This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0042R(01)
2005/42/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/42/KE ta' l- 20 ta’ Ġunju 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bl-iskop li tadatta l-AnnessoII tagħha għall-progress tekniku ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
2005/42/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/42/KE ta' l- 20 ta’ Ġunju 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bl-iskop li tadatta l-AnnessoII tagħha għall-progress tekniku ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
UL L 71M, 17.3.2009, p. 247–249
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/42/corrigendum/2009-03-17/oj
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/247 |
Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/42/KE ta' l-20 ta’ Ġunju 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bl-iskop li tadatta l-AnnessoII tagħha għall-progress tekniku
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/42/KE għandha taqra:
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/42/KE
ta' l-20 ta’ Ġunju 2005
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE, dwar prodotti kosmetiċi, bl-iskop li tadatta l-AnnessoII tagħha għall-progress tekniku
(Test b'rilevanza ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li ikkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu mal-prodotti kosmetiċi (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 8(2) tagħha,
Wara li kkonsultat il-Kumitat Xjentifiku tal-Prodotti Kosmetiċi u tal-Prodotti Mhux tal-Ikel maħsuba għall-Konsumaturi,
Billi:
(1) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tat-tossiċitajiet tal-ġilda taż-żejt tal-għeruq tal-Costus (Saussurea lappa Clarke), 7-Ethoxy-4-methylcoumarin, hexahydrocoumarin u l-balzmu tal-Perù (Myroxylon pereirae), il-Kumitat Xjentifiku dwar il-Prodotti Kosmetiċi u l-Prodotti Mhux għall-Ikel intenzjonati għall-Konsumaturi hu tal-opinjoni li dawn is-sustanzi m'għandhomx jintużaw bħala ingredjenti ta’ fwieħa fi prodotti kosmetiċi. Għalhekk għandhom jiġu miżjuda fl-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE. |
(2) |
Il-kuluranti ażotiċi CI 12150, CI 20170 u CI 27290 huma inklużi fil-Parti 1 tal-Anness IV għad-Direttiva 76/768/KEE bħala aġenti kuluranti li huma awtorizzati għal użu fi prodotti kosmetiċi. Is-sikurezza ta’ dawn il-kuluranti ġiet iddubbitatha minħabba li jistgħu jiffurmaw amini karċinoġeniċi waqt il-metaboliżmu. L-SCCNFP hu tal-fehma, ibbażata fuq informazzjoni disponibbli, li l-użu tal-kuluranti CI 12150, CI 20170 u CI 27290 joħloq riskju għas-saħħa tal-konsumatur billi dawn jistgħu jerħu waħda jew diversi amini aromatiċi karċinoġeniċi. Dawn il-kuluranti għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-Parti 1 għall-Anness IV tad-Direttiva 76/768/KEE. |
(3) |
Il-klorur tal-benżetonju hu inkluż bħala numru ta’ referenza 53 fil-Parti 1 għall-Anness VI tad-Direttiva 76/768/KEE bħala preżervattiv li jista’ jintuża fi prodotti kosmetiċi li jitlaħalħu sa konċentrazzjoni ta’ 0,1 %. Hi l-fehma tal-SCCNFP li l-klorur tal-benżetonju għandu jingħata l-awtorizzazzjoni li jintuża fi prodotti kosmetiċi li ma jitlaħalħux li mhumiex għall-użu ta’ kura orali sa konċentrazzjoni ta’ 0,1 %. L-entratura taħt ir-referenza numru 53 fil-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(4) |
L-SCCNFP hi tal-fehma li l-Methylisothiazolinone ma toħloqx riskju għas-saħħa tal-konsumaturi jekk tintuża fi prodotti kosmetiċi lesti bħala preżervattiv sa konċentrazzjoni ta’ 0,01 %. Il-Methylisothiazolinone għandha għalhekk tiġi inkluża fil-Parti 1 tal-Anness VI għad-Direttiva 76/768/KEE bħala numru ta’ referenza 57. |
(5) |
Direttiva 76/768/KEE għandha mela tiġi emendata kif ġej. |
(6) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Direttiva huma fi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Annessi II, IV, u VI għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati skont it-test fl-Anness għal din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri se jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw mill-31 ta’ Marzu 2006 prodotti kosmetiċi li ma jikkonfermawx mal-Annessi II u IV tad-Direttiva 76/768/KEE kif emendata b’din id-Direttiva ma jitqegħdux fis-suq mill-manifatturi Komunitarji jew minn esportaturi stabbiliti fil-Komunità, lanqas ma jinbiegħu jew ikunu disponibbli għall-konsumatur finali.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 2005 l-aktar tard (2). Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 4
Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 20 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
ANNESS
L-Annessi għad-Direttiva 76/768/KEE huma emendati kif ġej:
1. |
Fl-Anness II tad-Direttiva 76/768/KEE, in-numri ta' referenza li ġejjin huma miżjuda:
|
2. |
fil-Parti 1 tal-Anness IV, l-aġenti kuluranti CI 12150, CI 20170 u CI 27290 qed jitħassru. |
3. |
Il-Parti 1 tal-Anness VI hi emendata kif ġej:
|
(1) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169. Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/9/KE (ĠU L 27, 29.1.2005, p. 46).
(2) 3 xhur wara l-addattament tad-Direttiva (data kalendarja li tirrappreżenta dan id-dewmien se tkun inkluża u din in-nota fil-qiegħ tal-paġna se titneħħa qabel il-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva fil-ĠU).