Ir-regolament GIA jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 (ara s-sommarju) fir-rigward tal-komunikazzjonijiet intra-UE (telefonati u SMS li jsiru mill-Istat Membru tal-oriġini lejn Stat Membru ieħor0. Regoli ġodda li jinsabu fl-Artikolu 17 tar-regolament GIA jiżguraw protezzjoni kontinwa tal-konsumaturi vulnerabbli mir-riskju ta’ prezzijiet potenzjalment eċċessivi għal tali servizzi sal-2032 u jipprovdu għal eliminazzjoni gradwali sħiħa tal-ħlasijiet addizzjonali għal komunikazzjonijiet intra-UE sal-2029 u mekkaniżmu xprunat mis-suq għall-fażi volontarja mill-2025.
Dan jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 (ara s-sommarju). Ir-regolament iħassar id-Direttiva 2014/61/UE (ara s-sommarju. Dawn id-dispożizzjonijiet tad-direttiva se jibqgħu applikabbli sakemm japplikaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-GIA.
Ir-regolament japplika mit-, b’xi regoli li japplikaw minn Frar u Mejju 2026 kif speċifikat fl-Artikolu 19. L-emendi għar-Regolament (UE) 2015/2120 fir-rigward tal-komunikazzjonijiet intra-UE ilhom japplikaw mill-.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Ir-Regolament (UE) 2024/1309 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- dwar miżuri biex tonqos l-ispiża tal-implimentazzjoni tan-networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-gigabits, li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar id-Direttiva 2014/61/UE (Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits) (ĠU L, 2024/1309, ).
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2024/1309 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament