This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005L0031R(01)
2005/31/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/31/KE tad- 29 ta' April 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/500/KEE dwar id-dikjarazzjoni ta’ konformità u l-kriterju ta’ rendiment tal-metodu analitiku għall-oġġetti taċ-ċeramika intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
2005/31/KE: Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/31/KE tad- 29 ta' April 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/500/KEE dwar id-dikjarazzjoni ta’ konformità u l-kriterju ta’ rendiment tal-metodu analitiku għall-oġġetti taċ-ċeramika intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel ( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
Dz.U. L 76M z 24.3.2009, p. 114–117
(MT)
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/31/corrigendum/2009-03-24/oj
24.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L NaN/114 |
Rettifika għad-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/31/KE tad-29 ta' April 2005 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/500/KEE dwar id-dikjarazzjoni ta’ konformità u l-kriterju ta’ rendiment tal-metodu analitiku għall-oġġetti taċ-ċeramika intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 338 M, tal-17 ta' Diċembru 2008 )
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2005/31/KE għandha taqra:
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2005/31/KE
tad-29 ta' April 2005
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/500/KEE dwar id-dikjarazzjoni ta’ konformità u l-kriterju ta’ rendiment tal-metodu analitiku għall-oġġetti taċ-ċeramika intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ oġġetti ta’ l-ikel
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tas-27 ta’ Ottubru dwar materjali u oġġetti li huma intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel u li tirrevoka d-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 84/500/KEE tal-15 ta’ Ottubru ta’ l-1984 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri fil-kuntest ta’ oġġetti taċ-ċeramika li huma intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma l-oġġetti ta’ l-ikel (2) hija miżura speċifika stipolata fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. Din tikkonċerna l-migrazzjoni possibbli taċ-ċomb u tal-kadmju minn oġġetti taċ-ċeramika li, fl-istat lest tagħhom, huma intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel, u huma intenzjonati għal dak l-iskop. |
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 jipprovdi fl-Artikolu 16 li l-miżuri speċifiċi jeħtieġu li l-materjali u l-oġġetti koperti minn dawk il-miżuri, jkunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni bil-miktub li tgħid li huma konformi ma’ dawk ir-regoli applikabbli għalihom. |
(3) |
Dik il-kondizzjoni għadha ma ġietx stipolata fid-Direttiva 84/500/KEE. Hemm ħtieġa dan l-obbligu jkun provvist għal kull oġġett taċ-ċeramika li mhux diġà f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel sabiex ikun hemm distinzjoni ċara bejniethom u oġġetti dekorattivi. |
(4) |
L-awtoritajiet ta' infurzar għandhom ikollhom aċċess għad-dokumenti li juru li l-oġġetti taċ-ċeramika huma konformi mal-limiti ta’ migrazzjoni għaċ-ċomb u għall-kadmju. Għalhekk, il-produttur jew l-importatur fil-Komunità għandhom jagħmlu disponibbli lilhom l-informazzjoni dwar l-analiżi li tkun saret, meta din tintalab.. |
(5) |
Id-Direttiva 84/500/KEE tipprovdi metodu għall-analiżi taċ-ċomb u tal-kadmju. Sar progress teknoloġiku f’dan il-qasam u l-metodu analitiku mfassal f’dik id-Direttiva huwa wieħed fost ħafna metodi possibbli. Din id-Direttiva tieħu l-progress teknoloġiku in konsiderazzjoni u tistabbilixxi sett ta’ kriterji ta’ rendiment li l-metodi analitiċi jridu jkunu konformi magħhom fid-dawl tad-Direttiva tal-Kummisjjoni 2001/22/KE tat-8 ta’ Marzu ta’ l-2001 li tistipola il-metodi ta’ kampjunar għall-analiżi għall-kontroll uffiċjali tal-livelli taċ-ċomb, tal-kadmju, tal-merkurju u ta’ 3-MCPD f’oġġetti ta’ l-ikel (3). |
(6) |
Skond il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq għall-finijiet ta’ kisba ta’ l-għan ewlieni li jkun aċċertat il-moviment ħieles ta’ oġġetti taċ-ċeramika li huma intenzjonati li jiġu f’kuntatt ma’ l-ikel, li jiġu stipolati regoli għall-infurzar korrett tad-Direttiva 84/500/KEE. Id-Direttiva hi limitata sa fejn hu meħtieġ sabiex tikseb l-għanijiet mixtieqa skond it-tielet paragrafu ta’ l-Artikolu 5 tat-Trattat. |
(7) |
Id-Direttiva 84/500/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata kif jixraq. |
(8) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma stipolati b’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimal, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Id-Direttiva 84/500/KEE hi emendata kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 2a li ġej hu inkluż: “L-Artikolu 2a 1. Fl-istadju ta’ tqegħid fuq is-suq sa meta u inkluż l-istadju tal-bejgħ, oġġetti taċ-ċeramika li mhumiex diġa’ f’kuntatt ma’ l-oġġetti ta’ l-ikel, għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni bil-miktub skond l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004 (4). Dik id-dikjarazzjoni għandha tkun maħruġa mill-produttur jew minn bejjiegħ stabbilit fil-Komunità u tinkludi l-informazzjoni stipolata fl-Anness III ta’ din id-Direttiva. 2. Dokumentazzjoni xierqa li turi li l-oġġetti taċ-ċeramika huma konformi mal-limiti ta’ migrazzjoni għaċ-ċomb u għall-kadmju stipolati fl-Artikolu 2 trid tkun disponibbli minn għand il-produttur jew l-importatur lejn il-Komunità għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti meta jkun hemm rikjesta. Din id-dokumentazzjoni għandha jkun fiha r-riżultati ta’ l-analiżi, il-kondizzjonijiet tat-testjar u l-isem u indirizz tal-laboratorju fejn sar it-testjar. |
(2) |
L-Anness II huwa mibdul bit-test fl-Anness I ta’ din id-Direttiva. |
(3) |
Huwa inkluż Anness III ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness II ta’ din id-Direttiva. |
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [sena wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tad-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex ikunu f’konformità ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom, mingħajr ebda telf ta’ żmien, jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u tabella li turi l-korrelazzjoni ta’ bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet b’tali mod li:
(a) |
jippermettu l-kummerċ ta’ u l-użu ta’ oġġetti taċ-ċeramika li huma konformi ma’ din id-Direttiva, minn [sena wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tad-Direttiva]; |
(b) |
jipprojbixxu l-produzzjoni u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ oġġetti taċ-ċeramika li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva]. |
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, huma għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati bit-tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif it-tali referenza għandha ssir.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hi indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 29 ta' April 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS I
“ANNESS II
METODI TA’ ANALIŻI GĦAL KIF GĦANDHA TKUN DETERMINATA L-MIGRAZZJONI TAĊ-ĊOMB U TAL-KADMJU
1. Għan u ambitu ta’ l-applikazzjoni
Il-metodu jwassal għad-determinazzjoni tal-migrazzjoni speċifika taċ-ċomb u tal-kadmju.
2. Prinċipju:
Id-determinazzjoni tal-migrazzjoni speċifika taċ-ċomb u/jew tal-kadmju issir permezz ta’ tagħmir apposta għall-metodu analitiku li jilħaq il-kriterji ta’ rendiment stipolati f’ paragrafu 4.
3. Sustanzi Reaġenti
— |
Kull sustanza reaġenti għandha tkun ta’ kwalità analitika, sakemm huwa speċifikat mod ieħor. |
— |
Fejn issir referenza għall-ilma, din tfisser dejjem ilma distillat jew ilma ta’ kwalità ekwivalenti. |
3.1. 4 % (v/v) ta’ aċdu etanojku, f' soluzzjoni akweja
Żid 40 ml ta’ aċdu etanojku solidu ma’ l-ilma sa livell ta' 1 000 ml.
3.2. Soluzzjonijiet ta' stokk
Ipprepara soluzzjonijiet ta' stokk li fihom 1 000 mg/litru ta’ ċomb u mill-inqas 500 mg/litru ta’ kadmju rispettivament f’soluzzjoni ta’ 4 % ta’ aċdu etanojku (3.1).
4. Kriterji ta’ rendiment tal-metodu ta’ analiżi bit-tagħmir
4.1. |
Il-limitu taċ-ċomb u tal-kadmju misjub għandu jkun l-istess jew inqas minn:
Il-limitu huwa definit bħala l-konċentrazzjoni ta’ l-elementi fl-aċdu etanojku ta’ 4 % (3.1) li jagħti sinjal ekwivalenti għad-doppju ta’ dak li jiġbor l-istrument mill-kondizzjonijiet ta' madwar il-kampjun tat-testjar. |
4.2. |
Il-limitu tal-kwantifikazzjoni taċ-ċomb u tal-kadmju għandu jkun l-istess jew inqas minn:
|
4.3. |
Rkupru. Il-materjal irkuprat taċ-ċomb u tal-kadmju li ġew miżjuda ma’ l-aċdu etanojku ta’ konċentrazzjoni ta’ 4 % għandu jinstab bejn 80-120 % ta’ l-ammont użat |
4.4. |
Speċifiċità. Il-metodu strumentali ta’ l-analiżi użat għandu jkun ħieles minn interferenzi li huma ta’ natura matriċi u spettrali. |
5. Metodu
5.1. Preparazzjoni tal-kampjun
Il-kampjun għandu jkun nadif u ħieles minn xaħmijiet jew materjali oħra li jistgħu jaffetwaw it-test.
Aħsel il-kampjun f'soluzzjoni ta’ deterġent likwidu tad-dar f’temperatura ta' bejn wieħed u ieħor 40 °C. Laħlaħ il-kampjun l-ewwel fl-ilma tal-vit u wara fl-ilma distillat jew f’ilma ta’ kwalità ekwivalenti. Neħħi l-ilma u nixxef sabiex jiġu evitat t-tbajja'. Il-wiċċ li għandu jiġi ttestjat m’għandhux jintmess bl-idejn wara li jkun tnaddaf.
5.2. Determinazzjoni taċ-ċomb u/jew il-kadmju
— |
Il-kampjun ippreparat kif spjegat għandu jiġi ttestjat skond il-kondizzjonijiet stipolati fl-Anness I. |
— |
Qabel ma tieħu s-soluzzjoni għall-analiżi għall-preżenza taċ-ċomb u/jew tal-kadmju, omoġenizza l-kontenut tal-kampjun permezz ta’ metodu xieraq, li jevita kull xorta ta’ telf tas-soluzzjoni jew ta’ abrażjoni tal-wiċċ li huwa ttestjat. |
— |
Agħmel test mingħajr kampjun fuq is-sustanza reaġenti użata għal kull serje ta’ l-analiżi. |
— |
Żvolġi l-analiżi għall-preżenza taċ-ċomb u tal-kadmju skond kondizzjonijiet xierqa.” |
ANNESS II
“ANNESS III
DIKJARAZZJONI TA’ KONFORMITÀ
Id-dikjarazzjoni bil-miktub msemmija fl-Artikolu 2a(1) għandha jkollha l-informazzjoni li ġejja:
1. |
L-identità u l-indirizz tal-kumpanija li tipproduċi l-oġġett taċ-ċeramika fi stat lest u ta’ l-importatur li jimportah fl-Unjoni Ewropea |
2. |
L-Identità ta’ l-oġġett |
3. |
Id-data tad-dikjarazzjoni |
4. |
Konferma li l-oġġett taċ-ċeramika jilħaq il-kondizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva u tar-Regolament (KE) Nru 1935/2004. |
Id-dikjarazzjoni bil-miktub għandha tippermetti identifikazzjoni mingħajr diffikoltà ta’ l-oġġetti li tirreferi għalihom u għandha tiġġedded meta bidliet sostanzjali fil-produzzjoni jwasslu għall-bidla fil-migrazzjoni taċ-ċomb u tal-kadmju.”
(1) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.
(2) ĠU L 277, 20.10.1984, p. 12.
(3) ĠU L 77, 16.3.2001, p. 14.
(4) ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.”