EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D1244

Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1244 tat-13 ta’ Lulju 2022 li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-materjal għat-tkabbir u t-tejjieba tal-ħamrija (notifikata bid-dokument C(2022) 4758) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/4758

ĠU L 190, 19/07/2022, p. 141–165 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/1244/oj

19.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 190/141


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1244

tat-13 ta’ Lulju 2022

li tistabbilixxi l-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-materjal għat-tkabbir u t-tejjieba tal-ħamrija

(notifikata bid-dokument C(2022) 4758)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom.

(2)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jistipula li għandhom jiġu stabbiliti kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE skont il-gruppi ta’ prodotti.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2099 (2) stabbiliet il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għall-grupp ta’ prodotti “materjal tat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief”. Il-perjodu ta’ validità ta’ dawk il-kriterji u r-rekwiżiti ġie estiż sat-30 ta’ Ġunju 2022 bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1134 (3).

(4)

Sabiex l-aħjar prattika fis-suq għall-grupp ta’ prodotti tiġi riflessa aħjar, u biex jitqiesu l-iżviluppi tal-politika, it-twieqi potenzjali futuri ta’ opportunità għal żieda fl-adozzjoni u d-domanda tas-suq għal prodotti sostenibbli, huwa xieraq li jiġi stabbilit sett ġdid ta’ kriterji għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija.

(5)

Ir-Rapport tal-Kontroll tal-Idoneità tal-Ekotikketta tal-UE (4) tat-30 ta’ Ġunju 2017, li jirrieżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, ikkonkluda li hemm bżonn jiġi żviluppat approċċ aktar strateġiku għall-Ekotikketta tal-UE, inkluż ir-raggruppament ta’ gruppi ta’ prodotti li huma relatati mill-qrib ma’ xulxin, fejn dan ikun xieraq.

(6)

F’konformità ma’ dawk il-konklużjonijiet, huwa xieraq li jiġu riveduti l-kriterji għall-grupp ta’ prodotti “materjal għat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief”, u li tiġi żgurata l-armonizzazzjoni mar-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(7)

F’konformità mar-Regolament (UE) 2019/1009, il-punt (6) tal-preambolu u l-Parti I tal-Anness I ta’ dak ir-Regolament, l-isem tal-grupp ta’ prodotti jenħtieġ li jiġi modifikat għal “materjal għat-tkabbir u tejjieba tal-ħamrija” biex jirrifletti aħjar il-funzjonalità tal-prodott, peress li l-“ħuxlief” jitqies li hu tip ta’ tejjieb tal-ħamrija.

(8)

L-armonizzazzjoni mar-Regolament (UE) 2019/1009 għandha wkoll iżżid il-viżibbiltà tas-suq tal-Ekotikketta tal-UE għall-materjal għat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija, u tnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet nazzjonali. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsiru ċerti modifiki fid-definizzjonijiet fil-grupp ta’ prodotti “materjal għat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija”, b’mod partikolari biex it-terminoloġija tiġi armonizzata mar-Regolament (UE) 2019/1009.

(9)

Il-Pjan ta’ Azzjoni l-Ġdid għal Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva (6), li ġie adottat fil-11 ta’ Marzu 2020, jistipula li r-rekwiżiti tad-durabbiltà, tar-riċiklabbiltà u tal-kontenut riċiklat iridu jiġu inklużi b’mod aktar sistematiku fil-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE.

(10)

Il-kriterji riveduti tal-Ekotikketta tal-UE għall-materjal għat-tkabbir u s-sustanzi li jtejbu l-ħamrija għandu jkollhom l-għan, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti li għandhom impatt ambjentali limitat matul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, u li jiġu prodotti bl-użu ta’ proċessi effiċjenti fl-użu tal-materjali u tal-enerġija. Sabiex jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar ċirkolari, jenħtieġ li l-kriterji jippromwovu l-inklużjoni ta’ materja u nutrijenti organiċi riċiklati fil-materjal għat-tkabbir u fit-tejjieba tal-ħamrija, u jenħtieġ li jinkoraġġixxu l-irkupru tal-materjal minerali tat-tkabbir fil-fażi ta’ tmiem il-ħajja tagħhom. Il-kriterji riveduti jenħtieġ li jiggarantixxu s-sikurezza tal-prodotti għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti u/jew għall-ambjent billi jistabbilixxu limiti fuq il-preżenza ta’ sustanzi perikolużi, bħal metalli tqal u sustanzi niġġiesa organiċi, u billi jiżguraw il-ksib ikkontrollat ta’ minerali. Meta jitqiesu l-isforzi għan-newtralità klimatika u d-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea, jenħtieġ li l-kriterji jistabbilixxu rekwiżiti obbligatorji dwar l-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-enerġija għall-manifattura ta’ minerali espanduti u tas-suf minerali u jenħtieġ li jinċentivaw l-inkorporazzjoni ta’ kontenut ta’ materjal riċiklat/irkuprat fil-materjal għat-tkabbir.

(11)

Il-kriterji ġodda, u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati jenħtieġ li jibqgħu validi sat-30 ta’ Ġunju 2030, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu tal-innovazzjoni għall-grupp ta’ prodotti.

(12)

Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2015/2099 jitħassar.

(13)

Jenħtieġ li jingħata perjodu ta’ tranżizzjoni lill-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal għat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2099, sabiex ikollhom żmien suffiċjenti biex jadattaw il-prodotti tagħhom biex isiru konformi mal-kriterji u mar-rekwiżiti l-ġodda. Għal perjodu limitat wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, il-produtturi jenħtieġ li jitħallew iressqu applikazzjonijiet ibbażati fuq il-kriterji stabbiliti bid-Deċiżjoni (UE) 2015/2099 jew fuq il-kriterji l-ġodda stabbiliti b’din id-Deċiżjoni. Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE mogħtija f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2099 jenħtieġ li jitħallew jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(14)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-grupp ta’ prodotti “materjal għat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija” għandu jinkludi materjal għat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“materjal għat-tkabbir” tfisser prodott fertilizzanti tal-UE għajr ħamrija in situ li l-funzjoni tiegħu hi li jkun materjal li jikbru fih il-pjanti, inkluż l-alka, jew il-faqqiegħ;

(2)

“sustanza li ttejjeb il-ħamrija” tfisser prodott, inkluż il-ħuxlief, li l-funzjoni tiegħu hi li jmantni, itejjeb jew jipproteġi l-proprjetajiet fiżiċi jew kimiċi, l-istruttura jew l-attività bijoloġika tal-ħamrija li jitpoġġa fiha.

(3)

“ħuxlief” tfisser tip ta’ sustanza li ttejjeb il-ħamrija u li tintuża bħala għata protettiva mqiegħda madwar il-pjanti, fuq wiċċ il-ħamrija, bil-għan ewlieni li tipprevjeni t-telf tal-umdità, tikkontrolla t-tkabbir tal-ħaxix ħażin, tgħin bil-moderazzjoni tat-temperatura tal-ħamrija, u tnaqqas l-erożjoni tal-ħamrija.

Artikolu 3

Sabiex prodott jingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal għat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, dan għandu jaqa’ fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “materjal għat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija” kif definit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jikkonforma mal-kriterji u mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

Il-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “materjal għat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija” u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati għandhom jibqgħu validi sal-31 ta’ Diċembru 2030.

Artikolu 5

Għal finijiet amministrattivi, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodotti “materjal għat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija” għandu jkun “048”.

Artikolu 6

Id-Deċiżjoni (UE) 2015/2099 hija mħassra.

Artikolu 7

1.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-grupp ta’ prodotti “materjal tat-tkabbir, sustanzi li jtejbu l-ħamrija u ħuxlief”, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (UE) 2015/2099, imressqa qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2099.

2.   L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għall-prodotti li jaqgħu fi ħdan il-grupp ta’ prodotti “materjal tat-tkabbir u sustanzi li jtejbu l-ħamrija”, kif definit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, imressqa fid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew fi żmien xahrejn minn din id-data, jistgħu jiġu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, inkella fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2099. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati f’konformità mal-kriterji li fuqhom huma bbażati.

3.   Il-liċenzji tal-Ekotikketta tal-UE li jingħataw abbażi ta’ applikazzjoni evalwata f’konformità mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni (UE) 2015/2099 jistgħu jintużaw għal 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Għandha tapplika mill-20 ta’ Lulju 2022

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kummissjoni

Virginijus SINKEVIČIUS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2099 tat-18 ta’ Novembru 2015 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi biex tingħata l-Ekotikketta tal-UE għall-materjal tat-tkabbir, is-sustanzi li jtejbu l-ħamrija u l-ħuxlief (ĠU L 303, 20.11.2015, p. 75).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1134 tal-1 ta’ Lulju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2009/300/KE u d-Deċiżjoni (UE) 2015/2099 fir-rigward tal-perjodu ta’ validità tal-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil ċerti prodotti, u tar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika relatati magħhom (ĠU L 179, 3.7.2019, p. 25).

(4)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami tal-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) u tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (COM(2017) 355 final).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2019/1009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta’ prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003 (ĠU L 170, 25.6.2019, p. 1).

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u kompetittiva” (COM(2020) 98 final).


ANNESS

Kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-materjal għat-tkabbir u t-tejjieba tal-ħamrija

QAFAS

KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE

Il-kriterji għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lill-materjal għat-tkabbir u t-tejjieba tal-ħamrija, u l-applikabbiltà tagħhom għal kull tip ta’ prodott kopert mill-ambitu, huma kif ġej:

Tabella 1

Ħarsa ġenerali lejn il-kriterji applikabbli skont il-prodott speċifiku

Kriterju

Materjal għat-tkabbir

Tejjieba tal-ħamrija

1 – Komponenti

x

x

1.1 – Komponenti organiċi tal-prodott

x

x

2 – Komponenti minerali

x

x

2.1 – Il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 matul il-manifattura tal-materjal minerali għat-tkabbir

x

 

2.2 — Sorsi ta’ estrazzjoni tal-minerali

x

x

2.3 — L-użu u wara l-użu tal-materjal minerali għat-tkabbir

x

 

3 – Komponenti organiċi u l-materjali riċiklati/rkuprati fil-materjal għat-tkabbir

x

 

4 – Sustanzi ristretti

x

x

4.1 – Limiti għall-metalli tqal

x

x

4.2 – Limiti għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs)

x

x

4.3 – Restrizzjonijiet fuq sustanzi u taħlitiet ikklassifikati bħala perikolużi skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

x

x

4.4 – Restrizzjonijiet fuq sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (SVHCs) identifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

x

x

4.5 – Kriterji mikrobijoloġiċi

x

x

5 — Adegwatezza għall-użu

x

x

5.1 – Stabbiltà

x

x

5.2 – Impuritajiet makroskopiċi

x

x

5.3 – Materja organika u materja niexfa fit-tejjieba tal-ħamrija

 

x

5.4 — Żrieragħ tal-ħaxix ħażin vijabbli u propaguli tal-pjanti

x

x

5.5 – Rispons tal-pjanti

x

x

6 – Karatteristiċi tal-materjal għat-tkabbir

x

 

6.1 – Konduttività elettrika

x

 

6.2 – Kontenut tas-sodju

x

 

6.3 – Kontenut tal-klorur

x

 

7 – Provvista ta’ informazzjoni

x

x

7.1 – Tejjieba tal-ħamrija

 

x

7.2 – Materjal għat-tkabbir

x

 

8 — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

x

x

Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika

Sabiex l-Ekotikketta tal-UE tingħata lil prodott speċifiku, l-applikanti jridu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha.

Rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati taħt kull kriterju.

Fejn l-applikant ikun meħtieġ li jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, analiżijiet, rapporti tat-test, jew evidenza oħra sabiex juri konformità mal-kriterji, dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew mill-fornitur/i tagħhom, kif xieraq.

Il-korpi kompetenti għandhom jirrikonoxxu preferenzjalment l-attestazzjonijiet li jinħarġu mill-korpi akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għal-laboratorji tal-ittestjar u l-kalibrazzjoni, u l-verifiki minn korpi li huma akkreditati f’konformità mal-istandard armonizzat rilevanti għall-korpi li jiċċertifikaw il-prodotti, il-proċessi u s-servizzi.

Fejn xieraq, metodi tat-test u tat-teħid ta’ kampjuni minbarra dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.

Fejn xieraq, korpi kompetenti jistgħu jeħtieġu dokumentazzjoni ta’ sostenn u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

Tibdiliet fil-fornituri u fis-siti tal-produzzjoni tal-prodotti li tkun ingħatatilhom l-Ekotikketta tal-UE għandhom jiġu nnotifikati lill-korpi kompetenti, flimkien ma’ informazzjoni ta’ sostenn li tippermetti l-verifika tal-konformità kontinwa mal-kriterji.

Bħala prerekwiżit, il-prodott irid jissodisfa r-rekwiżiti rilevanti fir-Regolament (UE) 2019/1009 jew ir-rekwiżiti legali tal-Istat Membru li fih il-prodott huwa maħsub li jitqiegħed fis-suq. F’dan l-aħħar każ, l-applikant għandu jiddikjara l-konformità tal-prodott ma’ dan ir-rekwiżit.

It-teħid tal-kampjuni għandu jitwettaq f’konformità ma’ EN 12579 (It-tejjieba tal-ħamrija u l-materjal għat-tkabbir – It-teħid tal-kampjuni). Il-kampjuni għandhom jitħejjew f’konformità ma’ EN 13040 (It-tejjieba tal-ħamrija u l-materjal għat-tkabbir – It-tħejjija tal-kampjuni għal testijiet kimiċi u fiżiċi, determinazzjoni tal-kontenut ta’ materja niexfa, kontenut ta’ ndewwa u densità tal-massa kompatta tal-laboratorju).

Ladarba jkunu disponibbli, il-metodi tat-test u tat-teħid tal-kampjuni għandhom jitwettqu f’konformità mal-istandards armonizzati korrispondenti, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2019/1009.

Għas-sena tal-applikazzjoni, il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tat-test għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 1. Għas-snin ta’ wara, il-frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tat-test tal-prodotti għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2. Frekwenzi differenti tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar huma stabbiliti għat-tipi ta’ impjanti li ġejjin:

Tip 1: Impjanti tat-trattament tal-iskart jew tal-prodotti sekondarji tal-annimali;

Tip 2: Impjanti għall-manifattura tal-prodotti li jużaw materjali minn impjanti tat-Tip 1; u

Tip 3: Impjanti għall-manifattura tal-prodotti li ma jużawx materjali minn impjanti tat-Tip 1.

Għall-impjanti tat-Tip 2, il-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni u tat-test għas-sena tal-applikazzjoni u fis-snin ta’ wara se jkunu l-istess bħall-frekwenzi stabbiliti għat-Tip 3, diment li l-fornituri tagħhom tal-materjali derivati mill-iskart jew mill-prodotti sekondarji tal-annimali jkunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija. L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapporti tat-test mill-fornituri, flimkien mad-dokumentazzjoni, sabiex jiżgura l-konformità tal-materjal fornut mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE. Il-korp kompetenti jista’ jirrikonoxxi l-frekwenzi tat-teħid tal-kampjuni u tal-ittestjar skont il-leġiżlazzjoni u l-istandards nazzjonali bħala validi sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-materjali fornuti derivati mill-iskart jew mill-prodotti sekondarji tal-annimali mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE.

Għandha tkun meħtieġa wkoll konferma bil-miktub mill-applikant li l-kriterji kollha huma ssodisfati għall-valutazzjoni.

Prodott fertilizzanti tal-UE huwa prodott fertilizzanti li għandu t-tikketta CE meta jkun disponibbli fis-suq. Jekk il-prodott huwa prodott fertilizzanti tal-UE, id-dokumentazzjoni li ġejja għandha titwassal lill-korp kompetenti: id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE; id-dokumentazzjoni teknika; u, fejn applikabbli, id-dokumenti maħruġa minn korp notifikat involut fil-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità tal-prodott.

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“input annwali” tfisser il-kwantità annwali ta’ materjali ttrattati f’impjant tat-trattament tal-iskart jew ta’ prodotti sekondarji tal-annimali;

(2)

“output annwali” tfisser il-kwantità annwali ta’ prodotti magħmula mill-istess komponenti;

(3)

“lott” tfisser kwantità ta’ oġġetti manifatturati bl-istess proċess taħt l-istess kundizzjonijiet u ttikkettati bl-istess mod, u bi preżunzjoni li għandhom l-istess karatteristiċi;

(4)

“bijoskart” tfisser skart bijodegradabbli tal-ġonna u tal-parks, skart tal-ikel u tal-kċina minn unitajiet domestiċi, uffiċċji, ristoranti, bejgħ bl-ingrossa, kantini, il-fornituri tal-ikel u l-bini tal-bejgħ bl-imnut u l-iskart komparabbli minn impjanti tal-ipproċessar tal-ikel, inkluż skart simili minn unitajiet domestiċi miġbur flimkien mal-bijoskart;

(5)

“komponent” tfisser il-materjal li jintuża bħala ingredjent tal-prodott;

(6)

“materjal minerali għat-tkabbir” tfisser materjal għat-tkabbir kompletament magħmul minn komponenti minerali, li jiġi offrut biss għall-użu għal applikazzjonijiet ortikulturali professjonali, bħal ħitan ħodor u/jew bjut ħodor;

(7)

“komponent organiku” tfisser komponenti magħmulin primarjament minn karbonju u molekuli derivati minn organiżmi ħajjin, minbarra fjuwils fossili u materjali derivati minn fjuwils fossili;

(8)

“materjal irkuprat” tfisser kull materjal li jkun għadda minn kwalunkwe operazzjoni ta’ rkupru, inkluża t-tħejjija għall-użu mill-ġdid, għar-riċiklaġġ u għall-mili mill-ġdid, iżda eskluż l-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li għandhom jintużaw bħala fjuwils jew mezzi oħrajn sabiex tiġi ġġenerata l-enerġija;

(9)

“irkupru” tfisser kwalunkwe operazzjoni li r-riżultat prinċipali tagħha huwa skart li jservi skop utli billi jissostitwixxi materjali oħrajn li kieku kienu jintużaw sabiex jaqdi funzjoni partikolari, jew skart li jkun qiegħed jiġi ppreparat sabiex jaqdi dik il-funzjoni, fl-impjant jew fl-ekonomija usa’;

(10)

“riċiklaġġ” tfisser kull operazzjoni ta’ rkupru li biha l-materjali tal-iskart jiġu pproċessati mill-ġdid fi prodotti, materjali jew sustanzi kemm jekk għall-istess użu oriġinali jew għal skopijiet oħrajn, inklużi l-ipproċessar mill-ġdid ta’ materjal organiku iżda mhux għall-irkupru tal-enerġija u l-ipproċessar mill-ġdid f’materjali li jridu jintużaw bħala fjuwils jew għall-operazzjonijiet ta’ mili mill-ġdid;

(11)

“kontenut totali ta’ karbonju organiku (TOC)” tfisser kwantità ta’ karbonju li jiġi kkonvertit f’diossidu tal-karbonju permezz tal-kombustjoni u li ma jiġix rrilaxxat bħala diossidu tal-karbonju permezz ta’ trattament bl-aċidu.

Kriterju 1 — Komponenti

Dan il-kriterju japplika għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija.

Il-komponenti ammessi għandhom ikunu komponenti organiċi u/jew minerali.

Il-prodott ma għandux ikun fih pit miżjud intenzjonalment.

Kriterju 1.1 — Komponenti organiċi tal-prodott

Il-prodott jista’ jkun fih wieħed jew aktar mill-komponenti organiċi li ġejjin:

(a)

pjanti, partijiet tal-pjanti jew estratti tal-pjanti, derivati minn attivitajiet tal-agrikoltura jew tal-forestrija, li ma jkunu għaddew minn ebda pproċessar ieħor ħlief il-qtugħ, it-tħin, il-maċinazzjoni, it-tgħarbil, it-tnaqqija, iċ-ċentrifugazzjoni, l-ippressar, it-tnixxif, it-trattament bl-iffriżar, il-lijofilizzazzjoni, l-estrazzjoni bl-ilma, l-estrazzjoni superkritika tas-CO2, jew l-isfibratura f’temperatura ta’ mhux aktar minn 100 °C u mingħajr ebda addittiv minbarra l-ilma. Għall-finijiet ta’ dan il-punt, il-pjanti jinkludu l-faqqiegħ u l-alka u jeskludu alka kaħlanija-ħadra (ċjanobatterji);

(b)

ġir mill-fabbriki tal-industrija tal-ikel, jiġifieri materjal mill-industrija tal-ipproċessar tal-ikel miksub bil-karbonazzjoni ta’ materja organika, bl-użu biss ta’ ġir maħruq minn sorsi naturali;

(c)

melassi, jiġifieri prodott sekondarju viskuż tar-raffinar tal-kannamiela jew tal-pitravi taz-zokkor fi zokkor;

(d)

vinassa, jiġifieri prodott sekondarju viskuż tal-proċess ta’ fermentazzjoni tal-melassi f’etanol, aċidu askorbiku jew prodotti oħrajn;

(e)

ħbub tad-distillerija, jiġifieri prodotti sekondarji li jirriżultaw mill-produzzjoni ta’ xorb alkoħoliku;

(f)

ġir mill-produzzjoni tal-ilma tax-xorb, jiġifieri residwu li jiġi rrilaxxat mill-produzzjoni tal-ilma tax-xorb minn ilma ta’ taħt l-art jew ilma tas-superfiċje u li jikkonsisti, prinċipalment, minn karbonat tal-kalċju;

(g)

diġestat miksub permezz ta’ diġestjoni anaerobika jew kompost miksub permezz ta’ kompostjar aerobiku ta’ wieħed jew aktar mill-materjali elenkati hawn taħt minn 1 sa 5.

Komponenti organiċi (g) jistgħu jinkisbu bl-ipproċessar ta’ wieħed jew aktar mill-materjali ta’ input li ġejjin:

1.

bijoskart minn ġbir separat fis-sors, kif definit fid-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3);

2.

organiżmi ħajjin jew mejtin jew partijiet minnhom, li ma jkunux proċessati jew li jkunu proċessati biss b’mezzi manwali, mekkaniċi jew gravitazzjonali, billi jinħallu fl-ilma, bil-flotazzjoni, bl-estrazzjoni bl-ilma, bid-distillazzjoni bil-fwar jew bit-tisħin esklużivament sabiex jitneħħa l-ilma, jew li jiġu estratti mill-arja bi kwalunkwe mezz, minbarra:

a.

materjali li joriġinaw minn skart muniċipali mħallat;

b.

ħama tad-drenaġġ, ħama industrijali jew ħama mit-tħammil;

c.

prodotti sekondarji tal-annimali jew prodotti derivati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) li għalihom ma jkun ġie ddeterminat l-ebda punt aħħari fil-katina tal-manifattura f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament;

3.

materjali tal-Kategorija 2 jew tal-Kategorija 3 jew prodotti derivati minnhom, f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 32(1) u (2) u fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, diment li jkun ġie ddeterminat il-punt aħħari fil-katina tal-manifattura, f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament, u li jkun intlaħaq qabel ma l-prodott jitqiegħed fis-suq;

4.

tipi ta’ ħama li jikkonformaw maż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

I.

dawn huma identifikati bħala wieħed mit-tipi ta’ skart li ġejjin (5):

0203 05

ħama mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fil-preparazzjoni u fl-ipproċessar ta’ frott, ħxejjex, ċereali, żjut li jittieklu, kawkaw, kafè, tè u tabakk, il-produzzjoni ta’ prodotti ppreżervati, il-produzzjoni ta’ ħmira u estratt tal-ħmira, il-preparazzjoni u l-fermentazzjoni ta’ melassa;

0204 03

ħama mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fl-ipproċessar taz-zokkor;

0205 02

ħama mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fl-industrija tal-prodotti tal-ħalib;

0206 03

ħama mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fl-industrija tal-ħami u tal-ħelu;

0207 05

ħama mit-trattament ta’ effluwenti fuq il-post fil-produzzjoni tax-xarbiet alkoħoliċi u mhux alkoħoliċi (minbarra għall-kafè, it-tè u l-kawkaw);

II.

huma separati minn sors wieħed, li jfisser li ma kien hemm l-ebda taħlit ma’ effluwenti jew ħama barra minn proċess ta’ produzzjoni speċifiku.

5.

diġestat miksub permezz ta’ diġestjoni anaerobika jew kompost miksub permezz ta’ kompostjar aerobiku ta’ kwalunkwe materjal indikat fil-punti 1, 2, 3 u 4 ta’ din il-lista.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bil-lista tal-komponenti kollha tal-prodott.

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bl-informazzjoni dwar l-oriġini ta’ kull komponent organiku tal-prodott u b’dikjarazzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-Kriterju 1 ta’ dan l-Anness.

Kriterju 2 — Komponenti minerali

Kriterju 2.1 — Il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet tas-CO2 matul il-manifattura tal-materjal minerali għat-tkabbir

Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal minerali għat-tkabbir.

Il-manifattura tal-minerali espanduti u tas-suf minerali għandha tissodisfa l-limiti ta’ konsum tal-enerġija u tal-emissjonijiet tas-CO2 li ġejjin:

il-konsum tal-enerġija/prodott ≤ 11 GJ/t prodott, f’enerġija primarja; u

l-emissjonijiet tas-CO2/prodott ≤ 0,7 t CO2/t prodott.

“Prodott” jirreferi għas-suf minerali fi kwalunkwe waħda mill-forom imqiegħda fis-suq (eż. ċangaturi, kubi, plakek).

Il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija/prodott jiġi kkalkolat bħala medja annwali kif ġej:

Formula
Formula

Fejn:

n huwa n-numru ta’ snin tal-perjodu użat sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

i hija s-sena tal-perjodu użat sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

Produzzjoni hija l-produzzjoni tas-suf minerali jew tal-minerali espanduti f’tunnellati fis-sena i;

F huwa l-konsum annwali tal-fjuwils fil-proċess tal-produzzjoni fis-sena i;

Elgrilja huwa l-konsum annwali tal-elettriku mill-grilja fis-sena i;

Hkoġ huwa l-konsum annwali tas-sħana utli mill-koġenerazzjoni fis-sena i;

Elkoġ huwa l-konsum annwali tal-elettriku mill-koġenerazzjoni fis-sena i;

Ref Ηη u Ref Εη huma l-effiċjenzi ta’ referenza għall-produzzjoni separata tas-sħana u tal-elettriku kif definiti fid-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u kkalkolati f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 (7) u

PESkoġ huwa l-iffrankar tal-enerġija primarja tal-impjant tal-koġenerazzjoni kif definit fid-Direttiva 2012/27/UE, fis-sena i.

Il-proporzjon tal-emissjonijiet tas-CO2/produzzjoni għandu jiġi kkalkolat bħala medja annwali kif ġej:

Formula

Fejn:

n huwa n-numru ta’ snin tal-perjodu użat sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

i hija s-sena tal-perjodu użat sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

Produzzjoni hija l-produzzjoni tas-suf minerali f’tunnellati fis-sena i;

CO2 diretti huwa l-emissjonijiet tas-CO2 f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 (8), fis-sena i; u

CO2 indiretti huwa l-emissjonijiet indiretti tas-CO2 minħabba l-konsum finali tal-enerġija fis-sena i, u għandu jiġi kkalkolat f’konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 (9).

L-emissjonijiet diretti tas-CO2 għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066.

L-emissjonijiet indiretti tas-CO2 għandhom jiġu mmonitorjati f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/331 dwar ir-regoli dwar l-allokazzjoni bla ħlas.

Il-perjodu sabiex jiġu kkalkolati l-proporzjonijiet tal-konsum tal-enerġija/prodott u tal-emissjonijiet tas-CO2/prodott għandu jkun l-aħħar ħames snin qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni. Jekk fid-data tal-applikazzjoni l-perjodu tal-operat tal-impjant ikun anqas minn ħames snin, il-proporzjon għandu jitkejjel bħala l-medja annwali ta’ dak il-perjodu ta’ operat, li għandu jkun ta’ mill-anqas sena.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b’dikjarazzjoni li tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

il-proporzjon tal-konsum tal-enerġija (GJ)/prodott (tunnellata);

il-proporzjon tal-emissjonijiet tas-CO2 (tunnellata)/prodott (tunnellata);

l-emissjonijiet tas-CO2 diretti (tunnellati) għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

l-emissjonijiet tas-CO2 indiretti (tunnellati) għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

il-fjuwils ikkunsmati, il-konsum ta’ kull fjuwil (GJ), is-subproċess(i) tal-proċess ta’ manifattura meta dawn jiġu kkunsmati għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

il-konsum tal-elettriku mill-grilja (GJ enerġija finali) għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

il-konsum tas-sħana utli mill-koġenerazzjoni (GJ enerġija finali) għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

il-konsum tal-elettriku mill-koġenerazzjoni (GJ enerġija finali) għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

referenza tal-effiċjenzi għall-produzzjoni separata tas-sħana u l-elettriku;

l-iffrankar tal-enerġija primarja (PES) (%) tal-koġenerazzjoni għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja; u

l-identifikazzjoni tal-fjuwils użati fil-koġenerazzjoni u s-sehem tagħhom fit-taħlita tal-fjuwils, għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja.

Mad-dikjarazzjonijiet għandhom jingħataw ukoll dawn id-dokumenti li ġejjin:

rapport annwali dwar l-emissjonijiet f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/2066, għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

rapport ta’ verifika li lir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet iqisu sodisfaċenti f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 (10), għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja;

ir-rekords tal-konsum tal-elettriku mill-grilja mogħtija mill-fornitur, għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja; u

r-rekords tal-konsum tas-sħana utli u l-elettriku mill-koġenerazzjoni, kemm fuq il-post kif ukoll mixtrija, għal kull sena tal-perjodu sabiex tiġi kkalkolata l-medja.

Kriterju 2.2 — Sorsi ta’ estrazzjoni tal-minerali

Dan il-kriterju japplika għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija.

L-estrazzjoni ta’ minerali li għandhom jintużaw bħala komponent ta’ materjal għat-tkabbir u ta’ tejjieb tal-ħamrija tal-Ekotikketta tal-UE għandha ssir biss f’siti li huma koperti mid-dokumentazzjoni li ġejja:

valutazzjoni tal-impatt ambjentali u, fejn rilevanti, rapport f’konformità mad-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11);

awtorizzazzjoni valida għall-attività ta’ estrazzjoni maħruġa mill-awtorità reġjonali jew nazzjonali rilevanti;

pjan ta’ mmaniġġar tar-riabilitazzjoni assoċjat mal-awtorizzazzjoni għall-attività ta’ estrazzjoni;

mappa li tindika l-post tal-barriera;

dikjarazzjoni ta’ konformità mar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12);

dikjarazzjoni ta’ konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (13) (ħabitats) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) (għasafar).

Fir-rigward tal-aħħar punt ta’ hawn fuq, f’każijiet li fihom is-siti tal-estrazzjoni jkunu jinsabu f’żoni tan-network ta’ Natura 2000, magħmula minn żoni speċjali ta’ konservazzjoni skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 92/43/KEE u żoni ta’ protezzjoni speċjali kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/147/KE, l-attivitajiet ta’ estrazzjoni għandhom ikunu ġew ivvalutati u awtorizzati f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE u jkunu qiesu d-dokument ta’ gwida rilevanti tal-Kummissjoni Ewropea (15).

Rigward l-aħħar punt ta’ hawn fuq ukoll, f’każijiet fejn is-siti ta’ estrazzjoni jkunu jinsabu barra mill-UE, jekk il-materjali jiġu estratti minn żoni uffiċjalment nominati bħala kandidati għal jew adottati bħala: żoni ta’ interess speċjali għall-konservazzjoni; parti min-network Emerald skont ir-Rakkomandazzjoni Nru 16 (1989) u r-Riżoluzzjoni Nru 3 (1996) tal-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tal-Ħajja Selvaġġa u l-Ambjenti Naturali tal-Ewropa (16); jew żoni protetti indikati bħala tali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi li jixtru/jesportaw, l-attivitajiet ta’ estrazzjoni għandhom ikunu ġew ivvalutati u awtorizzati f’konformità mad-dispożizzjonijiet li jipprovdu assigurazzjonijiet ekwivalenti għad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti, jew kopja tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti u kwalunkwe dikjarazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa oħra.

Il-pjan ta’ ġestjoni tar-riabilitazzjoni għandu jinkludi l-objettivi għar-riabilitazzjoni tal-barriera, id-disinn tar-riżalt kunċettwali finali, inkluż l-użu propost tal-art wara l-barriera, dettalji dwar l-implimentazzjoni ta’ programm effettiv ta’ riveġetazzjoni u dettalji ta’ programm ta’ monitoraġġ effettiv sabiex tiġi vvalutata l-prestazzjoni taż-żoni riabilitati.

F’każ li jkunu twettqu attivitajiet ta’ estrazzjoni ta’ minerali industrijali jew ta’ kostruzzjoni f’żoni tan-network Natura 2000 (fl-Unjoni), fin-network Emerald jew f’żoni protetti ddeżinjati bħala tali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiżi li jixtru/jesportaw (barra mill-Unjoni), l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan ir-rekwiżit maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti jew kopja tal-awtorizzazzjoni tagħhom maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti.

Kriterju 2.3 — L-użu u wara l-użu tal-materjal minerali għat-tkabbir

Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal minerali għat-tkabbir.

L-applikant għandu joffri lill-klijenti servizz strutturat ta’ ġbir u riċiklaġġ, li jista’ juża fornituri ta’ servizzi terzi. Is-servizz ta’ ġbir u riċiklaġġ għandu jkopri minimu ta’ 70 % tal-bejgħ tal-applikant, espress f’volum, madwar l-Unjoni.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b’dikjarazzjoni li l-materjal minerali għat-tkabbir huwa offrut biss sabiex jintuża għal applikazzjonijiet ortikulturali professjonali. L-informazzjoni mogħtija lill-utent aħħari għandha tinkludi dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni ortikulturali professjonali tal-prodott.

L-applikant għandu jinforma lill-korp kompetenti dwar l-għażla/għażliet offruti ta’ servizzi strutturati ta’ ġbir u riċiklaġġ u r-riżultati tal-għażliet implimentati. B’mod partikolari, l-applikant għandu jipprovdi d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni li ġejjin:

id-dokumentazzjoni kuntrattwali bejn il-manifattur u l-fornituri tas-servizz;

deskrizzjoni tal-ġbir, tal-ipproċessar u tad-destinazzjonijiet;

ħarsa ġenerali annwali lejn il-volum totali tal-bejgħ tal-materjal għat-tkabbir fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u ħarsa ġenerali annwali lejn il-volumi tal-bejgħ fiż-żoni ta’ dawk l-Istati Membri fejn qegħdin jiġu offruti l-ġbir u l-ipproċessar.

Fil-każ ta’ parteċipanti ġodda, għandhom jiġu pprovduti stima tal-ħarsa ġenerali annwali tal-volum totali tal-bejgħ tal-materjal għat-tkabbir fl-Istati Membri tal-UE u stima tal-ħarsa ġenerali annwali tal-volumi tal-bejgħ fiż-żoni ta’ dawk l-Istati Membri fejn qegħdin jiġu offruti l-ġbir u l-ipproċessar. Id-data reali għandha tingħata sena wara li tingħata l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE.

Kriterju 3 — Komponenti organiċi u l-materjali riċiklati/rkuprati fil-materjal għat-tkabbir

Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal għat-tkabbir.

Il-materjal għat-tkabbir għandu jikkonsisti f’kontenut organiku jew riċiklat/irkuprat, f’konformità ma’ wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

il-materjal għat-tkabbir għandu jkun fih minimu ta’ 30 % ta’ komponenti organiċi (espressi bħala volum ta’ komponenti organiċi fil-volum totali tal-prodott);

(b)

il-materjal għat-tkabbir għandu jkun fih komponenti minerali manifatturati minn proċess li juża mill-anqas 30 % ta’ materjali riċiklati/irkuprati (espressi bħala l-piż niexef ta’ materjali riċiklati/irkuprati fil-piż niexef totali tal-materjali użati).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jiddikjara l-informazzjoni li ġejja:

għall-każ (a): il-volum tal-komponenti organiċi ddikjarati fil-Kriterju 1 fil-volum totali tal-prodott;

għall-każ (b): il-piż niexef tal-materjali riċiklati/irkuprati fil-piż niexef totali tal-materjali użati.

Fil-każ (b), l-applikant għandu jiddikjara wkoll din l-informazzjoni dwar il-komponenti minerali:

l-identifikazzjoni tal-materja prima użata, l-ammonti ta’ rapportar bħala piż niexef u l-oriġini;

l-identifikazzjoni, l-ammont u l-oriġini tal-materjali riċiklati/rkuprati użati, li għandhom jiġu appoġġati minn fattura jew dokumenti ta’ verifika pprovduti mill-fornitur tal-materjal.

Kriterju 4 — Sustanzi ristretti

Kriterju 4.1 — Limiti għall-metalli tqal

Dan il-kriterju japplika għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija.

Kriterju 4.1(a) —Limiti għall-metalli tqal fit-tejjieba tal-ħamrija

Il-kontenut tal-elementi li ġejjin fil-prodott għandu jkun anqas mill-valuri murija fit-Tabella 2, imkejla f’termini ta’ materja niexfa (DM) tal-prodott.

Tabella 2

Limiti tal-metalli tqal għat-tejjieba tal-ħamrija

Metall tqil

Kontenut massimu fil-prodott (mg/kg DM)

Kadmju (Cd)

1

Total ta’ kromju (Cr total)

100

Ram (Cu)

200

Merkurju (Hg)

0,45

Nikil (Ni)

40

Ċomb (Pb)

100

Żingu (Zn)

300

Arseniku Inorganiku (As)

10

Kriterju 4.1(b) — Limiti għall-metalli tqal fil-materjal għat-tkabbir

Il-kontenut tal-elementi li ġejjin fil-prodott għandu jkun anqas mill-valuri murija fit-Tabella 3, imkejla f’termini ta’ materja niexfa (DM) tal-prodott.

Tabella 3

Limiti tal-metalli tqal għall-materjal għat-tkabbir

Metall tqil

Kontenut massimu fil-prodott (mg/kg DM)

Materjal minerali għat-tkabbir

Materjal għat-tkabbir għajr materjal minerali għat-tkabbir

Kadmju (Cd)

1,3

1,3

Total ta’ kromju (Cr total)

310

100

Kromu VI (Cr VI)

2

Mhux applikabbli

Ram (Cu)

200

200

Merkurju (Hg)

0,45

0,45

Nikil (Ni)

40

40

Ċomb (Pb)

100

100

Żingu (Zn)

300

300

Arseniku Inorganiku (As)

10

10

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapporti tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-istandards EN eżistenti jew il-proċeduri tal-ittestjar imwettqa b’mod affidabbli u riproduċibbli.

Għall-kontenut totali tal-kromu, l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapporti tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar indikata f’EN 13650.

Fil-materjal għat-tkabbir ta’ komponenti purament minerali, il-limitu għan-nikil għandu jirreferi għall-kontenut bijodisponibbli tiegħu.

Kriterju 4.2 — Limiti għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs)

Dan il-kriterju japplika għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija.

Il-kontenut fil-prodott tal-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi li ġejjin għandu jkun anqas mill-valuri murija fit-Tabella 4, imkejla f’termini ta’ materja niexfa tal-prodott.

Tabella 4

Limitu għall-PAHs

Inkwinant

Kontenut massimu fil-prodott (mg/kg DM)

PAH16

6

PAH16 = is-somma totali ta’ naftalen, aċenaftilen, aċenaften, fluworen, fenantren, antraċen, fluworanten, piren, benżo[a]antraċen, krisen, benżo[b]fluworanten, benżo[k]fluworanten, benżo[a]piren, indeno[1,2,3-cd]piren, dibenzo[a,h]antraċen u benżo[ghi]perilen.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapporti tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar indikata f’EN 16181.

Kriterju 4.3 — Restrizzjonijiet fuq sustanzi u taħlitiet ikklassifikati bħala perikolużi skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008

Il-kriterju japplika għat-tejjieba tal-ħamrija u għall-materjal għat-tkabbir.

Il-prodott ma għandux jiġi kklassifikat f’konformità ma’ kwalunkwe waħda mill-klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet tad-dikjarazzjonijiet ta’ periklu assoċjati, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, li huma elenkati fil-paragrafu li ġej.

Il-prodott ma għandux ikun fih sustanzi jew taħlitiet miżjuda intenzjonalment f’konċentrazzjonijiet akbar minn 0,010 % w/w (f’termini ta’ piż niedi) li huma assenjati xi waħda mill-klassijiet ta’ periklu, kategoriji u kodiċijiet assoċjati tad-dikjarazzjoni ta’ periklu li ġejjin, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008:

Perikli tal-Grupp 1: Karċinoġeniċi, mutaġeniċi u/jew tossiċi għar-riproduzzjoni (CMR) tal-Kategorija 1 A jew 1B: H340, H350, H350i, H360, H360F, H360D, H360FD, H360Fd, H360Df;

Perikli tal-Grupp 2: CMR tal-Kategorija 2: H341, H351, H361, H361f, H361d, H361fd, H362; Tossiċità akkwatika tal-Kategorija 1: H400, H410; Tossiċità akuta tal-Kategoriji 1 u 2: H300, H310, H330; Tossiċità mill-aspirazzjoni tal-Kategorija 1: H304; Tossiċità speċifika għall-organi fil-mira (STOT) tal-Kategorija 1: H370, H372; u

Perikli tal-Grupp 3: Tossiċità akkwatika tal-Kategoriji 2, 3 u 4: H411, H412, H413; Tossiċità akuta tal-Kategorija 3: H301, H311, H331; STOT tal-Kategorija 2: H371, H373.

Il-kodiċijiet tad-dikjarazzjoni tal-periklu ġeneralment jirreferu għal sustanzi. Madankollu, jekk ma tkunx tista’ tinkiseb informazzjoni dwar is-sustanzi, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.

L-użu ta’ sustanzi jew taħlitiet li jkunu modifikati kimikament matul il-proċess tal-produzzjoni, sabiex kwalunkwe periklu rilevanti li għalih is-sustanza jew it-taħlita tkun ġiet ikklassifikata skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 ma jibqax japplika, għandu jkun eżentat mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.

Dan il-kriterju ma japplikax għal dawk il-komponenti magħmulin minn:

sustanzi mhux inklużi fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 kif definit fl-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament;

sustanzi koperti bl-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, li jistabbilixxi kriterji għall-eżenzjoni ta’ sustanzi inklużi fl-Anness V ta’ dak ir-Regolament mill-obbligi tar-reġistrazzjoni, tal-utenti downstream u tar-rekwiżiti tal-evalwazzjoni.

Sabiex jiġi ddeterminat jekk tapplikax din l-esklużjoni, l-applikant għandu jeżamina kwalunkwe sustanza jew taħlita miżjuda intenzjonalment preżenti f’konċentrazzjoni ’l fuq minn 0,010 % w/w (f’termini ta’ piż niedi) fil-prodott.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lista tal-komponenti u tas-sustanzi kimiċi rilevanti kollha miżjuda intenzjonalment fil-proċess tal-produzzjoni, flimkien mal-iskedi tad-data tas-sikurezza jew id-dikjarazzjonijiet tal-fornitur tas-sustanzi kimiċi rilevanti li juru l-konformità mar-rekwiżit.

Kwalunkwe komponent jew sustanza kimika li jkun fiha sustanzi jew taħlitiet ikklassifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 għandu jiġi enfasizzat.

Ir-rata approssimattiva ta’ dożaġġ tal-komponent jew tas-sustanza kimika, flimkien mal-konċentrazzjoni tas-sustanza jew taħlita ristretta f’dak il-komponent jew dik is-sustanza kimika (kif mogħtija fl-iskeda tad-data tas-sikurezza jew fid-dikjarazzjoni tal-fornitur) u fattur ta’ kapaċità preżunta ta’ 100 % għandhom jintużaw sabiex tiġi stmata l-kwantità tas-sustanza jew tat-taħlita ristretta li jifdal fil-prodott finali.

Il-ġustifikazzjonijiet għal kwalunkwe devjazzjoni minn fattur ta’ kapaċità ta’ 100 % jew għal modifika kimika ta’ sustanza jew ta’ taħlita perikoluża ristretta jridu jiġu pprovduti bil-miktub.

Għall-komponenti jew sustanzi eżentati milli jissodisfaw ir-rekwiżit tal-Kriterju 4.3 (ara l-Annessi IV u V tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006), dikjarazzjoni għal dan il-għan mill-applikant għandha tkun biżżejjed għall-konformità.

Fil-każ tas-suf minerali, l-applikant għandu jipprovdi wkoll dawn li ġejjin:

(a)

kopja ta’ ċertifikat mogħti għad-dritt li jintuża l-Bord Ewropew taċ-Ċertifikazzjoni għat-trademark tal-Prodotti tas-Suf Minerali bħala prova ta’ konformità man-Nota Q tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(b)

kopja ta’ rapport ta’ test skont it-termini tal-ISO 14184-1 Tessuti - Determinazzjoni tal-formaldeid - il-Parti 1: Formaldeid ħieles u idrolizzat.

L-evidenza ta’ hawn fuq tista’ tingħata wkoll direttament lil korpi kompetenti minn kwalunkwe fornitur fil-katina tal-provvista tal-applikant.

Kriterju 4.4 — Restrizzjonijiet fuq sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (SVHCs) kif identifikati skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

Il-kriterju japplika għat-tejjieba tal-ħamrija u għall-materjal għat-tkabbir.

Il-prodott ma għandu jkun fih l-ebda sustanza miżjuda intenzjonalment li tissodisfa l-kriterji msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 li tkun ġiet identifikata f’konformità mal-proċedura deskritta fl-Artikolu 59 ta’ dak ir-Regolament u inkluża fil-lista ta’ kandidati ta’ sustanzi ta’ tħassib serju ħafna (SVHCs) għall-awtorizzazzjoni.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li ma żied intenzjonalment l-ebda SVHCs matul il-proċess tal-produzzjoni tiegħu. Din id-dikjarazzjoni tal-applikant għandha tkun appoġġata minn dikjarazzjonijiet u skedi tad-data dwar is-sikurezza tas-sustanzi kimiċi u l-materjali kollha fornuti użati għall-produzzjoni tal-prodott/i tal-Ekotikketta tal-UE – sabiex jiġi kkonfermat li l-ebda SVHC ma tkun ġiet miżjuda intenzjonalment ma’ dawk is-sustanzi kimiċi jew materjali fornuti.

Kriterju 4.5 — Kriterji mikrobijoloġiċi

Dan il-kriterju japplika għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija, bl-eċċezzjoni tal-materjal minerali għat-tkabbir.

Il-kontenut tal-patoġeni primarji fil-prodott ma għandux jaqbeż il-livelli massimi stabbiliti fit-Tabella 5.

Tabella 5

Valur ta’ limitu propost għall-patoġeni

Mikro-organiżmi li għandhom jiġu ttestjati

Pjanijiet ta’ kampjunar

Limitu

n

c

m

M

Salmonella spp.

5

0

0

Nuqqas f’25 g jew 25 ml

Escherichia coli jew Enterococcaceae

5

5

0

1 000 CFU f’1 g jew 1 ml

CFU = colony-forming units (unitajiet li jiffurmaw kolonji)

Fejn:

n huwa n-numru ta’ kampjuni li għandhom jiġu ttestjati;

c huwa n-numru ta’ kampjuni fejn in-numru ta’ batterji espress f’CFU jkun bejn m u M;

m huwa l-valur limitu għan-numru ta’ batterji espress f’CFU li huwa kkunsidrat sodisfaċenti; u

M huwa l-valur massimu tan-numru ta’ batterji espress f’CFU.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapporti tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar indikata fit-Tabella 6.

Tabella 6

Metodu tat-test standard għad-detezzjoni ta’ patoġeni speċifiċi

Parametru

Metodu tat-test

E. coli

CEN/TR 16193 jew ISO 16649-2 jew EN ISO 9308-3

Salmonella spp.

EN ISO 6579 jew CEN/TR 15215

Enterococcacea

EN 15788 jew EN ISO 7899-1 jew il-metodu BEA

Kriterju 5 — Adegwatezza għall-użu

Kriterju 5.1 — Stabbiltà

Dan il-kriterju japplika għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija, bl-eċċezzjoni tal-ħuxlief li huwa totalment kompost minn komponenti linjoċellulożiċi u mill-materjal minerali għat-tkabbir.

It-tejjieba tal-ħamrija għal applikazzjonijiet mhux professjonali u l-materjal għat-tkabbir għall-applikazzjonijiet kollha għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti ppreżentati fit-Tabella 7.

Tabella 7

Rekwiżiti ta’ stabbiltà għat-tejjieba tal-ħamrija maħsuba għal applikazzjonijiet mhux professjonali u għall-materjal għat-tkabbir maħsuba għall-applikazzjonijiet kollha

Parametru ta’ stabbiltà

Rekwiżit

Indiċi Respirometriku Massimu

15 mmol O2/kg materja organika/h

Rottegrad Minimu, fejn applikabbli

IV (it-temperatura tat-test self-heating togħla b’mhux aktar minn 20 °C iżjed mit-temperatura ambjentali)

It-tejjieba tal-ħamrija għal applikazzjonijiet professjonali għandhom jissodisfaw wieħed mir-rekwiżiti ppreżentati fit-Tabella 8.

Tabella 8

Rekwiżiti ta’ stabbiltà għat-tejjieba tal-ħamrija maħsuba għal applikazzjonijiet professjonali

Parametru ta’ stabbiltà

Rekwiżit

Indiċi Respirometriku Massimu

25 mmol O2/kg materja organika/h

Rottegrad Minimu, fejn applikabbli

III (it-temperatura tat-test self-heating togħla b’mhux aktar minn 30 °C iżjed mit-temperatura ambjentali)

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapporti tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar indikata fit-Tabella 9.

Tabella 9

Metodu tat-test standard għad-determinazzjoni tal-parametri ta’ stabbiltà

Parametru

Metodu tat-test

Indiċi Respirometriku

EN 16087-1

Rottegrad

EN 16087-2

Kriterju 5.2 — Impuritajiet makroskopiċi

Dan il-kriterju japplika għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija, bl-eċċezzjoni tal-materjal minerali għat-tkabbir:

(a)

mhux aktar minn 3 g/kg ta’ materja niexfa ta’ impuritajiet makroskopiċi akbar minn 2 mm fi kwalunkwe forma ta’ ħġieġ u metall, kull wieħed;

(b)

mhux aktar minn 2,5 g/kg ta’ materja niexfa ta’ impuritajiet makroskopiċi akbar minn 2 mm f’forma ta’ plastik; u

(c)

mhux aktar minn 5 g/kg ta’ materja niexfa tas-somma tal-impuritajiet makroskopiċi msemmija fil-punt (a) u fil-punt (b).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapporti tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar indikata fl-Ispeċifikazzjoni Teknika CEN/TS 16202, jew proċedura tal-ittestjar ekwivalenti oħra awtorizzata mill-korp kompetenti.

Kriterju 5.3 —Materja organika u materja niexfa fit-tejjieba tal-ħamrija

Dan il-kriterju japplika għat-tejjieba tal-ħamrija.

Il-materja organika bħala telf mit-tqabbid tal-prodott bin-nar ma għandhiex tkun anqas minn 15 % tal-piż niexef jew 8,5 % tal-kontenut ta’ karbonju organiku (Corg) skont il-massa.

Il-kontenut ta’ materja niexfa tal-prodott ma għandux ikun anqas minn 25 % ta’ piż frisk (% FW).

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapporti tat-testijiet imwettqa f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar ippreżentata fit-Tabella 10.

Fejn il-konformità tiġi vvalutata abbażi ta’ materja organika, japplika l-fattur ta’ konverżjoni li ġej: karbonju organiku (Corg) = materja organika × 0,56

Tabella 10

Metodi tat-test standard għad-determinazzjoni ta’ materja niexfa, materja organika u l-kontenut totali ta’ karbonju organiku (TOC)

Parametru

Metodu tat-test

Materja niexfa (% FW)

EN 13040

Materja organika bħala telf mit-tqabbid bin-nar (% piż niexef)

EN 13039

Kontenut totali ta’ karbonju organiku (TOC) (% piż niexef)

EN 15936

Kriterju 5.4 — Żrieragħ tal-ħaxix ħażin u propaguli tal-pjanti vijabbli

Dan il-kriterju japplika għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija, bl-eċċezzjoni tal-materjal minerali għat-tkabbir.

Fil-prodott, il-kontenut ta’ żrieragħ tal-ħaxix ħażin vijabbli u propaguli tal-pjanti ma għandux jaqbeż iż-żewġ unitajiet għal kull litru.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b’rapport ta’ test imwettaq f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar indikata fl-Ispeċifikazzjoni Teknika CEN/TS 16201, jew proċedura tal-ittestjar ekwivalenti oħra awtorizzata mill-korp kompetenti.

Kriterju 5.5 — Rispons tal-pjanti

Dan il-kriterju japplika għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija.

Il-prodotti ma għandhomx jaffettwaw ħażin it-tnebbit tal-pjanti jew it-tkabbir sussegwenti.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b’test validu mwettaq f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar indikata f’EN 16086-1.

Kriterju 6 — Karatteristiċi tal-materjal għat-tkabbir

Dan il-kriterju japplika biss għall-materjal għat-tkabbir.

Kriterju 6.1 — Konduttività elettrika

Il-konduttività elettrika tal-prodott finali għandha tkun anqas minn 100 mS/m.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapport tat-test imwettaq f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar indikata f’EN 13038.

Kriterju 6.2 — Kontenut tas-sodju

Il-kontenut tas-sodju fl-estratti tal-ilma tal-prodott ma għandux jaqbeż il-150 mg/l tal-prodott frisk.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapport tat-test imwettaq f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar indikata f’EN 13652.

Kriterju 6.3 — Kontenut tal-klorur

Il-kontenut tal-klorur fl-estratt tal-ilma tal-prodott ma għandux jaqbeż il-500 mg/l ta’ piż frisk tal-prodott.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti bir-rapport tat-test imwettaq f’konformità mal-proċedura tal-ittestjar indikata f’EN 16195.

Kriterju 7 — Għoti ta’ informazzjoni

Dan il-kriterju japplika għall-materjal għat-tkabbir u għat-tejjieba tal-ħamrija.

Għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni indikata taħt il-Kriterju 7.1 jew 7.2, kif applikabbli.

Din l-informazzjoni għandha tingħata mal-prodott billi jew titniżżel fuq l-imballaġġ tal-prodott, jew inkella fid-dokumenti informattivi li jakkumpanjawh.

Prodott fertilizzanti tal-UE li jaqa’ fil-Kategorija 3(A) ta’ funzjoni tal-prodott (tejjieba tal-ħamrija organiċi) jew fil-Kategorija 4 ta’ funzjoni tal-prodott (materjal għat-tkabbir) skont it-termini tar-Regolament (UE) 2019/1009 għandu jitqies li jikkonforma mar-rekwiżit.

Għall-materjal minerali għat-tkabbir, il-provvista ta’ informazzjoni għandha tinkludi dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni ortikulturali professjonali.

Kriterju 7.1 — Tejjieba tal-ħamrija

(a)

l-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni;

(b)

deskrittur li jidentifika l-prodott skont it-tip, inkluż il-kliem “TEJJIEB TAL-ĦAMRIJA”;

(c)

kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-lott;

(d)

il-kwantità (indikata skont il-massa jew il-volum);

(e)

il-firxa tal-kontenut tal-indewwa jew il-kontenut tal-materja niexfa espressa bħala % skont il-massa;

(f)

lista tal-komponenti kollha ta’ aktar minn 5 % skont il-piż jew il-volum tal-prodott f’ordni dekrexxenti tal-piż xott; meta l-komponent ikun sustanza jew taħlita, dan għandu jiġi identifikat kif speċifikat fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(g)

il-kundizzjonijiet rakkomandati tal-ħażna u d-data rakkomandata ta’ “uża sa”;

(h)

linji gwida għall-immaniġġar u l-użu sikur, inkluża kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar miżuri rakkomandati għall-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent;

(i)

struzzjonijiet għall-użu maħsub, inklużi r-rati tal-applikazzjoni, it-twaqqit u l-frekwenza, u l-pjanti jew faqqiegħ fil-mira;

(j)

pH;

(k)

konduttività elettrika mogħtija bħala mS/m, minbarra għas-suf minerali;

(l)

kontenut ta’ materja organika jew kontenut ta’ karbonju organiku (Corg), espress bħala % skont il-massa;

(m)

ammont minimu ta’ nitroġenu organiku (Norg), espress bħala % skont il-massa, segwit minn deskrizzjoni tal-oriġini tal-materja organika użata;

(n)

il-proporzjon tal-karbonju organiku għal nitroġenu totali (Corg/N).

In-nutrijenti li ġejjin għandhom jiġu ddikjarati, espressi bħala % skont il-massa, jekk jaqbżu ż-0,5 % skont il-massa: nitroġenu (N), pentossidu tal-fosforu (P2O5) u ossidu tal-potassju (K2O).

Kriterju 7.2 — Materjal għat-tkabbir

(a)

l-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-kummerċjalizzazzjoni;

(b)

deskrittur li jidentifika l-prodott skont it-tip, inkluż il-kliem “MATERJAL GĦAT-TKABBIR”;

(c)

kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-lott;

(d)

il-kwantità:

għal plaggs ta’ suf minerali, espressi bħala numru ta’ biċċiet u ż-żewġ dimensjonijiet id-dijametru u l-għoli;

għal suf minerali li għandu forom għajr plaggs, espressi bħala numru ta’ biċċiet u t-tliet dimensjonijiet tul, għoli u wisa’;

għal materjal għat-tkabbir ieħor ifformat minn qabel, espressi bħala daqs f’tal-anqas żewġ dimensjonijiet;

għal materjal għat-tkabbir ieħor, espress bħala volum totali;

barra minn materjal għat-tkabbir ifformat minn qabel, il-kwantità espressa bħala volum tal-materjali b’daqsijiet tal-partikoli akbar minn 60 mm, fejn preżenti;

(e)

il-firxa tal-kontenut tal-indewwa jew il-kontenut tal-materja niexfa espressa bħala % skont il-massa;

(f)

lista tal-komponenti kollha ta’ aktar minn 5 % skont il-piż jew il-volum tal-prodott f’ordni dekrexxenti tal-piż xott; meta l-komponent ikun sustanza jew taħlita, dan għandu jiġi identifikat kif speċifikat fl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2008;

(g)

il-kundizzjonijiet rakkomandati tal-ħażna, id-data rakkomandata ta’ “uża sa” u d-data tal-produzzjoni;

(h)

linji gwida għall-immaniġġar u l-użu sikur, inkluża kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar miżuri rakkomandati għall-ġestjoni tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti, għas-sikurezza jew għall-ambjent;

(i)

struzzjonijiet għall-użu maħsub, inklużi r-rati tal-applikazzjoni, it-twaqqit u l-frekwenza, u l-pjanti jew faqqiegħ fil-mira;

(j)

pH;

(k)

konduttività elettrika mogħtija bħala mS/m, minbarra għas-suf minerali;

(l)

dikjarazzjoni dwar l-istabbilità tal-materja organika (stabbli jew stabbli ħafna);

(m)

nitroġenu (N) li jista’ jiġi estratt permezz ta’ CaCl2/DTPA (klorur tal-kalċju/aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku; “CAT-solubbli”), jekk ikun ogħla minn 150 mg/l;

(n)

pentossidu tal-fosforu (P2O5) li jista’ jiġi estratt mis-CaCl2/DTPA (klorur tal-kalċju/aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku; “CAT-solubbli”), jekk ikun ogħla minn 20 mg/l;

(o)

ossidu tal-potassju (K2O) li jista’ jiġi estratt minn CaCl2/DTPA (klorur tal-kalċju/aċidu dietilenetriamminapentaaċetiku; “CAT-solubbli”), jekk ikun ogħla minn 150 mg/l;

(p)

Total ta’ kromju (Cr total), kwantifikat kif stabbilit fil-kriterju 4.1(b), jekk ikun ogħla minn 200 mg/kg DM;

(q)

dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni ortikulturali professjonali, fil-każ ta’ materjal minerali għat-tkabbir.

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jiddikjara li l-prodott huwa konformi ma’ dan il-kriterju u jipprovdi lill-korp kompetenti bit-test tal-informazzjoni għall-utent miktub fuq l-imballaġġ jew fuq l-iskedi informattivi li jakkumpanjaw il-prodott.

Kriterju 8 — Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE

Jekk tintuża t-tikketta fakultattiva bil-kaxxa testwali, din għandu jkun fiha t-tliet dikjarazzjonijiet li ġejjin:

jippromwovi r-riċiklaġġ tal-materjali;

jippromwovi l-użu ta’ materjali prodotti b’metodi aktar sostenibbli, u b’hekk tnaqqas id-degradazzjoni ambjentali.

Għat-tejjieba tal-ħamrija, għandha tiżdied din l-informazzjoni addizzjonali:

jikkontribwixxi għat-tnaqqis fit-tniġġis tal-ħamrija u tal-ilma.

L-applikant għandu jsegwi l-istruzzjonijiet dwar kif għandu jintuża sew il-logo tal-Ekotikketta tal-UE pprovdut fil-Linji Gwida dwar il-Logo tal-Ekotikketta tal-UE:

https://ec.europa.eu/environment/ecolabel/

Valutazzjoni u verifika

L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, appoġġata minn immaġni b’riżoluzzjoni għolja tal-imballaġġ tal-prodott li turi b’mod ċar it-tikketta, in-numru tar-reġistrazzjoni/tal-liċenzja u, fejn rilevanti, id-dikjarazzjonijiet li jistgħu jintwerew flimkien mat-tikketta


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(3)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).

(5)  Tipi ta’ skart u kodiċijiet ta’ referenza kif identifikati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/532/KE tat-3 ta’ Mejju 2000 li tissostitwixxi d-Deċiżjoni 94/3/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart skont l-Artikolu 1(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE dwar l-iskart u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/904/KE li tistabbilixxi lista ta’ skart perikoluż skont l-Artikolu 1(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE dwar skart perikoluż (ĠU L 226, 6.9.2000, p. 3).

(6)  Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(7)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2402 tat-12 ta’ Ottubru 2015 li jirrevedi l-valuri ta’ referenza armonizzati tal-effiċjenza għall-produzzjoni separata tal-elettriku u s-sħana bl-applikazzjoni tad-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/877/UE (ĠU L 333, 19.12.2015, p. 54).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 1).

(9)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 59, 27.2.2019, p. 8).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 334, 31.12.2018, p. 94).

(11)  Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta’ speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(14)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

(15)  Il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent, Guidance document on non-energy mineral extraction and Natura 2000: a summary. L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, 2019, https://data.europa.eu/doi/10.2779/985239.

(16)  Il-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tal-Ħajja Selvaġġa u l-Ambjenti Naturali tal-Ewropa (ĠU L 38, 10.2.1982, p. 3).


Appendiċi 1

Frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tat-test għas-sena tal-applikazzjoni

Tip ta’ impjant

Kriterju

Input/output annwali

Frekwenza tat-test

Tip 1: Impjanti tat-trattament tal-iskart jew tal-prodotti sekondarji tal-annimali

4.1 –

Limiti għall-metalli tqal

4.5 –

Kriterji mikrobijoloġiċi

5.1 –

Stabbiltà

5.2 –

Impuritajiet makroskopiċi

5.3 –

Materja organika u materja niexfa fit-tejjieba tal-ħamrija

5.4 –

Żrieragħ vijabbli u propaguli tal-pjanti

5.5 –

Rispons tal-pjanti

6 –

Karatteristiċi tal-materjal għat-tkabbir

Input (t) ≤ 3 000

1 għal kull 1 000 tunnellata ta’ materjal ta’ input ittondjat għan-numru sħiħ li jmiss

3 000 < input (t) < 20 000

4 (kampjun wieħed għal kull staġun)

Input (t) ≥ 20 000

in-numru ta’ analiżijiet fis-sena = l-ammont ta’ materjal ta’ input annwali (f’tunnellati)/10 000 tunnellata + 1

4.2 –

Limiti għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs)

Input (t) ≤ 3 000

1

3 001 < input (t) < 10 000

2

10 001 < input (t) <-20 000

3

20 001 < input (t) < 40 000

4

40 001 < input (t) < 60 000

5

60 001 < input (t) < 80 000

6

80 001 < input (t) < 100 000

7

100 001 < input (t) < 120 000

8

120 001 < input (t) < 140 000

9

140 001 < input (t) < 160 000

10

160 001 < input (t) < 180 000

11

Input (t) ≥ 180 000

12

Tip 2: Impjanti għall-manifattura tal-prodotti li jużaw materjali derivati mill-iskart jew mill-prodotti sekondarji tal-annimali, minbarra dawk li huma impjanti tat-trattament tal-iskart

4.1 –

Limiti għall-metalli tqal

4.5 –

Kriterji mikrobijoloġiċi

5.1 –

Stabbiltà

5.2 –

Impuritajiet makroskopiċi

5.3 –

Materja organika u materja niexfa fit-tejjieba tal-ħamrija

5.4 –

Żrieragħ vijabbli u propaguli tal-pjanti

5.5 –

Rispons tal-pjanti

6 –

Karatteristiċi tal-materjal għat-tkabbir

Output (m3) ≤ 5 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn żewġ lottijiet differenti f’konformità ma’ EN 12579 (1)

Output (m3) > 5 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn erba’ lottijiet differenti f’konformità ma’ EN 12579

4.2 –

Limiti għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs)

Output (m3) ≤ 5 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn lott wieħed differenti f’konformità ma’ EN 12579

Output (m3) > 5 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn żewġ lottijiet differenti f’konformità ma’ EN 12579

Tip 3: Impjanti għall-manifattura tal-prodotti li MA JUŻAWX materjali derivati mill-iskart/mill-prodotti sekondarji tal-annimali

4.1 –

Limiti għall-metalli tqal

4.5 –

Kriterji mikrobijoloġiċi

5.1 –

Stabbiltà

5.2 –

Impuritajiet makroskopiċi

5.3 –

Materja organika u materja niexfa fit-tejjieba tal-ħamrija

5.4 –

Żrieragħ vijabbli u propaguli tal-pjanti

5.5 –

Rispons tal-pjanti

6 –

Karatteristiċi tal-materjal għat-tkabbir

Output (m3) ≤ 5 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn lott wieħed f’konformità ma’ EN 12579

Output (m3) > 5 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn żewġ lottijiet differenti f’konformità ma’ EN 12579

4.2 –

Limiti għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs)

Irrispettivament mill-input/mill-output

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn lott wieħed f’konformità ma’ EN 12579


(1)  EN 12579 It-tejjieba tal-ħamrija u l-materjal għat-tkabbir – It-teħid tal-kampjuni.


Appendiċi 2

Frekwenza tat-teħid tal-kampjuni u tat-test għas-snin ta’ wara

Tip ta’ impjant

Kriterji

Input/output annwali

Frekwenza tat-test

Tip 1: Impjanti tat-trattament tal-iskart jew tal-prodotti sekondarji tal-annimali

4.1 –

Limiti għall-metalli tqal

4.5 –

Patoġeni

5.1 –

Stabbiltà

5.2 –

Impuritajiet makroskopiċi

5.3 –

Materja organika u materja niexfa fit-tejjieba tal-ħamrija

5.4 –

Żrieragħ vijabbli u propaguli tal-pjanti

5.5 –

Rispons tal-pjanti

6 –

Karatteristiċi tal-materjal għat-tkabbir

Input (t) ≤ 1 000

1

Input (t) > 1 000

in-numru ta’ analiżijiet fis-sena = l-ammont ta’ materjal ta’ input annwali (f’tunnellati)/10 000 tunnellata + 1

Minimu 2 u massimu 12

4.2 –

Limiti għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs)

Input (t) ≤ 10 000

0,25 (darba kull erba’ snin)

10 001 < input (t) < 25 000

0,5 (darba kull sentejn)

25 001 < input (t) < 50 000

1

50 001 < input (t) < 100 000

2

100 001 < input (t) < 150 000

3

150 001 < input (t) < 200 000

4

200 001 < input (t) < 250 000

5

250 001 < input (t) < 300 000

6

300 001 < input (t) < 350 000

7

350 001 < input (t) < 400 000

8

400 001 < input (t) < 450 000

9

450 001 < input (t) < 500 000

10

500 001 < input (t) < 550 000

11

Input (t) ≥ 550 000

12

Tip 2: Impjanti għall-manifattura tal-prodotti li jużaw materjali derivati mill-iskart jew mill-prodotti sekondarji tal-annimali, minbarra dawk li huma impjanti tat-trattament tal-iskart

4.1 –

Limiti għall-metalli tqal

4.5 –

Patoġeni

5.1 –

Stabbiltà

5.2 –

Impuritajiet makroskopiċi

5.3 –

Materja organika u materja niexfa fit-tejjieba tal-ħamrija

5.4 –

Żrieragħ vijabbli u propaguli tal-pjanti

5.5 –

Rispons tal-pjanti

6 –

Karatteristiċi tal-materjal għat-tkabbir

Output (m3) ≤ 5 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn lott wieħed differenti f’konformità ma’ EN 12579

Output (m3) > 5 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn żewġ lottijiet differenti f’konformità ma’ EN 12579

4.2 –

Limiti għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs)

Output (m3) ≤ 15 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn lott wieħed f’konformità ma’ EN 12579, darba kull erba’ snin

15 000 < Output (m3) < 40 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn lott wieħed f’konformità ma’ EN 12579, darba għal kull sentejn

Output (m3) ≥ 40 000

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn lott wieħed f’konformità ma’ EN 12579, kull sena

Tip 3: Impjanti għall-manifattura tal-prodotti li MA JUŻAWX materjali derivati mill-iskart/mill-prodotti sekondarji tal-annimali

4.1 –

Limiti għall-metalli tqal

4.5 –

Patoġeni

5.1 –

Stabbiltà

5.2 –

Impuritajiet makroskopiċi

5.3 –

Materja organika u materja niexfa fit-tejjieba tal-ħamrija

5.4 –

Żrieragħ vijabbli u propaguli tal-pjanti

5.5 –

Rispons tal-pjanti

6 –

Karatteristiċi tal-materjal għat-tkabbir

Irrispettivament mill-input/mill-output

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn lott wieħed f’konformità ma’ EN 12579

4.2 –

Limiti għall-idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAHs)

Irrispettivament mill-input/mill-output

Kampjuni kkombinati rappreżentattivi minn lott wieħed f’konformità ma’ EN 12579, darba kull erba’ snin


Top