This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R0109R(01)
109/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 ta’ l- 24 ta’ Jannar 2005 dwar it-tifsira tat-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
109/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 ta’ l- 24 ta’ Jannar 2005 dwar it-tifsira tat-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
EUT L 71M, 17.3.2009, p. 169–170
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/109/corrigendum/2009-03-17/oj
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/169 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 ta’ l-24 ta’ Jannar 2005 dwar it-tifsira tat-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 109/2005 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 109/2005
ta’ l-24 ta’ Jannar 2005
dwar it-tifsira tat-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri għall-għanijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 (1) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 2(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/597/KE, Euratom tad-29 ta’ Settembru 2000 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunità (2) jistipula li l-prodott gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (GNP) għandu jitqies bħala daqs id-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (GNI) kif ipprovdut mill-Kummissjoni fl-applikazzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Kontijiet (ESA). L-ESA ta’ l-1995 (ESA95), li ħadet post żewġ sistemi ta’ qabel ta’ l-1970 u l-1979 rispettivament, twaqqfet bir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2223/96 tal-25 ta’ Ġunju 1996 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fil-Komunità (3), u kienet mniżżla fl-Anness tiegħu. Il-GNI, kif użat fl-ESA95, issostitwixxa l-GNP bħala kriterju għall-għanijiet ta' riżorsi proprji, b’effett mis-sena tal-baġit 2002. |
(2) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1287/2003 jistipula l-proċeduri sabiex tintbagħat id-data tal-GNI mill-Istati Membri kif ukoll il-proċeduri u l-kontrolli fuq il-kalkolu tal-GNI, u jwaqqaf il-Kumitat tal-GNI. |
(3) |
Għall-għan tat-tifsira tad-dħul gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (GNI) skond l-Artikolu 1 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003, huwa meħtieġ li tiġi ċċarata d-definizzjoni ESA95 tat-territorju ekonomiku. |
(4) |
Għall-għan ta' implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom dwar l-armonizzazzjoni tal-kumpilazzjoni tal-prodott gross nazzjonali skond il-prezzijiet tas-suq (4), it-territorju ekonomiku ta’ l-Istati Membri huwa mfisser bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 91/450/KEE, Euratom (5). It-tifsira ekwivalenti għandha issa tiġi pprovduta fir-rigward tal- GNI. |
(5) |
Il-miżuri previst f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-GNI. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Għall-għanijiet ta’ Regolament (KE, Euratom) 1287/2003 il-frażi “territorju ekonomiku” għandha jkollha t-tifsira attribwita lilha fil-paragrafi 2.05 u 2.06 ta’ Anness A għar-Regolament (KE) 2223/96, il-frażi “territorju ġeografiku” kif użata f’dawk il-paragrafi tinftiehem bħala li tikkonsisti mit-territorji ta’ l-Istati Membri kif imniżżla fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Jannar 2005.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
It-territorju ta’ l-Istati Membri:
— |
it-territorju tar-Renju tal-Belġju, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Ċeka, |
— |
it-territorju tar-Renju tad-Danimarka, għajr il-Gżejjer Faroe u Greenland, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika ta’ l-Estonja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Ellenika, |
— |
it-territorju tar-Renju ta’ Spanja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Franċiża, bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin li fuqhom teżerċita s-sovranità, kif imfisser fl-Anness II għat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, |
— |
it-territorju ta’ l-Irlanda, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Taljana, |
— |
it-territorju tar-Repubblika ta’ Ċipru, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Latvja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Litwanja, |
— |
it-territorju tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, |
— |
it-territorju tar-Repubblika ta’ l-Ungerija, |
— |
it-territorju tar-Repubblika ta’ Malta, |
— |
it-territorju tar-Renju ta’ l-Olanda, bl-eċċezzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin li fuqhom jeżerċita s-sovranità, kif imfisser fl-Anness II għat-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, |
— |
it-territorju tar-Repubblika ta’ l-Awstrija, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Polonja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Portugiża, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tas-Slovenja, |
— |
it-territorju tar-Repubblika Slovakka, |
— |
it-territorju tar-Repubblika tal-Finlandja, |
— |
it-territorju tar-Renju ta’ l-Isvezja, |
— |
it-territorju tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u ta’ l-Irlanda ta’ Fuq. |
(1) ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1.
(2) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 42.
(3) ĠU L 310, 30.11.1996, p. 1; Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1267/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 180, 18.7.2003, p. 1).
(4) ĠU L 49, 21.2.1989, p. 26; Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(5) ĠU L 240, 29.8.1991, p. 36; Deċiżjoni kif emendata bl-Att ta’ Adeżjoni 2003.