Artikolu 6
Indirizzati Din
id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri f’konformità mat-Trattati. Magħmul fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President [1] ĠU C […], [jj/xx/ssss], p. […] [2] ĠU C […], [jj/xx/ssss], p. […] [3] ĠU C […], [jj/xx/ssss], p. […] [4] ĠU L 382, 31.12.1988, p. 36. [5] ĠU L 153, 6.6.1989, p. 30. [6] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 55. [7] ĠU L 85, 5.4.1991, p. 37. [8] ĠU L 178, 12.7.1994, p. 66. [9] ĠU L 323, 10.12.2009, p. 1. [10] ĠU L 351, 21.12.1989, p. 34. [11] ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. [12] ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56. [13] ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9. [14] COM (2013) 265. [15] ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. [16] COM (2014) 5. [17] ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.