Għandu l-għan li jistabbilizza s-swieq u jipprevjeni kriżijiet fis-swieq milli jeskalaw billi jipprovdi xibka ta’ sigurtà għas-swieq agrikoli permezz ta’ għodda ta’ intervent fis-suq (intervent pubbliku1 u għajnuna ta’ ħażna privata) u miżuri eċċezzjonali. Huwa jipprovdi wkoll għall-miżuri ta’ trasparenza tas-suq meħtieġa biex jippermettu lill-produtturi agrikoli jagħmlu d-deċiżjonijiet tal-produzzjoni u l-investiment tagħhom fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq.
Għandu l-għan li jtejjeb il-produttività u l-kwalità fil-livell tal-produzzjoni, jagħti spinta lid-domanda u jgħin lis-setturi agrikoli tal-UE jadattaw aħjar għall-bidliet fis-suq u jżidu l-kompetittività permezz ta’ għajnuna għal setturi speċifiċi (b’mod partikolari frott u ħaxix, u inbid).
Ifittex li jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fil-katina tal-provvista tal-ikel permezz ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi2 u organizzazzjonijiet minn diversi oqsma3 (Organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw atturi tal-provvista tal-ikel involuti fil-produzzjoni tal-kummerċ fi u/jew l-ipproċessar tal-prodotti f’setturi speċifiċi).
Huwa jistabbilixxi rekwiżiti minimi tal-kwalità (standards tal-kummerċjalizzazzjoni), regoli u kundizzjonijiet biex tkun żgurata l-kwalità tal-proċess tal-produzzjoni u tal-prodotti. Huwa jispeċifika r-regoli għall-użu ta’ termini riżervati fakultattivi għal karatteristiċi li jżidu l-valur tal-prodott jew proċessi tal-produzzjoni għal għadd ta’ prodotti. Huwa jistabbilixxi wkoll regoli fi prodotti agrikoli u regoli speċifiċi fuq il-kompetizzjoni.
Ir-regoli ewlenin stabbiliti fir-regolament huma maqsuma f’diversi partijiet. Il-Kummissjoni Ewropea għandha s-setgħa li tadotta atti addizzjonali delegati u ta’ implimentazzjoni biex jelaboraw ulterjorment fuq dawn ir-regoli.
Is-suq intern
Is-sezzjoni tas-suq intern innifisha hija maqsuma f’għadd ta’ titoli u kapitoli.
Intervent fis-suq
Ir-regolament jistabbilixxi regoli tal-intervent fis-suq għal lista definita tal-prodotti fl-oqsma li ġejjin.
Intervent pubbliku u għajnuna għall-ħażna privata
Ir-regolament jistabbilixxi regoli dwar l-intervent fis-suq rigward:
l-intervent pubbliku, fejn il-prodotti jinxtraw u jinħażnu mill-gvernijiet tal-UE jew mill-aġenziji tagħhom sar-rimi tagħhom, u
l-għajnuna mogħtija għall-ħażna ta’ prodotti minn organizzazzjonijiet mis-settur privat.
Ir-regolament jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa biex tadotta:
atti delegati, biex tiżgura li tali prodotti huma adattati għal ħażna fit-tul u huma ta’ kwalità tajba, ġusta u kummerċabbli (ara r-Regolament Delegat (UE) 2016/1238); u
atti ta’ implimentazzjoni, li jkopru kwistjonijiet bħall-kapaċità ta’ ħżin minimu għal postijiet ta’ ħżin ta’ intervent (ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1240).
Skemi ta’ għajnuna
Ir-regolament jinkludi regoli dwar għadd ta’ skemi ta’ għajnuna.
Għall-forniment ta’ frott u ħaxix u ħalib u prodotti tal-ħalib fi stabbilimenti edukattivi (hekk imsejħa skemi skolastiċi):
Pajjiżi tal-UE għandhom ifasslu strateġija biex jimplimentaw l-iskema fil-livell nazzjonali jew reġjonali;
regoli ulterjuri jinsabu fir-Regolament (UE) 2017/40, fir-Regolament (UE) 2017/39 u fir-Regolament (UE) 2020/600.
Fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa u ż-żebbug tal-mejda:
Programm ta’ ħidma ta’ 3 snin imfassal minn organizzazzjonijiet tal-produtturi u/jew l-assoċjazzjonijiet tagħhom biex jibbenefikaw produtturi fil-Greċja, Franza u l-Italja;
regoli ulterjuri jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 615/2014, fir-Regolament (UE) 611/2014 u fir-Regolament (UE) 2020/600.
Fis-settur tal-frott u l-ħaxix:
regoli dwar fondi operazzjonali u programmi operazzjonali, dwar assistenza finanzjarja nazzjonali u dwar strateġija nazzjonali għal tali programmi;
regoli ulterjuri jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 543/2011, fir-Regolament (UE) 2020/743, fir-Regolament (UE) 2020/884 u fir-Regolament (UE) 2020/600.
Fis-settur tal-inbid:
regoli dettaljati huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/1149 u fir-Regolament (UE) 2016/1150;
Fis-settur tal-apikoltura:
regoli dettaljati huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2015/1366, fir-Regolament (UE) 2015/1368, fid-Deċiżjoni (UE) 2019/974 u fir-Regolament (UE) 2020/600.
Fis-settur tal-ħops:
regoli dettaljati huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 738/2010.
Għall-iskema ta’ awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli:
regoli dettaljati huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/273 u fir-Regolament (UE) 2018/274;
Regoli tal-UE għall-iffissar tal-prezzijiet u parametri oħra meħtieġa għal miżuri tas-suq għal diversi prodotti agrikoli huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1370/2013 (ara s-sommarju).
Organizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-produtturi
Ir-regolament jistabbilixxi r-regoli għall-organizzazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-produtturi u jkopri l-oqsma li ġejjin.
Kummerċjalizzazzjoni
Standards tal-kummerċjalizzazzjoni — il-prodotti koperti f’din is-sezzjoni għandhom jikkonformaw mal-istandards li se jiġu kkummerċjalizzati fl-UE. Regoli dettaljati huma stipulati fi:
Regolament (UE) Nru 29/2012 u r-Regolament (KEE) Nru 2568/91 għaż-żejttaż-żebbuġa;
Hemm regoli dwar skemi biex jippromwovu l-karatteristiċi uniċi tal-prodotti agrikoli u l-ikel (Regolament (KE) Nru 1151/2012). dawn għandhom x’jaqsmu ma’ aspetti bħal denominazzjonijiet ta’ oriġini protetti, indikazzjonijiet ġeografiċi, termini tradizzjonali, u preżentazzjoni u tikkettar (ara s-sommarju). Regoli dettaljati għas-settur tal-inbid huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/33 (ara s-sommarju) u r-Regolament (UE) 2019/34.
Setturi individwali (iz-zokkor, l-inbid u l-ħalib)
Organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet minn diversi oqsma
Dawn l-organizzazzjonijiet huma meħtieġa jissodisfaw rekwiżiti speċifiċi u jsegwu għanijiet speċifiċi biex ikunu rikonoxxuti u eżenti minn ċerti regoli tal-kompetizzjoni tal-UE.
Regoli u kontribuzzjonijiet obbigatorji jistgħu jiġu estiżi għall-operaturi ekonomiċi li mhumiex parti minn tali organizzazzjoni.
Regoli dettaljati huma stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/232 u, għas-settur tal-frott u l-ħaxix, fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892.
Regoli speċifiċi għall-produtturi tal-ħops huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1299/2007.
Kummerċ ma’ pajjiżi mhux tal-UE
Ir-regolament jistipula r-regoli dwar liċenzji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni, dazji fuq l-importazzjoni, kwoti tariffarji, salvagwardji u rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni.
Regoli ulterjuri huma stipulati fi:
Regolament (UE) 2015/1538 rigward applikazzjonijiet għal liċenzji tal-importazzjoni;
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239;
Regolament (UE) 2019/2163 dwar dazji fuq l-importazzjoni;
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761, flimkien mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1987, dwar l-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni.
Ir-regoli tal-kompetizzjoni
Ir-regolament jistabbilixxi regoli li jkopru:
il-kompetizzjoni u l-agrikultura;
dawn japplikaw għall-ftehimiet, id-deċiżjonijet u l-prattiki kollha li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 101(1) u l-Artikolu 102 TFEU li jirrelataw għall-produzzjoni ta’, jew il-kummerċ fi, prodotti agrikoli
eċċezzjoni għall-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli tingħata lill-bdiewa u assoċjazzjoni għall-objettivi tal-PAK, flimkien ma’ ftehimiet u prattiki mifthiema ta’ organizzazzjonijiet minn diversi oqsma rikonoxxuti;
Għajnuna mill-istat għall-agrikoltura.
Regoli ġenerali
Miżuri eċċezzjonali
Miżuri kontra disturb fis-suq, biex jippermetti rispons effiċjenti u effettiv għal theddid ta’ disturb fis-suq ikkawżat minn żidiet sinjifikanti fil-prezzijiet jew tnaqqis fi swieq interni jew esterni, jew avvenimenti u ċirkostanzi oħra disturbanti b’mod sinjifikanti jew li qed jheddu li jiddisturbaw is-suq, fejn dik is-sitwazzjoni, jew l-effett tiegħu fuq is-suq, x’aktarx se jkompli jew jiddeterjora. Tali mżuri huma essenzjalment relatati ma’ theddida jew disturb partikolari.
Eżempji tal-applikazzjoni ta’ miżuri eċċezzjonali jinsabu:
Fir-Regolament (UE) Nru 1263/2014 għal prodotti tal-ħalib meta kien hemm l-embargo Russu fuq l-esportazzjoni mill-UE;
Fir-Regolament (UE) 2020/592, fir-Regolament (UE) 2020/1275, fir-Regolament (UE) 2020/884 u fir-Regolament (UE) 2020/600 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-inbid waqt il-pandemija tal-COVID-19, u fir-Regolamenti (UE) 2020/133 u 2020/419 biex jindirizzaw l-impożizzjoni ta’ tariffi tal-Istati Uniti tal-Amerika fuq l-importazzjoni ta’ prodotti tal-inbid;
Fir-Regolament (UE) 2015/1853 dwar l-appoġġ għall-bdiewa li jrabbu l-bhejjem waqt il-kriżi tal-2015 fis-setturi tal-ħalib u l-laħam tal-majjal.
Miżuri li jikkonċernaw il-mard tal-annimali u t-telf tal-kunfidenza tal-konsumaturi minħabba riskji għas-saħħa tal-pubbliku, l-annimali jew il-pjanti. Dawn jikkonċernaw is-setturi li ġejjin:
iċ-ċanga u l-vitella
ħalib u prodotti tal-ħalib
laħam tal-majjal
laħam tan-nagħaġ u laħam tal-mogħoż
il-bajd
laħam tat-tajr.
Miżuri ta’ dan it-tip ġew implimentati, pereżempju, permezz ta’ Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1507 fuq miżuri ta’ appoġġ tas-suq eċċezzjonali għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tajr fil-Polonja (wara t-tfaqqigħa tal-influwenza avjarja).
Problemi speċifiċi:
miżuri ta’ emerġenza rigward it-tħawwil tad-dielji waqt il-pandemija tal-COVID-19 huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/601.
Ftehimiet u deċiżjonijiet waqt perjodi ta’ żbilanċ kbir fis-swieq:
regoli speċifiċi jiġu stipulati, pereżempju, waqt il-pandemija tal-COVID-19 fir-Regolament (UE) 2020/593, ir-Regolament (UE) 2020/594 u r-Regolament (UE) 2020/599.
Komunikazzjonijiet u rappurtar
Ir-regoli dwar il-komunikazzjonijiet u r-rappurtar huma stipulati fir-Regolament (UE) 2017/1185.
Riżervi għal kriżijiet fis-settur tal-agrikoltura
Fondi mir-riżervi jistgħu jsiru disponibbli fis-snin meta jkun meħtieġ appoġġ addizzjonali għas-settur.
Intervent pubbliku: fejn il-prodotti jiddaħħlu mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri tal-UE u jinħażnu minnhom sakemm jintremew.
Organizzazzjonijiet tal-produtturi: organizzazzjonijiet tal-produtturi ġew iffurmati biex iżidu s-setgħa kollettiva tan-negozjar tal-produtturi, b’mod partikolari billi jsegwu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 152 tar-regolament.
Organizzazzjonijiet minn diversi oqsma: organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-proċessuri jew negozjanti fil-katina tal-provvista, b’mod partikolari billi jsegwu l-għanijiet speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 157 tar-regolament.
DOKUMENT EWLIENI
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, , pp. 671-854)
L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.
DOKUMENTI RELATATI
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq il-kompetizzjoni, fuq it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — l-Artikolu 101 (ex Artikolu 81 TKE) (ĠU C 202, , pp. 88-89)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VII — Regoli komuni fuq il-kompetizzjoni, fuq it-tassazzjoni u l-approssimazzjoni tal-liġijiet — Kapitolu 1 — Regoli li jirregolaw il-kompetizzjoni — Taqsima 1 — Regoli li japplikaw għal impriżi — l-Artikolu 102 (ex Artikolu 82 KE) (ĠU C 202, , p. 89)
Ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347,, pp. 549-607).
Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, , pp. 1-29)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat- dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, , pp. 1-675)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1988 tal- li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni mal-prinċipju “min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel” (ĠU L 422, , pp. 4-136)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1987 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu u r-rilaxx ta’ garanziji fl-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji bbażati fuq l-ordni kronoloġika tas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet (ĠU L 422, , pp. 1-3)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1275 tas- li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha (ĠU L 300, , pp. 26-31)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1028 tal- li jistabbilixxi d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali bovini ta’ tmien xhur jew iktar skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/596 (ĠU L 227, , pp. 8-9)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1029 tal- li jistabbilixxi d-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/595 (ĠU L 227, , pp. 10-11)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/884 tal- li jidderoga fir-rigward tas-sena 2020 mir-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex u mir-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 fir-rigward tas-settur tal-inbid b’rabta mal-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 205, , pp. 1-8)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, , pp. 1-23)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/761 tas- li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, , pp. 24-252)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/743 tat- li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/891 fir-rigward tal-kalkolu tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u l-ħxejjex (ĠU L 176, , pp. 1-3)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/600 tat- lli jidderoga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/892, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1150, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 615/2014, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/1368 u mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/39 fir-rigward ta’ ċerti miżuri biex tiġi indirizzata l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19 (ĠU L 140, , pp. 40-45)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/601 tat- ldwar miżuri ta’ emerġenza li jidderogaw mill-Artikoli 62 u 66 tar-Regolament (UE) Nru 1038/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-validità tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli u l-qlugħ tad-dwieli fil-każ ta’ tħawwil mill-ġdid antiċipat (ĠU L 140, , pp. 46-49)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/591 tat- li jiftaħ skema temporanja eċċezzjonali ta’ għajnuna għall-ħżin privat ta’ ċerti tipi ta’ ġobon u li jiffissa bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna (ĠU L 140, , pp. 1-5)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/592 tat- dwar miżuri eċċezzjonali temporanji li jidderogaw minn ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex jiġi indirizzat it-tfixkil fis-suq fis-settur tal-frott u l-ħxejjex u fis-settur tal-inbid ikkawżat mill-pandemija tal-COVID-19 u miżuri marbuta magħha (ĠU L 140, , pp. 6-12)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/593 tat- li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ stabbilizzazzjoni tas-suq fis-settur tal-patata (ĠU L 140, , pp. 13-16)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/594 tat- li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar miżuri ta’ stabbilizzazzjoni tas-suq fis-settur tas-siġar ħajjin u tal-florikultura, tal-basal, tal-għeruq u simili, tal-fjuri maqtugħin u tal-faxxina ornamentali (ĠU L 140, , pp. 17-20)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/595 tat- li jagħti għajnuna għall-ħżin privat tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż u li jiffissa bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna (ĠU L 140, , pp. 21-25)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/596 tat- li jagħti għajnuna għall-ħażna privata ta’ laħam frisk u mkessaħ minn annimali bovini ta’ tmien xhur jew aktar u li jiffissa l-ammont tal-għajnuna bil-quddiem (UE) 2020/596 (ĠU L 140, , pp. 26-30)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/597 tat- li jagħti għajnuna għall-ħżin privat tal-butir u li jiffissa bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna (ĠU L 140, , pp. 31-33)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/598 tat- li jagħti għajnuna għall-ħżin privat tat-trab tal-ħalib xkumat u li jiffissa bil-quddiem l-ammont tal-għajnuna (ĠU L 140, , pp. 34-36)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/599 tat- li jawtorizza ftehimiet u deċiżjonijiet dwar l-ippjanar tal-produzzjoni fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 140, , pp. 37-39)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/419 tat- li jidderoga mir-Regolament Delegat (UE) 2016/1149 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid (ĠU L 84, , pp. 1-4)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/133 tat- għal deroga mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1150 li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid (ĠU L 27, , pp. 24-26)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2163 tas- li jiffissa għas-snin 2020 u 2021 il-volumi tal-iskattar għall-finijiet ta’ applikazzjoni possibbli ta’ dazji addizzjonali tal-importazzjoni fuq ċertu frott u ħxejjex (ĠU L 328, , pp. 58-60)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/974 tat- li tapprova l-programmi nazzjonali għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-apikultura ppreżentati mill-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil (ĠU L 157, , pp. 28-30)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/2014 tas- li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u organolettiċi tal-prodotti tad-dwieli u n-notifiki tad-deċiżjonijiet tal-Istati Membri rigward iż-żidiet fis-saħħa alkoħolika naturali (ĠU L 149, , pp. 53-57)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2019/934 tat- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda ż-żoni ta’ vitikultura li fihom tista’ tiżdied il-qawwa alkoħolika, il-prattiki enoloġiċi awtorizzati u r-restrizzjonijiet applikabbli għall-produzzjoni u l-konservazzjoni tal-prodotti tad-dielja, il-persentaġġ minimu tal-alkoħol għall-prodotti sekondarji u r-rimi tagħhom, u l-pubblikazzjoni tal-fajls tal-OIV (ĠU L 149, , pp. 1-52)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, , pp. 2-45)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/34 tas- li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u ta’ termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodotti, ir-reġistru ta’ ismijiet protetti, it-tħassir tal-protezzjoni u l-użu ta’ simboli, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward sistema xierqa ta’ kontrolli (ĠU L 9, , pp. 46-76)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1507 tal- dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-suq għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fil-Polonja (ĠU L 255, , pp. 7-11)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/273 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fejn jidħlu l-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-taħwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, id-dikjarazzjonijiet obbligatorji, in-notifiki u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni notifikata, u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontrolli u penali rilevanti, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008, (KE) Nru 606/2009 u (KE) Nru 607/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 436/2009 kif ukoll ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (ĠU L 58, , pp. 1-59)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/274 tal- li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskema tal-awtorizzazzjonijiet għat-tħawwil tad-dwieli, ir-reġistru tal-vinji, id-dokumenti ta’ akkumpanjament u ċ-ċertifikazzjoni, ir-reġistru tad-dħul u l-ħruġ, u d-dikjarazzjonijiet obbligatorji, u tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kontrolli rilevanti, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/561 (ĠU L 58, , pp. 60-95)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1182 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-iskali tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi taċ-ċanga, tal-majjal u tan-nagħaġ u dwar ir-rapportar tal-prezzijiet tas-suq ta’ ċerti kategoriji ta’ karkassi u annimali ħajjin (ĠU L 171, , pp. 74-99)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1183 tal- li jissupplimenta r-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifiki lill-Kummissjoni ta’ informazzjoni u dokumenti (ĠU L 171, , pp. 100-102)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1185 tal-li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1307/2013 u (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notofiki lill-Kummissjoni tal-informazzjoni u d-dokumenti u li jemendaw u jħassru diversi Regolamenti tal-Kummissjoni (ĠU L 171, , pp. 113-130)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/891 tat- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-penali li jridu jiġu applikati f’dawk is-setturi u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (ĠU L 138, , pp. 4-56)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/892 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fis-setturi tal-frott u l-ħxejjex u tal-frott u l-ħxejjex ipproċessati (ĠU L 138, , pp. 57-91)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2017/2014 tat- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi u li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (ĠU L 5, , pp. 11-19)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/39 tat- dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna tal-Unjoni għall-provvista ta’ frott u ħxejjex, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (ĠU L 5, , pp. 1-10)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2016/1237 tat- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli għall-applikazzjoni tas-sistema ta’ liċenzji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli dwar ir-rilaxx u t-telf ta’ garanziji ppreżentati għal tali liċenzji, li jemenda r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2535/2001, (KE) Nru 1342/2003, (KE) Nru 2336/2003, (KE) Nru 951/2006, (KE) Nru 341/2007 u (KE) Nru 382/2008 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 2390/98, (KE) Nru 1345/2005, (KE) Nru 376/2008 u (KE) Nru 507/2008, , pp. 1-14)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1238 tat- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, pp. 15-43)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1239 tat- li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni (ĠU L 206, , pp. 44-70)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1240 tat- li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ intervent pubbliku u ta’ għajnuna għall-ħżin privat (ĠU L 206, , pp. 71-127)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1150 tal- li jistabbilixxi r-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-każ ta’ programmi nazzjonali ta’ appoġġ fis-settur tal-inbid (ĠU L 190, , pp. 23-71)
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1149 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jirrigwarda l-programmi ta’ appoġġ nazzjonali fis-settur tal-inbid u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 555/2008 (ĠU L 190, , pp. 1-22)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/232 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li jikkonċerna ċerti aspetti ta’ kooperazzjoni bejn il-produtturi (ĠU L 44, pp. 1-4)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1853 tal- li jipprevedi għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-bdiewa fis-setturi tal-bhejjem (ĠU L 271, , pp. 25-30)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1368 tas-li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, , pp. 9-16)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1366 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għajnuna lis-settur tal-apikultura (ĠU L 211, pp. 3-6)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 1263/2014 tas- li jistipula għajnuna temporanja eċċezzjonali lill-produtturi tal-ħalib fl-Estonja, fil-Latvja u fil-Litwanja (ĠU L 341, , pp. 3-5)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 615/2014 tas- li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi ta’ ħidma li jappoġġaw lis-setturi taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-mejda (ĠU L 168, , pp. 95-102)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 611/2014 tal- li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programmi ta’ appoġġ għas-settur taż-żejt taż-żebbuġa u taż-żebbuġ tal-ikel (ĠU L 168, , pp. 55-61)
Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 880/2012 tat- li jissuplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kooperazzjoni transnazzjonali u n-negozjati kuntrattwali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 263, pp. 8-9)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (EU) Nru 511/2012 tal- dwar notifiki li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u negozjati kuntrattwali u relazzjonijiet previsti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fis-settur tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (ĠU L 156, , pp. 39-40)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 29/2012 tat- dwar standars ta’ kummerċjalizzazzjoni għaż-żejt taż-żebbuġa (ĠU L 12, , pp. 14–21)
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 543/2011 tas- li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, , pp. 1-163)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 133/2011 tal- li jistabbilixxi l-valuri fissi tal-importazzjoni għad-determinazzjoni tal-prezz ta’ dħul ta’ ċertu frott u ħaxix (ĠU L 41, , pp. 4-5)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 738/2010 tas- li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar pagamenti lil organizzazzjonijiet tal-produtturi Ġermaniżi fis-settur tal-ħops (ĠU L 216, , pp. 11-13)
REgolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 642/2010 tal- dwar regoli ta’ applikazzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 dwar id-dazju ta’ importazzjoni fis-settur taċ-ċereali (ĠU L 187, , pp. 5-22)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas- dwar it-termini ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tifqis u tal-flieles tat-tjur ta’ l-irziezet (ĠU L 168, , pp. 5-23)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 566/2008 tat- li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew anqas (ĠU L 160, , pp. 22-25)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1850/2006 tal- li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-ħops u l-prodotti tal-ħops (ĠU L 355, , pp. 72-87)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2568/91 tal- dwar il-karatteristiċi taż-żejt taż-żebbuġa u żejt tar-residwu taż-żebbuġa u dwar il-metodi rilevanti tal-analiżi (ĠU L 248, , pp. 1-83)