This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 02022R2473-20221221
Consolidated text: Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2473 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2473 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
02022R2473 — MT — 21.12.2022 — 000.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2473 tal-14 ta’ Diċembru 2022 (ĠU L 327 21.12.2022, p. 82) |
Ikkoreġut bi:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2473
tal-14 ta’ Diċembru 2022
li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
KAPITOLU I
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 1
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-għajnuna mogħtija lil
intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura;
il-muniċipalitajiet skont l-Artikolu 54 u 55; kif ukoll
portijiet tas-sajd, postijiet ta’ żbark, swali tal-irkant u postijiet ta’ kenn skont l-Artikolu 29
Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal għajnuna mogħtija lil kwalunkwe impriża attiva fil-produzzjoni, l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għall-kwalunkwe mill-għanijiet li ġejjin u indipendentement mid-daqs tal-impriża li qed tibbenefika mill-għajnuna:
għat-tiswija tal-ħsara kkawżata minn diżastri naturali;
biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avveniment klimatiku avvers li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali;
biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti; kif ukoll
għall-innovazzjoni fis-sajd u l-akkwakultura.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
għajnuna li l-ammont tagħha jiġi ffissat abbażi tal-prezz jew tal-kwantità tal-prodotti mqiegħda fis-suq;
għajnuna għal attivitajiet relatati mal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi jew Stati Membri, jiġifieri għajnuna marbuta direttament mal-kwantitajiet esportati, mat-twaqqif u t-tħaddim ta' network ta' distribuzzjoni jew ma' kostijiet oħra kurrenti marbutin mal-attività tal-esportazzjoni;
għajnuna li tiddependi mill-użu ta' prodotti domestiċi minflok dawk importati;
għajnuna ad hoc favur impriża msemmija fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;
għajnuna mogħtija għal operazzjonijiet jew nefqa
li jżidu l-kapaċità tas-sajd ta’ bastiment tas-sajd;
għall-akkwist ta' tagħmir li jżid il-kapaċità ta' bastiment tas-sajd li jsib il-ħut;
għall-bini, l-akkwist jew l-importazzjoni ta' bastimenti tas-sajd, sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 20;
għat-trasferiment jew il-bdil tal-bandiera ta' bastimenti tas-sajd lil pajjiżi terzi, lanqas permezz tal-ħolqien ta' negozji bi sħab ma' persuni minn pajjiżi terzi;
għall-waqfien temporanju jew permanenti tal-attivitajiet tas-sajd;
għas-sajd esploratorju;
it-trasferiment tas-sjieda ta’ negozju sakemm ma jkunx previst mod ieħor fl-Artikolu 20;
għar-riforniment dirett, ħlief jekk sperimentali;
għall-kostruzzjoni ta’ portijiet ġodda jew swali tal-irkant ġodda;
għall-mekkaniżmi ta’ intervent fis-suq li l-għan tagħhom ikun li jirtiraw il-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura mis-suq b’mod temporanju jew permanenti biex tonqos il-provvista ħalli ma jinżilx il-prezz jew biex jogħla l-prezz;
għall-investimenti abbord bastimenti tas-sajd li jkunu meħtieġa għall-konformità mar-rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni li jkunu fis-seħħ meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal għajnuna, inkluż ir-rekwiżiti skont l-obbligi tal-Unjoni fil-kuntest ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs);
għall-investimenti abbord bastimenti tas-sajd li jkunu ilhom iwettqu attivitajiet tas-sajd għal inqas minn 60 jum fl-aħħar sentejn kalendarji ta' qabel is-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna;
għas-sostituzzjoni jew l-immodernizzar ta’ magna prinċipali jew anċillari ta’ bastiment tas-sajd.
għajnuna mogħtija lil impriża li
kienet involuta fl-operazzjoni, fil-ġestjoni jew fis-sjieda ta' bastiment tas-sajd inklużi fil-lista ta' bastimenti illegali, mhux irrapportati u mhux regolati kif stabbilit fl-Artikolu 40, punt (3) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008, jew ta' bastiment li jtajjar il-bandiera ta' pajjiżi identifikati bħala pajjiżi terzi li ma jikkooperawx kif stipulat fl-Artikolu 33 ta' dak Regolament. jew
wettqet kwalunkwe reat ambjentali stipulat fl-Artikoli 3 u 4 tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), fejn l-applikazzjoni għal appoġġ tiġi ppreżentata skont l-Artikolu 32 sa 39 ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal għajnuna lil intrapriżi f’diffikultà, bl-eċċezzjoni ta’ għajnuna mogħtija:
lil impriżi li jipparteċipaw fi proġetti CLLD jew li jibbenefikaw minnhom;
biex tikkumpensa għall-kostijiet tal-prevenzjoni, tal-kontroll u tal-eradikazzjoni tal-mard tal-annimali;
lil skemi ta' għajnuna biex jagħmlu tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali; jew
fil-każijiet li ġejjin, sakemm l-intrapriża saret intrapriża f’diffikultà minħabba telf jew ħsarat ikkawżati mill-avveniment inkwistjoni:
biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali; jew
biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal skemi ta’ għajnuna li ma jeskludux espliċitament il-pagament ta’ għajnuna individwali favur intrapriża li hija soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti wara Deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, bl-eċċezzjoni ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
skemi ta’ għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastru naturali jew avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali; jew
skemi ta’ għajnuna għall-kostijiet imġarrba mill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti CLLD u għajnuna lill-impriżi li jipparteċipaw fis-CLLD jew li jibbenefikaw minnu skont l-Artikoli 54 u 55.
Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-miżuri ta' għajnuna mill-Istat li minnhom infushom, mill-kundizzjonijiet marbutin magħhom jew mill-metodu ta' finanzjament tagħhom jinvolvu ksur inseparabbli tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari:
għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna jkun soġġett għall-obbligu li l-impriża benefiċjarja jkollha l-kwartieri ġenerali tagħha fl-Istat Membru rilevanti jew li tkun stabbilita b’mod predominanti f’dak l-Istat Membru. Madankollu, ir-rekwiżit li wieħed ikollu sede jew fergħa fl-Istat Membru li jagħti l-għajnuna fil-mument tal-ħlas tal-għajnuna huwa permess;
għajnuna fejn l-għoti tal-għajnuna jkun soġġett għall-obbligu li l-impriża benefiċjarja tuża prodotti manifatturati fuq livell nazzjonali jew servizzi nazzjonali; jew
għajnuna li tillimita l-possibbiltà li l-impriża benefiċjarja tisfrutta r-riżultati tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni fi Stati Membri oħrajn;
id-Direttiva dwar il-Ħabitats, id-Direttiva dwar l-Għasafar, id-Direttiva dwar it-Tniġġis mis-Sors tal-Bastimenti u d-dispożizzjonijiet dwar l-immaniġġjar tal-iskart.
Dan ir-Regolament ma japplikax għal:
għajnuna prevista fi skemi ta’ għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 20, 21, 24, 26 sa 30, 33, 43, 46, 48, 50 u 52, jekk tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 12, mill-1 ta’ Lulju 2023;
kull tibdil fl-iskemi msemmija fil-punt (a), minbarra modifikazzjonijiet li ma jistgħux jaffettwaw il-kompatibilità tal-iskema ta' għajnuna skont dan ir-Regolament jew ma jistgħux jaffettwaw b'mod sinifikanti l-kontenut approvat tal-pjan ta' evalwazzjoni.
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li dan ir-Regolament għandu jkompli japplika għal perjodu itwal għal kwalunkwe wieħed mit-tipi ta’ għajnuna msemmija fil-punt (a) ta’ dan il-paragrafu wara li tkun ivvalutat il-pjan ta’ evalwazzjoni rilevanti nnotifikat mill-Istat Membru lill-Kummissjoni.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
“għajnuna ad hoc” tfisser għajnuna mhux mogħtija abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;
“avveniment klimatiku avvers li jista’ jkun assimilat ma’ diżastru naturali” tfisser kundizzjonijiet ħżiena tat-temp bħal ġlata, tempesti u silġ, borra, xita bil-qliel jew persistenti jew nixfiet severi li jnaqqsu b’aktar minn 30 % il-medja tal-produzzjoni kkalkolata abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
il-perjodu preċedenti ta’ tliet snin;
medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin ta’ qabel, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata;
“għajnuna” tfisser kull miżura li tissodisfa l-kriterji kollha stipulati fl-Artikolu 107(1) tat- TFUE;
“intensità tal-għajnuna” tfisser l-ammont tal-għajnuna gross espress bħala perċentwal tal-kostijiet eliġibbli, qabel kull tnaqqis ta’ taxxa jew imposti oħra;
“skema ta’ għajnuna” tfisser kull att li, abbażi tiegħu, mingħajr ma jkunu meħtieġa miżuri oħra ta’ implimentazzjoni, għotjiet ta’ għajnuna individwali jistgħu jingħataw lil impriżi ddefiniti fl-att b’mod ġenerali u astratt u kwalunkwe att li abbażi tiegħu tista’ tingħata għajnuna li mhijiex marbuta ma’ proġett speċifiku lil impriża waħda jew aktar għal perjodu ta' żmien indefinit u għal ammont indefinit;
“bijosigurtà” tfisser miżuri ta’ ġestjoni u miżuri fiżiċi mfassla sabiex jitnaqqas ir-riskju tal-introduzzjoni, tal-iżvilupp u tat-tixrid ta’ mard lejn, minn u fi ħdan: (a) popolazzjoni ta’ annimali, jew (b) stabbiliment, żona, kompartiment, mezz tat-trasport jew kwalunkwe faċilità, bini jew post ieħor;
“miżuri ta’ kontroll u ta’ eradikazzjoni” tfisser miżuri rigward mard tal-annimali li għalih tkun ġiet rikonoxxuta formalment tifqigħa minn awtorità kompetenti, jew rigward pesti tal-pjanti jew speċijiet aljeni invażivi li tkun ġiet rikonoxxuta formalment il-preżenza tagħhom minn awtorità kompetenti;
“data tal-għoti tal-għajnuna” tfisser id-data li fiha l-impriża benefiċjarja ngħatat id-dritt ġuridiku li tirċievi l-għajnuna skont ir-reġim legali nazzjonali applikabbli;
“depredazzjoni” tfisser il-predazzjoni fuq ħut maqbud fix-xbieki jew miżmum f’għadajjar minn annimali protetti bħal foki, lontri tal-baħar u għasafar tal-baħar;
“pjan ta’ evalwazzjoni” tfisser dokument li jkopri skema ta’ għajnuna waħda jew aktar u li jkun fih mill-anqas l-aspetti minimi li ġejjin: l-objettivi li għandhom jiġu vvalutati, il-mistoqsijiet tal-valutazzjoni, l-indikaturi tar-riżultat, il-metodoloġija prevista biex titwettaq il-valutazzjoni, ir-rekwiżiti għall-ġbir tad-data, iż-żmien propost tal-valutazzjoni inkluża d-data tas-sottomissjoni tar-rapport ta’ valutazzjoni interim u dak finali, id-deskrizzjoni tal-korp indipendenti li jwettaq il-valutazzjoni jew il-kriterji li se jintużaw għall-għażla tiegħu u l-modalitajiet biex jagħmlu l-valutazzjoni disponibbli pubblikament;
“skemi tas-suċċessur fiskali” tfisser skema fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa li tikkostitwixxi verżjoni emendata ta’ skema li kienet teżisti qabel fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa u li toħdilha postha;
“sajjied” tfisser kwalunkwe persuna fiżika involuta f'attivitajiet ta' sajd kummerċjali, kif rikonoxxut mill-Istat Membru kkonċernat;
“prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser il-prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
“settur tas-sajd u tal-akkwakultura” tfisser is-settur tal-ekonomija li jinkludi l-attivitajiet kollha tal-produzzjoni, tal-ipproċessar u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura;
“kapaċità tas-sajd” tfisser it-tunnellaġġ ta' bastiment f'TG (Tunnellaġġ Gross) u l-qawwa tiegħu f'kW (Kilowatt) kif definit fl-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (UE) 2017/1130 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
“port tas-sajd” tfisser żona marittima jew interna ta’ art u ilma li hija rikonoxxuta uffiċjalment minn Stat Membru u magħmula minn tali infrastruttura u tagħmir sabiex tippermetti, prinċipalment, l-akkoljenza ta’ bastimenti tas-sajd, it-tagħbija u l-ħatt tal-qabdiet tagħhom, il-ħżin, l-irċevuta u l-konsenja ta’ dawk il-qabdiet u l-imbark u l-iżbark tas-sajjieda;
“l-ekwivalenti ta’ għotja gross” tfisser l-ammont tal-għajnuna li kieku ġie pprovdut fil-forma ta’ għotja lill-impriża benefiċjarja, qabel ma titnaqqas kwalunkwe taxxa jew imposta oħra;
“għajnuna individwali” tfisser għajnuna ad hoc u għotjiet ta’ għajnuna lil benefiċjarji individwali abbażi ta’ skema ta’ għajnuna;
“sajd fl-ibħra interni” tfisser attivitajiet tas-sajd imwettqa għal finijiet kummerċjali fl-ibħra interni minn bastimenti jew apparati oħra, inklużi dawk użati għas-sajd fis-silġ;
“speċijiet aljeni invażivi” tfisser speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Unjoni u speċijiet aljeni invażivi li huma sors ta’ tħassib għall-Istati Membri kif definit fl-Artikolu 3(3) u 3 (4) tar-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ) (“ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014”);
“diżastri naturali” tfisser terremoti, valangi, uqigħ tal-art, għargħar, trombi tal-arja, uragani, eruzzjonijiet vulkaniċi u nirien fil-foresti ta’ oriġini naturali;
“reġjuni ultraperiferiċi” tfisser ir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE;
“annimal protett” tfisser kwalunkwe annimal għajr ħut protett mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mil-leġiżlazzjoni nazzjonali;
“avvanz ripagabbli” tfisser self għal proġett li jitħallas bi ħlas parzjali wieħed jew iktar u l-kundizzjonijiet li għar-rimborż li jiddependi mill-eżitu tal-proġett;
“SME” jew “impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju” tfisser impriżi li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness I;
"sajd kostali fuq skala żgħira" tfisser attivitajiet tas-sajd imwettqa minn: (a) bastimenti tas-sajd fil-baħar u fl-ilmijiet interni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx irkaptu rmunkat kif definit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 ( 7 ); jew (b) sajjieda tal-miexi, inklużi dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra;
“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-bidu tax-xogħlijiet ta' kostruzzjoni relatati mal-investiment, jew l-ewwel impenn legalment vinkolanti għall-ordni tat-tagħmir jew kwalunkwe impenn ieħor li jagħmel l-investiment irriversibbli, skont liema minnhom jiġi l-ewwel. Ix-xiri tal-art u x-xogħlijiet preparatorji, bħall-kisba tal-permessi u t-twettiq ta' studji tal-fattibbiltà, mhumiex meqjusa bħala l-bidu tax-xogħlijiet. Għall-akkwiżizzjonijiet, il-“bidu tax-xogħlijiet” tfisser il-mument li fih jiġu akkwistati assi marbuta direttament mal-istabbiliment akkwistat;
“servizzi sussidjati” tfisser forma ta’ għajnuna fejn l-għajnuna tingħata lill-impriża benefiċjarja finali b’mod indirett, in natura, u titħallas lill-fornitur tas-servizz jew tal-attività inkwistjoni.
“impriża f’diffikultà” tfisser impriża li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-punt (18) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 ( 8 );
Artikolu 3
Limitu ta’ notifika
Artikolu 4
Kundizzjonijiet għal eżenzjoni
Artikolu 5
Trasparenza tal-għajnuna
Il-kategoriji tal-għajnuna li ġejjin jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:
għajnuna li tikkonsisti f’għotjiet, sussidji fuq ir-rati tal-imgħax u servizzi ssussidjati;
l-għajnuna mogħtija bħala self fejn l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi tar-rata ta' referenza prevalenti fiż-żmien tal-għotja;
l-għajnuna mogħtija bħala garanziji:
meta l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa jkun ġie kkalkulat abbażi ta' primjums fil-limitu ta' eżenzjoni stabbiliti f'avviż tal-Kummissjoni; jew
meta qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex jiġi kkalkulat l-ammont ekwivalenti għall-għotja grossa tal-garanzija tkun ġiet aċċettata abbażi tal-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' garanziji, jew abbażi ta' kull avviż suċċessiv ieħor, wara li din il-metodoloġija tkun ġiet innotifikata lill-Kummissjoni skont kull regolament adottat mill-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat applikabbli dak iż-żmien, u l-metodoloġija approvata tkun tindirizza espliċitament it-tip ta' garanzija u t-tip ta' tranżazzjoni sottostanti kkonċernata fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament;
l-għajnuna fil-forma ta' benefiċċji fuq it-taxxa, meta l-miżura tipprovdi għal limitu biex jiġi żgurat li l-limitu applikabbli ma jinqabiżx;
għajnuna fil-forma ta’ ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli, jekk l-ammont nominali totali tal-ħlas bil-quddiem ripagabbli ma jaqbiżx il-limiti applikabbli skont dan ir-Regolament jew jekk, qabel l-implimentazzjoni tal-miżura, il-metodoloġija biex tiġi kkalkolata l-għotja grossa ekwivalenti tal-ħlas bil-quddiem ripagabbli tkun ġiet aċċettata wara n-notifika tagħha lill-Kummissjoni.
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna trasparenti:
l-għajnuna mogħtija bħala injezzjonijiet tal-kapital;
l-għajnuna mogħtija bħala miżuri ta' finanzjament ta' riskju.
Artikolu 6
Effett ta’ inċentiv
L-għajnuna għandha titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk l-impriża benefiċjarja tkun issottomettiet applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat qabel ma tibda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività. L-applikazzjoni għall-għajnuna għandu jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
l-isem u d-daqs tal-intrapriża;
deskrizzjoni tal-proġett jew tal-attività, inklużi d-dati tal-bidu u t-tmiem tagħhom;
il-post tal-proġett jew tal-attività;
lista tal-kostijiet eliġibbli; kif ukoll
it-tip ta' għajnuna (għotja, self, garanzija, self bil-quddiem li jitħallas lura jew għajnuna oħra) u l-ammont ta' finanzjament pubbliku meħtieġ għall-proġett jew għall-attività.
Għajnuna ad hoc mogħtija lil intrapriżi kbar titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk, flimkien mal-iżgurar li l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 hija ssodisfata, l-Istat Membru jkun ivverifika, qabel jagħti l-għajnuna ad hoc ikkonċernata, li d-dokumentazzjoni ppreparata mill-impriża benefiċjarja tistabbilixxi li l-għajnuna se tirriżulta f’wieħed jew f’aktar min dawn li ġejjin:
żieda materjali fil-kamp ta' applikazzjoni tal-proġett jew l-attività minħabba l-għajnuna;
żieda materjali fl-ammont totali minfuq mill-impriża benefiċjarja fuq il-proġett jew attività minħabba l-għajnuna;
żieda materjali fil-ħeffa tat-tlestija tal-proġett jew attività kkonċernati;
fil-każ ta’ għajnuna ad hoc għall-investiment, li l-proġett jew l-attività ma kinux jitwettqu bħala tali fiż-żona kkonċernata jew ma kinux ikunu profittabbli b’mod suffiċjenti għall-impriża benefiċjarja fiż-żona kkonċernata fin-nuqqas tal-għajnuna.
Il-miżuri fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa għandhom jitqiesu li għandhom effett ta’ inċentiv, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
il-miżura tistabbilixxi d-dritt għall-għajnuna skont kriterji oġġettivi u mingħajr eżerċizzju ulterjuri ta' diskrezzjoni min-naħa tal-Istat Membru; kif ukoll
il-miżura tkun ġiet adottata u tkun fis-seħħ qabel ma jkun beda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività megħjuna. Dan ir-rekwiżit ma għandux japplika fil-każ tal-iskemi fiskali suċċessivi, diment li l-attività tkun diġà ġiet koperta mill-iskemi preċedenti fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa.
B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kategoriji ta' għajnuna li ġejjin mhumiex meħtieġa li jkollhom effett ta' inċentiv jew jitqiesu li għandhom effett ta' inċentiv
għajnuna biex tikkumpensa għall-kostijiet tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard tal-annimali, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 42, 49, 51 u 53 jiġu ssodisfati;
għajnuna li tagħmel tajjeb għad-dannu kkawżat minn diżastri naturali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42, 49, 51 u 53;
għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali;
għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42, 49, 51 u 53 jkunu ssodisfati;
għajnuna fil-forma ta’ eżenzjonijiet jew tnaqqis tat-taxxa adottati mill-Istati Membri skont il-punt (f) tal-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2003/96/KE, jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 56 ta’ dan ir-Regolament;
għajnuna lill-SMEs li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD jew li jibbenefikaw minnhom, jekk ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikoli 54 u 55;
għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 45(1)(b) (vii) jekk il-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikoli 45 jiġu ssodisfati;
għajnuna għal sħubija bejn ix-xjentisti u s-sajjieda jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 17;
għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rilevanti fl-Artikolu 18.
Artikolu 7
Intensità tal-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli
Artikolu 8
Akkumulazzjoni
L-għajnuna eżentata skont dan ir-Regolament tista' tiġi akkumulata ma’ waħda minn dawn li ġejjin:
kwalunkwe għajnuna oħra, sakemm dawk il-miżuri jkunu jikkonċernaw kostijiet eliġibbli differenti li jistgħu jiġu identifikati;
kwalunkwe għajnuna oħra, b’rabta mal-istess kostijiet eliġibbli, parzjalment jew kompletament imrikkba, biss jekk tali kumulazzjoni ma twassalx biex jinqabżu l-ogħla intensità ta’ għajnuna jew l-ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont dan ir-Regolament.
Artikolu 9
Pubblikazzjoni u informazzjoni
L-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura l-pubblikazzjoni fuq il-modulu tal-għoti tat-trasparenza tal-Kummissjoni jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fil-livell nazzjonali jew reġjonali:
tal-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11 fil-format standardizzat stipulat fl-Anness II jew ħolqa li tipprovdi aċċess għaliha;
tat-test sħiħ ta’ kull miżura ta’ għajnuna, kif imsemmi fl-Artikolu 11 jew ħolqa li tipprovdi aċċess għat-test sħiħ;
l-informazzjoni dwar kull għotja ta’ għajnuna individwali li taqbeż EUR 10 000 .
L-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-Anness III.
Għall-iskemi fil-forma ta’ vantaġġi tat-taxxa, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jitqiesu li ġew issodisfati jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti ta’ għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):
0,01 sa 0,2;
0,2 sa 0,4;
0,4 sa 0,6;
0,6 sa 0,8;
0,8 sa 1.
Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq il-website tagħha:
il-ħoloq għall-websites dwar l-għajnuna mill-Istat imsemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;
l-informazzjoni fil-qosor imsemmija fl-Artikolu 11(2).
KAPITOLU II
Rekwiżiti proċedurali
Artikolu 10
L-irtirar tal-benefiċċju tal-eżenzjoni ta’ kategorija
Meta Stat Membru jagħti għajnuna li hija allegatament eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika skont dan ir-Regolament mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli I, II u III tiegħu, il-Kummissjoni tista’, wara li tkun tat lill-Istat Membru kkonċernat il-possibbiltà li jesprimi l-fehmiet tiegħu, tadotta deċiżjoni li tiddikjara li l-miżuri ta’ għajnuna futuri kollha, jew xi wħud minnhom, adottati mill-Istat Membru kkonċernat, li altrimenti jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Il-miżuri li għandhom jiġu nnotifikati jistgħu jkunu limitati għal miżuri li jagħtu ċerti tipi ta' għajnuna jew favur ċerti benefiċjarji jew adottati minn ċerti awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat.
Artikolu 11
Rapportar
Artikolu 12
Evalwazzjoni
Għal skemi ta’ għajnuna soġġetti għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni kif ġej:
fi żmien 20 jum tax-xogħol mid-dħul fis-seħħ tal-iskema ta’ għajnuna, jekk il-baġit tal-iskema ta’ għajnuna jaqbeż il-EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew EUR 750 miljun fuq it-tul totali tagħha;
fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara bidla sinifikanti li permezz tagħha l-baġit tal-iskema ta’ għajnuna jiżdied għal aktar minn EUR 150 miljun f’xi sena partikolari jew EUR 750 miljun tul id-durata kollha tal-iskema ta’ għajnuna;
fi żmien 30 jum ta’ xogħol wara r-reġistrazzjoni tan-nefqa fil-kontijiet uffiċjali taħt l-iskema ta’ għajnuna li taqbeż il-EUR 150 miljun f’xi sena partikolari.
Artikolu 13
Monitoraġġ
L-Istati Membri għandhom iżommu rekords dettaljati bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni ta' appoġġ meħtieġa biex jiġi stabbilit li l-kundizzjonijiet kollha stipulati f'dan ir-Regolament huma ssodisfati. Tali rekords għandhom jinżammu għal 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna ad hoc jew li fiha tkun ingħatat l-aħħar għajnuna taħt l-iskema. L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, fi żmien 20 jum tax-xogħol jew fi żmien perjodu itwal, skont hekk kif ikun stabbilit fit-talba, l-informazzjoni kollha u d-dokumentazzjoni ta' sostenn kollha li l-Kummissjoni tqis li hija neċessarja biex timmonitorja l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU III
Dispożizzjonijiet speċifiċi għal kategoriji differenti tal-għajnuna
Artikolu 14
Kundizzjonijiet ġenerali
L-għajnuna taħt din it-Taqsima għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali kollha li ġejjin:
meta tingħata għajnuna fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni, dak il-bastiment ma għandux jiġi ttrasferit jew ikollu l-bandiera mibdula barra l-Unjoni matul mill-inqas il-ħames snin mill-pagament finali għall-operazzjoni appoġġata. Jekk bastiment jiġi ttrasferit jew ikollu l-bandiera mibdula f’dak il-perjodu ta’ żmien, is-somom indebitament imħallsin fir-rigward tal-operazzjoni għandhom jiġu rkuprati mill-Istat Membru, f’ammont proporzjonat għall-perjodu li matulu l-kundizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza ta’ dan il-punt ma tkunx ġiet issodisfata;
il-kostijiet operatorji ma għandhomx ikunu eliġibbli, sakemm ma jkunx espliċitament previst mod ieħor f’din it-Taqsima.
Artikolu 15
Għajnuna għall-innovazzjoni fis-sajd
Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin:
kostijiet tal-persunal diretti relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u ma’ persunal ieħor ta’ appoġġ diment li dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;
kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir sa fejn jintużaw għall-proġett u għall-perjodu użati għall-operazzjonijiet; Jekk tali strumenti u tagħmir ma jintużawx għat-tul ta’ ħajjithom kollha għall-operazzjonijiet, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-operazzjonijiet, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;
il-kostijiet tal-bini u tal-art, sal-punt u għall-perjodu tad-durata użati għall-operazzjonijiet u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
fir-rigward tal-bini, għandhom jitqiesu bħala eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-operazzjoni, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;
fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli l-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;
il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet normali tas-suq, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklużivament għall-operazzjonijiet. jew
il-kostijiet ġenerali addizzjonali u kostijiet operatorji oħrajn, li jinkludu kostijiet ta’ materjali, ta’ provvisti u ta’ prodotti simili, imġarrbin direttament bħala riżultat tal-operazzjonijiet;
Artikolu 16
Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza
L-għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna ttejjeb il-prestazzjoni ġenerali u l-kompetittività tal-impriżi u tippromwovi sajd sostenibbli;
l-għajnuna għandha tkun aċċessibbli għal dawk l-intrapriżi kollha eliġibbli fiż-żona kkonċernata, abbażi ta’ kundizzjonijiet definiti b’mod oġġettiv; kif ukoll
is-servizz ta’ konsulenza jieħu waħda mill-forom li ġejjin:
studji ta’ fattibbiltà u servizzi ta’ konsulenza li jivvalutaw il-vijabbiltà ta’ miżuri potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ skont it-Titolu II, Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2021/1139;
l-għoti ta’ pariri professjonali dwar is-sostenibbiltà ambjentali, b’enfasi fuq il-limitazzjoni u, meta possibbli, l-eliminazzjoni tal-impatt negattiv tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar, kostali, terrestri u tal-ilma ħelu;
l-għoti ta’ pariri professjonali dwar strateġiji ta’ negozju u kummerċjalizzazzjoni.
Artikolu 17
Għajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda
L-għajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna jkollha l-għan li trawwem it-trasferiment tal-għarfien bejn ix-xjenzati u s-sajjieda;
l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:
il-ħolqien ta’ networks, ftehimiet ta’ sħubija jew assoċjazzjonijiet bejn korp xjentifiku indipendenti wieħed jew aktar u s-sajjieda, jew organizzazzjoni tas-sajjieda waħda jew aktar, li fihom jistgħu jipparteċipaw korpi tekniċi;
l-attivitajiet imwettqa fil-qafas tan-networks, tal-ftehimiet ta’ sħubija, jew tal-assoċjazzjonijiet imsemmija fil-punt (i). Dawn l-attivitajiet jistgħu jkopru attivitajiet ta’ ġbir u ġestjoni tad-data, studji, proġetti pilota, tixrid tal-għarfien u tar-riżultati tar-riċerka, seminars u l-aħjar prattiki.
L-għajnuna tista’ tkopri biss wieħed mill-kostijiet eliġibbli li ġejjin imġarrab direttament bħala riżultat tal-proġett appoġġat:
kostijiet diretti tas-salarji
ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;
kostijiet għall-ivvjaġġar;
kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;
servizzi ta’ ġbir ta’ data mixtrija, studji, proġetti pilota;
il-kera ta’ bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-kostijiet għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom;
kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali.
Artikolu 18
Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali
L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna kkonċernata tappoġġa dawn li ġejjin:
taħriġ professjonali, tagħlim tul il-ħajja, proġetti konġunti, id-disseminazzjoni ta’ għarfien ta’ natura ekonomika, teknika, regolatorja jew xjentifika u ta’ prattiki innovattivi, u l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda, marbuta b’mod partikolari mal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar, l-iġjene, is-saħħa, is-sikurezza, l-attivitajiet fis-settur marittimu, l-innovazzjoni u l-intraprenditorija;
networking u skambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki bejn il-partijiet interessati, inkluż fost organizzazzjonijiet li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa, li jippromwovu r-rwol tan-nisa fil-komunitajiet tas-sajd u li jippromwovu lil gruppi sottorappreżentati involuti f’sajd kostali fuq skala żgħira jew f’sajd tal-miexi; jew
id-djalogu soċjali fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali jew lokali li jinvolvi lis-sajjieda, lis-sħab soċjali u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn.
Artikolu 19
Għajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu
L-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna jkollha l-għan li tappoġġa l-investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tal-introjtu tas-sajjieda permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplementari, inklużi l-investimenti abbord, it-turiżmu tas-sajd, ir-ristoranti, is-servizzi ambjentali relatati mas-sajd u ma’ attivitajiet edukattivi li jikkonċernaw is-sajd;
l-għajnuna tappoġġa lis-sajjieda li:
jissottomettu pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet ġodda tagħhom; kif ukoll
ikollhom ħiliet professjonali adegwati jew jiksbuhom permezz ta’ operazzjonijiet li jistgħu jiġu ffinanzjati taħt l-Artikolu 18(1), punt (a).
Artikolu 20
Għajnuna għall-ewwel akkwist ta' bastiment tas-sajd
L-għajnuna għall-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd jew l-ewwel akkwist ta’ sjieda parzjali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tikkontribwixxi għat-tisħiħ ta’ attivitajiet tas-sajd ekonomikament, soċjalment u ambjentalment sostenibbli u l-impriża benefiċjarja tkun ipprovdiet informazzjoni verifikabbli u pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li jikkonferma dan; kif ukoll
l-għajnuna tappoġġja l-ewwel akkwist ta’ bastiment tas-sajd minn persuna fiżika li ma jkollhiex aktar minn 40 sena fid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-għajnuna u li tkun ħadmet mill-inqas ħames snin bħala sajjied jew tkun kisbet kwalifiki adegwati.
L-għajnuna għandha tingħata biss fir-rigward ta’ bastiment tas-sajd li jikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
jappartjeni għal taqsima tal-flotta li fir-rigward tagħha l-aħħar rapport dwar il-kapaċità tas-sajd, imsemmi fl-Artikolu 22(2) tar-Regolament(UE) Nru 1380/2013, ikun wera bilanċ mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dik it-taqsima;
ikun mgħammar għall-attivitajiet tas-sajd;
ma jaqbiżx l-24 metru f'tul totali;
ikun ġie rreġistrat fir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni għal mill-inqas tliet snin kalendarji ta' qabel is-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna fil-każ ta' bastiment tas-sajd kostali fuq skala żgħira, u għal mill-inqas ħames snin kalendarji fil-każ ta' tip ta' bastiment ieħor; kif ukoll
ikun ġie rreġistrat fir-reġistru tal-flotta tal-Unjoni għal massimu ta' 30 sena kalendarja ta' qabel is-sena ta' preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna.
Artikolu 21
Għajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda
L-għajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tingħata biss fir-rigward ta’ investimenti abbord jew f’tagħmir individwali u dawk imorru lil hinn mir-rekwiżiti skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali; kif ukoll
l-għajnuna ma tappoġġax operazzjonijiet li jżidu t-tunnellaġġ gross ta’ bastiment tas-sajd.
Għal operazzjonijiet li huma maħsuba biex itejbu s-sikurezza għas-sajjieda, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
ċattri tas-salvataġġ;
unitajiet ta’ rilaxx idrostatiku għaċ-ċattri tas-salvataġġ;
sinjali għal-lokalizzazzjoni personali bħal apparati li jittrażmettu sinjali bir-radju li jindikaw pożizzjoni ta’ emerġenza (‘Emergency Position Indicating Radio Beacon’ - EPIRB), li jistgħu jiġu integrati fil-ġkieket tas-salvataġġ u fil-ħwejjeġ tax-xogħol tas-sajjieda;
apparati personali li jżommu f’wiċċ l-ilma (‘Personal Flotation Devices’ - PFD), b’mod partikolari lbiesi ta’ immersjoni jew ta’ sopravivenza, bagi u ġkieket tas-salvataġġ;
murtaletti ta’ emerġenza;
tagħmir għat-tfigħ tal-ħbula;
sistemi għall-irkupru ta’ persuni li jaqgħu l-baħar (‘man-overboard’ - MOB);
apparat għat-tifi tan-nar, bħal fire extinguishers, kutri tan-nar, detetturi tan-nar u tad-duħħan, apparat għat-teħid tan-nifs;
bibien għall-protezzjoni min-nirien;
valvi iżolanti tat-tankijiet tal-fjuwil;
detetturi tal-gass u sistemi ta’ allarm tal-gass;
pompi u sistemi ta’ allarm tas-sentina;
tagħmir għall-komunikazzjoni bir-radju u bis-satellita;
bokkaporti u bibien li ma jgħaddix ilma minnhom;
ilqugħ fuq il-makkinarju, bħal winċijiet jew winċijiet tax-xibka;
skali ta’ bastiment u slielem tal-aċċess;
dawl tat-tfittxija, tal-gverta jew ta’ emerġenza;
mekkaniżmu ta’ rilaxx tas-sikurezza għal każijiet fejn l-irkaptu tas-sajd jinqabad ma’ xi ostakolu taħt l-ilma;
kameras u skrins tas-sikurezza;
tagħmir u elementi meħtieġa biex tittejjeb is-sikurezza tal-gverta.
Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tas-saħħa għas-sajjieda, l-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
ix-xiri u l-installazzjoni ta’ kaxxi għall-ewwel għajnuna;
ix-xiri ta’ mediċini u apparati għal trattament urġenti;
il-forniment ta’ telemediċina, inklużi teknoloġiji elettroniċi, tagħmir u immaġnijiet mediċi applikati għall-konsultazzjoni mill-bogħod mill-bastimenti;
il-forniment ta’ gwidi u manwali biex tittejjeb is-saħħa;
kampanji ta’ informazzjoni biex tittejjeb is-saħħa.
Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tal-iġjene għas-sajjieda, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
faċilitajiet sanitarji, bħal tojlits u faċilitajiet tal-ħasil;
faċilitajiet tal-kċina u tagħmir għall-ħżin tal-provvisti tal-ikel;
apparat ta’ purifikazzjoni tal-ilma għall-ilma tax-xorb;
tagħmir jew sistemi ta’ ventilazzjoni, tindif jew diżinfezzjoni biex jinżammu kundizzjonijiet sanitarji adegwati abbord;
gwidi u manwali dwar it-titjib tal-iġjene abbord, inklużi għodod tas-software.
Għall-operazzjonijiet jew għall-forniment ta’ tagħmir li huma maħsuba biex itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord bastimenti tas-sajd, ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
ilqugħ fuq il-gverta;
strutturi tal-gverta tal-kenn u l-modernizzazzjoni tal-kabini bil-ħsieb li jipprovdu protezzjoni minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali;
oġġetti relatati mat-titjib tas-sikurezza tal-kabina u mal-forniment ta’ żoni komuni għall-ekwipaġġ;
tagħmir biex jitnaqqas l-irfigħ manwali tqil, minbarra magni li huma direttament relatati mal-operazzjonijiet tas-sajd, bħal winċijiet;
żebgħa u twapet tal-gomma kontra ż-żliq;
tagħmir ta’ iżolament kontra l-istorbju, is-sħana jew il-kesħa, u tagħmir biex tittejjeb il-ventilazzjoni;
ilbies tax-xogħol u tagħmir tas-sikurezza bħal bwiez tas-sikurezza li ma jgħaddix ilma minnhom, protezzjoni għall-għajnejn u għat-teħid tan-nifs, ingwanti u elmi protettivi, jew tagħmir protettiv kontra l-waqgħat;
sinjali ta’ twissija ta’ emerġenza u sikurezza;
analiżi u valutazzjonijiet tar-riskju biex jiġu identifikati r-riskji għas-sajjieda kemm fil-port kif ukoll fin-navigazzjoni sabiex jittieħdu miżuri għall-prevenzjoni jew għat-tnaqqis tar-riskji;
gwidi u manwali dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord;
vetturi kollettivi għat-trasport miż-żoni tal-frott tal-baħar sal-postijiet tal-ewwel bejgħ;
faċilitajiet fuq l-art għas-sajjieda bil-mixi li jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal kmamar tat-tibdil, kmamar tal-banju, u faċilitajiet sanitarji oħra, b’mod partikolari dawk li jinkoraġġixxu u jippromwovu d-dħul tan-nisa fis-suq tax-xogħol.
Artikolu 22
Għajnuna għall-ħlasijiet ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi
L-għajnuna għall-ħlasijiet ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għall-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna għandha l-għan li tikkontribwixxi għal primjums għall-assigurazzjoni jew fondi mutwi li jħallsu kumpens finanzjarju lis-sajjieda għal telf ekonomiku kkawżat minn imġiba tal-annimali protetti, kriżijiet tas-saħħa pubblika, avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali jew inċidenti ambjentali jew għall-kostijiet tas-salvataġġ għas-sajjieda jew għall-bastimenti tas-sajd fil-każ ta’ inċidenti fuq il-baħar waqt l-attivitajiet tas-sajd tagħhom;
il-kombinament ta’ kumpens finanzjarju mħallas minn fondi mutwi skont dan l-Artikolu ma’ strumenti nazzjonali jew tal-Unjoni oħrajn jew ma’ skemi tal-assigurazzjoni ma jwassalx għal kumpens żejjed li jaqbeż it-telf ekonomiku mġarrab;
l-assigurazzjoni ma teħtieġx jew ma tispeċifikax it-tip jew il-kwantità ta’ produzzjoni futura u l-għajnuna mhijiex limitata għall-assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni speċifika jew grupp ta’ kumpaniji; kif ukoll
il-fond mutwu huwa akkreditat mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru f’konformità mal-liġijiet nazzjonali.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:
il-kriżijiet tas-saħħa pubblika, l-avvenimenti klimatiċi negattivi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali, l-inċidenti ambjentali jew l-aċċidenti fuq il-baħar imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li huma rikonoxxuti formalment mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru bħala li seħħew.
it-terminu “fond mutwu” jfisser skema akkreditata mill-Istat Membru, f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, li tippermetti lis-sajjieda affiljati jassiguraw lilhom infushom, fejn isiru pagamenti ta’ kumpens lis-sajjieda affiljati għat-telf ekonomiku kkawżat mill-eventi elenkati fil-punt (a) tal-paragrafu 1. Il-fond mutwu għandu jkollu politika trasparenti lejn il-pagamenti fil-fond u l-irtirar minnu u għandu jkollu regoli ċari li jattribwixxu r-responsabbiltajiet għal kwalunkwe dejn imġarrab.
L-intensità tal-għajnuna għandha tkun limitata għal:
50 % tal-ammonti mħallsa mill-fond mutwu bħala kumpens finanzjarju lis-sajjieda;
100 % tal-kostijiet amministrattivi għat-twaqqif tal-fond mutwu;
70 % tal-kostijiet tal-primjum tal-assigurazzjoni;
50 % tal-kapitalizzazzjoni inizjali tal-fond.
Artikolu 23
Għajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd
L-għajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna jkollha l-għan li tappoġġa t-tfassil, l-iżvilupp, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-ġestjoni tas-sistemi għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri, f’konformità mal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, sabiex l-attivitajiet tas-sajd jiġu adattati għall-opportunitajiet tas-sajd; kif ukoll
l-għajnuna għandha tingħata lil persuni ġuridiċi jew fiżiċi jew lil organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru, inklużi organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti involuti fil-ġestjoni kollettiva tas-sistemi li jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd.
L-għajnuna tista’ tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin:
kostijiet diretti tas-salarji
xiri jew kiri ta’ assi tanġibbli jew intanġibbli sal-valur tas-suq tal-assi
kostijiet għall-pubblikazzjonijiet; jew
xiri ta’ servizzi jew studji ta’ disinn u żvilupp.
Artikolu 24
Għajnuna maħsuba biex tillimita l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċijiet
L-għajnuna għandha tappoġġa dawn li ġejjin:
investimenti f’tagħmir li jtejjeb is-selettività tad-daqs jew is-selettività tal-ispeċijiet tal-irkaptu tas-sajd;
investimenti abbord jew f’tagħmir li jelimina l-qabdiet skartati billi jevita u jnaqqas il-qabdiet mhux mixtieqa ta’ stokkijiet kummerċjali, jew li jittratta l-qabdiet mhux mixtieqa li għandhom jinħattu l-art f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;
investimenti f’tagħmir li jillimita u, fejn possibbli, jelimina l-impatti fiżiċi u bijoloġiċi tas-sajd fuq l-ekosistema jew qiegħ il-baħar; jew
investimenti f’tagħmir li jipproteġi l-irkaptu tas-sajd u l-qabdiet minn mammiferi u għasafar protetti mid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE ( 12 ) jew mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 13 ), sakemm dan ma jimminax is-selettività tal-irkaptu tas-sajd u jiġu introdotti l-miżuri xierqa kollha biex tiġi evitata ħsara fiżika lill-predaturi.
L-għajnuna għandha tingħata lil
sidien ta’ bastiment tas-sajd tal-Unjoni li huwa reġistrati bħala bastimenti attivi u li wettqu attivitajiet tas-sajd fil-baħar għal mill-inqas 60 jum matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna;
sajjieda li huma s-sidien tat-tagħmir li għandu jiġi sostitwit u li ħadmu abbord bastiment tas-sajd tal-Unjoni għal mill-inqas 60 jum matul is-sentejn kalendarji ta’ qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna;
organizzazzjonijiet tas-sajjieda rikonoxxuti mill-Istat Membru.
Artikolu 25
Għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar
L-għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu, sakemm:
l-għajnuna jkollha l-għan li tikkontribwixxi għall-eliminazzjoni gradwali tal-qabdiet skartati u tal-qabdiet aċċessorji u li tiffaċilita t-tranżizzjoni għall-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u li tnaqqas l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent tal-baħar u l-annimali protetti;
l-għajnuna tappoġġa operazzjonijiet immirati lejn l-iżvilupp jew l-introduzzjoni ta’ għarfien tekniku jew organizzazzjonali ġdid li jnaqqas l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ambjent, inklużi tekniki tas-sajd imtejba u s-selettività tal-irkaptu, jew li huma mmirati lejn il-kisba ta’ użu aktar sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-koeżistenza ma’ annimali protetti;
l-operazzjonijiet appoġġati għandhom jitwettqu minn, jew f’kollaborazzjoni ma’, korp xjentifiku jew tekniku, rikonoxxut mill-Istat Membru li għandu jivvalida r-riżultati ta’ tali operazzjonijiet; kif ukoll
ir-riżultati tal-operazzjonijiet appoġġati jingħataw pubbliċità adegwata mill-Istat Membru.
Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu biss dawn li ġejjin:
kostijiet tal-persunal diretti relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u ma’ persunal ieħor ta’ appoġġ diment li dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;
il-kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir diment li jkunu użati fil-proġett u għall-perjodu li jintużaw fih; fejn tali strumenti u tagħmir ma jintużawx tul ħajjithom kollha fil-proġett, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;
il-kostijiet tal-bini u tal-art, sal-punt u għall-perjodu tad-durata użati għall-proġett u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
fir-rigward tal-bini, għandhom jitqiesu bħala eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;
fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli biss il-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;
il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet distakkati, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett; jew
kostijiet ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn, inklużi kostijiet ta’ materjali, provvisti u prodotti simili, imġarrbin direttament minħabba l-proġett.
Artikolu 26
Għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u skemi fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli
L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tappoġġa l-operazzjonijiet li ġejjin:
il-ġbir tal-iskart mill-baħar mis-sajjieda, bħall-ġbir passiv ta’ rkaptu tas-sajd mitluf u skart mill-baħar; l-azzjonijiet li ġejjin biss huma eliġibbli għall-appoġġ:
it-tneħħija ta’ rkaptu tas-sajd mitluf mill-baħar, b’mod partikolari sabiex jiġi miġġieled is-sajd fantażma;
ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ tagħmir abbord għall-ġbir u l-ħżin tal-iskart;
il-ħolqien ta’ skemi ta’ ġbir tal-iskart għas-sajjieda parteċipanti, inklużi inċentivi finanzjarji;
ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ tagħmir ibbażat f’faċilitajiet tal-portijiet tas-sajd għall-ħżin u r-riċiklaġġ tal-iskart;
il-komunikazzjoni, l-informazzjoni, il-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni maħsuba biex iħeġġu lis-sajjieda u lil partijiet ikkonċernati oħrajn jipparteċipaw fi proġetti biex jitneħħa l-irkaptu tas-sajd mitluf; jew
it-taħriġ għas-sajjieda u għall-aġenti tal-portijiet.
il-kostruzzjoni, l-installazzjoni jew il-modernizzazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jtejbu l-fawna u l-flora tal-baħar, inklużi t-tħejjija u l-evalwazzjoni xjentifiċi tagħhom; l-azzjonijiet li ġejjin biss huma eliġibbli għall-appoġġ:
ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ faċilitajiet għall-protezzjoni taż-żoni tal-baħar mit-tkarkir;
ix-xiri u, jekk applikabbli, l-installazzjoni ta’ faċilitajiet għar-restawr tal-ekosistemi tal-baħar degradati; jew
il-kostijiet relatati ma’ xogħol preliminari bħal prospettar, studji xjentifiċi jew evalwazzjonijiet.
L-akkwiżizzjoni ta’ bastiment li għandu jiġi mgħaddas u użat bħala sikka artifiċjali m’għandhiex tkun eliġibbli.
il-kontribuzzjonijiet għal ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar permezz tal-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin jew it-teħid tal-azzjonijiet u l-proġetti li ġejjin:
snanar ittondjati;
apparati akustiċi deterrenti;
apparat għall-esklużjoni tal-fkieren tal-baħar (“TEDs”);
linji tat-tnaffir;
għodod jew apparati oħrajn li jkunu wrew li huma effiċjenti fil-prevenzjoni ta’ qabdiet aċċidentali ta’ annimali protetti;
taħriġ għas-sajjieda dwar ġestjoni jew konservazzjoni aħjar tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
proġetti li jiffokaw fuq ħabitats kostali ta’ importanza għall-ħut, għall-għasafar u għal organiżmi oħrajn;
proġetti li jiffokaw fuq oqsma ta’ importanza għar-riproduzzjoni tal-ħut, bħal artijiet mistagħdra kostali; jew
is-sostituzzjoni tal-irkaptu tas-sajd eżistenti b’irkaptu tas-sajd b’impatt baxx, il-kostijiet relatati man-nases tal-ħut, mat-tirjix u mas-sajd bix-xlief fuq l-idejn;
il-parteċipazzjoni f’azzjonijiet oħrajn immirati lejn iż-żamma u t-titjib tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema, bħar-restawr ta’ ħabitats tal-baħar u kostali speċifiċi b’appoġġ għal stokkijiet ta’ ħut sostenibbli, inklużi t-tħejjija u l-evalwazzjoni xjentifiċi tagħhom; il-kostijiet relatati mal-azzjonijiet li ġejjin huma eliġibbli għall-appoġġ:
skemi biex jiġu ttestjati tekniki ta’ monitoraġġ ġodda, u b’mod partikolari:
inċentivi finanzjarji għall-installazzjoni abbord ta’ apparat ta’ reġistrazzjoni awtomatiku għall-monitoraġġ u r-reġistrazzjoni ta’ data oċeanografika bħat-temperatura, is-salinità, il-plankton, il-proliferazzjonijiet tal-algi jew it-turbidità;
miżuri li jnaqqsu t-tniġġis fiżiku u kimiku;
miżuri li jnaqqsu pressjonijiet fiżiċi oħrajn, inkluż l-istorbju antropoġeniku taħt l-ilma li jaffettwa b’mod negattiv il-bijodiversità;
miżuri ta’ konservazzjoni pożittivi għall-protezzjoni u l-konservazzjoni tal-flora u tal-fawna, inkluża l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ jew l-istokkjar bi speċijiet indiġeni, u l-applikazzjoni tal-prinċipji tal-Infrastruttura Ħadra msemmija fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Infrastruttura Ħadra ( 14 ); jew
miżuri għall-prevenzjoni, il-kontroll jew l-eliminazzjoni tal-IAS.
Artikolu 27
Għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima
L-għajnuna mogħtija skont dan l-Artikolu tista’ tkopri biss il-miżuri li ġejjin:
l-investimenti f’tagħmir jew abbord immirati biex inaqqsu l-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa jew ta’ gassijiet serra u biex iżidu l-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd. Investimenti fl-irkaptu tas-sajd huma eliġibbli wkoll dment li dawn ma jipperikolawx il-kapaċità tal-għażla marbuta ma’ dak l-irkaptu;
il-verifiki u l-iskemi tal-effiċjenza enerġetika; jew
l-istudji biex tiġi vvalutata l-kontribuzzjoni ta’ sistemi ta’ propulsjoni alternattivi u disinji tal-buq għall-effiċjenza enerġetika tal-bastimenti tas-sajd.
Il-kostijiet eliġibbli huma l-kostijiet addizzjonali diretti mġarrba b’riżultat tal-operazzjonijiet ikkonċernati. Għall-finijiet tal-punt (a) fil-paragrafu 2, il-kostijiet eliġibbli relatati ma’:
il-miżuri li għandhom l-għan li jtejbu l-idrodinamika tal-buq tal-bastiment jistgħu jkopru biss:
il-miżuri mmirati biex itejbu s-sistema ta’ propulsjoni tal-bastiment jistgħu biss ikopru l-kostijiet relatati max-xiri u, jekk ikun meħtieġ, mal-installazzjoni tal-oġġetti li ġejjin:
l-investimenti fl-irkaptu tas-sajd u fit-tagħmir tas-sajd jistgħu jkopru biss il-kostijiet relatati mal-miżuri li ġejjin:
l-investimenti li huma mmirati lejn it-tnaqqis tal-elettriku jew tal-enerġija termali jistgħu jkopru biss:
Il-kostijiet relatati mal-manutenzjoni bażika tal-buq ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-għajnuna skont il-punt (a) fil-paragrafu 2.
Artikolu 28
Għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa
L-għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna jkollha l-għan li ttejjeb il-valur miżjud jew il-kwalità tal-ħut maqbud;
l-għajnuna tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin:
l-investimenti li jżidu l-valur għall-prodotti tas-sajd, b’mod partikolari billi jippermettu lis-sajjieda jwettqu l-ipproċessar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ dirett tal-qabdiet tagħhom stess; jew
investimenti innovattivi abbord li jtejbu l-kwalità tal-prodotti tas-sajd.
Artikolu 29
Għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn
L-għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna għandha l-għan li żżid il-kwalità, il-kontroll u t-traċċabbiltà tal-prodotti li jinħattu l-art, iżżid l-effiċjenza enerġetika, tikkontribwixxi għall-ħarsien tal-ambjent u ttejjeb is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;
l-għajnuna tkopri l-kostijiet ta’ investiment eliġibbli li ġejjin li:
itejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, tas-swali tal-irkant, tal-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art u tal-postijiet ta’ kenn, inklużi l-investimenti f’faċilitajiet ta’ akkoljenza adegwati għal irkapti tas-sajd mitlufa u skart tal-baħar miġbur mill-baħar;
jiffaċilitaw il-konformità mal-obbligu li jinħattu l-art il-qabdiet kollha f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u mal-punt (b) tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 jew li jżidu l-valur għall-komponenti tal-qabda li ma jintużawx biżżejjed; jew
itejbu s-sikurezza tas-sajjieda permezz tal-kostruzzjoni jew il-modernizzazzjoni tal-postijiet ta’ kenn.
Artikolu 30
Għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni
L-għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u l-fawna u l-flora akkwatika interna tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (ċ) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna timmira
li jitnaqqas l-impatt tas-sajd fl-ilmijiet interni fuq l-ambjent;
li ttejjeb l-effiċjenza enerġetika;
li jiżdied il-valur jew il-kwalità tal-ħut żbarkat; jew
li ttejjeb is-saħħa, is-sigurtà, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-kapital uman u t-taħriġ.
L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista’ biss tappoġġa l-kostijiet eliġibbli li ġejjin:
investimenti fil-promozzjoni tal-kapital uman, il-ħolqien tal-impjiegi u d-djalogu soċjali msemmija fl-Artikolu 18 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;
investimenti abbord jew f’tagħmir individwali kif imsemmi fl-Artikolu 21 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;
investimenti abbord jew f’tagħmir imsemmi fl-Artikolu 24 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;
investimenti fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika u l-mitigazzjoni tal-effetti tat-tibdil fil-klima msemmija fl-Artikolu 27 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;
investimenti fit-titjib tal-valur miżjud jew tal-kwalità tal-ħut maqbud imsemmija fl-Artikolu 28 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu;
investimenti fil-portijiet tas-sajd, fil-postijiet ta’ kenn u fil-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art imsemmija fl-Artikolu 29 u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; jew
investimenti fix-xbieki jew tagħmir ieħor tas-sajd soġġetti għal żieda fit-tkagħbir bl-użu minħabba ħsara kkawżata minn annimali għajr ħut inkluż speċijiet invażivi u f’tagħmir relatat.
Għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu:
ir-referenzi magħmula fl-Artikoli 21, 24, 27 u 28 għall-bastimenti tas-sajd għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-bastimenti li joperaw esklussivament fl-ilmijiet interni;
ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 24 għall-ambjent tal-baħar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għall-ambjent li fih jopera l-bastiment tas-sajd fl-ilmijiet interni;
il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 21, 24 u 27 li huma speċifiċi għall-bastimenti tas-sajd tal-baħar ma għandhomx jiġu estiżi għas-sajd fl-ilmijiet interni
Sabiex jiġu protetti u żviluppati l-fawna u l-flora akkwatiċi, l-għajnuna tista’ tappoġġa biss:
il-ġestjoni, ir-restawr u l-monitoraġġ ta’ siti NATURA 2000 li huma affettwati mill-attivitajiet tas-sajd, u r-riabilitazzjoni tal-ilmijiet interni f’konformità mad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 15 ), inklużi ż-żoni ta’ riproduzzjoni u r-rotot ta’ migrazzjoni għall-ispeċijiet migratorji, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(2), punt (d) ta’ dan ir-Regolament u, fejn rilevanti, bil-parteċipazzjoni tas-sajjieda fl-ilmijiet interni;
il-kostruzzjoni, il-modernizzazzjoni jew l-installazzjoni ta’ faċilitajiet statiċi jew mobbli maħsuba biex jipproteġu u jsaħħu l-fawna u l-flora akkwatiċi, inklużi t-tħejjija xjentifika, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tagħhom.
Artikolu 31
Kundizzjonijiet ġenerali
L-għajnuna mogħtija taħt din it-Taqsima għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali li ġejjin:
hija għandha tkun limitata għall-impriżi tal-akkwakultura, sakemm ma jiġix iddikjarat mod ieħor f’dan ir-Regolament;
fejn l-operazzjonijiet ikunu jikkonsistu f’investimenti f’tagħmir jew infrastruttura li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti futuri li jirrigwardjaw l-ambjent, is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali, l-iġjene jew il-benesseri tal-annimali skont id-dritt tal-Unjoni, jista’ jingħata appoġġ sad-data li fiha tali rekwiżiti jsiru obbligatorji għall-impriżi;
ma għandhiex tingħata għat-trobbija ta’ organiżmi ġenetikament modifikati;
ma għandhiex tingħata għall-operazzjonijiet tal-akkwakultura f’żoni protetti tal-baħar, jekk ikun ġie ddeterminat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, abbażi ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li l-operazzjoni tiġġenera impatt ambjentali negattiv sinifikanti li ma jistax jittaffa b’mod adegwat.
Artikolu 32
Għajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura
L-għajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tistimula l-innovazzjoni fl-akkwakultura;
l-għajnuna jkollha l-għan li tikseb dan li ġej:
l-iżvilupp ta’ għarfien tekniku, xjentifiku jew organizzazzjonali fl-azjendi agrikoli tal-akkwakultura, li, b’mod partikolari, inaqqas l-impatt fuq l-ambjent, inaqqas id-dipendenza fuq l-għalf u ż-żejt tal-ħut, irawwem użu sostenibbli tar-riżorsi fl-akkwakultura, itejjeb il-benesseri tal-annimali jew jiffaċilita metodi ġodda ta’ produzzjoni sostenibbli;
l-iżvilupp jew l-introduzzjoni fis-suq ta’ speċijiet ġodda tal-akkwakultura b’potenzjal tas-suq, prodotti ġodda jew imtejba sostanzjalment, proċessi ġodda jew imtejba, jew sistemi ġodda jew imtejba ta’ ġestjoni u organizzazzjoni;
l-esplorazzjoni tal-fattibbiltà teknika jew ekonomika ta’ prodotti jew proċessi innovattivi.
Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin:
kostijiet tal-persunal diretti relatati mar-riċerkaturi, mat-teknixins u ma’ persunal ieħor ta’ appoġġ diment li dawn ikunu impjegati fuq il-proġett;
il-kostijiet tal-istrumenti u t-tagħmir diment li jkunu użati fil-proġett u għall-perjodu li jintużaw fih;
il-kostijiet tal-bini, sal-punt u għall-perjodu tad-durata użati għall-proġett u taħt il-kundizzjonijiet li ġejjin:
fir-rigward tal-bini, għandhom jitqiesu bħala eliġibbli biss dawk il-kostijiet tad-deprezzament li jikkorrispondu mal-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji ta’ kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali;
fir-rigward tal-artijiet, huma eliġibbli l-kostijiet tat-trasferiment kummerċjali jew il-kostijiet tal-kapital realment imġarrba;
il-kostijiet tar-riċerka kuntrattwali, l-għarfien u privattivi mixtrija jew liċenzjati minn sorsi barranin b’kundizzjonijiet distakkati, kif ukoll il-kostijiet tal-konsulenzi u s-servizzi ekwivalenti użati esklussivament għall-proġett; jew
kostijiet ġenerali addizzjonali u spejjeż operattivi oħrajn, inklużi kostijiet ta’ materjali, provvisti u prodotti simili, imġarrbin direttament minħabba l-proġett.
Għall-finijiet tal-punt (b), fejn dawk l-istrumenti u tagħmir ma jintużawx għat-tul ta’ ħajjithom kollha għall-proġett, jitqiesu eliġibbli biss il-kostijiet ta’ deprezzament li jikkorrispondu għall-ħajja tal-proġett, kif ikkalkolati abbażi ta’ prinċipji tal-kontabbiltà aċċettati b’mod ġenerali.
Artikolu 33
Għajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività jew li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent fl-akkwakultura
L-għajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività jew li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent fl-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa:
l-investimenti produttivi fl-akkwakultura;
id-diversifikazzjoni tal-produzzjoni fl-akkwakultura u l-ispeċijiet ikkultivati;
il-modernizzazzjoni tal-unitajiet tal-akkwakultura, inkluż it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sikurezza tal-ħaddiema fis-settur tal-akkwakultura;
it-titjib u l-modernizzazzjoni relatati mas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, inkluż ix-xiri ta’ tagħmir li għandu l-għan li jipproteġi lill-farms tal-ħut mill-predaturi selvaġġi;
l-investimenti li jnaqqsu l-impatt negattiv jew isaħħu l-effetti pożittivi fuq l-ambjent u li jżidu l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi;
l-investimenti fit-titjib tal-kwalità tal-prodotti tal-akkwakultura jew fiż-żieda fil-valur tagħhom;
ir-restawr tal-għadajjar jew tal-laguni tal-akkwakultura eżistenti permezz tat-tneħħija tal-ħama, jew investimenti mmirati lejn il-prevenzjoni tad-depożiti tal-ħama;
id-diversifikazzjoni tal-introjtu tal-impriżi tal-akkwakultura permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet komplementari;
l-investimenti li jirriżultaw fi tnaqqis sostanzjali fl-impatt tal-impriżi tal-akkwakultura fuq l-użu u l-kwalità tal-ilma, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis tal-ammont ta’ ilma jew sustanzi kimiċi, antibijotiċi u mediċini oħrajn użati, jew permezz tat-titjib tal-kwalità tal-ilma prodott, inkluż permezz tal-użu ta’ sistemi tal-akkwakultura multitrofiċi;
il-promozzjoni ta’ akkwakultura b’sistemi magħluqa fejn il-prodotti tal-akkwakultura jitrabbew f’sistemi magħluqa ta’ riċirkolazzjoni, sabiex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-użu tal-ilma; jew
l-investimenti li jżidu l-effiċjenza enerġetika u li jippromwovu l-konverżjoni tal-impriżi tal-akkwakultura għal sorsi rinnovabbli tal-enerġija.
Artikolu 34
Għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura
L-għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna ttejjeb il-prestazzjoni u l-kompetittività globali tal-farms tal-akkwakultura;
l-għajnuna tnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-farms tal-akkwakultura; kif ukoll
l-għajnuna tappoġġa x-xiri ta’ servizzi ta’ konsulenza għall-farms ta’ natura teknika, xjentifika, legali, ambjentali jew ekonomika;
Għall-finijiet tal-punt (c), għandha tingħata għajnuna biss lill-SMEs fis-settur tal-akkwakultura jew lill-organizzazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura inkluż organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-akkwakultura u assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-akkwakultura.
Is-servizzi ta’ konsulenza msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom ikopru:
il-ħtiġijiet ta’ ġestjoni sabiex il-farms tal-akkwakultura jkunu jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni ambjentali nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll mar-rekwiżiti tal-ippjanar tal-ispazju marittimu;
il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali kif imsemmi fid-Direttiva 2011/92/UE u d-Direttiva 92/43/KEE;
il-ħtiġijiet ta’ ġestjoni sabiex il-farms tal-akkwakultura jkunu jistgħu jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar is-saħħa u l-benesseri tal-annimali akkwatiċi jew is-saħħa pubblika;
standards ibbażati fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni;
strateġiji ta’ kummerċjalizzazzjoni u ta’ negozju; jew
studji ta’ fattibbiltà u servizzi ta’ konsulenza li jivvalutaw il-vijabbiltà ta’ miżuri potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ skont it-Titolu II, Kapitolu III tar-Regolament (UE) 2021/1139.
Artikolu 35
Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-networking fis-settur tal-akkwakultura
L-għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-networking fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:
it-taħriġ professjonali, it-tagħlim tul il-ħajja, it-tixrid ta’ għarfien xjentifiku u tekniku u prattiki innovattivi, l-akkwist ta’ ħiliet professjonali ġodda fis-settur tal-akkwakultura u fir-rigward tat-tnaqqis tal-impatt ambjentali tal-operazzjonijiet fis-settur tal-akkwakultura;
it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-promozzjoni tas-sikurezza okkupazzjonali; kif ukoll
in-networking u l-iskambju ta’ esperjenzi u l-aħjar prattiki fost l-impriżi fis-settur tal-akkwakultura jew l-organizzazzjonijiet professjonali u partijiet ikkonċernati oħrajn, inklużi korpi xjentifiċi u tekniċi jew dawk li jippromwovu l-opportunitajiet indaqs bejn l-irġiel u n-nisa.
L-għajnuna tista’ tkopri kwalunkwe waħda mill-kostijiet eliġibbli li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett appoġġat:
kostijiet diretti tas-salarji
ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;
kostijiet għall-ivvjaġġar;
kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;
servizzi ta’ ġbir ta’ data mixtrija, studji, proġetti pilota;
il-kera ta’ bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-kostijiet għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom; jew
kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u informazzjoni fattwali.
Artikolu 36
Għajnuna biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura
L-għajnuna għaż-żieda tal-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura fis-settur tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-iżvilupp tas-siti u l-infrastrutturi tal-akkwakultura u tnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-operazzjonijiet;
l-għajnuna tappoġġa dawn li ġejjin:
l-identifikazzjoni u l-immappjar tal-aktar żoni adatti għall-iżvilupp tal-akkwakultura, filwaqt li jiġu kkunsidrati, fejn applikabbli, il-proċessi tal-ġestjoni tat-territorju, u l-identifikazzjoni u l-immappjar ta’ żoni fejn l-akkwakultura jenħtieġ li tiġi eskluża sabiex jinżamm ir-rwol ta’ tali żoni fil-funzjonament tal-ekosistema;
it-titjib u l-iżvilupp ta’ faċilitajiet u infrastrutturi ta’ appoġġ meħtieġa biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura u biex jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tal-akkwakultura, inklużi investimenti fil-konsolidazzjoni tal-art, il-provvista tal-enerġija jew il-ġestjoni tal-ilma;
l-azzjoni meħuda u implimentata mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2009/147/KE jew l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43/KEE bil-għan li tipprevjeni dannu serju fis-settur tal-akkwakultura; jew
Għall-finijiet tal-punt (b)(iv), l-għajnuna għandha tingħata biss biex tkopri l-adozzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni dwar il-frott tal-baħar bil-qoxra immirati lejn il-protezzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni, inkluż l-għoti ta’ appoġġ lill-produtturi ta’ frott tal-baħar bil-qoxra għall-manutenzjoni ta’ sikek naturali għall-frott tal-baħar bil-qoxra u żoni ta’ qbid.
Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett:
il-kostijiet tal-investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli;
kostijiet diretti tas-salarji; jew
il-kostijiet ta’ konsulenza, riċerka kuntrattwali, u servizzi ta’ appoġġ ipprovduti minn konsulenti esterni.
Artikolu 37
Għajnuna għall-inkoraġġiment ta' intraprendituri ġodda fis-settur tal-akkwakultura li jħarsu l-prinċipji tal-akkwakultura sostenibbli
L-għajnuna għall-inkoraġġiment ta’ intraprendituri ġodda li jipprattikaw akkwakultura sostenibbli li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna trawwem l-intraprenditorija fl-akkwakultura; kif ukoll
l-għajnuna tappoġġa t-twaqqif ta’ impriżi tal-akkwakultura sostenibbli minn intraprendituri ġodda.
Għandha tingħata għajnuna lill-intraprendituri tal-akkwakultura li jidħlu fis-settur sakemm dawn:
ikollhom ħiliet u kompetenza professjonali adegwati;
jistabbilixxu għall-ewwel darba SME tal-akkwakultura, bħala maniġers ta’ dik l-impriża; kif ukoll
jissottomettu pjan ta’ direzzjoni tan-negozju għall-iżvilupp tal-attivitajiet tal-akkwakultura tagħhom.
Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu dawn li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett:
il-kostijiet tas-salarji;
kostijiet ġenerali addizzjonali u kostijiet oħra, inklużi kostijiet ta’ materjali, provvisti;
kostijiet tat-tagħmir; jew
il-kostijiet ta’ investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli.
Artikolu 38
Għajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika
L-għajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tippromwovi l-iżvilupp ta’ akkwakultura organika jew effiċjenti fl-użu tal-enerġija;
l-għajnuna tappoġġa waħda minn dawn li ġejjin:
il-parteċipazzjoni fl-iskemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) tal-Unjoni f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ).
L-għajnuna għandha tieħu l-forma ta’ kumpens għal massimu ta’ tliet snin matul il-perjodu tal-konverżjoni tal-impriża għall-produzzjoni organika, jew matul it-tħejjija għall-parteċipazzjoni fl-EMAS. L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw dak il-kumpens abbażi ta’ waħda minn dawn li ġejjin:
it-telf ta’ dħul jew kostijiet addizzjonali mġarrba matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni minn produzzjoni konvenzjonali għal produzzjoni organika għal operazzjonijiet eliġibbli taħt il-punt (b)(i) tal-paragrafu 1;
il-kostijiet addizzjonali li jirriżultaw mill-applikazzjoni u t-tħejjija tal-parteċipazzjoni fl-EMAS għal operazzjonijiet eliġibbli taħt il-punt (b)(ii) tal-paragrafu 1.
Artikolu 39
Għajnuna għal servizzi ambjentali
L-għajnuna għall-impriżi attivi fis-settur tal-akkwakultura li jipprovdu servizzi ambjentali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna trawwem l-iżvilupp tas-settur tal-akkwakultura li jipprovdi servizzi ambjentali; kif ukoll
l-għajnuna tappoġġa waħda mill-miżuri li ġejjin:
il-metodi tal-akkwakultura kompatibbli ma’ ħtiġijiet ambjentali speċifiċi u soġġetti għal rekwiżiti speċifiċi ta’ ġestjoni li jirriżultaw mid-deżinjazzjoni ta’ żoni NATURA 2000 f’konformità mad-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE;
il-parteċipazzjoni, f’termini tal-kostijiet relatati direttament magħha, fil-konservazzjoni ex situ u r-riproduzzjoni tal-annimali akkwatiċi, fi ħdan il-qafas tal-programmi ta’ konservazzjoni u restawr tal-bijodiversità żviluppati mill-awtoritajiet pubbliċi, jew taħt is-superviżjoni tagħhom;
l-operazzjonijiet tal-akkwakultura li jinkludu l-konservazzjoni u t-titjib tal-ambjent u tal-bijodiversità, u l-ġestjoni tal-pajsaġġ u l-karatteristiċi tradizzjonali taż-żoni tal-akkwakultura.
Artikolu 40
Għajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika
L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tingħata biss fejn l-għeluq tal-produzzjoni klassifikata jew taż-żona ta’ riinstallazzjoni, skont l-Artikolu 62 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 ( 22 ) ikun dovut għall-proliferazzjoni tal-plankton li jipproduċi t-tossini jew għall-preżenza tal-plankton li fih bijotossini li jaqbżu l-limiti stabbiliti fl-Anness III, it-Taqsima VII, il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 ), u diment li:
il-kontaminazzjoni ddum għal aktar minn erba’ xhur konsekuttivi; jew
it-telf, li jirriżulta mis-sospensjoni tal-ħsad, jammonta għal aktar minn 25 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-fatturat medju ta’ dak in-negozju matul it-tliet snin kalendarji ta’ qabel is-sena li fiha l-ħsad ikun ġie sospiż;
Għall-finijiet tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali ta’ kalkolu fir-rigward ta’ kumpaniji b’inqas minn tliet snin ta’ attività.
Artikolu 41
Għajnuna għal miżuri tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali
L-għajnuna għas-saħħa u l-benesseri tal-annimali f’impriżi tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm
l-għajnuna jkollha l-għan li trawwem is-saħħa u l-benesseri tal-annimali fl-impriżi tal-akkwakultura, fost l-oħrajn, f’termini ta’ prevenzjoni u bijosigurtà; kif ukoll
l-għajnuna tista’ tkopri biss waħda mill-miżuri li ġejjin:
l-iżvilupp tal-aħjar prattiki ġenerali u speċifiċi għall-ispeċijiet jew kodiċijiet ta’ mġiba dwar il-bijosigurtà jew dwar il-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali fis-settur tal-akkwakultura;
l-inizjattivi li għandhom l-għan li jnaqqsu d-dipendenza tal-akkwakultura fuq il-mediċina veterinarja;
studji veterinarji jew farmaċewtiċi u d-disseminazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki rigward mard veterinarju fl-akkwakultura, bil-għan tal-promozzjoni ta’ użu xieraq tal-mediċina veterinarja;
l-istabbiliment u l-operat ta’ gruppi għall-protezzjoni tas-saħħa fis-settur tal-akkwakultura kif rikonoxxuti mill-Istati Membri; jew
kumpens lill-persuni li jaħdmu fil-farms tal-molluski għas-sospensjoni temporanja tal-attivitajiet tagħhom minħabba mortalità eċċezzjonali tal-massa, jekk ir-rata tal-mortalità taqbeż l-20 % jew jekk it-telf li jirriżulta mis-sospensjoni tal-attività jammonta għal aktar minn 30 % tal-fatturat annwali tan-negozju kkonċernat, ikkalkolat abbażi tal-fatturat medju ta’ dak in-negozju matul it-tliet snin kalendarji ta’ qabel is-sena li fiha ġew sospiżi l-attivitajiet.
Għall-finijiet tal-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli speċjali ta’ kalkolu fir-rigward ta’ kumpaniji b’inqas minn tliet snin ta’ attività.
L-għajnuna msemmija fil-punt (b)(iii) ma għandhiex tkopri x-xiri ta’ mediċini veterinarji.
Ir-riżultati tal-istudji ffinanzjati skont il-punt (b)(iii) għandhom jiġu rrapportati u rreklamati b’mod adegwat mill-Istat Membru.
Artikolu 42
Għajnuna għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard
L-għajnuna għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard fl-intrapriżi tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa l-kostijiet tal-prevenzjoni, kontroll u qerda ta’:
il-mard fl-akkwakultura elenkat fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, jew inkluż fil-lista ta’ mard tal-annimali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali, inklużi l-kostijiet operazzjonali meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-obbligi fi pjan ta’ eradikazzjoni;
mard emerġenti li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2016/429;
iż-żoonożi tal-annimali akkwatiċi elenkati fil-punt 2 tal-Anness III tar-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 24 ); jew
mard għajr marda elenkata msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 226 ta’ dak ir-Regolament.
L-għajnuna tista’ tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin għall-finijiet ta’ prevenzjoni, kontroll u qerda:
il-kontrolli tas-saħħa, l-analiżijiet, it-testijiet, u miżuri oħra ta’ skrinjar;
it-titjib ta’ miżuri ta’ bijosigurtà;
ix-xiri, il-ħżin, l-amministrazzjoni jew id-distribuzzjoni ta’ vaċċini, mediċini, u sustanzi għat-trattamenti tal-annimali;
l-iskarnar, il-qtil, u l-qerda tal-annimali;
il-qerda ta’ prodotti tal-annimali u ta’ prodotti marbuta magħhom;
it-tindif, id-diżinfezzjoni jew id-diżinfezzjoni tal-azjenda u tat-tagħmir; jew
il-ħsara mġarrba minħabba l-iskarnar, il-qtil jew il-qerda ta’ annimali, ta’ prodotti tal-annimali, u ta’ prodotti marbuta magħhom.
Artikolu 43
Għajnuna għall-investiment maħsub biex itaffi l-ħsara kkawżata mill-mard tal-annimali
L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu biss il-kostijiet:
għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli; jew
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.
Artikolu 44
Għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura
L-għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tippromwovi s-salvagwardja tal-introjtu tal-produtturi tal-akkwakultura; kif ukoll
l-għajnuna tikkontribwixxi għal assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura li tkopri t-telf ekonomiku minħabba mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
diżastri naturali;
avvenimenti klimatiċi negattivi;
bidliet f’daqqa fil-kwalità u l-kwantità tal-ilma li l-operatur ma jkunx responsabbli għalihom;
mard fis-settur tal-akkwakultura, ħsarat fil-faċilitajiet tal-produzzjoni jew il-qerda tagħhom, li l-operatur ma jkunx responsabbli għalihom;
kriżijiet tas-saħħa pubblika;
telf ta’ produzzjoni minħabba attakk minn annimali predatorji jew protetti;
l-assigurazzjoni m’għandhiex teħtieġ jew tispeċifika t-tip jew il-kwantità ta’ produzzjoni futura u l-għajnuna mhijiex limitata għall-assigurazzjoni pprovduta minn kumpanija tal-assigurazzjoni speċifika jew grupp ta’ kumpaniji.
Artikolu 45
Għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni
L-għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-għajnuna tippromwovi miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura; kif ukoll
l-għajnuna timmira lejn:
il-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, assoċjazzjonijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali li għandhom jiġu rikonoxxuti f’konformità mat-Taqsima II tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013;
is-sejba ta’ swieq ġodda u t-titjib tal-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, inklużi:
il-promozzjoni tal-kwalità u tal-valur miżjud permezz tal-faċilitazzjoni ta’:
il-kontribut għat-trasparenza tal-produzzjoni u s-swieq u t-twettiq ta’ stħarriġ u studji tas-suq dwar id-dipendenza tal-Unjoni fuq l-importazzjonijiet;
il-kontribut għat-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura u, fejn rilevanti, l-iżvilupp ta’ ekotikketta għall-Unjoni kollha għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura imsemmi fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013;
it-tfassil ta’ kuntratti standard għall-SMEs li huma kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni;
it-twettiq ta’ kampanji reġjonali, nazzjonali jew transnazzjonali ta’ komunikazzjoni u promozzjoni, biex ikabbru l-għarfien dwar il-prodotti sostenibbli tas-sajd u tal-akkwakultura.
L-għajnuna tista’ tkopri biss il-kostijiet eliġibbli li ġejjin:
kostijiet diretti tas-salarji
ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;
kostijiet għall-ivvjaġġar;
kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;
studji mixtrija;
il-kera ta’ bini għall-wirjiet u l-istands għalihom u l-kostijiet għall-istallazzjoni u ż-żarmar tagħhom; jew
il-kostijiet għat-tixrid tal-għarfien xjentifiku u l-informazzjoni fattwali dwar il-prodotti ġeneriċi tas-sajd u l-benefiċċji nutrittivi tagħhom u l-użi ssuġġeriti għalihom.
Artikolu 46
Għajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
L-għajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm l-għajnuna tappoġġa l-investimenti fl-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-għajnuna għandha l-għan li tappoġġa miżuri li:
jikkontribwixxu għall-iffrankar tal-enerġija jew għat-tnaqqis tal-impatt fuq l-ambjent, inkluż it-trattament tal-iskart;
itejbu s-sikurezza, l-iġjene, is-saħħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol;
jappoġġaw l-ipproċessar tal-qabdiet ta’ ħut kummerċjali li ma jistax ikun destinat għall-konsum mill-bniedem;
jirrigwardjaw l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji li jirriżultaw minn attivitajiet ewlenin ta’ pproċessar;
jirrigwardjaw l-ipproċessar ta’ prodotti organiċi tal-akkwakultura skont l-Artikoli 7 u 8 tar-Regolament (UE) Nru 2018/848;
iwasslu għal prodotti ġodda jew imtejba, proċessi ġodda jew imtejba, jew sistemi ta’ ġestjoni u organizzazzjoni ġodda jew imtejba;
jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-kostijiet tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-mard imsemmi fl-Artikolu 42, punt (a)(1); jew
jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ prevenzjoni u mitigazzjoni tal-investimenti taħt il-kundizzjoni tal-Artikolu 43.
Artikolu 47
Għajnuna għall-ġbir, il-ġestjoni, l-użu u l-ipproċessar tad-data fis-settur tas-sajd
L-għajnuna għandha tkopri biss il-miżuri li ġejjin:
il-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-data għall-fini tal-analiżi xjentifika u l-implimentazzjoni tal-PKS;
programmi nazzjonali, tranżnazzjonali u subnazzjonali ta’ kampjunar pluriennali, sakemm dawn ikunu relatati mal-istokkijiet koperti mill-PKS;
il-monitoraġġ fuq il-baħar tas-sajd kummerċjali u rikreattiv, inkluż il-monitoraġġ tal-qabdiet aċċessorji ta’ organiżmi tal-baħar bħal mammiferi u għasafar tal-baħar;
l-istħarriġ ta’ riċerka fuq il-baħar; jew
it-titjib tas-sistemi ta’ ġbir tad-data u ta’ ġestjoni tad-data u l-implimentazzjoni ta’ studji pilota biex jittejbu s-sistemi eżistenti ta’ ġbir tad-data u ta’ ġestjoni tad-data.
L-għajnuna tista’ tkopri kwalunkwe waħda mill-kostijiet eliġibbli li ġejjin imġarrba direttament bħala riżultat tal-miżuri appoġġati.
kostijiet diretti tas-salarji
ħlasijiet tal-parteċipazzjoni;
kostijiet għall-ivvjaġġar;
kostijiet għall-pubblikazzjonijiet;
investimenti fis-sistemi tal-ġbir tad-data u tal-ġestjoni tad-data;
servizzi ta’ ġbir ta’ data mixtrija.
Artikolu 48
Għajnuna maħsuba biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali
L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu biss il-kostijiet li ġejjin:
għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.
Artikolu 49
Għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali
L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (b) tal-Artikolu 107(2) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tkun irrikonoxxiet formalment il-karattru tal-avveniment bħala diżastru naturali; kif ukoll
ikun hemm rabta kawżali diretta bejn id-diżastru naturali u l-ħsara mġarrba mill-impriża.
Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu l-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, kif ivvalutata minn awtorità pubblika kompetenti, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. Dik il-ħsara tista’ tinkludi dawn li ġejjin:
ħsara materjali lil assi bħal bini, tagħmir, makkinarju, ħażniet u mezzi ta’ produzzjoni; jew
telf ta’ introjtu minħabba l-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni tas-sajd jew tal-akkwakultura jew il-mezzi ta’ tali produzzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur mill-okkorrenza tad-diżastru.
It-telf tal-introjtu għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fis-sena tad-diżastru naturali, jew f’kull sena sussegwenti affettwata mill-qerda sħiħa jew parzjali tal-mezzi ta’ produzzjoni, bil-prezz tal-bejgħ medju miksub matul dik is-sena; minn
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura prodotti fil-perjodu ta’ tliet snin qabel id-diżastru naturali, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin qabel id-diżastru naturali, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata, bil-prezz tal-bejgħ medju miksub.
Artikolu 50
Għajnuna biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali
L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu l-kostijiet għal waħda minn dawn li ġejjin:
għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.
Artikolu 51
Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali
Għajnuna li twettaq il-kondizzjonijiet li ġejjin:
li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rrikonoxxiet formalment it-tip ta' avveniment klimatiku avvers li jista' jiġi assimilat ma' diżastru naturali; kif ukoll
hemm rabta ta' kawżalità diretta bejn l-avveniment klimatiku avvers li jista’ jitqabbel ma’ diżastru naturali u d-dannu mġarrab mill-impriża.
Il-kostijiet eliġibbli jistgħu jkunu d-danni mġarrba bħala konsegwenza diretta tad-diżastru naturali, kif stmati mill-awtorità pubblika indipendentement mill-awtorità awtorizzanti, espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-awtorizzanti jew minn impriża tal-assigurazzjoni. Dik il-ħsara tista’ tinkludi dawn li ġejjin:
ħsara materjali lil assi bħal bini, tagħmir, makkinarju, ħażniet u mezzi ta’ produzzjoni; jew
telf ta’ introjtu minħabba l-qerda sħiħa jew parzjali tal-produzzjoni tas-sajd jew tal-akkwakultura jew il-mezzi ta’ tali produzzjoni għal perjodu li ma jaqbiżx is-sitt xhur mill-okkorrenza tal-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali.
It-telf tal-introjtu għandu jiġi kkalkolat billi jitnaqqas:
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura manifatturati fis-sena tal-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jew f’kull sena sussegwenti affettwata mill-qerda totali jew parzjali tal-mezzi ta’ produzzjoni, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub matul dik is-sena; minn
ir-riżultat tal-multiplikazzjoni tal-kwantità annwali medja ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura manifatturati fil-perjodu ta’ tliet snin qabel l-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, jew medja ta’ tliet snin ibbażata fuq il-perjodu ta’ ħames snin qabel l-avveniment klimatiku negattiv li jista’ jiġi assimilat ma’ diżastru naturali, minbarra l-ogħla u l-inqas entrata, mal-prezz medju tal-bejgħ miksub.
Artikolu 52
Għajnuna maħsuba biex tevita u ttaffi l-ħsara kkawżata minn annimali protetti
L-għajnuna għall-investimenti maħsuba biex tikkumpensa għall-ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
l-investiment primarjament għandu l-għan li jipprevjeni jew itaffi l-ħsara kkawżata mill-imġiba tal-annimali protetti;
fir-rigward tas-sajd, l-objettiv tal-investiment huwa li jipprevjeni u jtaffi d-depredazzjoni jew li jipprevjeni u jimmitiga l-ħsara lill-irkaptu tas-sajd jew lil materjal operatorju ieħor ikkawżata mill-imġiba ta’ annimal protett.
L-għajnuna tista’ biss tkopri l-kostijiet eliġibbli li huma diretti u speċifiċi għal miżuri preventivi. Il-kostijiet jistgħu jinkludu wieħed mill-kostijiet li ġejjin:
għall-kostruzzjoni, l-akkwist, inkluż il-kiri, jew it-titjib tal-proprjetà immobbli;
ix-xiri jew ix-xiri bin-nifs ta’ makkinarju u tagħmir sal-valur tas-suq tal-assi.
Artikolu 53
Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti
L-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu I ta’ dan ir-Regolament għandha tkun kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-punt (c) tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tiegħu sakemm:
ikun hemm rabta kawżali diretta bejn il-ħsara mġarrba u l-imġiba tal-annimali protetti;
il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu l-kostijiet tal-ħsara mġarrba bħala konsegwenza diretta tal-avveniment li kkawża l-ħsara, kif ivvalutati minn awtorità pubblika, minn espert indipendenti rikonoxxut mill-awtorità tal-għoti jew minn impriża tal-assigurazzjoni; kif ukoll
għas-sajd, l-għajnuna fir-rigward tal-ħsara għall-annimali hija limitata għall-ħsara lill-qabdiet
Il-ħsara li għandu jsir tajjeb għaliha tista’ tinkludi dawn li ġejjin:
ħsara għall-annimali fl-akkwakultura: il-kostijiet eliġibbli huma bbażati fuq il-valur tas-suq tal-annimal danneġġjat jew maqtul mill-annimali protetti;
ħsara lill-qabdiet fis-settur tas-sajd ikkawżata minn annimali protetti; jew
il-ħsara materjali għall-assi li ġejjin: tagħmir, makkinarju, proprjetà.
Artikolu 54
Għajnuna għal proġetti tas-CLLD
Il-kostijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-proġetti tas-CLLD:
il-kostijiet tal-appoġġ preparatorju, il-bini tal-kapaċità, it-taħriġ u n-networking bil-ħsieb tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġija tas-CLLD imsemmija fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 27 );
l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet approvati;
it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-grupp;
l-ispejjeż tat-tmexxija marbutin mal-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità; jew
animazzjoni tal-istrateġija tal-CLLD sabiex tiffaċilita l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati biex jipprovdu informazzjoni u jippromwovu l-istrateġija u l-proġetti, u biex jappoġġaw benefiċjarji potenzjali bil-għan li jiżviluppaw operazzjonijiet u jħejju applikazzjonijiet.
Il-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jkunu eliġibbli biss għall-għajnuna skont dan l-Artikolu dment li jiġu segwiti f’waħda mill-oqsma li ġejjin:
ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;
l-ambjent;
l-impjiegi u t-taħriġ;
il-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju;
il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi u tal-ilma ħelu;
il-promozzjoni ta' prodotti tal-ikel li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-TFUE;
l-isport.
Artikolu 55
Ammonti limitati ta’ għajnuna għal proġetti tas-CLLD
Il-kostijiet imġarrba mill-muniċipalitajiet li jipparteċipaw fi proġetti tas-CLLD, imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jistgħu jkunu eliġibbli biss għall-għajnuna skont dan l-Artikolu dment li jiġu segwiti f’waħda mill-oqsma li ġejjin:
ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni;
l-ambjent;
l-impjiegi u t-taħriġ;
il-konservazzjoni tal-kultura u l-patrimonju;
il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi marittimi u tal-ilma ħelu;
il-promozzjoni ta' prodotti tal-ikel li mhumiex elenkati fl-Anness I tat-TFUE;
l-isport.
Artikolu 56
Eżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxa skont id-Direttiva 2003/96/KE
KAPITOLU IV
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali u finali
Artikolu 57
Applikazzjoni kontinwa tar-Regolament (UE) Nru 1388/2014
L-Artikolu 47 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1388/2014 ( 28 ) jiddikjara li dak ir-Regolament għandu japplika sal-31 ta’ Diċembru 2022. Ir-Regolament preżenti se jissostitwixxi r-Regolament (UE) Nru 1388/2014 mal-iskadenza tiegħu.
Artikolu 58
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Artikolu 59
Dħul fis-seħħ u applikabbiltà
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2029.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)
1. Intrapriża
Intrapriża hija kkunsidrata bħala kull entità involuta f'attività ekonomika, irrispettivament mill-forma legali tagħha. Din tinkludi, b'mod partikolari, persuni li jaħdmu għal rashom u negozji tal-familja involuti fi snajja' jew attivitajiet oħra, u sħubiji jew assoċjazzjonijiet involuti regolarment f'attività ekonomika.
2. L-għadd ta' persunal u l-limiti stabbiliti finanzjarji li jiddeterminaw il-kategoriji tal-intrapriżi
2.1. Il-kategorija ta ’ ►C1 intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju ◄ (“SMEs”) hija magħmula minn intrapriżi li jħaddmu anqas minn 250 persuna u li għandhom fatturat annwali li ma jaqbiżx il-EUR 50 miljun, u/jew it-total annwali tal-karta tal-bilanċ tagħhom ma jaqbiżx it-EUR 43 miljun.
2.2. Fil-kategorija tal-SMEs, intrapriża żgħira hija definita bħala intrapriża li timpjega anqas minn 50 ruħ u li l-valur tal-introjtu annwali tagħha u/jew it-total tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun.
2.3. Fil-kategorija tal-IŻM, mikrointrapriża hija definita bħala intrapriża li tħaddem anqas minn 10 persuni u li l-fatturat annwali tagħha u/jew it-total annwali tal-karta tal-bilanċ tagħha ma jaqbiżx l-EUR 2 miljun.
3. It-tipi ta' intrapriża meqjusa fil-kalkolu tan-numru ta' impjegati u tal-ammonti finanzjarji
3.1. “Intrapriża awtonoma” hija kwalunkwe intrapriża li mhijiex ikklassifikata bħala intrapriża msieħba skont it-tifsira tal-punt 3.2 jew bħala intrapriża assoċjata skont it-tifsira tal-punt 3.3.
3.2. “Intrapriżi sħab” huma l-intrapriżi kollha li mhumiex ikklassifikati bħala intrapriżi assoċjati skont it-tifsira tal-punt 3.3 u li bejniethom hemm ir-relazzjoni li ġejja: intrapriża (intrapriża upstream) ikollha, waħedha jew flimkien ma’ intrapriża assoċjata waħda oħra jew aktar, skont it-tifsira tal-paragrafu 3.3, 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot ta’ intrapriża oħra (intrapriża downstream).
Madankollu, intrapriża tista' tiġi kklassifikata bħala awtonoma, jiġifieri ma għandha ebda intrapriżi msieħba, anke jekk dan il-limitu ta' 25 % jintlaħaq jew jinqabeż mill-investituri segwenti, diment li dawk l-investituri ma jkunux assoċjati, skont it-tifsira tal-paragrafu 3, individwalment jew b'mod konġunt mal-intrapriża inkwistjoni:
il-korporazzjonijiet ta’ investiment pubbliku, il-kumpaniji b’kapital ta’ riskju, l-individwi jew il-gruppi ta’ individwi b’attività regolari ta’ investiment f’kapital ta’ riskju li jinvestu l-kapital ta’ ekwità f’negozji mhux ikkwotati (investituri informali), diment li l-investiment totali ta’ dawk l-investituri informali fl-istess intrapriża jkun ta’ inqas minn EUR 1 250 000 ;
universitajiet u ċentri ta' riċerka mingħajr skop ta' qligħ;
investituri istituzzjonali, li jinkludu l-fondi għall-iżvilupp reġjonali;
awtoritajiet lokali awtonomi b’baġit annwali ta’ inqas minn EUR 10 miljun u inqas minn 5 000 abitant.
3.3. “Intrapriżi assoċjati” huma intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet li ġejjin bejniethom:
intrapriża li jkollha l-maġġoranza tad-drittijiet tal-vot tal-azzjonisti jew tal-membri f'intrapriża oħra;
intrapriża li jkollha d-dritt taħtar jew tneħħi maġġoranza mill-membri tal-korp amministrattiv, tal-ġestjoni jew dak ta' sorveljanza ta' intrapriża oħra;
intrapriża li għandha d-dritt teżerċita influwenza dominanti fuq intrapriża oħra skont kuntratt li tkun daħlet fih ma' dik l-intrapriża jew skont dispożizzjoni tal-memorandum jew tal-artikoli ta' assoċjazzjoni tagħha;
intrapriża, li tkun azzjonista f'intrapriża oħra jew membru tagħha, li waħedha tikkontrolla, skont ftehim ma' azzjonisti oħra f'dik l-intrapriża jew membri tagħha, maġġoranza tad-drittijiet tal-voti tal-azzjonisti jew tal-membri f'dik l-intrapriża.
Hemm preżunzjoni li ma teżisti l-ebda influwenza dominanti jekk l-investituri elenkati fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.2 ma jinvolvux ruħhom direttament jew indirettament fil-ġestjoni tal-intrapriża inkwistjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom bħala azzjonisti.
L-intrapriżi li għandhom xi waħda mir-relazzjonijiet deskritti fl-ewwel subparagrafu permezz ta’ intrapriża waħda oħra jew aktar, jew kwalunkwe wieħed mill-investituri msemmija fil-punt 3.2, jitqiesu wkoll bħala assoċjati.
Intrapriżi li għandhom waħda jew aktar minn dawn ir-relazzjonijiet permezz ta' persuna fiżika jew grupp ta' persuni fiżiċi li jaġixxu flimkien huma wkoll meqjusa bħala intrapriżi assoċjati jekk ikunu involuti fl-attività tagħhom jew f'parti mill-attività tagħhom fl-istess suq rilevanti jew fi swieq qrib.
“Suq qrib” huwa meqjus bħala suq għal prodotti jew servizzi li qegħdin direttament upstream jew downstream mas-suq rilevanti.
3.4. Ħlief fil-każijiet stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-punt 3.2, intrapriża ma tistax titqies bħala SME jekk 25 % jew aktar mill-kapital jew mid-drittijiet tal-vot tagħha jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati, flimkien jew individwalment, minn korp pubbliku wieħed jew aktar.
3.5. L-intrapriżi jistgħu jiddikjaraw l-istatus tagħhom bħala intrapriża awtonoma, intrapriża msieħba jew intrapriża assoċjata, inkluża d-data rigward il-limiti stabbiliti fil-punt 2. Id-dikjarazzjoni tista' ssir anki jekk il-kapital ikun mifrux b'tali mod li mhux possibbli li jiġi stabbilit eżattament f'idejn min jinsab, f'liema każ l-intrapriża tista' tiddikjara b'bona fide li tista' leġittimament tippreżumi li mhijiex il-proprjetà b'25 % jew aktar ta' intrapriża waħda, jew b'mod konġunt minn intrapriżi assoċjati ma' xulxin. Dawn id-dikjarazzjonijiet isiru mingħajr ħsara għall-kontrolli u l-investigazzjonijiet li hemm stipulati fir-regoli nazzjonali jew tal-Unjoni.
4. Data użata għall-għadd ta' persunal u l-ammonti finanzjarji u perjodu ta' referenza
4.1. Id-data li għandha tiġi applikata fil-kalkolu tal-għadd tal-persunal u l-ammonti finanzjarji hija dik li tirrigwarda l-aħħar perjodu kontabilistiku approvat u kkalkolat fuq bażi annwali. Dawn jiġu kkunsidrati mid-data tal-għeluq tal-kontijiet. L-ammont magħżul għall-fatturat huwa kkalkolat bl-esklużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u taxxi indiretti oħrajn.
4.2. Meta, fid-data tal-għeluq tal-kontijiet, intrapriża ssib li, fuq bażi annwali, hija tkun qabżet il-limiti tal-għadd ta’ persunal jew il-limiti finanzjarji ddikjarati fil-punt 2, jew tkun niżlet taħthom, dan ma jirriżultax fit-telf jew fl-akkwist tal-istatus ta’ mikrointrapriża jew ta’ intrapriża ta’ daqs medju jew żgħir, sakemm dawk il-limiti ma jinqabżux fuq żewġ perjodi kontabilistiċi konsekuttivi.
4.3. Fil-każ ta' intrapriżi li jkunu għadhom kif twaqqfu li l-kontijiet tagħhom ikunu għadhom ma ġewx approvati, id-data li għandha tiġi applikata hija dik meħuda minn stima magħmula in bona fide li tkun saret matul is-sena finanzjarja.
5. L-għadd tal-persunal
L-għadd jikkorrispondi mal-għadd ta' unitajiet ta' xogħol annwali (AWU), jiġifieri l-għadd ta' persuni li ħadmu full-time fl-intrapriża inkwistjoni jew f'isimha matul is-sena ta' referenza sħiħa li tkun qed titqies. Ix-xogħol ta' persuni li ma ħadmux is-sena kollha, ix-xogħol ta' dawk li ħadmu part-time, mingħajr ma jitqies kemm damu jaħdmu, u x-xogħol ta' persunal staġjonali jingħaddu bħala frazzjonijiet tal-AWU. Il-persunal jikkonsisti f':
impjegati;
persuni li jaħdmu għall-intrapriża li taqa' taħtha u li jitqiesu bħala impjegati tagħha skont il-liġi nazzjonali;
sidien-ġestjonarji;
imsieħba li jkunu involuti f'attività regolari fl-intrapriża u li jibbenefikaw minn vantaġġi finanzjarji mill-intrapriża.
Apprendisti jew studenti involuti f'taħriġ vokazzjonali b'kuntratt ta' apprendistat jew ta' taħriġ vokazzjonali mhumiex inklużi bħala parti mill-persunal. Il-perjodu ta' liv tal-maternità jew tal-ġenituri ma jingħaddx.
6. Kif tiġi stabbilita d-data ta' intrapriża
6.1. Fil-każ ta' intrapriża awtonoma, id-data, inkluż l-għadd tal-persunal, tiġi determinata esklussivament fuq il-bażi tal-kontabbiltà ta' dik l-intrapriża.
6.2. Id-data, inkluż l-għadd ta' impjegati, ta' intrapriża li għandha intrapriżi msieħba jew assoċjati, tiġi determinata abbażi tal-kontabbiltà u data oħra tal-intrapriża jew, fejn jeżistu, il-kontabbiltà konsolidata tal-intrapriża, jew il-kontijiet konsolidati li fihom l-intrapriża tkun inkluża permezz ta' konsolidazzjoni.
Mad-data li saret referenza għaliha fl-ewwel subparagrafu tiżdied id-data ta' kull intrapriża msieħba mal-intrapriża inkwistjoni li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha. L-aggregazzjoni tkun proporzjonali għall-imgħax perċentwali fil-kapital jew fid-drittijiet ta' vot (liema minnhom ikun l-ikbar). Fil-każ ta' parteċipazzjonijiet inkroċjati, japplika l-ogħla perċentwali.
Mad-data li saret referenza għaliha fl-ewwel u t-tieni subparagrafu tiżdied 100 % tad-data ta' kull intrapriża li tkun marbuta direttament jew indirettament mal-intrapriża inkwistjoni, meta d-data ma tkunx diġà ġiet inkluża permezz ta' konsolidazzjoni fil-kontijiet.
6.3. Għall-applikazzjoni tal-punt 6.2:
id-data tal-intrapriżi msieħba mal-intrapriża inkwistjoni tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ din id-data tiżdied 100 % tad-data tal-intrapriżi li jkunu assoċjati ma’ dawn l-intrapriżi msieħba, sakemm id-data tal-kontijiet tagħhom ma tkunx ġiet inkluża diġà permezz ta’ konsolidazzjoni;
id-data tal-intrapriżi li jkunu assoċjati mal-intrapriża inkwistjoni għandha tittieħed mill-kontijiet tagħhom u mid-data l-oħra tagħhom, ikkonsolidata jekk tkun teżisti. Ma’ din id-data tiżdied, pro rata, id-data ta’ kwalunkwe intrapriża msieħba possibbli ta’ dik l-intrapriża assoċjata, li tkun tinsab immedjatament upstream jew downstream minnha, sakemm ma tkunx ġiet inkluża diġà fil-kontijiet konsolidati b’persentaġġ li jkun mill-inqas proporzjonat mal-persentaġġ identifikat taħt il-punt 6.2 tat-tieni subparagrafu.
6.4. Meta fil-kontijiet konsolidati ma tidher l-ebda data dwar il-persunal għal xi impriża, il-figuri tal-persunal jiġu kkalkulati permezz ta' aggregazzjoni proporzjonali tad-data mill-intrapriżi msieħba tagħha u billi tiġi miżjuda d-data mill-intrapriżi li għaliha l-intrapriża inkwistjoni tiġi assoċjata.
ANNESS II
Informazzjoni dwar Għajnuna mill-Istat eżentata skont il-kundizzjonijiet ta' dan ir-Regolament
PARTI I
trid tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11
Referenza tal-għajnuna |
(għandha timtela mill-Kummissjoni ) |
|||||
L-Istat Membru |
|
|||||
Numru ta’ referenza tal-Istat Membru |
|
|||||
Reġjun |
Isem ir-Reġjun(i) (NUTS (1)) ……………………… |
Ir-reġjuni ultraperiferiċi Gżejjer Griegi remoti Il-gżejjer Kroati ta’ Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo Oħrajn |
||||
L-awtorità tal-għotja |
Isem |
|
||||
Indirizz postali |
|
|||||
Indirizz tal-internet |
|
|||||
Titolu tal-miżura ta’ għajnuna: |
|
|||||
Il-bażi ġuridika nazzjonali (Referenza għall-pubblikazzjoni nazzjonali uffiċjali rilevanti) |
|
|||||
Il-link tal-internet għat-test sħiħ tal-miżura ta' għajnuna |
|
|||||
Tip ta' miżura |
Skema |
|
||||
Għajnuna ad hoc |
Isem il-benefiċjarju u l-grupp (2) li jappartjeni għalih |
|
||||
|
||||||
Emenda ta’ skema tal-għajnuna eżistenti jew tal-għajnuna ad hoc |
|
Referenza tal-għajnuna tal-Kummissjon |
||||
Estensjoni |
|
|||||
Modifika |
|
|||||
Durata (3) |
Skema |
minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss |
||||
Data tal-għoti |
Għajnuna ad hoc |
jj/xx/ssss |
||||
Settur(i) ekonomiku(ċi) kkonċernat(i) |
Is-setturi ekonomiċi kollha eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna |
|
||||
Limitata għal ċerti setturi: Jekk jogħġbok speċifika fil-livell tal-grupp NACE (4) |
|
|||||
Tip ta' benefiċjarju |
SME |
|
||||
Impriżi kbar |
|
|||||
Il-baġit |
Ammont annwali totali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema (5) |
Munita nazzjonali ………………….. (ammonti sħaħ) |
||||
Ammont globali tal-għajnuna ad hoc mogħtija lill-impriża (6) |
Munita nazzjonali ………………….. (ammonti sħaħ) |
|||||
Għall-garanziji (7) |
Munita nazzjonali ………………….. (ammonti sħaħ) |
|||||
L-istrument tal-għajnuna |
Għotja/Sussidju tar-rata tal-imgħax |
|||||
Servizzi sussidjati |
||||||
Self/Ħlasijiet bil-quddiem ripagabbli |
||||||
Garanzija (fejn ikun xieraq b’referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni (8)) |
||||||
Vantaġġ fiskali jew eżenzjoni mit-taxxa |
||||||
|
||||||
Ieħor (jekk jogħġbok speċifika) Indika f'liema kategorija wiesgħa hawn taħt toqgħod l-iktar f’termini tal-effett/funzjoni tagħha: Sussidju Servizzi sussidjatiSelf Garanzija Benefiċċju fuq it-taxxa |
||||||
Jekk kofinanzjat minn fond(i) tal-UE |
Isem il-fond(i) tal-UE: |
Ammont ta' fondi (skont il-fond tal-UE) |
Munita nazzjonali . (ammonti sħaħ) |
|||
|
|
|
||||
(1)
NUTS – Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-Livell 2.
(2)
Għall-finijiet tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stipulati fit-Trattat u għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, impriża hija kwalunkwe entità involuta f’attività ekonomika, irrispettivament mill-istatus legali tagħha u l-mod kif tkun iffinanzjata. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-entitajiet li huma kkontrollati (fuq bażi ġuridika jew fuq bażi de facto) mill-istess entità jenħtieġ li jitqiesu bħala impriża waħda
(3)
-perjodu li matulu l-awtorità tal-għoti tista’ timpenja ruħha li tagħti l-għajnuna.
(4)
NACE Rev. 2 – Klassifikazzjoni statistika tal-Attivitajiet Ekonomiċi fl-Unjoni Ewropea. Tipikament, is-settur jiġi speċifikat fil-livell tal-grupp.
(5)
Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna: Indika l-ammont totali annwali tal-baġit ippjanat taħt l-iskema jew l-istima ta’ telf mit-taxxa kull sena għall-istrumenti kollha ta’ għajnuna li hemm fl-iskema.
(6)
Fil-każ ta’ għotja ta’ għajnuna ad hoc: Indika t-telf totali ta’ l-ammont/taxxa ta’ l-għajnuna.
(7)
Għall-garanziji, indika l-ammont massimu ta’ self garantit.
(8)
Fejn xieraq, referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-metodoloġija għall-kalkolu tal-għotja grossa ekwivalenti, f’konformità mal-Artikolu 5(2)(c). |
PARTI II
trid tiġi pprovduta permezz tas-sistema ta’ notifika elettronika stabbilita tal-Kummissjoni kif stipulat fl-Artikolu 11
Jekk jogħġbok indika skont liema dispożizzjoni tar-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali ta' Kategorija (FIBER) hija implimentata l-miżura tal-għajnuna.
Għajnuna għall-innovazzjoni fis-sajd (Artikolu 15) |
||||
Għajnuna għal servizzi ta’ konsulenza (Artikolu 16) |
||||
Għajnuna għas-sħubija bejn ix-xjenzati u s-sajjieda (Artikolu 17) |
||||
Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u d-djalogu soċjali (Artikolu 18) |
||||
Għajnuna maħsuba biex tiffaċilita d-diversifikazzjoni u forom ġodda ta’ introjtu (Artikolu 19) |
||||
Għajnuna għall-ewwel akkwist ta' bastiment tas-sajd (Artikolu 20) |
||||
Għajnuna maħsuba biex ittejjeb is-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għas-sajjieda (Artikolu 21) |
||||
Għajnuna għall-ħlas ta’ primjums tal-assigurazzjoni u għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal fondi mutwi (Artikolu 22) |
||||
Għajnuna maħsuba biex tappoġġa s-sistemi ta’ allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd (Artikolu 23) |
||||
Għajnuna maħsuba biex tillimita l-impatt tas-sajd fuq l-ambjent u biex is-sajd jiġi adattat għall-protezzjoni tal-ispeċijiet (Artikolu 24) |
||||
Għajnuna għall-innovazzjoni marbuta mal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar (Artikolu 25) |
||||
Għajnuna għall-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità u tal-ekosistemi tal-baħar u skemi fil-qafas tal-attivitajiet tas-sajd sostenibbli (Artikolu 26) |
||||
Għajnuna biex tittejjeb l-effiċjenza enerġetika u biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima (Artikolu 27) |
||||
Għajnuna għall-valur miżjud, għall-kwalità tal-prodotti u għall-użu tal-qabdiet mhux mixtieqa (Artikolu 28) |
||||
Għajnuna għall-portijiet tas-sajd, għall-postijiet fejn jinħattu l-prodotti l-art, għas-swali tal-irkant u għall-postijiet ta’ kenn (Artikolu 29) |
||||
Għajnuna għas-sajd fl-ilmijiet interni u għall-fawna u l-flora akkwatiċi interni (Artikolu 30) |
||||
Għajnuna għall-innovazzjoni fl-akkwakultura (Artikolu 32) |
||||
Għajnuna għal investimenti li jżidu l-produttività jew li jkollhom impatt pożittiv fuq l-ambjent fl-akkwakultura (Artikolu 33) |
||||
Għajnuna għas-servizzi ta’ ġestjoni, għajnuna u konsulenza għall-farms fis-settur tal-akkwakultura (Artikolu 34) |
||||
Għajnuna għall-promozzjoni tal-kapital uman u tan-networking fis-settur tal-akkwakultura (Artikolu 35) |
||||
Għajnuna biex jiżdied il-potenzjal tas-siti tal-akkwakultura (Artikolu 36) |
||||
Għajnuna għall-inkoraġġiment ta' intraprendituri ġodda fis-settur tal-akkwakultura li jħarsu l-prinċipji tal-akkwakultura sostenibbli (Artikolu 37) |
||||
Għajnuna għall-konverżjoni għal skemi ta’ ġestjoni u verifika ambjentali u akkwakultura organika (Artikolu 38) |
||||
Għajnuna għal servizzi ambjentali (Artikolu 39) |
||||
Għajnuna għall-miżuri tas-saħħa pubblika (Artikolu 40) |
||||
Għajnuna għal miżuri tas-saħħa u l-benesseri tal-annimali (Artikolu 41) |
||||
Għajnuna għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-qerda tal-mard (Artikolu 42) |
||||
Għajnuna għall-investiment maħsub biex itaffi l-ħsara kkawżata mill-mard tal-annimali (Artikolu 43) |
||||
Għajnuna għall-assigurazzjoni tal-istokkijiet tal-akkwakultura (Artikolu 44) |
||||
Għajnuna għall-miżuri ta’ kummerċjalizzazzjoni (Artikolu 45) |
||||
Għajnuna għall-ipproċessar ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (Artikolu 46) |
||||
Għajnuna għall-ġbir, il-ġestjoni, l-użu u l-ipproċessar tad-data fis-settur tas-sajd (Artikolu 47) |
||||
Għajnuna maħsuba biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn diżastri naturali (Artikolu 48) |
||||
Għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn diżastri naturali (Artikolu 49) |
Tip ta’ diżastru naturali: |
terremot valanga uqigħ tal-art għargħar tromba tal-arja uragan żbruffar vulkaniku nirien tal-foresti oħrajn Jekk jogħġbok speċifika: .... |
||
Id-data ta’ meta seħħ id-diżastru naturali |
minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss |
|||
Għajnuna biex tipprevjeni u ttaffi l-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali (Artikolu 50) |
||||
Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn avvenimenti klimatiċi avversi li jistgħu jiġu assimilati ma’ diżastru naturali (Artikolu 51) |
Data tal-attività: |
ġlata maltempati silġ xita qawwija jew persistenti nixfiet severi oħrajn Jekk jogħġbok speċifika: ....... |
||
Data tal-attività: |
minn jj/xx/ssss sa jj/xx/ssss |
|||
Għajnuna maħsuba biex tevita u ttaffi l-ħsara kkawżata minn annimali protetti (Artikolu 52) |
||||
Għajnuna biex tagħmel tajjeb għall-ħsara kkawżata minn annimali protetti (Artikolu 53) |
||||
Għajnuna għal sproġetti CLLD (Artikolu 54) |
||||
Ammonti limitati ta’ għajnuna għall-proġetti tas-CLLD (Artikolu 55) |
||||
Eżenzjonijiet u tnaqqis mit-taxxa skont id-Direttiva 2003/96/KE (Artikolu 56) |
||||
Raġuni |
Indika għaliex ġiet stabbilita skema ta’ għajnuna mill-Istat jew ingħatat għajnuna ad hoc, minflok assistenza taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA): miżura mhux koperta mill-programm operazzjonali nazzjonali; prijoritizzazzjoni fl-allokazzjoni ta’ fondi taħt il-programm operazzjonali nazzjonali; il-finanzjament ma għadux disponibbli taħt il-FEMSA; oħrajn Jekk jogħġbok speċifika: .............. |
ANNESS III
Dispożizzjonijiet għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)
L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-websites komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat li fuqhom ikunu se jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1) b'tali mod li jkun hemm aċċess faċli għal din l-informazzjoni.
L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata bħala data fi spreadsheet, pereżempju fil-format CSV jew XML. Dan jippermetti li jkun hemm tiftix, estrazzjoni u pubblikazzjoni faċli tad-data fuq l-Internet. L-aċċess għall-website jingħata lil kull parti interessata mingħajr restrizzjonijiet. Ma hi meħtieġa ebda reġistrazzjoni tal-utent minn qabel biex jingħata aċċess għall-website.
Għandha tiġi ppubblikata l-informazzjoni li ġejja dwar l-għotjiet ta’ għajnuna individwali msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 9(1) ( 29 ):
ANNESS IV
Rati massimi speċifiċi ta’ intensità tal-għajnuna
Ringiela |
Kategorija speċifika ta’ operazzjoni |
Rata massima tal-intensità tal-għajnuna |
|
|
|
1 |
L-operazzjonijiet li ġejjin li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art imsemmi fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 — operazzjonijiet li jtejbu s-selettività tad-daqs jew tal-ispeċi tal-irkaptu tas-sajd; — operazzjonijiet li jtejbu l-infrastruttura tal-portijiet tas-sajd, tas-swali tal-irkant, tal-postijiet ta' ħatt l-art u ta' postijiet ta' kenn biex jiġu ffaċilitati ħatt l-art u l-ħżin ta' qabdiet mhux mixtieqa; — operazzjonijiet li jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ qabdiet mhux mixtieqa li jiġu żbarkati minn stokkijiet kummerċjali, f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013. |
100 % 75 % 75 % |
2 |
Operazzjonijiet immirati biex itejbu s-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol abbord bastimenti tas-sajd |
75 % |
3 |
Operazzjonijiet fir-reġjuni ultraperiferiċi |
85 % |
4 |
Operazzjonijiet li jinsabu fil-gżejjer Griegi li skont il-liġi nazzjonali ġew ikkwalifikati bħala remoti u fil-gżejjer Kroati ta’ Dugi Otok, Vis, Mljet u Lastovo |
85 % |
5 |
Operazzjonijiet relatati mas-sajd kostali fuq skala żgħira |
100 % |
6 |
Operazzjonijiet li jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin: (i) ikunu ta’ interess kollettiv; (ii) ikollhom benefiċjarju kollettiv; (iii) ikollhom karatteristiċi innovattivi jew jiżguraw l-aċċess pubbliku għar-riżultati tagħhom |
100 % |
7 |
Operazzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet ta' produtturi, assoċjazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi jew organizzazzjonijiet interprofessjonali. |
75 % |
8 |
Operazzjonijiet li jappoġġaw l-akkwakultura sostenibbli |
60 % |
9 |
Operazzjonijiet li jappoġġaw prodotti, proċessi jew tgħamir innovattivi fis-sajd, fl-akwakultura u fl-ipproċessar abbażi tal-Artikolu 15, l-Artikolu 25, l-Artikolu 28, l-Artikolu 30, l-Artikolu 32, l-Artikolu 33 u l-Artikolu 36. |
75 % |
10 |
Operazzjonijiet implimentati minn organizzazzjonijiet ta' sajjieda jew benefiċjarji kollettivi oħra |
60 % |
11 |
Strumenti finanzjarji |
100 % |
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999. (ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1).
( 2 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006. (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).
( 3 ) Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).
( 4 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
( 5 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1130 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 li jiddefinixxi l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 1).
( 6 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).
( 7 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11).
( 8 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern bl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat ( ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
( 9 ) Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).
( 10 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
( 11 ) Id-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (28.5.2014, SWD(2014) 179 final).
( 12 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
( 13 ) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
( 14 ) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, L-Infrastruttura Ħadra (‘Green Infrastructure’ - GI) — It-Tisħiħ tal-Kapital Naturali tal-Ewropa, COM(2013) 249 final, 6.5.2013.
( 15 ) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
( 16 ) Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).
( 17 ) Ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1).
( 18 ) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211).
( 19 ) Ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (GU L 150, 14.6.2018, p. 1).
( 20 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1165 tal-15 ta’ Lulju 2021 li jawtorizza ċerti prodotti u sustanzi għall-użu fil-produzzjoni organika u li jistabbilixxi l-listi tagħhom (ĠU L 253, 16.7.2021, p. 13).
( 21 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1).
( 22 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/627 tal-15 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi arranġamenti prattiċi uniformi għat-twettiq ta’ kontrolli uffiċjali fuq prodotti mill-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2074/2005 fir-rigward tal-kontrolli uffiċjali (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 51).
( 23 ) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
( 24 ) Ir-Regolament (UE) 2021/690 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-programm għas-suq uniku, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm għas-Suq Uniku) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 99/2013, (UE) Nru 1287/2013, (UE) Nru 254/2014, u (UE) Nru 652/2014 (ĠU L 153, 3.5.2021, p. 1).
( 25 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
( 26 ) Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1).
( 27 ) Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).
( 28 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 1388/2014 tas-16 ta' Diċembru 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b'applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 369, 24.12.2014, p. 37).
( 29 ) Meta jitqies l-interess leġittimu fit-trasparenza li tingħata informazzjoni lill-pubbliku, fil-ponderazzjoni tal-ħtiġijiet tat-trasparenza mad-drittijiet skont ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-pubblikazzjoni tal-isem tal-benefiċjarju tal-għajnuna meta l-benefiċjarju tal-għajnuna jkun persuna fiżika jew persuna ġuridika li jkollha l-ismijiet ta’ persuni fiżiċi, hija ġġustifikata (ara C-92/09, Volker und Markus Schecke u Eifert, il-paragrafu 53), filwaqt li jitqies l-Artikolu 49(1)(g) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE. Ir-regoli ta’ trasparenza għandhom l-għan li jkun hemm konformità aħjar, responsabbiltà akbar, evalwazzjoni bejn il-pari u fl-aħħar mill-aħħar infiq pubbliku aktar effettiv. Dan l-għan għandu jipprevali fuq id-drittijiet tal-protezzjoni tad-data tal-persuni fiżiċi li jirċievu appoġġ pubbliku.
( 30 ) NUTS – Nomenklatura ta’ Unitajiet Territorjali għall-Istatistika. Tipikament, ir-reġjun huwa speċifikat fil-Livell 2.
( 31 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta’ Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).
( 32 ) Għotja grossa ekwivalenti. Għall-iskemi fiskali, dan l-ammont jista' jingħata skont il-firxiet stabbiliti fl-Artikolu 9(2).
( 33 ) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, għandu jiġi pprovdut l-ammont ta’ għajnuna għal kull strument.
( 34 ) Kif provdut mill-Kummissjoni bil-proċedura elettronika msemmija fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament.