This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005R2154R(01)
2154/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2005 tat- 23 ta’ Diċembru 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir- Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ( Sidra de Asturias jew Sidra d'Asturies ) [DPO] ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
2154/2005/KE: Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2005 tat- 23 ta’ Diċembru 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir- Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ( Sidra de Asturias jew Sidra d'Asturies ) [DPO] ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Dz.U. L 71M z 17.3.2009, p. 329–330
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/2154/corrigendum/2009-03-17/oj
17.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/329 |
Rettifika għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2005 tat-23 ta’ Diċembru 2005 li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-“Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (“Sidra de Asturias” jew “Sidra d'Asturies”) [DPO]
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 327 M, tal-5 ta' Diċembru 2008 )
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2154/2005 għandu jaqra:
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 2154/2005
tat-23 ta’ Diċembru 2005
li jikkompleta l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 dwar ir-reġistrazzjoni ta' denominazzjoni fir-“Reġistru ta' l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti” (“Sidra de Asturias” jew “Sidra d'Asturies”) [DPO]
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, ta' l-14 ta' Lulju 1992, dwar il-protezzjoni ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta' l-oriġini tal-prodotti agrikoli u ta' l-oġġetti ta' l-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(3) u (4) tiegħu,
Billi:
(1) |
F’konformità ma' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, it-talba ta' Spanja għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Sidra de Asturias” jew “Sidra d'Asturies” ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ġaladarba l-Kummissjoni ma ġietx innotifikata bl-ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni konformi ma' l-Artikolu 7 tar-Regolament (KEE) Nru 2081/92, din id-denominazzjoni għaldaqstant għandha titniżżel fir-“Reġistru ta’ l-ismijiet ta' l-oriġini protetti u ta' l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti”, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2400/96 (3) huwa kkompletat mid-denominazzjoni li tidher fl-Anness tar-Regolament preżenti.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 23 ta’ Diċembru 2005.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
Prodotti ta' l-Anness I tat-trattat maħsuba għall-alimentazzjoni umana
Prodotti oħra ta' l-Anness I (ħwawar, eċċ.)
SPANJA
(“Sidra de Asturias” jew “Sidra d'Asturies”) — [DPO]
(1) ĠU L 208, 24.7.1992, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 806/2003 (ĠU L 122, 16.5.2003, p. 1).
(3) ĠU L 327, 18.12.1996, p. 11.