Il-politika komuni tas-sajd tal-UE

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 dwar il-politika komuni tas-sajd

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

PUNTI EWLENIN

Reviżjoni tar-Regolament PKS

Fl-2023, il-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar il-funzjonament tal-PKS. Dan ir-rapport jivvaluta l-funzjonament tal-PKS, 10 snin wara l-aħħar riforma fl-2013. Dan jagħti ħarsa ġenerali lejn x’jaħdem u fejn inkisbu riżultati tanġibbli, fejn l-implimentazzjoni għadha lura u liema sforzi għadhom meħtieġa sabiex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tal-PKS. Fl-istess ħin, għandu wkoll perspettiva li tħares ’il quddiem, li tipprovdi viżjoni u triq lejn sajd sostenibbli u reżiljenti tal-futur.

Kull sena, il-Kummissjoni tippubblika komunikazzjoni li tiddeskrivi l-progress dwar is-sitwazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u tniedi konsultazzjoni pubblika wiesgħa dwar l-iffissar ta’ opportunitajiet tas-sajd annwali għas-sena li ġejja. Din il-komunikazzjoni tevalwa l-progress li sar lejn is-sostenibbiltà tas-sajd fl-UE u tirrevedi l-bilanċ bejn kapaċitajiet tas-sajd u opportunitajiet tas-sajd, il-prestazzjoni soċjoekonomika tas-settur u l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art. Hija tistabbilixxi wkoll ir-razzjonal għall-proposta tal-opportunitajiet tas-sajd għas-sena ta’ wara.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ilu japplika mill-.

SFOND

Il-PKS tnediet għall-ewwel darba fl-1970. Għaddiet minn bosta riformi, li l-aktar reċenti tagħhom daħlu fis-seħħ fl-.

Għal iktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, , pp. 22–61).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

l-aħħar aġġornament