This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52007PC0587
Proposal for a Council Directive on the structure and rates of excise duty applied to manufactured tobacco (Codified version)
Proposta għal direttiva tal- Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (Verżjoni kkodifikata)
Proposta għal direttiva tal- Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (Verżjoni kkodifikata)
/* KUMM/2007/0587 finali - CNS 2007/0206 */
Proposta għal direttiva tal- Kunsill dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (Verżjoni kkodifikata) /* KUMM/2007/0587 finali - CNS 2007/0206 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 11.10.2007 KUMM(2007) 587 finali 2007/0206 (CNS) Proposta għal DIRETTIVA TAL- KUNSILL dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (Verżjoni kkodifikata) (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA ’ SPJEGAZZJONI 1. Fl-isfond ta’ Ewropa għall-poplu, il-Kummissjoni tisħaq li tissimplifika u tiċċara il-liġi tal-Komunità sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli liċ-ċittadin komuni u b’hekk toffrilu aktar opportunitajiet u ċ-ċans li juża d-drittijiet speċifiċi li tagħtih. Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi b’mod sostanzjali, jibqgħu imferxin bejn l-att oriġinali u atti segwenti li jemendaw l-oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ riċerka mdaqqsa li tqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r-regoli preżenti. Għalhekk hu essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tal-Komunità tkun ċara u trasparenti. 2. Għalhekk fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att leġislattiv għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u tenfasizza li din hi kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anke wara inqas emendi biex jiżguraw li r-regoli tal-Komunità huma ċari u jinftiehmu malajr. 3. Il-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992) ikkonfermaw dan[2], waqt li saħqu l-importanza tal- kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza għal-liġi applikabbli. Il-kodifikazzjoni għandha sseħħ skond il-proċedura normali leġislattiva tal-Komunità. Għalkemm l-ebda bidla sostanzjali ma tista ssir lill-atti li jiġu kkodifikati , il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu permezz ta’ ftehim interistituzzjonali ta’ l-20 ta’ Diċembru 1994 li jistgħu jużaw proċedura mgħaġġla għall-adozzjoni bikrija ta’ atti ta’ kodifikazzjoni. 4. L-għan ta’ din il-proposta hu li sseħħ il-kodifikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti, id-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar it-tqarrib tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti u d-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat[3]. Id-Direttiva l-ġdida tissupera lill-atti varji inkorporati fiha[4]; din il-proposta żżomm il-kontenut kollu ta’ l-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kull ma tagħmel hu li tgħaqqadhom bl-emendi formali biss kif meħtieġ mill-eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu. 5. Il-proposta tal- kodifikazzjoni nħasbet a bażi ta’ konsolidazzjoni preliminarja fl-ilsna kollha uffiċjali tad-Direttiva 92/79/KEE, Direttiva 92/80/KEE, Direttiva 95/59/KE u ta’ l-atti li jemendawha, magħmula mill-Uffiċċju għall-Pubblikazzjonijiet Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ data . Fejn l-artikoli ngħataw numri ġodda, il-korrelazzjoni bejn in-numri ġodda u qodma tidher fit-tabella misjuba fl-Anness II tad-Direttiva kkodifikata. 2007/0206 (CNS) Proposta għal ê 92/79/KEE, 92/80/KEE, 95/59/KE (adattat) DIRETTIVA TAL- KUNSILL dwar Ö l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat Õ IL- KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 93 Õ tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[5], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[6], Billi: ê (1) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti[7], id-Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar it-tqarrib tat-taxxi fuq it-tabakk fabbrikat li mhux sigaretti[8] u d-Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE tas-27 ta’ Novembru 1995 dwar taxxi li mhumiex taxxi fuq il-qliegħ li jaffettwaw il-konsum ta’ tabakk manifatturat[9] ġew emendati kemm-il darba[10] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmijin Direttivi għandhom jiġu kkodifikati billi jinġabru f’att wieħed. ê 95/59/KE premessa 2 (2) L-għan tat-Trattat huwa li jimmantjeni unjoni ekonomika fejn hemm kompetizzjoni attiva u li l-karatteristiċi tagħha huma simili ta’ dawk ta’ suq domestiku. Fejn jidħol tabakk manifatturat, l-intenzjoni wara dan il-għan huwa biex l-applikazzjoni fl-Istati Membri tat-taxxi li jaffettwaw il-konsum ta’ prodotti f’dan is-settur ma toħloqx distorsjoni fil-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni u ma tfixkilx il-moviment liberu fi ħdan il-Komunità. ê 95/59/KE premessa 3 (3) Safejn dazji tas-sisa huma ikkonċernati,l-armoniżżazzjoni ta’ l-istrutturi għandha, b’mod partikolari, tirriżulta f’kompetizzjoni f’kategoriji differenti ta’ tabakk manifatturat taħt l-istess grupp u ma tinħoloqx distorsjoni bl-effetti ta’ l-imposizzjoni tat-taxxa u, konsegwentament, fil-ftuħ tas-swieq nazzjonali ta’ l-Istati Membri. ê 95/59/KE premessa 8 u 9 (adattat) (4) Hemm diversi tipi ta’ tabakk manifatturat, distinti bil-karatteristiċi tagħhom u mill-mod kif jiġu wżati. Dawn it-tipi differenti ta’ tabakk manifatturat Ö ghandhom jiġu definiti Õ. ê 95/59/KE premessa 14 (5) Rollijiet ta’ tabakk li jistgħu jitpejpu kif inhuma wara sempliċiment immaniġġar għandhom ikunu meqjusa bħala sigaretti għall-iskop ta’ taxxa uniformi ta’ dawn il-prodotti. ê 95/59/KE premessa 11 (6) Hemm bżonn li ssir distinzjoni bejn tabakk imqatta’ fin biex jiġu rrumblati s-sigaretti u tip ieħor ta’ tabakk li jiġi wżat għat-tipjip. ê 95/59/KE premessa 12 (7) Manifattur għandu bżonn jigi definit bħala persuna naturali jew legali li fil-fatt jipprepara il-prodotti tat-tabakk u jistabbilixxi l-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għall-kull Stat Membru għall-min il-prodotti involuti ser ikunu rilaxxati għall-konsum. ê 95/59/KE premessa 4 (8) L-istruttura tat-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti ghandha tinkludi, flimkien ma’ komponent kalkolat fuq kull unit tal-prodott, komponent proporzjonali ibbażat fuq il-prezz ta’ bejgħ bl-imnut, li jinkludi it-taxxi kollha. It-taxxa fuq il-bejgħ tas-sigaretti għandha l-istess effett ta’ sisa proporzjonali u dan il-fatt għandu jiġi kkunsidrat meta r-rata bejn komponenti speċifiċi tat-dazju tas-sisa u t-taxxa tiġi stabbilita. ê 92/80/KEE premessa 4 (9) Għandha tiġi stabbilita inċidenza armoniżżata ta’ taxxa għall-prodotti kollha li jiffurmaw parti mill-istess grupp ta’ tabakk fabbrikat. ê 92/80/KEE premessa 5 (10) L-iffissar ta’ dazju tas-sisa minima totali imfissra bħala persentaġġ, bħala ammont għal kull kilogramm jew għal numru stabilit ta’ oġġetti huwa l-aktar xieraq biex jintlaħaq is-suq intern. ê 2002/10/KE premessa 6 (adattat) u 95/59/KE premessa 10 (adattat) (11) Konverġenza akbar bejn ir-rati tat-taxxa applikati fl-Istati Membri tista’ tgħin biex jonqsu l-frodi u l-kuntrabandu fil-Komunità. L-introduzzjoni ta’ ammont fiss minimu espress fl-euro, flimkien ma’ l-inċidenza minima ta’ sisa ta’ 57 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut ta’ sigarretti fil-kategorija ta’ prezz fejn hemm l-akbar domanda, għandu jassigura li livell minimu tad-dazji tas-sisa ikun impost fuq din ix-xorta ta’ sigarretti. Għal raġunijiet ekonomiċi, għandhom jiġu pprovduti Ö derogi Õ temporanji Ö mill-introduzzjoni tat-tali ammont fiss Õ għal ċerti Stati Membri. ê 92/79/KEE premessa 5 (12) Ir-Repubblika Portugiża għandha tiġi mogħtija l-possibilta ta’ rata mnaqqsa għal sigaretti magħmula minn produtturi li jaħdmu fuq skala żgħira u kkonsmati fir-reġjunijiet l-iżjed imbiegħeda ta’ l-Ażores u tal-Madeira. ê 2002/10/KE premessa 7 (13) It-Trattat jitlob li d-definizzjoni u l-implimentazzjoni tat-tattiċi politiċi u l-attivitajiet kollha tal-Komunità jassiguraw livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa umana. Is-sigarretti u t-tabakk ta’ qatgħa fina għall-irrumblar tas-sigarretti it-tnejn li huma jagħmlu ħsara għas-saħħa tal-konsumaturi. Il-livell ta’ tassazzjoni huwa fattur kbir fil-prezz tal-prodotti tat-tabakk, li minn naħa tiegħu jinfluwenza d-drawwiet ta’ tipjip tal-konsumaturi. Għalhekk, jeħtieġ li gradwalment ir-rati minimi għat-tabakk maqtugħ fin jinġiebu eqreb għar-rata minima applikabbli għas-sigarretti. ê 95/59/KE premessa 7 (14) Il-bżonnijiet imperattivi ta’ kompetizzjoni jimplikaw sistema ta’ prezzijiet iffurmati liberament għall-gruppijiet kollha ta’ tabakk manifatturat. ê 95/59/KE premessa 13 (15) Il-maġġoranza ta’ l-Istati Membri jipprovdu eżenzjonijiet mid-dazji tas-sisa jew iroddu lura sisa fir-rispett ta’ ċertu tipi ta’ tabakk manifatturat jiddependi mill-użu li jsir minnhom u l-eżenzjonijiet u r-radd lura ta’ flus għall-użu partikolari għandhom bżonn jiġu speċifikati f’din id-Direttiva. ê 92/80/KEE premessa 7 (16) Għandha tiddaħħal proċedura biex ir-rati jew l-ammonti stabbiliti f’din id-Direttiva jkunu jistgħu jiġu riveduti kull tant żmien fuq il-bażi ta’ rapport tal-Kummissjoni li jieħu in konsiderazzjoni l-fatturi kollha xierqa. ê (17) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għall-obbligazzjonijiet ta’ l-Istati Membri dwar il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi mniżżla fl-Anness I, Parti B, ê 95/59/KE (adattat) ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: Kapitolu 1 Suġġett Artikolu 1 Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipji ġenerali għall-armonizzazzjoni Ö ta’ Õ l-istruttura Ö u r-rati Õ tad-dazju tas-sisa li l-Istati Membri Ö jimponu fuq it-tabakk manifatturat Õ. Kapitolu 2 Definizzjonijiet ê 95/59/KE Art. 2(1) (adattat) Artikolu 2 1. Ö Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva Õ tabakk manifatturat Ö għandu jfisser Õ: (a) sigaretti; (b) sigarri u sigarillos; (ċ) tabakk għat-tipjip: i) tabakk mqatta’ għall-irrumblar tas-sigaretti, ii) tabakk ieħor għat-tipjip. ê 95/59/KE Art. 7(2) (adattat) 2. Prodotti magħmula kolla kemm huma jew in parti minn sostanzi li mhux tabakk iżda li xorta jaqgħu taħt il-kriterja stipulati fl-Artikoli 3 jew l-Artikolu 5 Ö (1) Õ għandhom ikunu meqjusa bħala sigaretti jew tabakk għat-tipjip. Minkejja l- Ö ewwel subparagrafu Õ, prodotti li m’għandhomx Ö tabakk u li jintużaw esklussivament għall-skop mediku Õ m’għandhomx jiġu meqjusa bħala tabakk manifatturat. ê 95/59/KE Art. 2(3) 3. Minkejja dispożizzjonijiet eżistenti tal-Komunità, id-definizzjonijiet msemmija f’paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikoli 3, 4 u 5 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-għażla tas-sistema u l-livell ta’ tassazzjoni li għandhom japplikaw għall-gruppi differenti ta’ prodotti msemmija f’dawn l-Artikoli. ê 95/59/KE Art. 4 (adattat) Artikolu 3 1. Ö Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva Õ sigaretti Ö għandhom ifissru Õ: (a) rollijiet ta’ tabakk li jistgħu jitpejpu kif inhuma u li mhumiex sigarri jew sigarillos fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(1); (b) rollijiet ta’ tabakk li, b’sempliċi maniġġjar mhux industrijali, huma mdaħħla f’tubu tal-karti; (c) rollijiet ta’ tabakk li, b’sempliċi maniġġjar mhux industrijali, huma mgeżwra f’karti tas-sigaretti. 2. Roll ta’ tabakk msemmi fil-paragrafu 1 għandu, għall-iskop tad-dazju tas-sisa, jiġu kkunsidrati bħala żewġ sigaretti billi, meta teskludi filter jew il-biċċa tal-ħalq, huma itwal minn 9 cm iżda mhux itwal minn 18 cm, bħala tliet sigaretti billi, meta teskludi l- filter jew il-biċċa tal-ħalq, huwa itwal minn 18 cm iżda mhux itwal minn 27 cm, u hekk sat-tmiem. ê 95/59/KE Art. 3 (adattat) Artikolu 4 1. Ö Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva Õ s-sostanzi li ġejjin għandhom ikunu meqjusa bħala sigarri jew cigarillos , jekk jistgħu jintużaw għat-tipjip kif inhuma; (a) rollijiet ta’ tabakk magħmula kollha minn tabakk naturali; (b) rollijiet ta’ tabakk b’karta ta’ tgeżwir magħmula minn tabakk naturali; ê 2002/10/KE Art. 3 pt. 1 (c) rombli tat-tabakk b’materjal li jimla taħlit midrus u b’għata ta’ barra ta’ lewn normali ta’ sigarru li jgħatti l-prodott kompletament, inkluż fejn xieraq il-filtru imma mhux fil-każ ta’ sigarri bit-tarf irqiq, it-tarf, u l-qoxra, li t-tnejn kemm huma jsiru minn tabakk rikostitwit, fejn il-piż ta’ kull unità, eskluż il-filtru jew il-biċċa li titqiegħed fil-ħalq, hija ta’ mhux inqas minn 1,2 g u fejn l-għata tkun mwaħħla f’għamla spirali b’angolu akut ta’ għallinqas 30° mal-fus lonġitudinali tas-sigarru; (d) rombli tat-tabakk b’materjal li jimla taħlit midrus u b’ għata ta’ barra b’lewn normali ta’ sigarru, ta’ tabakk rikostitwit, li jgħatti l-prodott kollu, inkluż fejn xieraq il-filtru imma mhux fil-każ ta’ sigarri bit-tarf irqiq, it-tarf, fejn il-piż ta’ kull unità, eskluż il-filtru jew il-biċċa li titqiegħed fil-ħalq, hu ta’ mhux inqas minn 2,3 g u ċ-ċirkonferenza għallinqas aktar minn terz tat-tul tkun mhux inqas minn 34 mm. ê 95/59/KE Art. 7(1) 2. Prodotti li partijiet minnhom jikkonsistu f’sostanzi li mhux tabakk, iżda li xorta jaqgħu taħt il-kriterja stipulati fil-paragrafu 1 għandhom ikunu meqjusa bħala sigarri jew sigarillos ġaladarba jkollhom rispettivament: (a) karta tat-tgeżwir ta’ tabakk naturali, (b) karta tat-tgeżwir jew bajnder tat-tabakk, it-tnejn ta’ tabakk rikostitwit, (ċ) karta tat-tgeżwir ta’ tabakk rikostitwit. ê 95/59/KE Art. 5 (adattat) Artikolu 5 1. Ö Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva Õ tabakk għat-tipjip Ö ifisser Õ: (a) tabakk li gie mqatta’ jew maqsum, mdawwar jew pressat f’forma ta’ kaxxi u jistgħu jintużaw għat-tipjip mingħar proċess industrijali aktar ‘il quddiem; (b) fdal tat-tabakk għall-bejgħ bl-imnut li ma jaqawx taħt l-Artikoli 3 u 4 u li ma jistgħux jintużaw għat-tipjip. ê 95/59/KE Art. 6 (adattat) 2. Tabakk għat-tipjip fejn aktar minn 25 % tal-piż tal-biċċiet żgħar tat-tabakk għandhom wisgħa maqsum ta’ anqas minn millimetru għandu jiġi meqjus bħala tabakk mqatta’ fin għall-irrumblar tas-sigaretti. Stati Membri jistgħu Ö wkoll Õ iqisu bħala tabakk għat-tipjip fejn aktar minn 25 % tal-piż tal-Ö biċċiet Õ ta’ tabakk li għandhom wisgħa maqsum ta’ aktar minn millimetru u li kien mibjugħ jew intenzjonat biex jinbiegħ għall-irrumblar tas-sigaretti biex ikun tabakk imqatta’ fin għall-irrumblar tas-sigaretti. ê 95/59/KE Art. 9(1) l-ewwel subparagrafu Artikolu 6 Persuna naturali jew legali stabblita fil-Komunità li tikkonverti it-tabakk f’prodotti manifatturati lesti għall-bejgħ bl-imnut għandu jiġi meqjus bħala manifattur. Kapitolu 3 Dispożizzjonijiet applikabli għas-sigaretti ê 92/79/KEE Art. 1 (adattat) Artikolu 7 1. L-Istati Membri għandhom japplikaw lis-sigaretti it-taxxi minimi tal-konsum skond ir-regoli li hemm previsti f’dan il-Kapitolu . 2. Il-paragrafu 1 għandhu jgħodd għat-taxxi li, skond dan il-Kapitolu, jiġu Ö imposti fuq sigaretti u Õ li jikkonsistu: (a) Ö f’dazju tas- sisa Õ speċifika għal kull unita tal-prodott; (b) Ö f’dazju tas-sisa Õ proporzjonata kkalolata fuq il-bażi tal-prezz Ö massimu ta' bejgħ bl-imnut; Õ (c) f’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) proporzjonali għall-prezz ta’ Ö bejgħ bl-imnut Õ. ê 95/59/KE Art. 8 Artikolu 8 1. Sigaretti manifatturati fil-Komunità u dawk impurtati minn pajjiżi terzi għandhom ikunu soġġetti għal dazju tas-sisa proporzjonali kalkolata fuq il-prezz massimu ta’ bejgħ bl-imnut, inkluż id-dazju u anke għal dazju tas-sisa speċifika kalkolata fuq kull unit tal-prodott. ê 95/59/KE Art. 16(4) Minkejja l-ewwel subparagrafu, kull Stat Membru jista’ jeskludi d-dazju mill-kalkolazzjonijiet tad-dazju tas-sisa proporzjonali fuq is-sigaretti. ê 95/59/KE Art. 8 2. Ir-rata tad-dazju tas-sisa proporzjonali u l-ammont tad-dazju tas-sisa speċifika għandha tkun l-istess għas-sigaretti kollha. 3. Fl-istat finali ta’ l-armonizzazzjoni ta’ l-istrutturi, l-istess rata għandha tiġi stabbilita għas-sigaretti f’kull Stat Membru bejn id-dazju tas-sisa speċifika u s-somma tad-dazju-tas-sisa proporzjonali u t-taxxa fuq il-bejgħ, b’tali mod li d-differenza fil-prezzijiet tal-bejgħ bl-imnut tirrifletti d-differenza tat-tqassim tal-prezzijiet tal-manifattur. ê 2002/10/KE Art. 1 pt. 1 (adattat) Artikolu 9 1. Kull Stat Membru għandu japplika dazju i tas-sisa minima totali Ö li tikkomprendi Õ dazju speċifiku u dazju ad valorem eskluża l-VAT, li l-inċidenza tagħha għandha tkun ta’ 57 % tal-prezz bl-imnut bit-taxxi kollha inklużi. Ö Id-dazju tas-sisa minima totali Õ ma għandiex tkun inqas minn EUR 64 għal kull 1 000 sigarrett għas-sigarretti fil-kategorija tal-prezz fejn hemm l-akbar domanda. 2. L-Istati Membri li jimponu dazju tas-sisa minima totali ta’ għallinqas EUR 101 kull 1 000 sigarrett għas-sigarretti fil-kategorija tal-prezz fejn hemm l-akbar domanda jistgħu ma jikkonformawx mal-kondizzjoni ta’ inċidenza minima ta’ 57 %. 3. Id-dazju tas-sisa minima totali fuq is-sigarretti għandha tkun iddeterminata fuq il-bażi ta’ sigarretti fil-kategorija tal-prezz fejn hemm l-akbar domanda skond data stabbiliti kull l-1 ta’ Jannar ta’ kull sena. ê 1999/81/KE Art. 1 pt. 1 Artikolu 10 1. Meta sseħħ bidla fil-prezz tal-bejgħ bl-imnut ta ’ sigaretti fil-kategorija ta’ prezzijiet l-iżjed popolari ssir fi Stat Membru, u b’hekk iġġib l-inċidenza tad-dazju tas-sisa minima totali taħt il-livell speċifikat fl-Artikolu 9(1), l-Istat Membru in kwistjoni jista’ iżomm milli jaġġusta l-inċidenza tad-dazju tas-sisa minima totali sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha tkun saret il-bidla. 2. Meta l-Istat Membru jżid ir-rata ta’ VAT fuq is-sigaretti, dan jista jnaqqas l-inċidenza tad-dazju tas-sisa minima totali s’ammont li, imfisser bħala persentaġġ tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, hu ugwali għall-inċidenza taż-żieda fir-rata ta’ VAT , imfisser ukoll bħala persentaġġ tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, anki jekk aġġustament bhal dan għandu l-effett li jnaqqas l-inċidenza tad-dazju tas-sisa minima totali għal inqas mill-livell stipulat fl-Artikoku 9. 3. Jekk, skond il-paragrafu 2, l-Istat Membru jnaqqas l-inċidenza tas-sisa minima totali għal livell iktar baxx minn dak stipulat fl-Artikolu 9(1), dan għandu jżid dik l-inċidenza sabiex jilħaq mill-anqas dak il-livell mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena wara dik li fiha jkun sar it-tnaqqis. ê 95/59/KE Art. 16 Artikolu 11 1. L-ammont ta’ dazju tas-sisa speċifika fuq is-sigaretti għandu jiġi stabbilit b’referenza għas-sigaretti fl-aktar kategorija tal-prezzijiet popolari skond l-informazzjoni disponibbli fl-1 ta’ Jannar ta’ kull sena. 2. Il-komponent ta’ dazju tas-sisa speċifika ma jistax ikun anqas minn 5 % jew aktar minn 55 % ta’ l-ammont globali tal-piż ta’ dazju,li jirriżulta mill-aggregazzjoni tat-dazju tas-sisa proporzjonali, id-dazju tas-sisa speċifika u t-taxxa fuq il-bejgħ imposta fuq dawn is-sigaretti. ê 1999/81/KE Art. 3 pt. 2(a) 3. B’deroga mill-paragrafu 2, fejn bidla fil-prezz tal-bejgħ bl-imnut tas-sigaretti fil-kategorija ta’ prezz l-iżjed popolari tinsab fi Stat Membru, b’hekk iġġib il-komponent speċifiku tad-dazju tas-sisa, imfisser bhala persentaġġ tal-piż totali tad-dazju, taħt il-5 % jew fuq il-55 % tal-piż totali tat-taxxa, l-Istat Membru in kwistjoni jista jżomm ruħu milli jaġġusta l-ammont tad-dazju tas-sisa speċifika sa mhux iżjed tard mill-1 ta’ Jannar tat-tieni sena li tiġi wara dik li fiha tkun saret il-bidla. ê 95/59/KE è1 1999/81/KE Art. 3 pt. 2(b) 4. è1 Jekk id-dazju tas-sisa imposta' çfuq il-kategorija ta’ prezzijiet msemmija fil-paragrafu 1 tkun emendata, l-ammont ta’ dazju tas-sisa speċifika għandu jiġi stabbilit b’referenza għall-piż globali ġdid ta’ taxxa fuq is-sigaretti msemmi fil-paragrafu 1. ê 2002/10/KE Art. 3 pt. 2 5. L-Istati Membri jistgħu jimponu dazju minima tas-sisa fuq sigarretti mibjugħa bi prezz aktar baxx mill-prezz bl-imnut għas-sigarretti fil-kategorija tal-prezz fejn hemm l-akbar domanda, sakemm din id-dazju tas-sisa ma teċċedix l-ammont tad-dazju tas-sisa imposta fuq is-sigarretti fil-kategorija tal-prezz fejn hemm l-akbar domanda. ê 92/79/KEE Art. 3 Artikolu 12 1. Ir-Repubblika Portugiża tista tapplika rata mnaqqsa ta’ sa 50 % inqas minn dik stipulata fl-Artikolu 9 lill sigaretti kkonsmati fir-reġjunijiet l-iżjed imwarrba tal-Ażores u tal-Madeira, magħmula minn fabbrikanti li jaħdmu fuq skala żgħira li l-produzzjoni annwali tagħhom ma teċċedix il 500 tunellata. ê 2003/117/KE Art. 1 2. B’deroga mill-Artikolu 9, mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2009, ir-Repubblika Franċiża tista tibqa tapplika rata mnaqqsa tad-dazju tas-sisa fuq is-sigaretti rilaxxati għall-konsum f’Korsika. Din ir-rata għandha tkun tapplika biss għal kwota annwali ta’ 1200 tunnellata. Mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2007 ir-rata mnaqqsa għandha tkun egwali għal mill-anqas 35 % tal-prezz tas-sigarretti fil-kategorija tal-prezz l-aktar mitlub f’Korsika. Mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2009 ir-rata mnaqqsa għandha tkun egwali għal mill-anqas 44 % tal-prezz tas-sigarretti fil-kategorija tal-prezz l-aktar mitlub f’Korsika Kapitolu 4 Dispożizzjonijiet applikabli għat-tabakk manifatturat minbarra s-sigaretti ê 92/80/KEE Art. 1 Artikolu 13 Il-gruppi li ġejjin ta ’ tabakk fabbrikat prodotti fil-Komunità w impurtati minn pajjiżi terzi jaqgħu taħt, f’kull wieħed mill-Istati Membri, dazju tas-sisa minima skond kif stabbilita fl-Artikolu 14: (a) sigarri w sigarillos; (b) tabakk maqtugħ fin maħsub għat-tgerbib tas-sigarretti; (c) tabakki oħra għat-tipjip. ê 92/80/KEE Art. 3 Artikolu 14 ê 1999/81/KE Art. 2 pt. 1(a) 1. L-Istati Membri għandhom japplikaw dazju tas-sisa li tista tkun: (a) jew dazju ad valorem ikkalkulata fuq il-bażi tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut ta’ kull prodott, stabbilit b’mod liberu mill-produtturi stabbiliti fil-Komunità u minn importaturi minn pajjiżi terzi skond l-Artikolu 15, (b) jew dazju speċifiku mfisser bħala ammont għal kull kilogramma jew fil-każ ta’ sigarri u sigarri żgħar alternattivament għal numru mogħti ta’ oġġetti, (c) jew taħlita tat-tnejn, li tgħaqqad element ad valorem u element speċifiku. Fil-każijiet fejn id-dazju tas-sisa tkun jew ad valorem jew imħallta, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont minimu ta’ dazju tas-sisa. 2. Id-dazju tas-sisa totali mfissra bħala persentaġġ, bħala ammont għal kull kilogramma jew għal numru mogħti ta’ oġġetti għandha tkun mill-anqas ekwivalenti għar-rati jew għall-ammonti minimi stipulati għal: ê 2002/10/KE Art. 2 pt. 1 (a) fil-każ ta’ sigarri jew cigarillos: 5 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha jew EUR 11 għal kull 1 000 wieħed jew għal kull kilogramm; (b) fil-każ ta’ tabakk mqatta’ fin għat-tipjip maħsub biex ikun irrumblat f’sigarretti: 36 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha, jew EUR 32 għal kull kilogramm; (ċ) fil-każ ta’ tabakk ieħor għat-tipjip: 20 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut li jinkludi t-taxxi kollha, jew EUR 20 għal kull kilogramm. ê 92/80/KEE Art. 3(2) 3. Ir-rati jew l-ammonti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu effettivi għall-prodotti kollha li jiffurmaw parti mill-grupp tat-tabakki fabbrikati in kwsitjoni, mingħajr distinzjoni f’kull grupp għal dak li hija kwalità, dehra, oriġini tal-prodotti, il-materjali wżati, il-karatteristiċi tad-ditti involuti jew kull kriterju ieħor. ê 2003/117/KE Art. 2 4. B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2009, ir-Repubblika Franċiża tista tibqa tapplika rata mnaqqsa ta’ dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat apparti minn sigaretti rilaxxat għall-konsum f’Korsika. Ir-rata mnaqqsa għandha tkun: (a) għas-sigarri u s-sigarrilli, mill-anqas 10 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha, kif imponuta f’Korsika; (b) għal tabakk maqtugħ fil-fin intiż għall-irrumblar tas-sigaretti, mill-anqas 25 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha, kif imponuti f’Korsika; (ċ) għat-tabakk l-ieħor tat-tipjip, mill-anqas 22 % tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut, inklużi t-taxxi kollha, kif imponuti f’Korsika. ê 95/59/KE Art. 9 Kapitolu 5 Rilaxx għall-kunsum ta’ tabakk manifatturat Artikolu 15 1. Manifatturi,jew, fejn xieraq, ir-rappreżentanti jew aġenti awtorizzati tagħhom fil-Komunità u importaturi tat-tabakk minn pajjiżi terzi għandhom ikunu liberi li jistabbilixxu l-prezz massimu tal-bejgħ bl-imnut għal kull prodott tagħhom għal kull Stat Membru fejn dawn il-prodotti jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum. L-ewwel subparagrafu ma jistax, madankollu,ifixkel l-implementazzjoni tas-sistemi ta’ leġislazzjoni nazzjonali dwar il-kontroll tal-livell tal-prezzijiet jew l-osservanza ta’ prezzijiet imposti, sakemm dawn ikunu kompatibbli mal-leġislazzjoni tal-Komunità. 2. Biex jiffaċilitaw l-ħlas tad-dazju tas-sisa, l-Istati Membri jistgħu, għal kull grupp ta’ tabakk manifatturat, jistabbilixxu skala ta’ prezzijiet ta’ bejgħ bl-imnut bil-kondizzjoni li kull skala għandha skop suffiċjenti u varjetà biex tikkorrispondi mal-varjetà ta’ prodotti tal-Komunità. Kull skala għandha tkun valida għall-prodotti kollha li jappartjenu lill-grupp ta’ tabakk manifatturat li jikkonċernaw, mingħajr distinzjoni fuq il-bażi ta’ kwalità, preżentazzjoni, l-oriġini tal-prodott jew tal-materjal użat, il-karatteristiċi ta’ l-intrapriżi jew ta’ kwalunkwe kriterju ieħor. ê 95/59/KE Art. 10 (adattat) Artikolu 16 1. Ir-regoli biex tinġabar id-dazju tas-sisa għandha tkun armonizzata sa mhux aktar tard mill-istadju finali Ö ta’ l-armonizzazzjoni tad-dazju tas-sisa Õ. Waqt l-istadji preċedenti d-dazju tas-sisa għandha, fil-prinċipju, tinġabar permezz ta’ bolol ta’ taxxa. Jekk jiġbru id-dazju tas-sisa permezz ta’ bolol ta’ taxxa, l-Istati Membri jkunu obbligati li jagħmlu dawn il-bolol disponibbli lill-manifatturi u negozjanti fi Stati Membri oħra. Jekk jiġbru id-dazju tas-sisa b’mezzi oħra, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-ebda ostaklu, la amministrattiv u lanqas tekniku, ma jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fuq dawk il-merti. 2. Impurtaturi Ö tal-Komunità Õ u manifatturi Ö tal-Komunità Õ ta’ tabakk manifatturat għandhom ikunu soġġetti għas-sistema stipulata fil-paragrafu 1 fir-rigward ir-regoli dettaljati biex tiġi stabbilita u titħallas id-dazju tas-sisa. ê 95/59/KE Art. 11 Artikolu 17 Is-sostanzi li ġejjin jistgħu jiġu eżentati mi d-dazju tas-sisa jew dazju tas-sisa diġa mħallsa fuqhom tista’ tingħata lura: (a) tabakk denaturat manifatturat użat għal skopijiet industrijali u ħortikulturali; (b) tabakk manifatturat li huwa distrutt taħt sorvelja amministrattiva; (ċ) tabakk manifatturat li huwa unikament intenzjonat għal testijiet xjentifiċi konnessi mal-kwalità tal-prodott; (d) tabakk manifatturat li reġa’ inħadem mill-produttur. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu il-kondizzjonijiet u l-formalitajiet li għalihom huma soġġetti l-eżenzjonijiet u r-radd ta’ flus lura msemmija fuq. ê 95/59/KE Kapitolu 6 Dispożizzjonijiet finali ê 92/80/KEE Art. 5(1), 2002/10/KE Art. 1 pt. 1 (adattat) Artikolu 18 1. Il-valur tal-euro fil-muniti nazzjonali li għandu jiġi applikat għall-ammonti ta’ dazju ġenerali minimu tas-sisa għall-valur tad-dazji tas-sisa speċifiċi jiġi ffissat darba fis-sena. Ir-rati tal-kambju li għandhom jiġu applikati għandhom ikunu dawk li jkunu fis-seħħ fl-ewwel jum Ö tax-xogħol Õ ta’ Ottubru u ppubblikati fil- Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea Ö u jibdew jgħoddu Õ mill-1 ta’ Jannar tas-sena tal-kalendarju li tkun ġejja. ê 2002/10/KE Art. 1 pt. 1 (adattat) 2. B’deroga mill-paragrafu 1 , l-Istati Membri li ma jkunux adottaw l-euro għandhom ikunu awtorizzati japplikaw il-valur ta’ l-euro f’munita nazzjonali fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ Ottubru 2000 għall-konverżjoni tal-ammont ta’ EUR 101 imsemmi fil- Artikolu 9(2). Id-deroga preżenti għandha terġa’ tiġi eżaminata Ö fir-rapport li jmiss biex Õ jintbgħat mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 19. ê 92/80/KEE Art. 5(2) 3. L-Istati Membri jistgħu jżommu l-ammonti tad-dazji tas-sisa li jkunu fis-seħħ fiż-żmien ta’ l-aġġustament ta’ kull sena previst fil-paragrafu 1 jekk il-konverżjoni ta’ l-ammont tad-dazji tas-sisa mfissra f’euro jirriżultaw f’żieda ta’ anqas minn 5 % jew EUR 5, liema wieħed jkun l-ammont aktar baxx, fid-dazju tas-sisa mfissra fil-munita nazzjonali. ê 2002/10/KE Art. 1 pt. 2, 2002/10/KE Art. 2 pt. 2 (adattat) Artikolu 19 Kull erba ’ snin, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport lill-Kunsill u, fejn xieraq, proposta dwar ir-rati tad-dazju tas-sisa stabbiliti f'din id-Direttiva u l-istruttura tad-dazji tas-sisa kif definita minn l-Artikolu 11. Il-Kunsill għandu jeżamina dan ir-rapport u din il-proposta u, waqt li jaġixxi unanimament wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa. Ir-rapport mill-Kummissjoni u l-eżami mill-Kunsill għandhom iqisu l-funzjonament Ö xieraq Õ tas-suq intern, il-valur reali tal-livelli Ö u r-rati Õ tad-dazju tas-sisa fl-Artikolu 11 kalkolat biss skond l-inflazzjoni u l-għanijiet aktar wiesgħa tat-Trattat. ê 95/59/KE Art. 17 Artikolu 20 Fejn meħtieġ, il-Kunsill għandu, fuq proposta tal-Kummissjoni, jadotta dispożizzjonijiet għall-applikazzjoni ta ’ din id-Direttiva. ê 92/79/KEE Art. 5, 92/80/KEE Art. 6, 95/59/KE Art. 18 Artikolu 21 L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-testi tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-kamp kopert minn din id-Direttiva. ê 95/59/KE Art. 19 Artikolu 22 Direttiva 92/79/KEE, Direttiva 92/80/KEE u Direttiva 95/59/KE, kif emendati mill-atti imniżżla fl-Anness I, Parti A, għandhom jiġi mħassra, bla ħasara għall-obbligi ta’ l-Istati Membri relatati mal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni tad-Direttivi stabbiliti fl-Anness I, Parti C. Referenzi għad-Direttivi mħassra għandhom jiġu meqjusa bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw b’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni ddikjarata fl-Anness II. ê 95/59/KE Art. 20 Artikolu 23 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. ê 92/79/KEE Art. 6, 92/80/KEE Art. 7, 95/59/KE Art. 21 Artikolu 24 Din id-Direttiva hi Indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President [...] é ANNESS I Parti A Direttiva mħassra flimkien ma’ lista ta' l-emendi suċċessivi tagħha (imsemmi fl-Artikolu 22) Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE | (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8) | Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE | (ĠU L 211, 11.8.1999, p. 47) | Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE | (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26) | Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE | (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 49) | 2003 Att ta’ Adeżjoni | Direttiva tal-Kunsill 92/80/KEE | (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 10) | Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE | (ĠU L 211, 11.8.1999, p. 47) | Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE | (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26) | Direttiva tal-Kunsill 2003/117/KE | (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 49) | 2003 Att ta’ Adeżjoni | Direttiva tal-Kunsill 95/59/KE | (ĠU L 291, 6.12.1995, p. 40) | Direttiva tal-Kunsill 1999/81/KE | (ĠU L 211, 11.8.1999, p. 47) | Direttiva tal-Kunsill 2002/10/KE | (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26) | Parti Β Lista tal-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali u l-applikazzjoni (imsemmi fl-Artikolu 22) Direttiva | Limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni | Data ta’ applikazzjoni | 92/79/KEE | 31 ta’ Diċembru 1992 | 92/80/KEE | 31 ta’ Diċembru 1992 | 95/59/KE | - | 1999/81/KE | 1 ta’ Jannar 1999 | 1 ta’ Jannar 1999 | 2002/10/KE | 1 ta’Lulju 2002[11] | 2003/117/KE | 1 ta’ Jannar 2004 | ______________ ANNESS II TABELLA TA’ KORRELAZZJONI Direttiva 92/79/KEE | Direttiva 92/80/KEE | Direttiva 95/59/KE | Din id-Direttiva | - | - | Artikolu 1(1) u (2) | Artikolu 1 | - | - | Artikolu 1(3) | - | - | Artikolu 2 | - | - | Artikolu 2(1), frażi introduttorja | Artikolu 2(1), frażi introduttorja | - | - | Artikolu 2(1) punti (a) u (b) | Artikolu 2(1)(a) u (b) | - | - | Artikolu 2(1) punt (c), l-ewwel inċiż | Artikolu 2(1)(c)(i) | - | - | Artikolu 2(1) punt (c), it-tieni inċiż | Artikolu 2(1)(c)(ii) | - | - | Artikolu 2(1) kliem finali | - | Artikolu 2(2) | - | Artikolu 7(2) | Artikolu 2(2) | - | - | Artikolu 2(3) | Artikolu 2(3) | - | - | Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu | Artikolu 3(1) | - | - | Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu | - | - | - | Artikolu 4(2) | Artikolu 3(2) | Artikolu 3 frażi introduttorja | Artikolu 4(1) frażi introduttorja | - | - | Artikolu 3(1) | Artikolu 4(1)(a) | - | - | Artikolu 3(2) | Artikolu 4(1)(b) | - | - | Artikolu 3(3) | Artikolu 4(1)(c) | - | - | Artikolu 3(4) | Artikolu 4(1)(d) | Artikolu 7(1) frażi introduttorja | Artikolu 4(2) frażi introduttorja | - | - | Artikolu 7(1) l-ewwel inċiż | Artikolu 4(2)(a) | - | - | Artikolu 7(1) it-tieni inċiż | Artikolu 4(2)(b) | - | - | Artikolu 7(1) it-tielet inċiż | Artikolu 4(2)(c) | Artikolu 5 frażi introduttorja | Artikolu 5(1) frażi introduttorja | - | - | Artikolu 5(1) | Artikolu 5(1)(a) | - | - | Artikolu 5(2) | Artikolu 5(1)(b) | - | - | Artikolu 6 l-ewwel paragrafu | Artikolu 5(2) l-ewwel subparagrafu | - | - | Artikolu 6 it-tieni paragrafu | Artikolu 5(2) it-tieni subparagrafu | - | - | Artikolu 9(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 6 | Artikolu 1 | - | - | Artikolu 7 | - | - | Artikolu 8(1) | Artikolu 8(1) l-ewwel subparagrafu | - | - | Artikolu 16(4) | Artikolu 8(1) it-tieni subparagrafu | - | - | Artikolu 8(2) u (3) | Artikolu 8(2) u (3) | Artikolu 8(4) | - | Artikolu 2(1) l-ewwel parti ta’ l-ewwel sentenza | - | - | Artikolu 9(1) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 2(1) it-tieni parti ta’ l-ewwel sentenza | - | - | Artikolu 9(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 2(1) it-tieni sentenza | - | - | - | Artikolu 2(2) l-ewwel sentenza | - | - | Artikolu 9(2) | Artikolu 2(2) it-tieni sentenza | - | - | - | Artikolu 2(3) | - | - | Artikolu 9(3) | Artikolu 2(4) | - | - | - | Artikolu 2a | - | - | Artikolu 10 | - | - | Artikolu 16(1) u (2) | Artikolu 11(1) u (2) | - | - | Artikolu 16(2a) | Artikolu 11(3) | Artikolu 16(3) | Artikolu 11(4) | Artikolu 16(5) | Artikolu 11(5) | Artikolu 3(1) | - | - | - | Artikolu 3(2) | - | - | Artikolu 12(1) | Artikolu 3(3) | - | - | - | Artikolu 3(4) | - | - | Artikolu 12(2) | - | Artikolu 1 | - | Artikolu 13 | - | Artikolu 3(1) l-ewwel u it-tieni subparagrafu | - | Artikolu 14(1) | - | Artikolu 3(1) it-tielet subparagrafu, sentenza introduttorja | - | Artikolu 14(2) sentenza introduttorja | - | Artikolu 3(1) it-tielet subparagrafu, l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż | - | - | - | Artikolu 3(1) ir-raba’ u l-ħames subparagrafu | - | - | - | Artikolu 3(1) is-sitt subparagrafu, sentenza introduttorja | - | - | - | Artikolu 3(1) is-sitt subparagrafu, punti (a), (b) u (c) | - | Artikolu 14(2)(a), (b) u (c) | - | Artikolu 3(1) is-seba’ subparagrafu | - | - | - | Artikolu 3(2) | - | Artikolu 14(3) | - | Artikolu 3(3) | - | - | - | Artikolu 3(4) | - | Artikolu 14(4) | - | - | Artikolu 9(1) it-tieni subparagrafu | Artikolu 15(1) l-ewwel subparagrafu | - | - | Artikolu 9(1) it-tielet subparagrafu | Artikolu 15(1) it-tieni subparagrafu | - | - | Artikolu 9(2) l-ewwel sentenza | Artikolu 15(2) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 9(2) it-tieni sentenza | Artikolu 15(2) it-tieni subparagrafu | - | - | Artikolu 10 | Artikolu 16 | - | - | Artikolu 11 | Artikolu 17 | - | - | Artikolu 12 | - | - | - | Artikolu 13 | - | - | - | Artikolu 14 | - | - | - | Artikolu 15 | - | Artikolu 2(5) | Artikolu 5(1) | - | Artikolu 18(1) | Artikolu 2(6) l-ewwel sentenza | - | - | Artikolu 18(2) l-ewwel subparagrafu | Artikolu 2(6) it-tieni sentenza | - | - | Artikolu 18(2) it-tieni subparagrafu | - | Artikolu 5(2) | - | Artikolu 18(3) | Artikolu 4 l-ewwel sentenza | Artikolu 4 l-ewwel sentenza | - | Artikolu 19 l-ewwel subparagrafu | Artikolu 4 it-tieni sentenza | Artikolu 4 it-tieni sentenza | Artikolu 19 it-tieni subparagrafu | Artikolu 4 it-tielet sentenza | Artikolu 4 it-tielet sentenza | Artikolu 19 it-tielet subparagrafu | - | - | Artikolu 17 | Artikolu 20 | Artikolu 5(1) | Artikolu 6(1) | - | - | Artikolu 5(2) | Artikolu 6(2) | Artikolu 18 | Artikolu 21 | - | - | Artikolu 19(1) | Artikolu 22 l-ewwel paragrafu | Artikolu 19(2) | Artikolu 22 it-tieni paragrafu | - | - | Artikolu 20 | Artikolu 23 | Artikolu 6 | Artikolu 7 | Artikolu 21 | Artikolu 24 | - | - | Anness I | - | - | - | Anness II | - | - | - | - | Anness I | - | - | - | Anness II | _____________ [1] COM(87) 868 PV. [2] Ara l-Anness 3 għal Parti A tal-Konklużjonijiet. [3] Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni ta’ l- Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali. [4] Ara l-Anness I, Parti A għal din il-proposta [5] ĠU C [...], [...], p. [...] . [6] ĠU C [...], [...], p. [...].. [7] ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/117/KE (ĠU L 333, 20.12.2003, p. 49). [8] ĠU L 316, 31.10.1992, p. 10. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2003/117/KE. [9] ĠU L 291, 6.12.1995, p. 40. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/10/KE (ĠU L 46, 16.2.2002, p. 26). [10] Ara l-Anness I, Parti A. [11] B’deroga mid-data imniżżla f’Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/10/KE: (a) ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tkun awtorizzata ddaħħal fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex tikkonforma ma’ l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2002/10/EC sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008; (b) ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Griega għandhom ikunu awtorizzati jdaħħlu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jikkonformaw ma’ l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2002/10/EC (dwar l-Artikolu 2(1), it-tieni sentenza, tad-Direttiva 92/79/KEE) sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2008.