This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22006D0041R(01)
41/2006: Rettifika għad-Deċıżjonı tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2005 ta’ l- 10 ta’ Marzu 2006 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )
41/2006: Rettifika għad-Deċıżjonı tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2005 ta’ l- 10 ta’ Marzu 2006 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )
EUT L 64M, 10.3.2009, p. 97–98
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2006/41(2)/corrigendum/2009-03-10/oj
10.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/97 |
Rettifika għad-Deċıżjonı tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2005 ta’ l-10 ta’ Marzu 2006 li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 41/2005 għandha taqra:
DEĊİŻJONİ TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 41/2006
ta’ l-10 ta’ Marzu 2006
li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra l-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 86 u 98 tiegħu,
Billi
(1) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 107/2005 tat-8 ta’ Lulju 2005 (1). |
(2) |
Ikun xieraq li l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim tiġi estiża biex tkun tinkludi d-Deċiżjoni 2004/387/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar il-kunsinna interoperabbli tas-servizzi elettroniċi tal-Gvern pan-Ewropej lill-amministrazzjonijiet pubbliċi, negozji u ċittadini (IDABC) (2). |
(3) |
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jinkludi din l-estensjoni tal-kooperazzjoni li ser isseħħ mill-1 ta' Jannar 2006, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif speċifikat fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (3).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2006.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 10 ta’ Marzu 2006.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
R. WRIGHT
ANNESS
Artikolu 17 (Skambju telematiku ta’ data bejn l-amministraturi (IDA)) tal-Protokoll 31 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:
(a) |
l-intestatura għandha tiġi sostitwita b’dan li ġej: “Skambju telematiku ta’ data”; |
(b) |
it-test tal-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati ta’ l-EFTA għandhom, mill-1 ta’ Jannar 1997, jipparteċipaw fil-proġetti u fl-attivitajiet tal-programmi tal-Komunità msemmija fil-paragrafu 5(a), bi qbil mal-Programm ta’ Ħidma fl-Appendiċi 3 ta’ dan il-Protokoll, u mill-1 ta’ Jannar 2005 għandhom jipparteċipaw fil-proġetti u fl-attivitajiet tal-programm tal-Komunità msemmi fil-paragrafu 5(b), sal-punt li dawn il-proġetti u attivitajiet jappoġġaw kooperazzjoni oħra tal-Partijiet Kontraenti.”; |
(c) |
fil-paragrafu 2, il-kelma “programm” tiġi sostitwita bi “programmi” u l-espressjoni “paragrafu 4” tiġi sostitwita b’ “paragrafu 5”; |
(d) |
fil-paragrafu 3 l-espressjoni “paragrafu 4” tiġi sostitwita b’ “paragrafu 5(a)”; |
(e) |
il-paragrafu li ġej għandu jiddaħħal wara l-paragafu 3: “4. L-Istati EFTA għandhom, mill-bidu tal-kooperazzjoni fil-programm imsemmi fil-paragrafu 5(b), jipparteċipaw b’mod sħiħ, mingħajr id-dritt tal-vot, fil-partijiet relevanti għaż-ŻEE tal-Kumitat Pan-Ewropew tas-Servizzi Elettroniċi tal-Gvern (Pan-European eGovernment Services Committee — PEGSCO), li jassisti lill-Kummissjoni Ewropea fl-implimentazzjoni, fit-tmexxija u fl-iżvilupp ta’ dak il-programm, sal-punt li fih huma kkonċernati l-partijiet tal-proġett li huma relevanti għaż-ŻEE.”; |
(f) |
(6) il-paragrafu 4 għandu jiġi numerat mill-ġdid bħala paragrafu 5; |
(g) |
il-punt li ġej għandu jiddaħħal fil-paragrafu 5 qabel l-ewwel inċiż:
|
(h) |
il-punt li ġej għandu jiġi miżjud fl-aħħar tal-paragrafu 5:
|
(1) ĠU L 306, 24.11.2005, p. 45.
(2) ĠU L 144, 30.4.2004, p. 65. Il-verżjoni korretta qegħda fil-ĠU L 181, 18.5.2004, p. 25.
(3) Ħtiġiet kostituzzjonali huma indikati.