Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1807R(01)

1807/2006/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1807/2006 tas- 7 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1614/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użat għall-iskopijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-qagħda speċjali tal-Kambodja fir-rigward ta' xi prodotti magħmula mit-tessuti esportati lill-Komunità ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

JO L 76M de 24.3.2009, p. 445–446 (MT)

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1807/corrigendum/2009-03-24/oj

24.3.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L NaN/445


Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1807/2006 tas-7 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1614/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użat għall-iskopijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-qagħda speċjali tal-Kambodja fir-rigward ta' xi prodotti magħmula mit-tessuti esportati lill-Komunità

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1807/2006 għandu jaqra:

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1807/2006

tas-7 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1614/2000 li jidderoga mir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw użat għall-iskopijiet tal-iskema ta' preferenzi ġeneralizzati sabiex jieħdu in konsiderazzjoni l-qagħda speċjali tal-Kambodja fir-rigward ta' xi prodotti magħmula mit-tessuti esportati lill-Komunità

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 247 tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu,

Billi:

(1)

Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 tas-27 ta’ Ġunju 2005 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (3), il-Komunità tat preferenzi tariffarji ġeneralizzati lill-Kambodja.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistabbilixxi d-definizzjoni tal-kunċett tal-oriġini tal-prodotti biex jintuża għall-għanijiet tal-iskema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati. Ir-Regolament (KEE) Nru 2454/93 jistipula wkoll derogi għal dik id-definizzjoni li jiffavorixxu lill-pajjiżi benefiċjarji l-anqas żviluppati li jibbenefikaw mis-sistema ġeneralizzata ta' preferenzi (GSP) jekk dawn ikunu ressqu quddiem il-Kummissjoni talba apposta għal dak il-għan.

(3)

Il-Kambodja bbenfikat minn deroga ta’ dan it-tip għal ċerti tessuti mill-1997 ’l hawn, bl-aħħar każ ta’ dan iseħħ bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1614/2000 (4). Il-validità tar-Regolament (KE) Nru 1614/2000 ġiet estiża sal-31 ta’ Diċembru 2006.

(4)

Il-Kambodja, permezz ta’ ittra bid-data tad-29 ta' Ġunju 2006, ressqet talba ħalli tittawwal id-deroga skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

(5)

Meta l-validità tar-Regolament (KE) Nru 1614/2000 ittawlet sal-31 ta' Diċembru 2006, kien mistenni li regoli tal-oriġini GSP ġodda, aktar sempliċi u aktar kompatibbli mal-iżvilupp ikunu fis-seħħ qabel ma tiskadi d-deroga. Madankollu r-regoli tal-orġini GSP il-ġodda mhumiex mistennija li jiġu adottati qabel il-31 ta’ Diċembru 2006.

(6)

L-applikazzjoni tar-regoli tal-oriġini GSP li jinsabu fis-seħħ bħalissa jkollhom effett negattiv fuq l-investiment, u l-impjiegi fil-Kambodja, kif ukoll fuq il-ħila tal-industrija eżistenti fil-Kambodja li tibqa’ tesporta lejn il-Komunità.

(7)

Il-perjodu mtawwal għandu jqis iż-żmien meħtieġ sabiex jiġu adottati u implimentati r-regoli tal-oriġini GSP il-ġodda. Barra minn hekk, l-interessi tal-kummerċjanti li jikkonkludu kuntratti kemm fil-Kambodja u fil-Komunità, kif ukoll l-istabbiltà tal-industrija Kambodjana, jeħtieġu li d-deroga tittawwal għal perjodu li jkun biżżejjed sabiex jippermetti l-kontinwazzjoni jew il-konklużjoni ta' kuntratti magħmula fuq medda itwal ta' żmien.

(8)

Id-deroga, għaldaqstant, għandha tittawwal sal-31 ta’ Diċembru 2008. Madankollu, sabiex jiġi żgurat trattament ġust għall-Kambodja u għal pajjiżi oħra fost l-anqas żviluppati, il-ħtieġa li titkompla d-deroga għandha tiġi analizzata mill-ġdid hekk kif ir-regoli tal-oriġini GSP il-ġodda jiġu adottati.

(9)

Ir-Regolament (KE) Nru 1614/2000, għalhekk, għandu jiġi emendat skont dan.

(10)

Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1614/2000 jiġi emendat kif ġej:

(1)

Fl-ewwel paragrafu, id-data l-“31 ta' Diċembru 2006” għandha tinbidel bil-“31 ta’ Diċembru 2008”;

(2)

It-tieni paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Il-ħtieġa li titkompla d-deroga għandha madankollu tiġi analizzata mill-ġdid hekk kif ir-regoli tal-oriġini l-ġodda tas-sistema ġeneralizzata tal-preferenzi jiġu adottati.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum mill-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2007.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 648/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 117, 4.5.2005, p. 13).

(2)  ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 402/2006 (ĠU L 70, 9.3.2006, p. 35).

(3)  ĠU L 169, 30.6.2005, p. 1.

(4)  ĠU L 185, 25.7.2000, p. 46. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2187/2004 (ĠU L 373, 21.12.2004, p. 16).


Top