This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32024D1974
Commission Implementing Decision (EU, Euratom) 2024/1974 of 12 July 2024 establishing the framework for allocating costs related to borrowing and debt management operations under the diversified funding strategy
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2024/1974 tat-12 ta’ Lulju 2024 li tistabbilixxi l-qafas għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2024/1974 tat-12 ta’ Lulju 2024 li tistabbilixxi l-qafas għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata
C/2024/1520
ĠU L, 2024/1974, 18.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1974/oj (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32022D2545 | 19/07/2024 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32024D1974R(01) | (DA, FR, HU, NL) |
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
2024/1974 |
18.7.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE, Euratom) 2024/1974
tat-12 ta’ Lulju 2024
li tistabbilixxi l-qafas għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 220a(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE, Euratom) 2022/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) introduċa l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata bħala metodu uniku ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn imwettqa mill-Kummissjoni fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 L-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati, tapplika għal programmi ta’ assistenza finanzjarja li għalihom l-atti bażiċi jkunu daħlu fis-seħħ fid-9 ta’ Novembru 2022 jew wara. |
(2) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-arranġamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. L-applikazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata teħtieġ l-adozzjoni ta’ sett ta’ regoli biex tiġi determinata l-allokazzjoni tal-kostijiet rispettivi għall-programmi ta’ assistenza finanzjarja rilevanti, li jenħtieġ li jiżguraw li l-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni li huma relatati mal-assistenza finanzjarja jiġu ddebitati lill-benefiċjarju tar-rikavati mis-self. |
(3) |
Il-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata permezz tan-NextGenerationEU (NGEU) kienet stabbilita [għall-ewwel darba] bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1095 (3). Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2022/2545 (4) estendiet dawk l-arranġamenti għall-operazzjonijiet kollha ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn imwettqa skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata skont l-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 permezz ta’ aġġustamenti mmirati għall-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet. |
(4) |
Jenħtieġ li l-obbligu li jiġu koperti l-kostijiet relatati mal-assistenza finanzjarja jibqa’ f’idejn il-benefiċjarji tal-assistenza finanzjarja, f’konformità mal-Artikolu 220(5), il-punt (e), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u f’konformità mal-prinċipji baġitarji tal-ġestjoni finanzjarja tajba u tal-ekwilibriju. Jenħtieġ li l-kostijiet kollha jiġġarrbu mill-benefiċjarji abbażi ta’ metodoloġija unika għall-allokazzjoni tal-kostijiet li tiżgura allokazzjoni trasparenti u proporzjonali tal-kostijiet. |
(5) |
Jenħtieġ li l-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet tiżgura li ma jkun hemm l-ebda sussidju inkroċjat tal-kostijiet ta’ kategorija waħda ta’ benefiċjarju minn oħra. Jenħtieġ li l-kostijiet tas-selfiet jiġu imputati bis-sħiħ lill-benefiċjarji ta’ dawk is-selfiet, minn naħa waħda, u, fejn applikabbli, il-kostijiet ta’ ammonti mhux ripagabbli lill-baġit ġenerali tal-Unjoni, min-naħa l-oħra, abbażi tal-kostijiet reali mġarrba biex jiżdied u jiġi żburżat is-sehem rispettiv tar-rikavati lill-benefiċjarji differenti. Jenħtieġ li l-metodoloġija tkopri l-kostijiet kollha mġarrba mill-Unjoni għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn, inklużi l-kostijiet amministrattivi kollha, u jenħtieġ li din tiżgura li jiġu kkalkulati kategoriji differenti ta’ kostijiet għal kull żborż. |
(6) |
Sabiex jiġi żgurat trattament ġust u ugwali bejn il-benefiċjarji, jenħtieġ li tiġi implimentata metodoloġija komuni u unifikata għall-kostijiet, applikabbli għat-tipi kollha ta’ żborżi, jiġifieri dawk imħallsa lura mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u dawk imħallsa lura mill-benefiċjarji. Il-kostijiet jenħtieġ li jiġu imputati lill-benefiċjarji abbażi tas-sehem tar-rikavati riċevuti. |
(7) |
Jenħtieġ li din il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet tiddistingwi bejn tliet kategoriji ta’ kostijiet: il-kost tal-finanzjament, il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità u l-kostijiet amministrattivi. Il-kost tal-finanzjament jirriżulta mir-rata tal-imgħax u imposti oħra li l-Kummissjoni għandha tħallas fuq l-istrumenti differenti maħruġa biex tiffinanzja l-iżborżi inkwistjoni. Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità huma l-kostijiet imġarrba b’riżultat tal-ammonti maħruġa u miżmuma temporanjament fil-kontijiet tal-likwidità bħala riżervi biex jiġu ssodisfati l-pagamenti li ġejjin. Din l-ispiża ġenerali operazzjonali kontinwa hija karatteristika essenzjali tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u jenħtieġ li tinqasam b’mod ġust mill-benefiċjarji kollha. It-tielet kategorija ta’ kostijiet hija l-kostijiet amministrattivi għaż-żamma tal-kapaċità teknika u operazzjonali biex tiġi implimentata strateġija ta’ finanzjament diversifikata, li jirriżultaw direttament b’riżultat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. |
(8) |
Jekk il-programmi ta’ assistenza finanzjarja, iffinanzjati permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, ikollhom durata u struttura differenti mill-NGEU u s-self skont ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), huwa xieraq li tkun permessa flessibbiltà addizzjonali permezz tal-emenda tal-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2022/2545 tipprevedi li l-adegwatezza tal-metodoloġija tal-ikkostjar tal-NGEU għandha tiġi rieżaminata fil-każ tal-adozzjoni ta’ programmi ġodda ta’ assistenza finanzjarja li jkollhom durata u struttura differenti. |
(9) |
Sabiex tipprovdi l-flessibbiltà mixtieqa, il-metodoloġija tal-allokazzjoni tal-kostijiet jenħtieġ li tinkludi l-kunċett ta’ kompartimenti tal-programm biex jorganizzaw u jimmonitorjaw l-allokazzjoni tal-iżborżi u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati għal kull programm. Dan jippermetti l-assenjazzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament għal karatteristiċi finanzjarji speċifiċi għall-programm, u jipprevedi ġestjoni tal-obbligazzjonijiet imfassla apposta permezz ta’ għażla kkalibrata ta’ maturitajiet. L-introduzzjoni ta’ kompartimenti tal-programm tevita s-sussidjar inkroċjat tal-ispejjeż minn programm għal ieħor. |
(10) |
Dan jenħtieġ li jkun konformi wkoll mal-qafas tas-sistema ta’ governanza stabbilit bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2023/2825 (6), li tipprevedi li l-attribuzzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament fil-programmi kollha għandha tiġi ddeterminata filwaqt li jitqiesu l-miri ta’ maturità rispettivi u r-restrizzjonijiet speċifiċi tal-programmi differenti. |
(11) |
Jenħtieġ li l-mira ta’ maturità medja u l-ammonti tentattivi tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament jiġu indikati għal kull programm permezz ta’ deċiżjonijiet dwar il-pjan ta’ finanzjament adottati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825. Il-miri stabbiliti għal kull programm, fil-limiti ġenerali stabbiliti bid-deċiżjoni annwali dwar it-teħid b’self, jipprovdu orjentazzjoni mhux vinkolanti fir-rigward tal-livelli li għandhom jintlaħqu fi tmiem il-perjodu ta’ finanzjament, jekk wieħed jassumi li l-ħtiġijiet ta’ finanzjament jibqgħu l-istess. Matul il-perjodu meta jiġi kostitwit programm jew kompartiment taż-żmien, il-maturità medja ponderata tal-istrumenti ta’ finanzjament għal kull programm tista’ tkun differenti mill-objettiv ta’ tmiem il-perjodu. Jenħtieġ li l-Kummissjoni talloka strumenti ta’ finanzjament lill-kompartimenti differenti fuq is-semestri rilevanti, filwaqt li tqis it-tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self li jifdal ippjanati fil-bqija tal-perjodu ta’ finanzjament. Meta tagħmel dan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura, bl-aħjar mod possibbli, il-kisba ekwa tal-miri ta’ maturità medja differenti għal kull programm ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, u appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 (7), matul il-perjodu kollu ta’ finanzjament. Meta teżegwixxi operazzjonijiet ta’ teħid b’self, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprijoritizza l-kisba tal-aktar termini vantaġġużi, u tqis il-kisba ekwa tal-miri ta’ maturità medja rispettivi fil-kompartimenti tal-programmi fil-livell tal-allokazzjoni bħala objettiv sekondarju. Jenħtieġ li l-Kummissjoni taġġorna u timmonitorja l-ilħuq ta’ tali miri fuq bażi regolari. |
(12) |
Jenħtieġ li jinħoloq kompartiment tal-programm mad-dħul fis-seħħ ta’ kwalunkwe programm ġdid ta’ assistenza finanzjarja li għandu jiġi ffinanzjat minn tranżazzjonijiet implimentati skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Il-kompartimenti tal-programm jenħtieġ li jkunu ddedikati għal benefiċjarju wieħed jew għal diversi benefiċjarji, skont jekk l-att bażiku ta’ programm jippermettix biss benefiċjarju wieħed jew aktar tal-assistenza finanzjarja. |
(13) |
Għal programmi li jippermettu l-għoti ta’ assistenza finanzjarja lil aktar minn benefiċjarju wieħed, l-iżborżi u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati fil-kompartiment iddedikat tal-programm jenħtieġ li jiġu kompartimentalizzati aktar f’kompartimenti taż-żmien biex jiġi żgurat li l-kost tal-finanzjament iddebitat għall-iżborż ta’ dak il-benefiċjarju jkun marbut mill-qrib mar-rati prevalenti tas-suq fiż-żmien tal-iżborż. Il-kost tal-finanzjament jiġi stabbilizzat waqt l-għeluq tal-kompartiment taż-żmien. |
(14) |
Mhuwiex meħtieġ li kompartiment tal-programm relatat ma’ programm ta’ assistenza finanzjarja mfassal biex iservi benefiċjarju wieħed jinqasam f’kompartimenti taż-żmien minħabba li l-ispejjeż kollha jakkumulaw għall-istess benefiċjarju. |
(15) |
Iż-żieda ta’ kompartimenti tal-programm taħt din id-Deċiżjoni ma għandux ikollha impatt fuq l-allokazzjoni tal-ispejjeż eżistenti għal kwalunkwe wieħed mill-programmi li għalihom diġà tapplika l-metodoloġija eżistenti tal-allokazzjoni tal-ispejjeż. Sabiex jinkiseb dan, l-iżborżi li jsiru qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, skont l-NGEU, ir-Regolament (UE) 2022/2463, u kwalunkwe programm CAM ieħor fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tagħha, kif ukoll strumenti ta’ finanzjament diġà allokati għal kompartimenti taż-żmien eżistenti skont id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2022/2545, jenħtieġ li jiġu raggruppati taħt kompartiment tal-legat tal-programm iddedikat b’kompartimenti taż-żmien. Jenħtieġ li dan il-kompartiment tal-legat tal-programm jinkludi l-kompartimenti taż-żmien kollha diġà stabbiliti għall-finanzjament ta’ dawk il-programmi kif ukoll kwalunkwe żborż futur u strumenti ta’ finanzjament relatati ma’ dawn il-programmi. Dan se jiżgura li l-attribuzzjoni tal-kostijiet imġarrba mill-Kummissjoni abbażi tal-metodoloġija ta’ allokazzjoni eżistenti tibqa’ mhux affettwata mill-approċċ il-ġdid. |
(16) |
Il-kalkolu tal-kost tal-finanzjament li jirriżulta minn tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self jenħtieġ li jiġi derivat mill-kostijiet li jirriżultaw mill-operazzjonijiet kollha ta’ teħid b’self f’kompartiment tal-programm u, fil-każ ta’ programm multibenefiċjarju, kwalunkwe kompartiment taż-żmien korrispondenti. Il-benefiċjarji tas-self jew, għad-dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 (8), jenħtieġ li l-baġit ġenerali tal-Unjoni jiġi ddebitat fuq l-istess livell meta l-kostijiet jiġu allokati lill-benefiċjarji tal-istess kompartiment. Dan il-metodu fejn il-kostijiet jiġu ddeterminati matul id-durata ta’ programm jew ta’ perjodu ta’ żmien, jevita l-arbitrarjetà abbażi ta’ “punt fiż-żmien” li tikkaratterizza l-metodu back-to-back tradizzjonali fejn il-kostijiet għal kwalunkwe benefiċjarju partikolari jkunu jirriflettu t-termini li jistgħu jinkisbu fil-jum partikolari li fih ikun sar is-self. |
(17) |
Kompartiment tal-programm jenħtieġ li jkun attiv matul il-perjodu kollu li fih isiru l-iżborżi ta’ programm iddedikat. Jenħtieġ li f’kompartiment tal-programm multibenefiċjarju, jkun hemm kompartiment taż-żmien attiv wieħed biss fi kwalunkwe ħin. Jenħtieġ li bħala regola, il-kompartimenti taż-żmien, meta stabbiliti, idumu għaddejjin għal semestru li jibda fl-1 ta’ Jannar jew fl-1 ta’ Lulju. Għall-kompartiment tal-legat tal-programm, jenħtieġ li l-ewwel perjodu ta’ żmien ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021 li jirrifletti t-twaqqit għat-tnedija tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-NGEU. Bħala regola ġenerali, l-ewwel perjodu ta’ żmien ta’ programm partikolari jenħtieġ li jinħoloq fil-perjodu li fih isir l-ewwel żborż. Kwalunkwe kompartiment taż-żmien jew kompartiment tal-programm jenħtieġ li jibqa’ attiv sakemm l-ammont ta’ finanzjament ta’ terminu twil allokat għalih ikun jaqbel mal-ammont ta’ żborżi. Madankollu, fil-każ ta’ diskrepanza fi tmiem is-semestru, jenħtieġ li perjodu ta’ żmien jibqa’ attiv sakemm l-ammont ta’ żborż u finanzjament ta’ terminu twil ikunu jaqblu. F’dak il-każ, jenħtieġ li jkun possibbli li l-iżborżi jkomplu jiġu allokati temporanjament lill-kompartiment taż-żmien attiv, filwaqt li fl-istess ħin jiġu attribwiti l-istrumenti ta’ finanzjament għall-kompartiment taż-żmien li jmiss. |
(18) |
Filwaqt li l-kost tal-finanzjament jista’ jvarja matul il-perjodu li fih kompartiment tal-programm jew, meta applikabbli, kompartiment taż-żmien, jkun attiv minħabba differenzi fil-kundizzjonijiet ta’ finanzjament lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġġestixxi l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn sabiex tiżgura li kull kompartiment tal-programm u, fejn applikabbli, kompartiment taż-żmien, jilħqu l-mira ta’ maturità rispettiva tagħhom sa grad komparabbli filwaqt li dejjem tipprijoritizza l-kisba tal-aktar termini vantaġġużi fil-programmi kollha. |
(19) |
L-istrateġija ta’ finanzjament tal-Kummissjoni tippermetti ġestjoni aħjar tar-riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax u riskji finanzjarji oħra. Filwaqt li r-rati tal-imgħax imposti fuq il-benefiċjarji tas-self huma mistennija li jkunu stabbli, jista’ jkun meħtieġ kalkolu mill-ġdid perjodiku u marġinali tar-rati meta l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil li jimmaturaw jeħtieġ li jiġu sostitwiti. Jekk ikun ġustifikat, il-Kummissjoni se tiżviluppa l-kapaċità tagħha li tuża derivattivi bħal swaps biex timmaniġġa kwalunkwe riskju taċ-ċaqliq fir-rata tal-imgħax li jifdal u toffri l-opzjoni ta’ selfiet b’rata tal-imgħax fissa lil benefiċjarju. Jenħtieġ li l-kostijiet ta’ din il-faċilità b’rata tal-imgħax fissa jiġġarrbu b’mod sħiħ u esklużiv mill-benefiċjarju li jeżerċita din l-opzjoni. |
(20) |
L-ammonti ta’ żborżi f’kompartiment tal-programm jew, fejn applikabbli, f’kompartiment taż-żmien, jenħtieġ li jkunu daqs l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil attribwiti għal dak il-kompartiment jew perjodu ta’ żmien partikolari tal-programm. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet għall-kompartimenti ta’ programmi multibenefiċjarji, l-iżborżi tar-rikavati jenħtieġ li jseħħu u jiġu attribwiti lill-istess kompartiment taż-żmien tal-ħruġ tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil użati biex jiġu ġġenerati r-rikavati. Madankollu, dewmien mhux previst fl-iżborżi jista’ jirriżulta f’sitwazzjonijiet fejn ir-rikavati tal-finanzjament ta’ terminu twil ikunu ġew iġġenerati iżda ma jkunx possibbli li dawn jiġu żborżati kif skedat inizjalment. Din il-possibbiltà jenħtieġ li titqies fl-allokazzjoni tal-iżborż lill-kompartimenti taż-żmien differenti. |
(21) |
Huwa xieraq li tiġi prevista wkoll il-possibbiltà li jiġu antiċipati, fil-kompartiment taż-żmien preċedenti, il-ħtiġijiet ta’ żborż li jinqalgħu kmieni fil-ħajja tal-kompartiment taż-żmien li jmiss. Sabiex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet bħal dawn u jiġi żgurat finanzjament b’termini vantaġġużi, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil jiġu attribwiti lill-perjodu ta’ żmien li jmiss. |
(22) |
Il-kapaċità li tiġi ġestita l-likwidità tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament permezz ta’ aċċess għal teħid b’self għal terminu qasir u ż-żamma ta’ flus għal finijiet prudenzjali hija karatteristika ċentrali u li tiddefinixxi l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Din il-ġestjoni tal-likwidità jenħtieġ li tippermetti li l-Kummissjoni tissodisfa l-ħtiġijiet kollha ta’ pagament u tadatta l-ħruġ għall-kundizzjonijiet tas-suq. Huwa xieraq li jiġu stabbiliti metodi għall-kalkolu tal-kostijiet relatati mal-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Artikoli 6 u 8 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825. Jenħtieġ li dawn jinkludu l-kostijiet li jirriżultaw mill-ħruġ ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu qasir, iż-żamma ta’ xi rikavati fuq bażi temporanja f’kont tal-likwidità sabiex tiġi żgurata l-kapaċità li jsiru l-pagamenti kollha fuq talba u l-ġestjoni tar-rata tal-imgħax u riskju finanzjarju ieħor. Jenħtieġ li l-kostijiet imġarrba b’rabta ma’ riakkwisti u/jew maż-żamma ta’ bonds proprji għall-finijiet tal-ġestjoni tal-likwidità jitqiesu wkoll bħala kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi bażi għall-kalkolu ta’ dawn il-kostijiet ta’ likwidità u l-impożizzjoni tagħhom fuq bażi ġusta u ekwa fuq il-benefiċjarji rilevanti kollha tar-rikavati matul is-sena inkwistjoni. |
(23) |
L-operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-likwidità jenħtieġ li jgħinu biex jimminimizzaw il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità li jistgħu jiġġarrbu meta jinżammu flus kontanti għal finijiet prudenzjali. Ir-redditu fuq l-investiment ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità, li jirriżulta minn tranżazzjonijiet tas-suq monetarju garantiti jew mhux garantiti, jenħtieġ li jinkludi l-imgħax ta’ kuljum fir-rigward ta’ kull tranżazzjoni u tariffa kummerċjali potenzjali jew agio/disagio. Ir-redditu fuq l-investiment ta’ dawn l-operazzjonijiet jenħtieġ li jkun is-somma tal-kostijiet tal-ħruġ u ż-żamma ta’ tali likwidità u kwalunkwe redditu fuq l-investiment ta’ tali parteċipazzjonijiet, jenħtieġ li jiġi attribwit kull tliet xhur għall-iżborżi pendenti fuq bażi pro rata. |
(24) |
Żborżi ogħla mill-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil allokati lill-kompartiment rispettiv tal-programm jew, fejn applikabbli, kompartiment taż-żmien, jew pagamenti tal-imgħax, jistgħu jirriżultaw f’defiċit ta’ likwidità ta’ dak il-kompartiment. Żborżi aktar baxxi mill-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil allokati għall-kompartiment tal-programm rispettiv jew, fejn applikabbli, għall-kompartiment taż-żmien, jew għall-pagamenti ta’ tifdija, jistgħu jirriżultaw f’surplus tal-likwidità. Il-kumpens ta’ dawn is-surpluses jew defiċits ta’ likwidità huwa rekwiżiti inevitabbli tal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Jenħtieġ li dawn il-kostijiet ma jiġġarrbux mill-kompartimenti rispettivi, iżda jenħtieġ li jiġu iżolati u ġestiti bħala parti minn spiża ġenerali distinta tal-ġestjoni tal-likwidità. Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tistabbilixxi mekkaniżmu biex jiġu separati l-kostijiet li jirriżultaw minn defiċits jew surpluses ta’ likwidità sabiex ikunu jistgħu jiġu assorbiti mill-programm ta’ finanzjament usa’ fil-forma ta’ kostijiet tal-ġestjoni ta’ likwidità. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità biex jiġi bbilanċjat kwalunkwe bilanċ ta’ flus pożittiv jew negattiv fil-kompartimenti tal-programm tal-benefiċjarju uniku jew fil-kompartimenti taż-żmien multibenefiċjarji għall-ammont totali tal-iżborżi. |
(25) |
L-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata teħtieġ l-akkwist ta’ kapaċitajiet ġodda meħtieġa biex jinkiseb l-aktar aċċess vantaġġuż għas-swieq kapitali u biex tiġi żgurata l-manutenzjoni ta’ tali infrastruttura b’mod kontinwu u effettiv. Dan jinkludi l-kostijiet meħtieġa biex jinżammu l-kontijiet tal-likwidità, biex tinkiseb il-kapaċità biex isiru rkanti għall-kambjali u l-bonds tal-UE u biex jiġu implimentati kapaċitajiet interni ġodda għall-ipproċessar tad-data. Jenħtieġ li tali kostijiet li jirriżultaw direttament mill-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tat-teħid b’self u ta’ żborż jiġu trattati bħala spejjeż ġenerali li jiddistingwu l-kostijiet relatati mal-istabbiliment u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-teħid b’self u ta’ pagament. Jenħtieġ li dawn il-kostijiet jiġu koperti mill-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi. |
(26) |
Il-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi jiġbor fih il-kostijiet amministrattivi kollha mġarrba direttament bl-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Dawn il-kostijiet għandhom jiġġarrbu bħala kostijiet tal-istabbiliment, relatati ma’ kostijiet ta’ darba għall-bini ta’ kapaċitajiet operazzjonali jew bħala kostijiet rikorrenti, li huma kostijiet inevitabbli direttament attribwibbli għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u li jseħħu maż-żmien. Filwaqt li l-kostijiet rikorrenti huma kostijiet annwali regolari ddebitati għall-iżborżi li jseħħu f’sena partikolari, jenħtieġ li l-kostijiet tal-istabbiliment ikunu tariffi ta’ darba. |
(27) |
Il-kostijiet relatati mal-istabbiliment u mal-bini tal-kapaċitajiet ta’ dawn l-operazzjonijiet ilhom jiġġarrbu mill-2021 u diġà ġew attribwiti lill-benefiċjarji tal-programmi ta’ appoġġ finanzjarju tal-NGEU, permezz ta’ spiża ġenerali speċifika għall-istabbiliment. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-benefiċjarji ta’ programmi oħra ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 ma jġarrbux kostijiet relatati ma’ dan il-bini ta’ kapaċitajiet preċedenti iżda nefqa futura relatata mal-manutenzjoni ta’ din l-infrastruttura jew l-iżvilupp ulterjuri tagħha. Is-sehem tal-kostijiet amministrattivi tal-programmi ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046, għajr l-NGEU, jenħtieġ li jiġi ddeterminat mis-sehem tal-programm fir-rikavati miġbura permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata matul is-sena li fiha jkunu ġġarrbu l-kostijiet amministrattivi rilevanti. |
(28) |
Jenħtieġ li l-kostijiet amministrattivi inklużi fil-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi jkunu limitati għal lista magħluqa ta’ kostijiet eliġibbli, li huma relatati direttament mal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. It-tariffi kuntrattwali għar-reklutaġġ ta’ konsulenti esterni huma parti mil-lista ta’ nefqa amministrattiva eliġibbli wara ftehimiet milħuqa fil-kuntest tal-Baġit Annwali għall-2023. L-estensjoni tal-lista ta’ nefqiet amministrattivi eliġibbli ġiet ikkomunikata lill-awtoritajiet tal-Istati Membri qabel l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-kost aggregat tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi jirrappreżenta sehem limitat ħafna tal-kostijiet aggregati mill-operazzjonijiet tal-istrateġija finanzjarja diversifikata. |
(29) |
Il-proċess ta’ fatturazzjoni ex post huwa mfassal biex jiżgura li l-kostijiet jiġu rkuprati fis-sena ta’ wara u sal-mument li l-kostijiet ma jibqgħux jiġu ġġenerati minn operazzjonijiet ta’ teħid b’self, ta’ ġestjoni tad-dejn u ta’ pagament skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. |
(30) |
B’mod eċċezzjonali, l-Unjoni tista’ ġġarrab il-kost tal-imgħaxijiet u l-kostijiet amministrattivi relatati mat-teħid u t-teħid b’self, bħal fil-każ tas-self ta’ assistenza finanzjarja lill-Ukrajna mogħti skont ir-Regolament (UE) 2022/2463, u r-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Skont ir-Regolament (UE) 2022/2463, ir-riżorsi meħtieġa għandhom jiġu pprovduti permezz ta’ kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament, sa fejn dawk il-kostijiet ma jkunux koperti permezz ta’ mezzi oħra. F’każ bħal dan, jenħtieġ li l-fatturazzjoni tal-kostijiet tiġi allinjata mal-fatturazzjoni tal-kostijiet fir-rigward tal-iżborżi bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094 u tiġi raggruppata kull trimestru. |
(31) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ avviż ta’ konferma dwar kull żborż, inkluż appoġġ mhux ripagabbli fis-sens tal-Artikolu 2(2), il-punti (a) u (c), tar-Regolament (UE) 2020/2094, appoġġ ripagabbli lill-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 2(2), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2020/2094, u selfiet lil Stat Membru jew pajjiż terz permezz ta’ programmi għall-assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament Finanzjarju (UE, Euratom) 2018/1046. |
(32) |
Jenħtieġ li s-self taħt l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata jiġi implimentat fuq termini finanzjarji armonizzati (profil ta’ maturità u ripagament) għal kull żborż li jappartjeni għall-istess programm ta’ assistenza, soġġett għall-kompatibbiltà tiegħu mal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata. Għal appoġġ mhux ripagabbli, jenħtieġ li l-avviż ta’ konferma jkun l-element ta’ sostenn ewlieni li jiddetermina dawn it-termini finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. L-avviż ta’ konferma għandu jiddetermina t-talba dwar il-kostijiet abbażi tat-termini finanzjarji tagħha. Jenħtieġ li dawn it-termini jinkludu d-data tal-iżborż, l-ammont tal-appoġġ finanzjarju, id-data tal-kost tal-pagamenti ta’ finanzjament u d-data tal-maturità. L-avviż ta’ konferma jikkostitwixxi l-bażi essenzjali li fuqha huwa bbażat l-ippjanar baġitarju, iċ-ċirkwiti finanzjarji u l-kontabbiltà għal appoġġ mhux ripagabbli tal-UE. |
(33) |
Jenħtieġ li l-ftehimiet ta’ self jirreferu għal din id-Deċiżjoni bħala l-metodu għall-kalkolu u l-impożizzjoni tal-ispejjeż tas-self. |
(34) |
Jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika għat-tranżazzjonijiet ta’ teħid b’self u l-iżborżi kollha permezz tal-programm NGEU, inklużi dawk li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ tagħha. |
(35) |
Minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi pprovduta assistenza finanzjarja lill-Ukrajna f’Lulju 2024, fost prijoritajiet ta’ politika oħra, taħt il-Faċilità tal-Ukrajna bl-aktar mod adegwat u vantaġġuż, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ b’urġenza. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
KAPITOLU 1
Suġġett, definizzjonijiet u regoli ġenerali
Artikolu 1
Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u prinċipju regolatorju
1. Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi metodoloġija unika u unifikata biex jiġu allokati l-kostijiet imġarrba b’riżultat tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn imwettqa permezz ta’ programmi ta’ assistenza finanzjarja fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 220a tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 u ta’ appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 (“il-programmi CAM”).
2. L-implimentazzjoni tal-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-ġustizzja u tat-trattament ugwali, billi jiġi żgurat li l-kostijiet jinfirxu abbażi tas-sehem relattiv tal-appoġġ riċevut.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ din id-Deċiżjoni, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) |
“benefiċjarju” tfisser Stat Membru jew pajjiż terz li huwa parti ta’ ftehim ta’ self permezz ta’ programm CAM, jew il-baġit ġenerali tal-Unjoni għal appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053; |
(2) |
“żborż” tfisser it-trasferiment ta’ rikavati miksuba permezz ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn biex jiġi ffinanzjat appoġġ ripagabbli jew mhux ripagabbli lil benefiċjarju; |
(3) |
“strumenti ta’ finanzjament” tfisser bonds, noti, karta kummerċjali, kambjali tal-UE jew kwalunkwe tranżazzjoni finanzjarja xierqa oħra ta’ terminu qasir u/jew twil permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata; |
(4) |
“perjodu tal-imgħax” tfisser perjodu ta’ tnax-il (12) xahar, jew perjodu ieħor bħal dan li jista’ jiġi speċifikat fl-avviż ta’ konferma, li jibda mid-data tal-iżborż jew mid-data preċedenti tal-pagament tal-imgħax; |
(5) |
“ġestjoni tal-likwidità” tfisser il-ġestjoni tal-flussi tal-flus relatati mal-istrumenti ta’ finanzjament u l-iżborżi; |
(6) |
“ftehim ta’ self” tfisser ftehim dwar appoġġ fil-forma ta’ self bejn l-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Kummissjoni u benefiċjarju taħt programm CAM; |
(7) |
“operazzjonijiet ta’ teħid b’self” tfisser operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825; |
(8) |
“operazzjonijiet tal-ġestjoni tad-dejn” tfisser operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825; |
(9) |
“operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-likwidità” tfisser operazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2(3) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825; |
(10) |
“finanzjament ta’ terminu qasir” tfisser finanzjament imsemmi fl-Artikolu 2(16) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825; |
(11) |
“finanzjament ta’ terminu twil” tfisser finanzjament imsemmi fl-Artikolu 2(10) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825; |
(12) |
“programm b’benefiċjarju uniku” tfisser programm CAM li l-att bażiku tiegħu jippermetti l-iżborż ta’ self jew għotjiet lil benefiċjarju wieħed; |
(13) |
“programm multibenefiċjarju” tfisser programm CAM li l-att bażiku tiegħu jippermetti l-iżborż ta’ self jew għotjiet lil aktar minn benefiċjarju wieħed; |
(14) |
“Programm NGEU” jew “NGEU” tfisser kwalunkwe programm iffinanzjat skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2020/2094, dment li jimplimenta l-miżuri msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dak ir-Regolament; |
(15) |
“Self mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza” (“self mill-RRF”) tfisser appoġġ fil-forma ta’ self skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10); |
(16) |
“Faċilità għall-Ukrajna” tfisser il-faċilità stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/792 biex tipprovdi appoġġ lill-Ukrajna għall-perjodu mill-2024 sal-2027. |
(17) |
“AMF +” tfisser l-istrument stabbilit bir-Regolament (UE) 2022/2463 għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023. |
Artikolu 3
Tipi ta’ kostijiet
Għandhom jiġu stabbiliti l-kategoriji ta’ kostijiet li ġejjin:
(a) |
il-kost tal-finanzjament; |
(b) |
il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità; |
(c) |
il-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi. |
KAPITOLU 2
Kost tal-finanzjament u kost tal-ġestjoni tal-likwidità
Artikolu 4
Kostituzzjoni tal-kompartimenti tal-programm u tal-kompartimenti taż-żmien
1. Kompartiment tal-programm għandu jkopri programm wieħed tal-CAM. Dan għandu jiġi stabbilit wara d-dħul fis-seħħ ta’ kull programm CAM.
2. Kull kompartiment tal-programm għal programm multibenefiċjarju għandu jinkludi wkoll kompartimenti taż-żmien. Perjodu ta’ żmien għandu jkopri s-semestru li jibda fl-1 ta’ Jannar jew fl-1 ta’ Lulju. Meta programm ġdid CAM jidħol fis-seħħ, l-ewwel perjodu ta’ żmien għandu jaqa’ fis-semestru li fih isir l-ewwel żborż u għandu jintemm fit-30 ta’ Ġunju jew fil-31 ta’ Diċembru. Għal kwalunkwe kompartiment tal-programm, kompartiment tal-żmien wieħed biss għandu jkun attiv, fi kwalunkwe ħin, bl-eċċezzjoni tad-deroga skont l-Artikolu 5(6) ta’ din id-Deċiżjoni.
3. Kwalunkwe perjodu ta’ żmien għandu jibqa’ attiv sakemm l-ammont tal-iżborżi tal-assistenza finanzjarja jilħaq l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil korrispondenti allokati lilu.
4. Il-kompartimenti tal-programm għal programmi b’benefiċjarju uniku ma għandhomx jinkludu kompartimenti tal-żmien.
5. Il-kompartimenti tal-programm għandhom jibqgħu attivi sakemm l-ammont globali tal-iżborżi tal-assistenza finanzjarja jilħaq l-ammont globali tal-istrumenti korrispondenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil allokati lilu.
Artikolu 5
Allokazzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament u żborżi lill-kompartimenti tal-programmi u lill-kompartimenti ta’ żmien
1. L-iżborżi taħt programm CAM partikolari, u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati allokati lilu, għandhom jiġu attribwiti lill-kompartiment tal-programm stabbilit għal dak il-programm CAM. L-iżborżi taħt programm multibenefiċjarju partikolari, u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati, għandhom jiġu attribwiti għall-kompartiment taż-żmien li jkun attiv fil-mument li fih isir l-iżborż.
2. Żborż għandu jibqa’ attribwit għall-istess kompartiment tal-programm jew perjodu ta’ żmien fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont pendenti li jkun għad irid jitħallas lura.
3. L-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil, għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 7, għandhom jiġu attribwiti għall-kompartimenti tal-programm u, jekk applikabbli, għall-kompartimenti taż-żmien li jkunu attivi fil-mument tal-konklużjoni tal-operazzjoni ta’ teħid b’self li ġġenerathom.
4. Madanakollu, l-istrumenti ta’ finanzjament iġġenerati bil-ħsieb li jiġi ffinanzjat żborż fil-kompartiment taż-żmien sussegwenti jistgħu jiġu attribwiti lil dak il-kompartiment taż-żmien.
5. Meta l-ammont ta’ żborżi fi tmiem is-semestru ta’ kompartiment taż-żmien jaqbeż l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil, l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil iġġenerati mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self wara tmiem is-semestru tal-kompartiment taż-żmien għandhom jiġu attribwiti għal dak il-perjodu ta’ żmien sakemm l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil jilħaq l-ammont ta’ żborżi ta’ dak il-perjodu ta’ żmien.
6. L-attribuzzjoni ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil għal kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien għandha sseħħ fil-mument li fih titwettaq it-tranżazzjoni filwaqt li tiġi żgurata kisba ekwa tal-miri ta’ maturità medja differenti għal kull programm CAM bl-aħjar mod matul il-perjodu ta’ finanzjament attwali u jitqiesu l-fatturi li ġejjin:
(a) |
l-ammonti aggregati u l-mira ta’ maturità medja ppjanati skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata, kif stabbilit fid-deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825; |
(b) |
kwalunkwe rekwiżit li jirriżulta mill-atti bażiċi sottostanti, u b’mod partikolari, il-limiti massimi medji tal-maturità ta’ kull programm CAM u l-ammont massimu ta’ obbligazzjonijiet li l-baġit ġenerali tal-Unjoni jkun f’pożizzjoni li jimpenja ruħu għalihom f’sena partikolari taħt dak il-programm CAM; |
(c) |
il-maturitajiet tas-self stabbiliti fil-ftehimiet ta’ self konklużi bejn l-Unjoni rrappreżentata mill-Kummissjoni u l-benefiċjarju; |
(d) |
kwalunkwe aġġornament materjali għall-ippjanar tal-finanzjament jew tal-iżborż, li jinsab f’deċiżjoni skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2023/2825. |
7. Kwalunkwe strument ta’ finanzjament ta’ terminu twil għandu jibqa’ parzjalment jew kompletament attribwit għall-istess kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont pendenti li jkun għad irid jitħallas lura.
8. B’deroga mill-paragrafu 1, meta l-ammont nozzjonali ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil attribwit għal kompartiment taż-żmien preċedenti tal-istess kompartiment tal-programm jaqbeż l-ammont ta’ żborżi attribwiti lil dak il-kompartiment f’konformità ma’ dak il-paragrafu, l-iżborżi għandhom ikomplu jiġu allokati għal dak il-kompartiment taż-żmien, li għalhekk se jibqa’ attiv, sakemm l-ammont tal-iżborżi magħmula jilħaq l-ammont ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil.
9. L-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil li jissostitwixxu l-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu twil li jimmaturaw għandhom jiġu attribwiti lill-istess kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien. L-Artikolu 7 għandu japplika fil-każ ta’ diskrepanza bejn id-data tal-maturità tal-istrument ta’ maturità ta’ terminu twil u d-data tat-teħid b’self tal-istrument ta’ terminu twil li tissostitwiha.
Artikolu 6
Kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità
1. Il-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jopera sakemm isir ripagament sħiħ tal-operazzjonijiet tat-teħid b’self awtorizzati fil-programmi CAM.
2. L-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu qasir, l-operazzjonijiet tal-ġestjoni tal-likwidità u tad-dejn u l-kostijiet li jirriżultaw minnhom għandhom jiġu attribwiti lill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità.
Artikolu 7
Livellar tal-bilanċi tal-likwidità
1. Il-livell ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità fi kwalunkwe kompartiment tal-programm u kompartiment taż-żmien għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum bħala d-differenza bejn l-influssi u l-flussi ta’ ħruġ, kif stabbilit fil-pass 3 tal-punt 1 tal-Anness.
2. Kwalunkwe ammont pożittiv imsemmi fil-paragrafu 1 (“surplus tal-likwidità”) għandu jkun kuljum allokat mill-kompartiment tal-programm jew mill-kompartiment taż-żmien rispettiv lill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, kif stabbilit fil-pass 4 tal-punt 1 tal-Anness, bil-kost tal-finanzjament tal-kompartiment jew tal-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien rilevanti f’dak il-jum.
3. Kwalunkwe ammont li jikkorrispondi għall-ammont negattiv imsemmi fil-paragrafu 1 (“defiċit ta’ likwidità”) għandu jittieħed mill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità kuljum u jiġi attribwit lill-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien rispettiv, kif stabbilit fil-pass 6 tal-punt 1 tal-Anness, bil-kost tal-finanzjament tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, inklużi t-trasferimenti kollha stabbiliti fil-paragrafu 2 f’dak il-jum.
Artikolu 8
Kalkolu tal-kost tal-finanzjament ta’ kompartimenti tal-programm u kompartimenti taż-żmien
1. Il-kost tal-finanzjament tal-kompartimenti tal-programm u tal-kompartimenti taż-żmien kollha għandhom jiġu kkalkulati kuljum.
2. Il-kost tal-finanzjament ta’ strument ta’ finanzjament għandu jinkludi l-imgħax ta’ kuljum fir-rigward ta’ kull strument ta’ finanzjament u agio/disagio potenzjali bbażat fuq il-prezz ta’ ħruġ kumplessiv.
3. Il-kost tal-finanzjament ta’ kuljum ta’ kompartiment ta’ programm jew ta’ kompartiment taż-żmien għandu jinkludi l-kost tal-finanzjament ta’ kuljum tal-istrumenti ta’ finanzjament attribwit għall-dak il-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien wara r-riżultati tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) u (3).
Artikolu 9
Kalkolu tal-kost tal-ġestjoni tal-likwidità
1. Il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jkun it-total tal-kost tar-riport fil-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, kif stabbilit fil-punt 2 tal-Anness.
2. Il-kost tar-riport għandu jkun id-differenza bejn l-imgħax akkumulat permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament rilevanti tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, il-kostijiet u r-redditi li jirriżultaw mil-livellar ta’ kwalunkwe surplus tal-likwidità jew defiċits ta’ likwidità msemmija fl-Artikolu 7(2) u (3), u r-redditu fuq l-investiment iġġenerat mill-parteċipazzjonijiet.
3. Ir-redditu fuq l-investiment ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità għandu jinkludi kwalunkwe kost relatat tal-investiment.
4. Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità għandhom jiġu kkalkulati kuljum.
Artikolu 10
Allokazzjoni tal-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità
1. Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità għandhom jiġu kkalkulati bħala t-total tal-kostijiet ta’ kuljum tal-ġestjoni tal-likwidità matul trimestru. Dawn il-kostijiet għandhom jiġu attribwiti lil kull żborż fuq bażi prorata tas-sehem relattiv tal-iżborż għall-ammonti pendenti totali ta’ żborżi fi tmiem it-trimestru.
Artikolu 11
Attribuzzjoni tal-kost tal-finanzjament għal żborż
1. L-iżborżi tal-istess kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien għandhom iġorru l-istess kost ta’ finanzjament medju ta’ kuljum sakemm isir ir-ripagament tagħhom.
2. Għal kull żborż pendenti, il-kost ta’ kuljum ta’ finanzjament għandu jiġi kkalkolat billi l-kost totali tal-finanzjament tal-kompartiment tal-programm jew tal-kompartiment taż-żmien wara l-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2) u (3) jiġi mmultiplikat bl-ammont tal-iżborż diviż bl-ammonti pendenti totali tal-iżborżi tal-kompartiment tal-programm li għalih jiġi attribwit l-iżborż.
KAPITOLU 3
Kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi
Artikolu 12
Kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi
Il-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi għandu jinkludi l-kostijiet amministrattivi rikorrenti għall-benefiċjarji. Dan għandu jinkludi l-kostijiet tal-istabbiliment għas-self mill-RRF, fil-limiti indikati fl-Artikolu 14 u fl-Artikolu 21(5). L-ispiża tas-servizz għall-ispejjeż amministrattivi għandha tiġi kkalkulata f’konformità mal-punt 3 tal-Anness.
Artikolu 13
Kostijiet amministrattivi rikorrenti
1. Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għandhom jinkludu kwalunkwe kost imġarrab mill-Kummissjoni fl-eżekuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn, li jinkludu t-tipi li ġejjin: tariffi legali bħal dawk imġarrba għal pariri u opinjonijiet ġuridiċi, tariffi tal-ġestjoni tad-dejn u tal-likwidità, kostijiet tal-ġestjoni tal-kontijiet u tal-ġestjoni tal-pagamenti, kostijiet għall-awditjar estern, tariffi tal-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-irkant, tariffi tal-aġenzija tal-klassifikazzjoni, l-elenkar, it-taxxi, it-tariffi tar-reġistrazzjoni, tal-pubblikazzjoni u ta’ saldu, it-teknoloġija tal-informazzjoni, ir-riċerka relatata mas-suq, it-tariffi ta’ konsulenza u spejjeż oħra tar-relazzjonijiet mal-investituri u l-għodod ta’ ġestjoni kif ukoll it-tariffi tal-aġenti kuntrattwali u tat-taħriġ relatati mal-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata.
2. Sa fejn dawn il-kostijiet ikunu komuni għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self implimentati għal programmi oħra ta’ assistenza finanzjarja, il-kostijiet inklużi fil-kalkolu għandhom jiġu kkalkulati abbażi tas-sehem prorata attribwit għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-ġestjoni tad-dejn assenjati lil dak il-programm CAM fis-sena kalendarja rilevanti.
3. Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għandhom jiġu kkalkulati għal kull żborż riċevut permezz ta’ kull ftehim dwar self fuq bażi prorata tal-iżborż għall-ammonti totali ta’ żborżi pendenti magħmula taħt il-programmi CAM differenti fi tmiem is-sena kalendarja.
Artikolu 14
Kostijiet tal-istabbiliment għas-self mill-RRF
1. Il-kostijiet tal-istabbiliment għas-self mill-RRF għandhom jinkludu kwalunkwe kost imġarrab mill-Kummissjoni fil-bini tal-kapaċità għat-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ teħid b’self, tal-ġestjoni tad-dejn u tal-ġestjoni tal-pagamenti tal-NGEU. Dawn jinkludu kostijiet relatati mal-istabbiliment tal-kontijiet tal-NGEU, l-istabbiliment ta’ pjattaforma tal-irkant, għodda tal-ġestjoni tal-investituri, kostijiet oħra tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tariffi ta’ riċerka u konsulenza relatati mas-suq.
2. L-Istati Membri li jiffirmaw ftehimiet dwar self mill-RRF għandhom iġarrbu 48 % tal-kostijiet tal-istabbiliment totali.
3. Fl-2021, fl-2022 u fl-2023, l-Istati Membri għandhom iħallsu l-kostijiet tal-istabbiliment imsemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi prorata tal-ammont tas-self skont il-ftehim dwar self mill-RRF iffirmat għall-ammont totali ta’ selfiet skont il-ftehimiet dwar self mill-RRF kollha ffirmati, kif stabbilit fil-punt 3(2)(i) u (ii) tal-Anness.
4. Sat-30 ta’ Ġunju 2024, kwalunkwe kost tal-istabbiliment mhux allokat lill-Istati Membri li ffirmaw ftehimiet ta’self mill-RRF għandu jiġi allokat fuq bażi prorata għall-ammont ta’ self iffirmat skont kull ftehim ta’ self mill-RRF għall-ammonti totali ta’ selfiet skont il-ftehimiet ta’ self mill-RRF kollha ffirmati sal-31 ta’ Diċembru 2023, kif stabbilit fil-punt 3(2)(iii) tal-Anness.
5. L-ebda kost tal-istabbiliment addizzjonali għall-operazzjonijiet ta’ teħid b’self ma għandu jkun dovut wara tmiem is-sena 2023 jew allokat għall-programmi CAM, sakemm dawn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053.
KAPITOLU 4
Fatturazzjoni
Artikolu 15
Avviż ta’ konferma
1. Fir-rigward ta’ kull żborż, għandu jiġi stabbilit avviż ta’ konferma li jkun fih it-termini li jwasslu għat-talba dwar il-kostijiet mill-Kummissjoni.
2. L-avviż ta’ konferma għandu jiddetermina t-termini għall-kost tal-finanzjament tal-pagament u r-ripagament tal-kapital li għandhom jitħallsu lura mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 5(1), l-ewwel subparagrafu, tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 għal appoġġ mhux ripagabbli u mill-benefiċjarji ta’ ftehimiet ta’ self.
3. L-avviż tal-ftuħ ta’ konferma għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:
(a) |
l-ammont tal-iżborż, |
(b) |
id-data ta’ maturità, |
(c) |
l-iskeda ta’ ripagament, |
(d) |
l-attribuzzjoni tal-iżborż għal kompartiment taż-żmien, |
(e) |
perjodu tal-imgħax li jindika d-data tal-pagament. |
4. L-avviż ta’ konferma għas-self għandu jinkludi wkoll kwalunkwe element addizzjonali indikat fil-ftehimiet ta’ self.
Artikolu 16
Fatturazzjoni tal-kostijiet ta’ finanzjament
1. Il-kost ta’ finanzjament għandu jiġi kkalkulat b’rabta ma’ kull żborż fi tmiem il-perjodu tal-imgħax iddeterminat fl-avviż ta’ konferma.
2. Il-fatturazzjoni għandha ssir fi tmiem il-perjodu tal-imgħax stabbilit fl-avviż ta’ konferma. Fir-rigward tal-iżborżi fejn il-baġit ġenerali tal-Unjoni jkun responsabbli għall-kostijiet tagħhom jew għat-tifdija tal-kapital, bħall-iżborżi rreġistrati bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2020/2094 u l-istrument tal-AMF +, meta l-Ukrajna titlob sussidjar tal-kostijiet relatati, u għall-iżborżi ta’ self taħt il-Faċilità tal-Ukrajna, il-fatturi jistgħu jiġu raggruppati kull trimestru jew f’fattura annwali li tkopri erba’ trimestri tas-sena.
Artikolu 17
Fatturazzjoni tal-kost tal-ġestjoni tal-likwidità
Il-kost tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jiġi fatturat fil-bidu ta’ kull sena kalendarja għall-kost imġarrab matul is-sena kalendarja preċedenti.
Artikolu 18
Fatturazzjoni tal-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi
1. Il-benefiċjarji tas-selfiet għandhom jiġu fatturati fil-bidu ta’ kull sena kalendarja għall-kost tas-servizz għall-ispejjeż ġenerali amministrattivi mġarrba matul is-sena kalendarja preċedenti.
2. Il-pagamenti mill-benefiċjarji għall-kostijiet tas-servizz għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat intern fis-sens tal-Artikolu 21(3), il-punt (a), tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.
Artikolu 19
Tħassir
1. Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE, Euratom) 2022/2545 hija b’dan imħassra.
2. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 20
Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali
1. B’din id-Deċiżjoni huwa stabbilit kompartiment tal-legat tal-programm b’kompartimenti taż-żmien. Kompartiment tal-legat tal-programm bħal dan għandu jkun kostitwit mill-iżborżi kollha attribwiti lill-kompartimenti taż-żmien qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni, u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati allokati lilhom, skont l-NGEU, ir-Regolament (UE) 2022/2463, u kwalunkwe programm CAM ieħor fis-seħħ qabel id-19 ta’ Lulju 2024.
2. L-iżborżi taħt l-NGEU magħmula mid-19 ta’ Lulju 2024, u l-istrumenti ta’ finanzjament relatati, għandhom jiġu attribwiti lill-kompartiment tal-legat tal-programm u lill-kompartimenti taż-żmien rispettivi li fiħ.
3. L-ewwel perjodu ta’ żmien tal-kompartiment tal-legat tal-programm għandu jibqa’ b’perjodu ta’ kostituzzjoni ta’ 7 xhur, mill-1 ta’ Ġunju 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(1), għandhom jiġu stabbiliti kompartimenti ta’ programmi ġodda għall-programmi CAM li l-att bażiku tagħhom daħal fis-seħħ fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2024 sad-19 ta’ Lulju 2024.
4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, l-iżborżi skont dawk il-programmi CAM magħmula mid-19 ta’ Lulju 2024, u l-istrumenti ta’ finanzjament allokati lilhom, għandhom jiġu attribwiti lill-kompartiment tal-programm il-ġdid rispettiv u lill-kompartimenti taż-żmien, kif xieraq.
5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14, il-kostijiet tal-istabbiliment għas-self mill-RRF għandhom jibqgħu dovuti mill-benefiċjarji rilevanti.
Artikolu 21
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.
(2) Ir-Regolament (UE, Euratom) 2022/2434 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ strateġija ta’finanzjament diversifikata bħala metodu ġenerali ta’ teħid b’self (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2434/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1095 tat-2 ta’ Lulju 2021 li tistabbilixxi l-metodoloġija għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet mutwatarji u tal-ġestjoni tad-dejn permezz tan-NextGenerationEU (ĠU L 236, 5.7.2021, p. 75, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1095/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2022/2545 tad-19 ta’ Diċembru 2022 dwar l-istabbiliment tal-qafas għall-allokazzjoni tal-kostijiet relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u tal-immaniġġar tad-dejn permezz tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata (ĠU L 328, 22.12.2022, p. 123,. ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2545/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) 2022/2463 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi strument għall-għoti ta’ appoġġ lill-Ukrajna għall-2023 (assistenza makrofinanzjarja +) (ĠU L 322, 16.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2463/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2023/2825 tad-12 ta’ Diċembru 2023 li tistabbilixxi l-arranġamenti għall-amministrazzjoni u l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn tal-Unjoni skont l-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata u operazzjonijiet ta’ għoti b’self relatati (ĠU L, 2023/2825, 18.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2825/oj).
(7) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom (ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2020/2053/oj).
(8) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/2094 tal-14 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi Strument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru biex jappoġġa l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 23, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/2094/oj).
(9) Ir-Regolament (UE) 2024/792 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Frar 2024 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Ukrajna (ĠU L, 2024/792, 29.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/792/oj).
(10) Ir-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2021/241/oj).
ANNESS I
Għall-fini tal-formuli stabbiliti f’dan l-Anness, “C” tindika b’mod indifferenti il-kompartiment tal-programm jew il-kompartiment taż-żmien, peress li l-kostijiet attribwiti lil wieħed jew l-ieħor isegwu l-istess metodoloġija ta’ livellar.
1. Kalkolu tal-kost tal-finanzjament
Il-kost tal-finanzjament għandu jiġi kkalkulat skont il-passi li ġejjin:
|
Pass Nru 1: Kalkolu tal-kostijiet totali ta’ kuljum ta’ strument ta’ finanzjament individwali f’kompartiment tal-programm jew f’kompartimenti taż-żmien jew fil-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità Id-dovuti ta’ kuljum għandhom jiġu kkalkulati:
Is-snin biżestili għandhom jiġu integrati fil-kalkolu tad-dovuti ta’ kuljum għal kull strument individwali ta’ finanzjament fit-tul kif ġej:
Fil-każ ta’ bonds tap, jiġifieri żieda fil-volum ta’ ħruġ passat, l-ewwel kupun jista’ jiġi kkalkolat bħala kupun qasir jew twil, li jibda mid-data tas-saldu tat-tap sad-data tal-kupun li jmiss. Jenħtieġ li l-pagamenti tal-kupuni jiġu kkalkulati kif ġej, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor mal-investituri: L-ewwel nett, billi jiġi kkalkulat l-imgħax dovut li jibda mid-data tal-pagament tal-kupun preċedenti, għal kull strument individwali ta’ finanzjament fit-tul, dan l-imgħax dovut għandu jiġi kkalkulat kif ġej:
Jenħtieġ li għal kupuni qosra u twal, il-pagamenti jiġu kkalkulati kif ġej:
L-imgħax dovut riċevut mill-investituri mal-ħruġ temporanjament iżid il-parteċipazzjonijiet ta’ likwidità sakemm jiġu kompensati bl-ewwel pagament tal-kupun. L-imgħax dovut huwa rifless fil-kalkoli tal-kostijiet permezz tal-kompartiment tal-likwidità, madankollu mhuwiex parti mid-dovuti ta’ kuljum marbuta mal-istrumenti ta’ finanzjament u mal-kompartiment tal-programm jew mal-kompartiment taż-żmien rilevanti tiegħu. Il-kostijiet kollha jew ir-redditu mill-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn imġarrba mill-Kummissjoni jiġu ttrasferiti lill-benefiċjarji skont din il-metodoloġija. Is-somma tad-dovuti ta’ kuljum li jimplimentaw il-metodu ta’ hawn fuq għal kull strument ta’ finanzjament individwali għandha tkun ugwali għas-somma tad-dovuti ta’ kuljum matul il-perjodu kollu tad-dovuti tiegħu, kif ġej:
Għal kull strument ta’ finanzjament, l-agio/id-disagio għandhom jitqassmu b’mod lineari tul ħajjet l-istrument: agio/disagio ta’ kuljum = (100-prezz tal-ħruġ):(data tal-maturità - data tal-ħruġ) meta l-prezz tal-ħruġ = Prezz li jinkludi kollox (inklużi t-tariffi bankarji) Għal kull tranżazzjoni tal-ġestjoni tad-dejn u/jew tal-likwidità, is-somma tad-dovuti ta’ kuljum li jimplimentaw il-metodu għal kull strument ta’ finanzjament jew investiment individwali għandha tiġi kkalkulata kif ġej:
Għal kull strument tal-ġestjoni tad-dejn u tal-likwidità, it-tariffi tat-tranżazzjonijiet għandhom jitqassmu b’mod lineari tul ħajjet l-istrument: tariffi tat-tranżazzjonijietta’ kuljum = tariffi:(data ta’ maturità-data tal-ħruġ) Għal kull strument ta’ finanzjament, il-kostijiet totali ta’ kuljum għandhom jiġu kkalkulati: CoFta’ kuljum għal kull strument = ACCta’ kuljum+agio/disagiota’ kuljum
|
|
Pass 2: Kalkolu tal-kostijiet totali aggregati ta’ kuljum tal-finanzjament Għal kull kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien, il-kostijiet totali ta’ kuljum għall-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien qabel il-livellar imsemmija fl-Artikolu 7 għandhom ikunu s-somma tal-kostijiet totali ta’ kuljum kollha ta’ kull strument ta’ finanzjament attribwit għall-kompartiment tal-programm jew għall-kompartiment taż-żmien: CoFC(x) ta’ kuljum prelivellar=∑ CoF ta’ kuljum għal kull strument allokat għal C(x) Għall-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, l-Ispiża tal-Finanzjament għandha tkun: CoFLMC ta’ kuljum prelivellar=∑ CoFta’ kuljum għal kull strument allokat għal-LMC |
|
Pass 3: Kalkolu tal-bilanċi tal-likwidità fil-kompartiment tal-programm jew fil-kompartimenti taż-żmien Il-livell ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum kif ġej: LikwiditàTC(x) = Dħul [Ħruġ ta’ rikavat + Imgħaxself/għotjiet + Ripagamentiself/għotjiet] – Ħruġ [Żborżi + Kupunidejn pendenti+ Tifdija tad-Dejn] Meta l-Likwidità C(x) tkun negattiva, għandha tindika l-ammont ta’ defiċit tal-kompartiment tal-programm jew tal-kompartiment taż-żmien, li għandu jiġi definit bħala Likwidità C (defiċit) u meta jkun pożittiv, għandha tindika l-ammont ta’ surplus tal-likwidità tal-kompartiment tal-programm jew tal-kompartiment taż-żmien, li għandu jiġi definit bħala Likwidità C (surplus) |
|
Pass 4: Kalkolu tal-kost tal-finanzjament tal-istrumenti ta’ finanzjament affettwati mis-surplus tal-likwidità Dan il-pass jidentifika l-parti tas-CoF tal-kompartimenti tal-programm jew tal-kompartimenti taż-żmien b’surplus ta’ likwidità li jista’ jiġi attribwit għal-likwidità miżmuma f’dak il-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien. Il-kostijiet tal-finanzjament relatati mal-istrumenti ta’ finanzjament għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: CoFSurplus tal-likwiditàC(surplus) = CoF C ta’ kuljum (surplus) prelivellar * Likwidità C(surplus): C(surplus) totali CoFC ta’ kuljum (surplus) postlivellar = CoFC ta’ kuljum (surplus) prelivellar- CoFSurplus tal-likwiditàC (surplus) |
|
Pass 5: Kalkolu tal-kost tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità f’każ li l-kost tal-finanzjament jiġi attribwit lilu mill-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien b’surplus tal-likwidità F’każ li l-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità jirċievi surplus mill-kompartiment tal-programm jew mill-kompartiment taż-żmien, il-kost tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jiġi kkalkulat kif ġej: CoFLMC ta’ kuljum postlivellar = CoFLMC ta’ kuljum prelivellar + ∑ CoFsurplus ta’ likwiditàC(surplus) |
|
Pass 6: Il-kalkolu tal-kost tal-finanzjament tal-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien b’defiċit ta’ likwidità Kwalunkwe defiċit ta’ likwidità f’kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien jiġi livellat bi trasferiment ta’ likwidità mill-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità skont il-kostijiet ta’ kuljum tal-finanzjament tiegħu (Pass 5). Għal kompartimenti ta’ programm jew kompartimenti taż-żmien b’bilanċ tal-likwidità pożittiv, il-kost tal-postlivellar tal-finanzjament diġà jirriżulta mill-Pass Nru 4 hawn fuq. CoFTrasferiment tal-likwidità mil-LMC = CoFLMC ta’ kuljum postlivellar * Ammont ta’ trasferiment: LMC totali CoFC ta’ kuljum (defiċit) postlivellar = CoFC ta’ kuljum (deficit) prelivellar + CoFTrasferiment tal-likwidità mil-LMC Il-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità huwa għalhekk ir-riżultat ta’ strumenti ta’ finanzjament ta’ terminu qasir pendenti, flimkien ma’ kwalunkwe trasferiment ta’ surplus minn kompartimenti oħra tal-programmi jew kompartimenti taż-żmien u jitnaqqas kwalunkwe trasferiment biex jikkumpensa d-defiċits minn kompartimenti oħra tal-programm jew kompartimenti taż-żmien. It-trasferimenti tal-kostijiet isegwu approċċ pass pass fejn għall-bidu l-kostijiet assoċjati ma’ eċċessi f’kompartimenti oħra tal-programm jew f’kompartimenti taż-żmien oħra jiddaħħlu fil-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità, u wara l-kost medju tal-istrumenti ta’ finanzjament ta’ terminu qasir pendenti u s-surpluses minn kompartimenti oħra tal-programm jew kompartimenti taż-żmien, imbagħad jiġi ttrasferit għal kompartimenti oħra tal-programm jew kompartimenti taż-żmien li għandhom defiċit. Il-parteċipazzjonijiet ta’ likwidità huma r-riżultat ta’ dan il-livellar kif ukoll kwalunkwe kost jew redditu minn dawn il-parteċipazzjonijiet li għadhom ma ġewx ittrasferiti lill-benefiċjarji. Il-parteċipazzjonijiet ta’ likwidità jirriflettu wkoll id-diskrepanza fiż-żmien bejn il-mument meta l-kupun jew l-imgħax dovut jitħallas u jiġi riċevut mill-investituri u impost fuq il-benefiċjarji. Il-livell ta’ parteċipazzjonijiet ta’ likwidità fil-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità għandu jiġi kkalkulat fuq bażi ta’ kuljum kif ġej: TotalLMC(x) = Flussi ta’ Dħul [Ħruġ ta’ rikavat + Likwidità C(surplus) – Flussi ta’ Ħruġ [LikwiditàC(defiċit) + [Tifdija tad-Dejn] Parteċipazzjonijiet LMC(x) = TotalLMC(x) + RoI tal-parteċipazzjonijiet tal-likwidità ta’ kuljum + LIQMpagamenti annwali + Flussi ta’ dħul ta’ parteċipazzjonijiet tal-likwiditàta’ kuljum - Flussi ta’ ħruġ ta’ parteċipazzjonijiet tal-likwiditàta’ kuljum Filwaqt li l-kost tal-finanzjament jista’ jvarja bejn il-kompartimenti tal-programm u bejn il-kompartimenti taż-żmien minħabba differenzi fil-kundizzjonijiet ta’ finanzjament lil hinn mill-kontroll tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi l-operazzjonijiet ta’ teħid b’self u ta’ ġestjoni tad-dejn sabiex tiżgura li kull kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien ikollu profili ta’ maturità li sa fejn huwa possibli, jiġu stabbiliti qrib il-miri tagħhom kif definiti f’din id-Deċiżjoni. |
|
Pass 7: Il-kalkolu tal-kost ta’ kuljum tal-finanzjament tal-iżborż Il-kost ta’ kuljum tal-finanzjament tal-iżborż għandu jkun l-ammont tal-iżborż immultiplikat bis-sehem relattiv tal-iżborż b’rabta mal-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien li għalih ikun ġie allokat. CoF tal-iżborż f’C(x) = CoF ta’ kuljumC(x) postlivellar* ammont pendenti ta’ żborżi: ∑ żborżi pendenti f’C(x) |
2. Kalkolu tal-Kost tal-Ġestjoni tal-Likwidità
Il-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità għal kull żborż għandhom jiġu kkalkulati bħala s-somma tal-kostijiet ta’ kuljum tal-parteċipazzjoni tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità wara l-ibbilanċjar tal-bilanċi tal-likwidità tal-kompartimenti tal-programm jew tal-kompartimenti taż-żmien matul il-perjodu tal-kalkolu. Ir-redditi jew il-kostijiet f’każ ta’ rati negattivi jiġu kkalkulati fuq il-bażi tal-likwidità disponibbli wara l-livellar, jiġifieri b’żieda tas-surpluses tal-likwidità u bi tnaqqis tad-defiċits tal-likwidità, kif deskritt fil-punt 1 pass 6. Kwalunkwe tariffa jew penali eċċezzjonali mħallsa jew riċevuta għandha tiġi integrata fil-kalkolu tal-kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità u miżjuda mar-redditu tat-tranżazzjoni fid-data tal-pagament. Kwalunkwe redditu għandu jitnaqqas kif ġej:
LIQM ta’ trimestru= ∑ CoFLMC ta’ kuljum postlivellar matul it-trimestru – RoI tal-parteċipazzjonijiet tal-likwidità ta’ trimestru
Il-LIQM għandu jiġi attribwit għal kull żborż kif ġej:
LIQM tal-iżborż =
LIQM ta’ trimestru *
∑ żborż pendenti fi tmiem it-trimestru: ∑ żborżi pendenti fi tmiem it-trimestru
3. Kalkolu tal-Kost tas-Servizz għall-kostijiet amministrattivi
3.1. Kalkolu tal-kostijiet amministrattivi rikorrenti
Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għandhom jiġu kkalkulati kif ġej:
il-kostijiet amministrattivi rikorrenti annwali total = ∑ elementi ta’ kost amministrattiv rikorrenti għas-sena kalendarja
Il-kostijiet amministrattivi rikorrenti għandhom jiġu allokati kif ġej:
kostijiet amministrattivi rikorrenti annwali għal kull benefiċjarju =
kostijiet amministrattivi rikorrenti annwali totali *
∑ żborż pendenti għall-benefiċjarju fi tmiem is-sena: ∑ żborżi pendenti fi tmiem is-sena
3.2. Kalkolu u allokazzjoni tal-kostijiet ta’ stabbiliment
Il-kostijiet tal-istabbiliment għal kull benefiċjarju ta’ self mill-RRF għandhom jiġu kkalkulati fit-tliet passi li ġejjin:
(1) |
Il-kostijiet ta’ stabbiliment għal self permezz tal-RRF għandhom jiġu kkalkulati kif ġej: il-kostijiet tal-istabiliment għal self permezz tal-RRF = 48 %*∑ elementi tal-kostijiet tal-istabiliment |
(2) |
Il-kostijiet tal-istabbiliment għas-self tal-RRF għandhom jiġu allokati għas-snin 2021, 2022 u 2023 lil kull Stat Membru li jkun iffirma ftehim ta’ self tal-RRF kif ġej: kostijiet tal-istabbiliment għal kull self permezz tal-RRF iffirmat = kostijiet tal-istabbiliment għal self permezz tal-RRF* ammont ta’ self iffirmat għal kull Stat Membru fi tmiem is-sena: ammont massimu totali ta’ self mill-RRF |
(3) |
Mill-1 ta’ Jannar 2024, kwalunkwe kost ta’ stabbiliment mhux allokat għandu jiġi kkalkulat kif ġej: kost ta’ stabbiliment mhux allokat għal self permezz tal-RRF = kostijiet ta’ stabbiliment għal self permezz tal-RRF - ∑ kost ta’ stabbiliment allokat għal self permezz tal-RRF fl-2021, l-2022 u l-2023 |
Dawn għandhom jiġu allokati bħala kostijiet ta’ stabbiliment addizzjonali għall-iżborżi lill-Istati Membri skont il-ftehim ta’ self permezz tal-RRF kif ġej:
kost ta’ stabbiliment addizjonali għal kull benefiċjarju = kost ta’ stabbiliment mhux allokat għal self permezz tal-RRF fi tmiem l-2023*
∑ ammonti ta’ selfiet iffirmati għal kull benefiċjarju fi tmiem l-2023: ammont totali ta’ selfiet fil-ftehimiet ta’ self permezz tal-RRF iffirmati fi tmiem l-2023
3.3. Kalkolu tal-Kost tas-Servizz għal kull benefiċjarju
CoSAnnwali = ∑ Elementi tal- il-kostijiet amministrattivi rikorrenti + ∑ Elementi tal-kostijiet amministrattivi tal-istabbiliment
4. Glossarju ta’ akronimi
ACCta' kuljum |
Il-kostijiet tal-imgħax akkumulati mqassma skont il-jum |
ACCta' kuljum sena biżestili |
Il-kostijiet tal-imgħax dovut mqassam skont il-jum għal sena biżestili (366 jum). Is-sena tal-ACC mhux biżestili hija ta’ 365 jum. |
ACCkupun tap |
Imgħax dovut ikkalkulat għal kupun qasir u twil (jiem mid-data tal-ħruġ oriġinali jew id-data tal-kupun sad-data tal-ħlas il-ġdida) |
ACCtotal |
Imgħax dovut ikkalkulat bħala s-somma tad-dovuti ta’ kuljum ta’ strument ta’ finanzjament jew ta’ investiment fuq perjodu tad-dovuti kollu (mill-bidu sal-maturità) |
Kostijiet AMMINISTRATTIVI Annwali |
Total tal-kostijiet amministrattivi matul is-sena kalendarja |
agio/disagiota’ kuljum |
agio jew disagio mqassma skont il-jum |
Benefiċjarju |
Stat Membru jew pajjiż terz li huwa parti għal self ftehim taħt programm CAM, jew il-baġit tal-Unjoni għal appoġġ mhux ripagabbli skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni (UE, Euratom) 2020/2053 |
CoF |
Kost tal-finanzjament |
CoF ta’ pretensjoni individwali f’C(x) |
CoF ta’ pretensjoni f’kompartiment ta’ programm X jew kompartiment taż-żmien X |
CoFta’ kuljum għal kull strument |
COF ta’ kuljum għal kull strument ta’ finanzjament |
CoFC ta’ kuljum (defiċit) postlivellar |
CoF ta’ kuljum wara l-livellar tal-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien b’defiċit ta’ likwidità inizjali |
CoFC ta’ kuljum (surplus) postlivellar |
CoF ta’ kuljum wara l-livellar tal-kompartiment tal-programm jew kompartiment taż-żmien b’surplus ta’ likwidità inizjali |
CoFLMC ta’ kuljum postlivellar |
COF ta’ kuljum għal-LMC wara l-livellar |
CoFLMC ta’ kuljum prelivellar |
COF ta’ kuljum għal-LMC qabel il-livellar |
CoFC(x) ta’ kuljum prelivellar |
CoF ta’ kuljum qabel il-livellar tal-kompartiment tal-programm X jew kompartiment taż-żmien X |
CoFSurplus tal-LikwiditàsC(surplus) |
CoF ta’ kuljum relatat mas-surplus tal-likwidità fil-kompartiment tal-programm jew fil-kompartiment taż-żmien |
CoFTrasferiment tal-likwidità mil-LMC |
CoF ta’ kuljum relatat mal-likwidità li tiġi ttrasferita lil-LMC |
CoS Annwali |
Is-somma tal-kostijiet amministrattivi tas-servizz matul is-sena kalendarja |
Kupun |
Imgħaxijiet imħallsa mill-emittent fuq il-bond |
Kupun tap |
Ammont ta’ imgħax imħallas mill-emittent fuq il-bond fil-każ ta’ bond tap, għal kupuni qosra jew twal, inkluż l-imgħax dovut |
C(x) |
Is-somma totali tal-pretensjonijiet u l-likwidità tal-kompartiment tal-programm X jew kompartiment taż-żmien X |
Parteċipazzjonijiet LMC(x) |
Il-pożizzjoni ta’ kuljum tal-ġabra ta’ finanzjament postlivellar u wara li jitqiesu r-RoI tal-parteċipazzjonijiet u l-interessi ddebitati lill-benefiċjarji |
LikwiditàC(x) |
Ammont ta’ likwidità fil-kompartiment tal-programm X jew fil-kompartiment taż-żmien X |
Kostijiet tal-LMCta’ trimestru |
Kostijiet tal-ġestjoni tal-likwidità matul trimestru |
LIQMtrimestru |
Riport tal-ġestjoni tal-likwidità kkalkulat bħala s-somma tal-kostijiet ta’ kuljum (LMC) u r-redditu tal-likwidità matul it-trimestru |
LIQMpagamenti annwali |
Riport tal-ġestjoni tal-likwidità kkalkulat bħala s-somma tal-kostijiet ta’ kuljum (LMC) u r-redditu tal-likwidità matul perjodi tal-passat |
Nozzjonali |
Ammont nominali |
ROI tal-parteċipazzjonijiet tal-likwidità trimestru |
Redditu fuq l-investiment tal-parteċipazzjonijiet tal-likwidità matul trimestru |
TotalLMC(x |
Il-pożizzjoni tal-likwidità ta’ kuljum tal-kompartiment tal-ġestjoni tal-likwidità qabel il-parteċipazzjonijiet tal-RoI u l-imgħax impost fuq il-benefiċjarji, filwaqt li jitqiesu r-rikavati mill-finanzjament ta’ terminu qasir, is-surpluses u d-defiċits mill-kompartimenti tal-programmi u mill-kompartimenti taż-żmien u l-pagamenti tat-tifdija tad-dejn |
ANNESS II
Tabella ta’ korrelazzjoni |
|
Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2545 |
Din id-Deċiżjoni |
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
Artikolu 3 |
Artikolu 3 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 4 |
Artikolu 5 |
Artikolu 5 |
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
Artikolu 7 |
Artikolu 7 |
Artikolu 8 |
Artikolu 8 |
Artikolu 9 |
Artikolu 9 |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Artikolu 13 |
Artikolu 13 |
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
Artikolu 15 |
Artikolu 15 |
Artikolu 16 |
Artikolu 16 |
Artikolu 17 |
Artikolu 17 |
Artikolu 18 |
Artikolu 18 |
Artikolu 19 |
Artikolu 19 |
Artikolu 20 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/1974/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)