This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D1346
Council Decision (EU) 2017/1346 of 17 July 2017 on the position to be adopted, on behalf of the European Union, at the sixth session of the Meeting of the Parties to the Aarhus Convention as regards compliance case ACCC/C/2008/32
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1346 tas-17 ta' Lulju 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fis-sitt sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Aarhus rigward il-kawża ta' konformità ACCC/C/2008/32
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1346 tas-17 ta' Lulju 2017 dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fis-sitt sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Aarhus rigward il-kawża ta' konformità ACCC/C/2008/32
ĠU L 186, 19/07/2017, p. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 186/15 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/1346
tas-17 ta' Lulju 2017
dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem l-Unjoni Ewropea, fis-sitt sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Aarhus rigward il-kawża ta' konformità ACCC/C/2008/32
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fis-17 ta' Frar 2005, il-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (1) (“il-Konvenzjoni ta' Aarhus”) ġiet approvata, f'isem il-Komunità Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE (2). |
(2) |
L-Unjoni implimentat l-obbligi tal-Konvenzjoni ta' Aarhus fir-rigward tal-istituzzjonijiet u tal-korpi tagħha, notevolment permezz tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). |
(3) |
Skont l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta' Aarhus, il-Kumitat ta' Konformità tal-Konvenzjoni ta' Aarhus (“il-Kumitat”) ġie stabbilit, li għandu l-kompetenza li jeżamina l-konformità tal-Partijiet mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus. |
(4) |
Fis-17 ta' Marzu 2017, l-Unjoni rċeviet il-konklużjonijiet fil-kawża ACCC/C/2008/32 rigward l-aċċess għall-ġustizzja fil-livell tal-Unjoni (“il-Konklużjonijiet”). Fil-paragrafu 123 tal-konklużjonijiet, il-Kumitat iddikjara li “il-Parti kkonċernata tonqos milli tikkonforma mal-Artikolu 9, il-paragrafi 3 u 4, tal-Konvenzjoni fir-rigward tal-aċċess għall-ġustizzja mill-membri tal-pubbliku minħabba li la r-Regolament ta' Aarhus u lanqas il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma timplimenta jew tikkonforma mal-obbligi previsti f'dawk il-paragrafi.” |
(5) |
Il-korpi tal-Konvenzjoni ta' Aarhus ġew mgħarrfa bid-Dikjarazzjoni li l-Unjoni għamlet mal-firma u fejn tenniet waqt l-approvazzjoni tal-Konvenzjoni ta' Aarhus li “[f]il-kuntest istituzzjonali u ġuridiku tal-Komunità […] l-istituzzjonijiet Komunitarji ser japplikaw il-Konvenzjoni fi ħdan il-qafas tar-regoli eżistenti u futuri tagħhom dwar l-aċċess għad-dokumenti u regoli rilevanti oħra tal-liġi Komunitarja fil-qasam kopert mill-Konvenzjoni.” |
(6) |
Waħda mill-konklużjonijiet fil-kawża ACCC/C/2008/32, jiġifieri li l-Unjoni tonqos milli tikkonforma mal-paragrafi (3) u (4) tal-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni ta' Aarhus, ġiet inkorporata fl-abbozz tad-Deċiżjoni VI/8f, li ser tiġi ppreżentata fis-sitt sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Aarhus li ser issir f'Settembru 2017 f'Budva, il-Montenegro. |
(7) |
Jenħtieġ li l-Unjoni tesplora modi u mezzi biex tikkonforma mal-Konvenzjoni ta' Aarhus b'mod li jkun kompatibbli mal-prinċipji fundamentali tal-ordni ġuridiku tal-UE u mas-sistema tagħha ta' stħarriġ ġudizzjarju. |
(8) |
Fid-dawl tas-separazzjoni tal-poteri fl-Unjoni, il-Kunsill ma jistax jagħti struzzjonijiet jew jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti tal-Ġustizzja”) rigward l-attivitajiet ġudizzjarji tagħha. Għaldaqstant, ir-rakkomandazzjonijiet fl-abbozz tad-Deċiżjoni VI/8f relatati mal-Qorti tal-Ġustizzja u mal-ġurisprudenza tagħha ma jistgħux jiġu aċċettati. |
(9) |
L-Unjoni tkompli tappoġġa b'mod sħiħ l-objettivi importanti tal-Konvenzjoni ta' Aarhus. |
(10) |
Jenħtieġ li l-Unjoni tiddetermina l-pożizzjoni li għandha tittieħed fis-sitt sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Aarhus fir-rigward tal-abbozz tad-Deċiżjoni VI/8f, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fis-sitt sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta' Aarhus fir-rigward tal-abbozz tad-Deċiżjoni VI/8f dwar il-konformità tal-Unjoni mal-obbligi tagħha skont il-Konvenzjoni ta' Aarhus għandha tkun li taċċetta l-abbozz tad-Deċiżjoni VI/8f, soġġett:
— |
għat-tħassir tal-aħħar parti tal-paragrafu 6 tal-abbozz tad-Deċiżjoni VI/8f u s-sostituzzjoni ta' “tapprova” bi “tieħu nota ta'”, sabiex il-paragrafu mbagħad jiġi jaqra kif ġej: “Tieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Kumitat ta' Konformità fir-rigward tal-komunikazzjoni ACCC/C/2008/32 (parti II) li l-Parti kkonċernata tonqos milli tikkonforma mal-Artikolu 9, il-paragrafi 3 u 4, tal-Konvenzjoni.”; |
— |
għaż-żieda tal-kliem “tikkunsidra” wara l-kliem “Tirrakkomanda lill-Parti kkonċernata” fl-intestatura tal-paragrafu 7 tal-abbozz tad-Deċiżjoni VI/8f, li mbagħad ikun jaqra kif ġej: “Tirrakkomanda li l-Parti kkonċernata tikkunsidra li:” |
— |
għat-tħassir tal-kliem “lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea” mill-punt (i) tal-paragrafu 7(b) tal-abbozz tad-Deċiżjoni VI/8f; u |
— |
għat-tħassir tal-punt (c) tal-paragrafu 7 tal-abbozz tad-Deċiżjoni VI/8f. |
2. Emendi żgħar oħra f'konformità mal-approċċ ta' din id-Deċiżjoni jistgħu jiġu maqbula waqt il-koordinazzjoni fuq il-post u fid-dawl ta' negozjati possibbli dwar l-abbozz tad-Deċiżjoni VI/8f.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Lulju 2017.
Għall-Kunsill
Il-President
T. TAMM
(1) ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta' deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, 25.9.2006, p. 13).