Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1163R(01)

    1163/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1163/2005 tad- 19 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiki u proċessi enoloġiċi ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    JO L 76M de 24.3.2009, p. 120–120 (MT)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1163/corrigendum/2009-03-24/oj

    24.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L NaN/120


    Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1163/2005 tad-19 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiki u proċessi enoloġiċi

    ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1163/2005 għandu jaqra:

    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1163/2005

    tad-19 ta’ Lulju 2005

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1622/2000 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, u li jistabbilixxi kodiċi tal-Komunità ta’ prattiki u proċessi enoloġiċi

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid (1), b’mod notevoli l-Artikolu 46(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 44(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1622/2000 (2) ippreveda t-tneħħija mill-1 ta’ Awwissu 2005 ta’ għadd ta’ ċerti metodi għall-analiżi tal-inbid normalment użati kif spjegat fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2676/90 tas-17 ta’ Settembru 1990 li jistabbilixxi metodi Komunitarji għall-analiżi tal-inbid (3).

    (2)

    Wara l-validazzjoni ta’ xi metodi minn dawn skont kriterji internazzjonali rikonoxxuti, issa ġew irrikonoxxuti bħala metodi ta’ referenza u deskritti bħala tali fir-Regolament (KEE) Nru 2676/90.

    (3)

    Barra minn hekk, ċerti metodi simplifikati spjegati fir-Regolament (KEE) Nru 2676/90 jippermettu d-determinazzjoni rapida u suffiċjenti tal-elementi l-aktar sinifikanti għall-kontroll tal-inbejjed, b’mod notevoli d-dijossidju tal-kubrit, iz-zokkor u xi sustanzi oħra preżenti fl-inbid. Biex l-uniformità tal-proċeduri tal-analiżi ġol-Komunità tkun żgurata, id-deskrizzjoni ta’ dawn il-metodi għandha tinżamm fir-Regolament (KEE) Nru 2676/90.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1622/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Ġestjoni tal-Inbid,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Artikolu 44(2) tar-Regolament (KE) Nru 1622/2000 jinbidel bit-test li ġej:

    “2.   Ir-Regolament (KEE) Nru 2676/90 għandu japplika għal prodotti koperti mir-Regolament (KE) Nru 1493/1999. Id-dispożizzjonijiet previsti fl-Anness għar-Regolament (KEE) Nru 2676/90, fil-Kapitoli 12(3), 18(3), 23(3), 25(3), u 37(3) u (4) jitneħħew b’seħħ mill-1 ta’ Awwissu 2005.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttatament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Lulju 2005.

    Mill-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1795/2003(ĠU L 262, 14.10.2003, p. 13).

    (2)  ĠU L 194, 31.7.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1428/2004 (ĠU L 263, 10.8.2004, p. 7).

    (3)  ĠU L 272, 3.10.1990, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 355/2005 (ĠU L 56, 2.3.2005, p. 3).


    Top