Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1183R(01)

    1183/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 tal- 24 ta’ Lulju 2006 dwar l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali bovini adulti (verżjoni kodifikata) ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )

    UL L 64M, 10.3.2009, p. 137–142 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1183/corrigendum/2009-03-10/oj

    10.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/137


    Rettifika għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 tal-24 ta’ Lulju 2006 dwar l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali bovini adulti (verżjoni kodifikata)

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 335 M, tat-13 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2006 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1183/2006

    tal-24 ta’ Lulju 2006

    dwar l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali bovini adulti

    (verżjoni kodifikata)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81 tat-28 ta' April 1981 li jiddetermina l-iskala Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali adulti bovini (3) ġie emendat sostanzjalment (4). Għal aktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    (2)

    Skala gradata Komunitarja għall-klassifika ta' karkassi ta' annimali adulti bovini għandha tiġi applikata biex jiġu rreġistrati l-prezzijiet u għall-intervent fis-settur tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella.

    (3)

    Il-klassifika ta' karkassi ta' annimali adulti bovini għandha ssir abbażi ta' konformazzjoni u l-grad ta' kopertura ta' xaħam. Il-kombinazzjoni ta' dawn iż-żewġ kriterji tippermeti li l-karkassi jinqasmu fi klassijiet. Il-karkassi hekk klassifikati għandhom ikunu identifikati.

    (4)

    Sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament fil-Komunità, għandha ssir tħejjija minn qabel għall-kontrolli fuq il-post minn kumitat ta' spezzjoni Komunitarju,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Dan ir-Regolament jipprevedi skala ta' klassifika Komunitarja ta' karkassi ta' annimali bovini adulti.

    Artikolu 2

    Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (a)

    “karkassa”: il-ġisem sħiħ ta' annimal maqtul kif preżentat wara t-tneħħija tad-demm, ta' l-interjuri u l-ġilda, ppreżentat:

    mingħajr ir-ras u mingħajr is-saqajn; ir-ras għandha tkun separata mill-karkassa fil-ġog allojdo-oċċipitali u s-saqajn għandhom jinqatgħu mill-ġogi karpametakarpali jew il-ġogi tars-metatarsali,

    mingħajr l-organi li jinsabu fil-kavità toraċika u abdominali, bil-kliewi jew mingħajrhom, ix-xaħam tal-kliewi u x-xaħam pelviku,

    mingħajr l-organi sesswali u l-muskoli mwaħħla magħhom u mingħajr il-beżżula jew ix-xaħam mammarju;

    (b)

    “nofs karkassa”: il-prodott miksub bis-separazzjoni tal-karkassa msemmija fil-punt (a) b'mod simetriku min-nofs ta' kull vertebra ċervikali, dorsali, lombari u sagrali u min-nofs ta' l-isternu u s-simfisi iskjopubiku.

    Artikolu 3

    Għall-fini li jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq, il-karkassa għandha tiġi ppreżentata mingħajr it-tneħħija tax-xaħam estern, bl-għonq li jinqata' skond il-ħtiġiet veterinarji:

    mingħajr kliewi, xaħam tal-kliewi, jew xaħam pelviku,

    mingħajr il-falda l-irqiqa jew il-falda l-ħoxna,

    mingħajr id-denb,

    mingħajr is-sinsla,

    mingħajr xaħam ta' l-iskrotu,

    mingħajr xaħam fuq in-naħa ta' ġewwa tal-parti ta' fuq,

    mingħajr il-vina ġugulari u x-xaħam ta' magħha.

    Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati li jaċċettaw preżentazzjonijiet differenti meta l-preżentazzjoni ta' referenza ma tintużax..

    F'tali każijiet, l-aġġustamenti meħtieġa biex isir progress minn dawk il-preżentazzjonijiet għall-preżentazzjonijiet ta' referenza għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmijfa fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u l-vitella (5).

    Artikolu 4

    1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli ta' intervent li japplikaw, il-karkassi ta' annimali adulti bovini għandhom jinqasmu fil-kategoriji li ġejjin:

    A.

    karkassi ta' annimali maskili żgħar mhux kastrati ta' eta' anqas minn sentejn;

    B.

    karkassi ta' annimali maskili mhux kastrati oħrajn;

    Ċ.

    karkassi ta' annimali maskili kastrati;

    D.

    karakssi ta' annimali femminili li welldu;

    E.

    karakssi ta' annimali femminili oħrajn.

    Għandhom jiġu stabbiliti kriterji għad-differenzjar bejn il-kategoriji tal-karkassi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

    2.   Il-karkassi ta' l-annimali bovini adulti għandhom jiġi klassifikati b'valutazzjoni suċċessiva ta':

    (a)

    konformazzjoni, kif definita fl-Anness I;

    (b)

    kopertura ta' xaħam, kif definita fl-Anness II,

    3.   Il-klassi ta' konformazzjoni indikata fl-Anness I bl-ittra S tista' tintuża mill-Istati biex tingħata konsiderazzjoni, permezz ta' l-introduzzjoni fakultiva ta' klassi ta' konformazzjoni superjuri għall-klassijiet eżistenti (karkassi b'muskulatura doppja), lill-karatterisitiċi jew l-iżvilupp mistenni ta' forma partikolari ta' produzzjoni.

    L-Istati Membri li għandhom l-intenzjoni li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri oħrajn kif meħtieġ.

    4.   L-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex jissudividu kull waħda mill-klassijiet previsti fl-Annessi I u II f'massimu ta' tliet subklassijiet.

    Artikolu 5

    1.   Il-karkassi u n-nofs-karkassi għandhom jiġu klassifikati malajr kemm jista' jkun wara l-qatla u tali klassifika għandha titwettaq fil-biċċerija proprja.

    2.   Il-karakassi u n-nofs-karkassi klassifikati għandhom jiġu identifikati.

    3.   Qabel l-identifikazzjoni bl-immarkar, l-Istati Membri għandhom ikunu awtorizzati biex ix-xaħam estern jitneħħa mill-karkassi jew min-nofs karkassi, jekk dan huwa ġustifikat mill-kopertura tax-xaħam.

    Il-kondizzjonijiet li fihom tiġi applikata t-tneħħija tax-xaħam estern għandhom jiġu determinati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

    Artikolu 6

    1.   Spezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu minn kumitat ta' spezzjoni Komunitarju magħmul minn esperti mill-Kummissjoni u esperti maħturin mill-Istati Membri. Dan il-Kumitat għandu jirrapporta lura lill-Kummissjoni dwar l-ispezzjonijiet imwettqin.

    Il-Kummissjoni għandha, jekk adatt, tieħu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li l-klassifika titwettaq f'manjiera uniformi.

    Dawk l-ispezzjonijiet għandhom jitwettqu f'isem il-Komunità, li għandha tkun responsabbli għall-ispejjeż li jirriżultaw.

    2.   Ir-regoli dettaljati biex jiġi applikat il-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

    Artikolu 7

    Dispożizzjonijiet addizzjonali li jispeċifikaw id-definizzjoni tal-klassijiet ta' konformazzjoni u l-kopertura tax-xaħam għandhom jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1254/1999.

    Artikolu 8

    Ir-Regolament (KEE) Nru 1208/81 għandu jiġi revokat.

    Referenzi għar-Regolament revokat għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VI.

    Artikolu 9

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Maghmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. PEKKARINEN

    ANNESS I

    KONFORMAZZJONI

    Żvilupp ta' profili tal-karkassa, b'mod partikolari l-partijiet essenzjali (it-tondjatura, id-dahar, l-ispalla)

    Klassi ta' konformazzjoni

    Deskrizzjoni

    S

    Superjuri

    Il-profili kollha estremament konvessi; żvilupp eċċezzjonali tal-muskoli (karkassi b'muskulatura doppja)

    E

    Eċċellenti

    Il-profili kollha konvessi għal super-konvessi; żvilupp eċċezzjonali tal-muskoli

    U

    Tajjeb ħafna

    Il-profili ġeneralment konvessi, żvilupp tajjeb ħafna tal-muskoli

    R

    Tajjeb

    Il-profili ġeneralment dritti, żvilupp tajjeb tal-muskoli

    O

    Mhux ħażin

    Il-profili dritti għal konkavi; żvilupp medju tal-muskoli

    P

    Ħażin

    Il-profili kollha konkavi għal konkavi ħafna; żvilupp dgħajjef tal-muskoli

    ANNESS II

    GRAD TA' KOPERTURA TA' XAĦAM

    Ammont ta' xaħam fuq barra tal-karkassa u fil-kavità toraċika

    Klassi ta' kopertura ta' xaħam

    Deskrizzjoni

    1

    baxxa

    Minn xejn sa kopertura baxxa ta' xaħam

    2

    ftit

    Kopertura ħafifa ta' xaħam, laħam viżibbli kważi kullimkien

    3

    medja

    Laħam, bl-eċċezzjoni tat-tondjatura u l-ispalla, kważi kullimkien kopert bix-xaħam, depożiti ħfief ta' xaħam fil-kavità toraċika

    4

    għolja

    Laħam kopert bix-xaħam, imma fit-tondjatura u l-ispalla għadu parzjalment viżibbli, xi depożiti distinti ta' xaħam fil-kavità toraċika

    5

    għolja ħafna

    Il-karkassa kollha koperta bix-xaħam; depożiti kbar ta' xaħam fil-kavità toraċika

    ANNESS III

    Regolament revokat ma’ l-emenda tiegħu

    Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1208/81

    (ĠU L 123, 7.5.1981, p. 3)

    Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1026/91

    (ĠU L 106, 26.4.1991, p. 2)

    ANNESS IV

    Tabella ta’ korrelazzjoni

    Regolament (KEE) Nru 1208/81

    Dan ir-Regolament

    Artikolu 1

    Artikolu 1

    Artikolu 2(1)

    Artikolu 2

    Artikolu 2(2)

    Artikolu 3

    Artikolu 3(1)

    Artikolu 4(1)

    Artikolu 3(2), l-ewwel subparagafu

    Artikolu 4(2)

    Artikolu 3(2), it-tieni u t-tielet subparagrafi

    Artikolu 4(3), l-ewwel u t-tieni subparagrafi

    Artikolu 3(3)

    Artikolu 4(4)

    Artikolu 4

    Artikolu 5

    Artikolu 5, l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

    Artikolu 6(1), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi

    Artikolu 5, ir-raba' paragrafu:

    Artikolu 6(2)

    Artikolu 6, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 7

    Artikolu 6, it-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafu

    Artikolu 8

    Artikolu 7

    Artikolu 9

    Annessi I u II

    Annessi I u II

    Anness III

    Anness IV


    (1)  Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' April 2006 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  ĠU C 65, 17.3.2006, p. 50.

    (3)  ĠU L 123, 7.5.1981, p. 3. Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1026/91 (ĠU L 106, 26.4.1991, p. 2).

    (4)  Ara l-Anness III.

    (5)  ĠU L 160, 26.6.1999, p. 21. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2).


    Top