jistabbilixxi unità tal-ippjanar tal-politika u ta’ twissija bikrija.
Kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali
il-kooperazzjoni tal-pulizija tinkludi:
il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni ta’ reati kriminali;
il-ġbir, il-ħżin, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti;
l-organizzazzjoni ta’ inizjattivi ta’ taħriġ konġunt u skambju ta’ uffiċjali;
l-evalwazzjoni ta’ tekniki investigattivi, speċjalment għall-identifikazzjoni ta’ kriminalità organizzata;
l-użu tar-riżorsi tal-Europol f’oqsma bħall-kollegament bejn prosekuturi u investigaturi u l-istabbiliment ta’ netwerk tar-riċerka, tad-dokumentazzjoni u tal-istatistika dwar il-kriminalità intra-UE.
il-kooperazzjoni ġudizzjarja tinkludi:
l-iffaċilitar tal-estradizzjoni (il-mekkaniżmu li bih l-istati jitolbu r-ritorn ta’ individwi minn stati oħra meta jew jiġu akkużati b’reati kriminali jew huma mfittxija biex iservu sentenza) bejn pajjiżi tal-UE;
l-iżgurar tal-kompatibbiltà bejn ir-regoli nazzjonali;
il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ ġurisdizzjoni;
l-istabbiliment ta’ regoli minimi għal atti kriminali u penali għall-kriminalità organizzata, għat-terroriżmu u għat-traffikar illeċitu tad-droga.
Kooperazzjoni aktar mill-qrib
Il-gvernijiet tal-UE li jixtiequ jaħdmu aktar mill-qrib ma’ xulxin f’ċerti oqsma ta’ politika jistgħu jagħmlu dan, dejjem jekk il-kooperazzjoni:
tippromwovi l-miri u l-interessi tal-UE u tirrispetta l-prinċipji tagħha;
tirrispetta l-kompetenzi, id-drittijiet, l-obbligi u l-interessi ta’ pajjiż mhux parteċipanti.
Il-viżi, l-ażil, l-immigrazzjoni u politiki oħra relatati mal-moviment liberu tal-persuni
Dawn il-politiki, minn parti mill-kooperazzjoni intergovernattiva, isiru parti mit-teħid ta’ deċiżjonijiet normali tal-UE. Fi żmien 5 snin, il-gvernijiet tal-UE, iridu jadottaw miżuri sabiex:
jimpedixxu u jindirizzaw il-kriminalità filwaqt li jissalvagwardjaw id-drittijiet taċ-ċittadini mhux tal-UE;
isaħħu l-kooperazzjoni ġudizzjarja u amministrattiva;
jikkontrollaw l-istandards u l-proċeduri fil-fruntieri esterni tal-UE;
jistabbilixxu regoli għall-viżi;
jiddeterminaw il-kriterji u l-mekkaniżmi għat-trattament tal-applikazzjonijiet tal-ażil.
Il-Ftehim ta’ Schengen dwar l-ivvjaġġar mingħajr passaport fl-UE huwa inkorporat fis-sistema legali tal-UE (għalkemm ir-Renju Unit (1) u l-Irlanda ma jipparteċipawx fil-ftehimiet).
Impjieg
L-impenn tal-UE għal livell għoli ta’ impjiegi huwa msaħħaħ billi:
jittieħed inkonsiderazzjoni dan l-għan meta jiġu abbozzati u implimentati l-politiki u l-attivitajiet kollha tal-UE;
jiġi ppreżentat rapport annwali għall-konsiderazzjoni mill-mexxejja tal-UE;
darba fis-sena kull gvern jintalab jipprovdi informazzjoni dwar l-azzjoni li jkun ħa għal livell għoli ta’ impjiegi;
jinħoloq kumitat konsultattiv tal-impjiegi.
Kwistjonijiet istituzzjonali
Proċeduri leġiżlattivi
il-proċedura ta’ kodeċiżjoni, fejn il-gvernijiet tal-UE, permezz ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata, u l-Parlament Ewropew jadottaw flimkien il-leġiżlazzjoni, tiġi estiża għall-biċċa l-kbira tal-oqsma ta’ politika u jiġu stabbiliti regoli ċari biex jiġi indirizzat kwalunkwe tilwim permezz ta’ kumitat ta’ konċiljazzjoni.
Il-Parlament Ewropew
jeżisti limitu massimu ta’ 700 membru;
ifassal proposti għal proċedura uniformi għall-elezzjonijiet Ewropej;
jistabbilixxi regolamenti u kundizzjonijiet ġenerali dwar id-dmirijiet tal-membri tiegħu;
jivvota biex japprova l-ħatra tal-President tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kummissjoni bħala korp.
Il-Kummissjoni Ewropea
f’UE ta’ 20 membru, kull pajjiż ikollu Kummissarju, dejjem jekk ikun intlaħaq qbil dwar il-ponderazzjoni nazzjonali tal-voti fil-Kunsill;
tal-anqas sena qabel jissieħeb il-21 pajjiż membru, ikun hemm bżonn li l-mudell istituzzjonali tal-UE jiġi rivedut.
Sanzjonijiet
Il-gvernijiet tal-UE jistgħu jneħħu d-drittijiet tat-trattat ta’ pajjiż membru, inkluż id-dritt tal-vot fuq l-abbozz tal-leġiżlazzjoni, jekk jitqies li jkun wettaq “ksur serju u persistenti” tal-prinċipji bażiċi tal-UE.
Simplifikazzjoni
It-trattat jissimplifika d-diversi trattati tal-UE billi jemenda jew iħassar ’il fuq minn 50 artikolu skadut u jinnumera mill-ġdid il-bqija sabiex jagħmilhom aktar leġibbli.
MINN META JAPPLIKA T-TRATTAT?
Dan ġie ffirmat u daħal fis-seħħ .
DOKUMENT EWLIENI
It-Trattat ta’ Amsterdam li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej u ċerti atti relatati (ĠU C 340, , p. 1-144)
l-aħħar aġġornament
(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-.