Brussell, 23.4.2024

COM(2024) 188 final

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Inpoġġu l-Interessi tat-Tfal l-Ewwel: Komunikazzjoni li takkumpanja r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar Sistemi Integrati għall-Protezzjoni tat-Tfal


“L-ilħna tat-tfal għandhom jingħataw aktar setgħa, u dan jista’ jħeġġeġ tfal oħra biex ma jaħbux il-problemi tagħhom” (Kontribut ta’ tifel/tifla mil-Litwanja 1 ) 

IL-PROTEZZJONI TAT-TFAL FL-EWROPA U LIL HINN MINNHA, BĦALA PRIJORITÀ TAL-UE

F’ħafna aspetti, il-ħajja tat-tfal fl-Unjoni Ewropea u globalment tjiebet matul dawn l-aħħar deċennji. Dan huwa wkoll grazzi għal żieda fil-prosperità, kura tas-saħħa aħjar u aċċess imtejjeb għall-edukazzjoni. Hekk kif qed niffaċċjaw dinja li qed tinbidel malajr, mill-effetti negattivi tal-pandemija fuq it-tfal, l-inugwaljanzi, id-diskriminazzjoni, il-kunflitti jew it-tibdil fil-klima, u fid-dinja virtwali, ħadna azzjoni biex inkomplu niddefendu u nkomplu nsaħħu d-drittijiet u l-kwalità tal-ħajja tat-tfal fl-UE u lil hinn minnha. L-UE, is-sħab Ewropej u internazzjonali tagħha, u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ħadmu flimkien biex ma jħallu l-ebda tifel u tifla lura hekk kif nindirizzaw dawn l-isfidi u nisfruttaw l-opportunitajiet tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi.

Matul dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni stabbiliet qafas legali, ta’ politika u ta’ appoġġ robust u komprensiv b’impenji ċari biex iżżid il-protezzjoni, il-promozzjoni u t-twettiq tad-drittijiet tat-tfal, b’mod partikolari permezz tal-adozzjoni tal-istrateġija komprensiva tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal 2 (“l-Istrateġija tal-UE”) u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal 3 f’Marzu 2021. Skont l-Istrateġija tal-UE, jiġu implimentati għadd ta’ miżuri flimkien mal-Istati Membri, inklużi miżuri kontra l-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal online u offline 4 u azzjonijiet biex jiġu indirizzati l-faqar fost it-tfal u l-esklużjoni soċjoekonomika għat-tfal fil-bżonn, inklużi dawk bi sfond ta’ minoranza u migrazzjoni. Ittieħdu wkoll miżuri biex is-sistemi ġudizzjarji jiġu adattati aħjar għall-ħtiġijiet tat-tfal bħala vittmi, persuni suspettati, akkużati jew ikkundannati, xhieda jew bħala partijiet oħra fi proċedimenti legali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni żviluppat miżuri biex ittejjeb is-saħħa u l-benesseri mentali tat-tfal. Il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni sinifikanti tat-tfal, inkluż permezz tal-Pjattaforma għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal 5 kienet karatteristika distintiva tal-Istrateġija tal-UE, u qed issir prattika rikonoxxuta fl-UE u lil hinn minnha.

L-istrateġija tal-UE tinkludi wkoll dimensjoni esterna b’saħħitha bl-UE żżid il-ħidma tagħha biex tippromwovi, tipproteġi, tissodisfa u tirrispetta d-drittijiet tat-tfal globalment, teqred it-tħaddim tat-tfal, tiġġieled kontra ż-żwieġ tat-tfal, tinvesti b’mod konsiderevoli fl-edukazzjoni madwar id-dinja, u tipproteġi minn kull forma ta’ vjolenza, abbuż u negliġenza, inkluż fil-kuntest umanitarju. L-UE qed trawwem ukoll il-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-livell globali permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni għaż-Żgħażagħ fl-Azzjoni Esterna 6 . Il-linji gwida tal-UE dwar it-tfal u l-konflitti armati 7 qed jiġu riveduti biex jipprevjenu, jirrispondu u jtemmu prattiki dannużi kontra t-tfal affettwati minn konflitti armati.

Filwaqt li sar progress sinifikanti, il-vjolenza kontra t-tfal tibqa’ sfida kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, f’ħafna livelli. It-tmiem tal-forom kollha ta’ vjolenza kontra t-tfal, inkluż bl-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal, huwa imperattiv kemm morali kif ukoll legali. Barra minn hekk, dan huwa investiment strateġiku fil-futur tas-soċjetajiet tagħna.

IL-PROTEZZJONI TAT-TFAL INVESTIMENT IMPERATTIV U STRATEĠIKU FIS-SOĊJETÀ

Il-vjolenza tista’ tieħu ħafna forom u tinkludi l-forom kollha ta’ vjolenza fiżika jew mentali, korriment jew abbuż, negliġenza jew trattament negliġenti, trattament ħażin jew sfruttament, inkluż abbuż sesswali, abbuż fiżiku, abbuż online, jew f’dinjiet virtwali. Tali vjolenza tinkludi l-vjolenza domestika, it-traffikar tal-bnedmin, l-abbuż sesswali, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, inkluż il-mutilazzjoni ġenitali femminili u ż-żwieġ tat-tfal, kif ukoll il-forom kollha ta’ bullying u ta’ piena korporali. It-tfal huma esposti wkoll għal diskriminazzjoni u intolleranza, inkluż fil-ħajja diġitali tagħhom 8 . Fl-2021, 114 tifel u tifla kienu vittmi ta’ omiċidju intenzjonat madwar l-UE 9 . Huwa stmat li 20 % tat-tfal fl-Ewropa jsofru xi forma ta’ abbuż sesswali matul it-tfulija tagħhom 10 . Fi stħarriġ reċenti tal-vjolenza kontra n-nisa, sa 13,7 % tan-nisa adulti rrapportaw fil-livell nazzjonali li esperjenzaw vjolenza sesswali fit-tfulija 11 , għalkemm dan is-sehem jista’ jkun saħansitra ogħla, peress li r-rati ta’ divulgazzjoni sfortunatament huma aktar baxxi mir-realtà. Huwa stmat li 190,000 tifla madwar l-UE huma f’riskju li jiġu soġġetti bil-forza għall-mutilazzjoni ġenitali 12 . Is-suwiċidju huwa t-tieni kawża ewlenija ta’ mewt fost iż-żgħażagħ (15 sa 19-il sena) 13 . 13 % sa 29 % tat-tfal (ta’ 15-il sena) fi Stati Membri differenti irrappurtaw li ta’ spiss kienu vittmi ta’ bullying 14 . 

Il-vjolenza kontra t-tfal għandha wkoll spiża ekonomika stmata sa 8 % tal-PDG globali, li tammonta għal madwar EUR 6,5 triljun, peress li tnaqqas l-iżvilupp ekonomiku, żżid l-inugwaljanza soċjoekonomika, toħnoq it-tkabbir ekonomiku, u tnaqqas l-introjtu per capita 15 . Billi jiġu ddedikati riżorsi għall-programmi tat-tfulija bikrija, dan jista’ jwassal għal redditu fuq l-investiment mill-inqas erba’ darbiet ogħla mill-infiq oriġinali 16 . It-telf annwali tal-kapital uman minn disturbi mentali tat-tfal u ż-żgħażagħ huwa stmat għal EUR 54,2 biljun fl-Ewropa 17 . L-iżvantaġġ soċjoekonomiku fit-tfulija jġarrab ukoll spejjeż kbar għas-soċjetajiet, li bħala medja jammontaw għal ekwivalenti ta’ 3,4% tal-PDG fl-UE 18 . L-investiment fil-protezzjoni tat-tfal u l-prevenzjoni tal-vjolenza għalhekk iwassal ukoll għal redditi ekonomiċi għoljin u l-iffrankar tal-ispejjeż fit-tul.

It-tfal infushom jitolbu li jingħataw is-setgħa, u jitkellmu dwar il-kwistjonijiet tagħhom, ħajjithom. Huma detenturi tad-drittijiet u aġenti tal-bidla f’dan il-każ u issa huma elokwenti fis-sejħiet tagħhom lill-adulti għal azzjoni biex jirrispondu għall-ħtiġijiet tagħhom. Bħala esperti fi kwistjonijiet li jikkonċernawhom, it-tfal ġustament jitolbu “Xejn għalina mingħajrna”. F’konformità mal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (“il-Konvenzjoni tan-NU”) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”), l-ilħna u l-ħtiġijiet tat-tfal huma ċentrali għar-Rakkomandazzjoni dwar sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal. Aktar minn 1,000 tifel u tifla ġew ikkonsultati dwar il-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tagħhom permezz tal-Pjattaforma l-ġdida tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal.

LEJN SISTEMI INTEGRATI GĦALL-PROTEZZJONI TAT-TFAL

Il-protezzjoni tat-tfal minn kull forma ta’ vjolenza hija objettiv ewlieni tal-UE. Hija wkoll intrinsikament marbuta mal-prevenzjoni tal-vjolenza, biex jiġi żgurat il-benesseri tat-tfal u r-rispett tad-drittijiet tagħhom. L-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jistabbilixxi l-objettiv għall-Ujoni li tippromwovi l-protezzjoni tad-drittijiet tat-tfal. L-Artikolu 24 tal-Karta jipprevedi li t-tfal għandu jkollhom id-dritt għall-protezzjoni u l-kura meħtieġa għall-benesseri tagħhom, u li fl-azzjonijiet kollha relatati mat-tfal, kemm jekk jittieħdu minn awtoritajiet pubbliċi jew minn istituzzjonijiet privati, l-aħjar interessi tat-tfal iridu jkunu kunsiderazzjoni primarja. Il-protezzjoni tat-tfal hija wkoll objettiv ewlieni tal-Konvenzjoni tan-NU u tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli għal kull tifel u tifla biex jgħixu ħielsa mill-biża’, in-negliġenza, l-abbuż u l-isfruttament. L-istatistika enormi u l-evidenza tal-firxa wiesgħa ta’ abbuż, vjolenza u negliġenza tat-tfal madwar l-UE, inkluż l-impatt tal-pandemija, ir-riperkussjonijiet tal-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna u żieda qawwija fil-kunflitti armati globali, huma sejħa għal azzjoni ulterjuri.

Il-Kummissjoni għalhekk tippreżenta Rakkomandazzjoni 19 lill-Istati Membri biex ikomplu jiżviluppaw u jsaħħu s-sistemi tagħhom ta’ protezzjoni tat-tfal biex jagħmluhom aktar integrati biex jindirizzaw aħjar il-ħtiġijiet tat-tfal għall-protezzjoni minn kwalunkwe forma ta’ vjolenza u biex jippromwovu l-protezzjoni tat-tfal bħala prijorità globali tal-Unjoni.

Il-protezzjoni tat-tfal hija kwistjoni soċjali u transettorjali sħiħa. Ir-responsabbiltà għall-protezzjoni tat-tfal hija kondiviża fost firxa wiesgħa ta’ atturi, li jinkludu awtoritajiet pubbliċi, atturi privati, organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili. Il-varjetà wiesgħa ta’ għodod għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri, u fil-livell tal-Unjoni (leġiżlazzjoni, politiki u finanzjament) u fil-livelli kollha ta’ governanza, tista’ tgħin biex is-sistemi ta’ protezzjoni tat-tfal isiru aktar integrati u robusti. Huma meħtieġa mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni madwar l-Istati Membri biex jiġi żgurat rispons multidixxiplinari effettiv fil-ministeri kollha jew f’saffi differenti ta’ kompetenzi. Huwa essenzjali li kulħadd jassumi rwoli definiti b’mod ċar u jiżgura koordinazzjoni mill-qrib. Id-disponibbiltà u l-koordinazzjoni tar-riżorsi umani u finanzjarji huma wkoll sfida. Abbażi ta’ dan, huma meħtieġa b’mod ċar sistemi aktar effiċjenti u integrati għall-protezzjoni tat-tfal.

Approċċ sħiħ tas-soċjetà għall-protezzjoni tat-tfal huwa investiment tanġibbli u strateġiku fit-tul, anke fil-kuntest tas-soċjetà tal-lonġevità li qed tiżviluppa quddiem għajnejna. Dan se jikkontribwixxi b’mod sostanzjali għal soċjetajiet aktar ġusti, aktar ugwali u ġusti, mirfuda minn ekwità interġenerazzjonali u solidarjetà għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

Filwaqt li tibni fuq l-appelli mill-Parlament Ewropew 20 , il-Kunsill 21 u l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni 22 , ir-Rakkomandazzjoni ppreżentata mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tafferma mill-ġdid l-impenn tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-protezzjoni tat-tfal madwar l-UE u lil hinn minnha. Hija tappoġġa u tappella lill-Istati Membri biex jivvalutaw, isaħħu u jintegraw is-sistemi tagħhom ta’ protezzjoni tat-tfal, billi jużaw l-aħjar prattiki u jużaw għodod fil-livell tal-UE bħal-leġiżlazzjoni, il-miżuri ta’ politika, u l-finanzjament. Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex iqisu din ir-Rakkomandazzjoni fid-deliberazzjonijiet futuri tagħhom, u lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex jippromovu d-djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mas-soċjetà ċivili. F’dawk l-azzjonijiet kollha, l-aħjar interessi tat-tfal għandhom dejjem jibqgħu kunsiderazzjoni primarja.

(1)      Permezz tal-konsultazzjoni tal- EU Children’s Participation Platform “Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal”
(2)      COM(2021) 142 final .
(3)      Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (ĠU L 223, 22.6.2021).
(4)    Id-Direttiva 2011/93/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2004/68/ĠAI (Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal) ( ĠU L 335, 17.12.2011 ) “Direttiva dwar l-Abbuż Sesswali tat-Tfal, inkluża r-riformulazzjoni tagħha COM (2024) 60 final, Komunikazzjoni dwar Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ: l-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+) (COM (2022) 212 final), ir-Regolament li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal COM (2022) 209 final.
(5)       EU Children’s Participation Platform (Il-Pjattaforma tal-UE għall-Parteċipazzjoni tat-Tfal)
(6)      JOIN (2022) 53 final.
(7)       EU Guidelines on children and armed conflict (Il-Linji gwida tal-UE dwar it-tfal u l-kunflitti armati).
(8)    Evidenzjat fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanjah (SWD(2024) 98 final).
(9)    Eurostat, Intentional homicide victims by age and sex - number and rate for the relevant sex and age groups(Vittmi ta’ omiċidju intenzjonali skont l-età u s-sess - l-għadd u r-rata għall-gruppi ta’ sess u età rilevanti) , 2021.
(10)     Council of Europe Human Rights Channel .
(11)    Eurostat, EU survey on gender-based violence against women and other forms of inter-personal violence (EU-GBV) , 2022.
(12)     Tolleranza Żero għall-Mutilazzjoni Ġenitali Femminili (europa.eu). .
(13)    UNICEF, The State of the World’s Children 2021: On My Mind – Promoting, protecting and caring for children’s mental health, Regional brief: Europe , 2021.
(14)     The twin challenge of equity and excellence in basic skills in the EU, An EU comparative analysis of the PISA 2022 results - Publications Office of the EU (europa.eu) , 2024.
(15)     The Violence-Prevention Dividend, Why Preventing Violence Against Children Makes Economic Sense , 2022.
(16)    Iċ-Ċentru għall-Filantropija b’Impatt Għoli, High Return on Investment , 2015.
(17)    Ir-Rapport tal-UNICEF dwar l-Istat tat-Tfal tad-Dinja 2021, nota reġjonali tal-Ewropa .
(18)    C. Clarke, et al. (2022), The economic costs of childhood socio-economic disadvantage in European OECD countries , id-Dokumenti tal-OECD dwar il-Benesseri u l-Inugwaljanzi, Nru 9, Pubblikazzjoni tal-OECD.
(19)      Ara r-referenzi fir-Rakkomandazzjoni dwar is-sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal (C(2024) 2682 final), fl-Anness tagħha dwar Acquis ewlieni tal-Unjoni, dokumenti ta’ politika ewlenin u finanzjament rilevanti għas-sistemi ta’ protezzjoni tat-tfal u fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal ta’ sostenn tagħha (SWD(2024) 98 final).
(20)      Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal ( 2021/2523(RSP) ).
(21)      Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal ( 10024/22 ).
(22)      Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar “Responsabbilizzazzjoni tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali fis-Sistemi Integrati għall-Protezzjoni tat-Tfal” adottata fis-sessjoni plenarja tas-17-18 ta’ April 2024. Ara:  Skeda informattiva dwar l-opinjoni (europa.eu) . 

Brussell, 23.4.2024

COM(2024) 188 final

ANNESS

tal-

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni

Inpoġġu l-Interessi tat-Tfal fuq Quddiem: Komunikazzjoni li takkumpanja r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Sistemi Integrati għall-Protezzjoni tat-Tfal


ANNESS

Acquis ewlieni tal-Unjoni, dokumenti ta’ politika ewlenin u finanzjament rilevanti għas-sistemi ta’ protezzjoni tat-tfal

Dan id-dokument jipprovdi ħarsa ġenerali 1 lejn l-atti legali tal-Unjoni, il-politika tal-Unjoni u l-istrumenti finanzjarji relatati mas-sistemi tal-protezzjoni tat-tfal.

Id-dokumenti legali u ta’ politika kollha huma iperkollegati.

1.Liġi primarja

It-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (2016/C202/13) – b’mod partikolari l-Artikoli 3(3) u 3(5)

It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (2016/C202/47) - b’mod partikolari l-Artikolu 9 (dwar il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem), l-Artikolu 10 (nondiskriminazzjoni), l-Artikolu 79 (migrazzjoni), l-Artikolu 81 (kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili), l-Artikoli 82 u 83 (kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali), u t-tieni parti tiegħu (“Nondiskriminazzjoni u Ċittadinanza tal-Unjoni”)

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (2016/C202/389) — b’mod partikolari l-Artikolu 24 (id-drittijiet tat-tfal), kif ukoll l-Artikolu 7 (id-dritt għall-ħajja tal-familja), l-Artikolu 8 (il-protezzjoni tad-data personali), l-Artikolu 14 (id-dritt għall-edukazzjoni), l-Artikolu 21 (in-nondiskriminazzjoni), l-Artikolu 32 (il-projbizzjoni tat-tħaddim tat-tfal) u l-Artikolu 33 (il-ħajja tal-familja u professjonali)

2.Dokumenti ta’ politika orizzontali dwar id-Drittijiet tat-Tfal

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija dwar id-drittijiet tat-tfal (COM/2021/142 final)

l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda tal-UE għad-Drittijiet tat-Tfal (COM/2011/60 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Lejn strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (COM/2006/367 final)

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (10024/22)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-drittijiet tat-tfal fid-dawl tal-Istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (2021/2523(RSP))

3.Tqegħid tat-tfal fiċ-ċentru

3.1.Sistemi inklużivi għall-protezzjoni tat-tfal

3.1.1.Inklużjoni soċjali

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/761/UE)

Ir-Rakkomandazzjoni tal- Kummissjoni dwar l-Investiment fit-Tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ (2013/112/UE)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM/2021/102 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istabbiliment tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (COM/2017/250 final)

Il-Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/C428/09)

3.1.2.Oriġini razzjali jew etnika, inklużi r-Rom

Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta’ razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (2008/913/JAI)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-parteċipazzjoni tar-Rom (2021/C 93/01)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Antisemitiżmu u t-Trawwim tal-Ħajja Lhudija (2021–2030) (COM/2021/615 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Unjoni ta’ Ugwaljanza: Il-Pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020-2025 (COM/2020/565 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Unjoni ta’ Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni (COM/2020/620 final)

3.1.3.Diżabilitajiet

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Unjoni ta’ Ugwaljanza: L-Istrateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030 (COM/2021/101 final)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà  (2010/48/KE)

3.1.4.LGBTIQ

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Unjoni ta’ Ugwaljanza: L-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025 (COM/2020/698 final)

3.1.5.Ugwaljanza bejn il-ġeneri

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Unjoni ta’ Ugwaljanza: L-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza Bejn il-Ġeneri għall-2020-2025 (COM/2020/152 final)

3.1.6.Iż-żgħażagħ

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2019–2021) (14427/21)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (2018/C456/01)

3.1.7.L-ebda post għall-mibegħda

Il-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar L-ebda post għall-mibegħda: Ewropa magħquda kontra l-mibegħda (JOIN/2023/51 final)

3.2.Ħtiġijiet ta’ sikurezza tat-tfal fl-ambjent fiżiku u online

3.2.1.Sikurezza fl-ambjent fiżiku

Ir-Regolament dwar is-sikurezza ġenerali tal-prodotti, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE (2023/988/UE)

Ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (2017/2394/UE)

Ir-Regolament li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli  (2013/1370/UE)

Ir-Regolament li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (2013/1308/UE)

Id-Direttiva dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (2020/1828/UE)

Id-Direttiva li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttivi 98/6/KE, 2005/29/KE u 2011/83/UE dwar l-infurzar aħjar u mmodernizzar tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur (2019/2161/UE)

Id-Direttiva dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi u li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (2013/11/UE)

Id-Direttiva dwar id-drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE (2011/83/UE)

Id-Direttiva dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (2005/29/KE)

Id-Direttiva dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (2001/95/KE) 

Id-Direttiva tal-Kunsill dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (93/13/KEE)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar ambjenti ħielsa mid-dħaħen tat-tipjip  (2009/C296/02)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent (COM/2020/381 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE - Lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040 (COM/2021/345 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda tal-Konsumatur Ġdida li Ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-konsumatur għall-irkupru sostenibbli (COM/2020/696 final)

L-Avviż tal-Kummissjoni: Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2005/29/KE dwar prattiki kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (2021/C9320/01)

L-Avviż tal-Kummissjoni: Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/83/UE dwar id-drittijiet tal-konsumatur (2021/C525/01)

L-Avviż tal-Kummissjoni: Gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (2019/C323/04)

Il-kodiċi ta’ kondotta dwar il-ġlieda kontra d-diskors ta’ mibegħda illegali (2016)

3.2.2.Is-sikurezza online

Ir-Regolament dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali (2022/2065/UE)

Ir-Regolament dwar deroga temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/58/KE fir-rigward tal-użu ta’ teknoloġiji minn fornituri tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet interpersonali indipendenti min-numri għall-ipproċessar ta’ data personali u data oħra għall-fini tal-ġlieda kontra l-abbuż sesswali tat-tfal online (2021/1232/UE)

Ir-Regolament dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni 1247/2002/KE (2018/1725)

Ir-Regolament dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data (2016/679/UE).

Id-Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi  (2018/1972/UE)

Id-Direttiva dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (2010/13/UE), kif emendata bid- Direttiva 2018/1808 fid-dawl ta’ realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (2018/1808/UE)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Deċennju Diġitali għat-tfal u ż-żgħażagħ: l-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+) (COM/2022/212 final)

3.3.Integrità u saħħa mentali tat-tfal

Id-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-abbuż sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal u l-pedopornografija (2011/93/UE)

Id-Direttiva dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu (2011/36/UE)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward ta’ materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, l-ażil u n-non-refoulement (2023/1076/UE)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward tal-istituzzjonijiet u l-amministrazzjoni pubblika tal-Unjoni (2023/1075/UE)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward tal-ażil u n-non-refoulement (2017/866/UE)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika fir-rigward ta’ materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali (2017/865/UE)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar kooperazzjoni msaħħa kontra l-mard li jista’ jiġi evitat bit-tilqim (2018/C466/01)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar approċċ komprensiv għas-saħħa mentali (COM/2023/298 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istrateġija Ewropea għall-Kura (COM/2022/440 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin 2021-2025 (COM/2021/171 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer (COM/2021/44 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar strateġija tal-UE għal ġlieda aktar effettiva kontra l-abbuż sesswali tat-tfal (COM/2020/607 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lejn l-eliminazzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali femminili (COM/2013/833 final)

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Strateġija tal-UE li tappoġġa lill-Istati Membri għat-tnaqqis ta’ ħsara relatata mal-alkoħol (COM/2006/625 final)

Pjan Komuni Kontra t-Traffikar biex jiġu indirizzati r-riskji tat-traffikar tal-bnedmin u jiġu appoġġati l-vittmi potenzjali fost dawk li qed jaħarbu mill-gwerra fl-Ukrajna (2022)

4.Sistemi Integrati għall-Protezzjoni tat-Tfal

4.1.Kontinwità ta’ servizzi komprensivi u kkoordinati

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi għas-Suċċess fl-Iskejjel u li tissostitwixxi r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2011 dwar linji politiċi biex jitnaqqas it-tluq bikri mill-iskejjel (2022/C 469/01)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (2021/1004/UE)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Sistemi ta’ Edukazzjoni u Kura Bikrija ta’ Kwalità Għolja tat-Tfal (2019/C189/02)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal: il-miri ta’ Barċellona għall-2030 (2022/C484/01)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-irriservar tal-firxa nazzjonali ta’ numri li jibdew b’116 għal numri armonizzati ta' servizzi armonizzati ta’ valur soċjali (2007/116/KE), sussegwentement emendata u Direttiva li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (2018/1972/UE)

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar approċċi ta’ apprendiment imħallat għal edukazzjoni primarja u sekondarja ta’ kwalità għolja u inklużiva (2021/C504/03)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kura u l-Edukazzjoni Bikrija tat-Tfal: nagħtu lil uliedna l-aqwa bidu għad-dinja ta’ għada (COM/2011/66 final)

4.2.Ġustizzja adattata għat-tfal

Id-Direttiva dwar il-garanziji proċedurali għal tfal li huma suspettati jew li huma persuni akkużati fi proċedimenti kriminali (2016/800/UE)

Id-Direttiva dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (2016/680/UE)

Id-Direttiva li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità (2012/29/UE)

Id-Direttiva dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (2012/13/UE)

Ir-Regolament (UE) 2016/1191 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 dwar il-promozzjoni tal-moviment liberu taċ-ċittadini permezz tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti għall-preżentazzjoni ta' ċerti dokumenti pubbliċi fl-Unjoni Ewropea u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, Niżguraw il-ġustizzja fl-UE - strateġija Ewropea għat-taħriġ ġudizzjarju għall-2021-2024  (COM/2020/713 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tal-vittmi (2020-2025) (COM/2020/258 final)

5.Tfal f’sitwazzjonijiet transfruntiera

5.1.Ġustizzja ċivili

Ir-Regolament dwar id-diġitalizzazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja f’materji ċivili, kummerċjali u kriminali transfruntiera, u li jemenda ċerti atti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja (2023/2844)

Ir-Regolament dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta’ xhieda f’materji ċivili jew kummerċjali (2020/1783/UE)

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u dwar sekwestru internazzjonali ta’ minuri (2019/1111/UE)

Ir-Regolament li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (riformulazzjoni) (2013/604/UE)

Ir-Regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (2009/4/KE)

Id-Direttiva tal-Kunsill biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn (2002/8/KE)

5.2.Moviment liberu

Id-Direttiva dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (2004/38/KE)

Il-Gwida tal-Kummissjoni dwar id-dritt tal-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom (C/2023/8500 final)

5.3.Migrazzjoni

Ir-Regolament dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (2019/1896/ UE)

Ir-Regolament dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (2018/1860/UE)

Ir-Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fil-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (2018/1861/UE)

Ir-Regolament dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (2018/1862/UE)

Id-Direttiva li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (2013/33/UE)

Id-Direttiva dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (2013/32/UE)

Id-Direttiva dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment  (2008/115/KE)

Id-Direttiva dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja  (2003/86/KE)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027 (COM/2020/758 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil (COM/2020/609 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tat-tfal migranti (COM/2017/211 Final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Politika tar-Ritorn tal-UE (COM/2014/199 final)

6.Prijorità globali tal-UE

6.1.Neliminaw it-tħaddim tat-tfal

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ix-xogħol deċenti madwar id-dinja għal tranżizzjoni globali ġusta u rkupru sostenibbli (COM/2022/66 final)

6.2.Azzjoni esterna

Id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja (2008/C25/01)

Il-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (2017) - Ma neskludu lill-ebda tifel jew tifla

Linji Gwida tal-UE dwar it-tfal f’kunflitt armat, aġġornati fl-2008

Il-Linji Gwida tal-UE dwar il-Vjolenza kontra n-Nisa u l-Bniet u l-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni kontrihom (2008)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-azzjoni umanitarja tal-UE: sfidi ġodda, l-istess prinċipji (COM/2021/110 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Edukazzjoni f’Emerġenzi u Kriżijiet fit-Tul  (COM/2018/304 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Is-saħħa tas-sħubijiet kummerċjali:flimkien għal tkabbir ekonomiku ekoloġiku u ġust (COM/2022/409 final)

Il-Komunikazzjoni Konġunta dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020–2024 (JOIN/2020/5 final)

Il-Komunikazzjoni Konġunta dwar il-Pjan ta’ Azzjoni għaż-Żgħażagħ (YAP) fl-azzjoni esterna tal-UE 2022–2027 Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom fl-azzjoni esterna tal-UE għall-iżvilupp sostenibbli, l-ugwaljanza u l-paċi (JOIN/2022/53 final)

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-edukazzjoni f’emerġenzi fl-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja ffinanzjati mill-UE (SWD/2019/150 final)

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-Protezzjoni Umanitarja: It-titjib tal-eżiti tal-protezzjoni biex jitnaqqsu r-riskji għan-nies fi kriżijiet umanitarji (SWD/2016/183 final)

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fl-Għajnuna Umanitarja: Ħtiġijiet Differenti, Assistenza Adattata (SWD/2013/290 final)

Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar l-Indirizzar tas-Sottonutrizzjoni f’Emerġenzi (SWD/2013/72 final)

L-Indikatur tal-Ġeneru tal-Età tad-DĠ ECHO 2014

Il-Gwida Teknika tad-DĠ ECHO dwar l-Integrazzjoni tal-Protezzjoni Indikatur Ewlieni tal-Eżitu u Għodda ta’ Monitoraġġ (Frar 2021)

Id-Dokument ta’ Politika Tematika 2016 tad-DĠ ECHO dwar it-Titjib tal-Eżiti tal-Protezzjoni biex Jitnaqqsu r-Riskji għal Persuni fi Kriżijiet Umanitarji

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Edukazzjoni f’Emerġenzi u Kriżijiet fit-Tul (COM/2018/304 final)

In-Nota ta’Gwida tad-DĠ ECHO dwar it-Tħejjija għad-Diżastri (2021)

6.3.Tibdil fil-klima u perikli ambjentali

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM/2019/640 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM/2020/788 final)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Insawru Ewropa reżiljenti għall-klima — l-Istrateġija l-ġdida tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima (COM/2021/82 final)

Il-Linji Gwida dwar l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-istrateġiji u l-pjanijiet ta’ adattament tal-Istati Membri (2023/C 264/01)

Ir-Regolament li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika (2021/1119/UE)

7.Appoġġ mill-UE

Il-programm Ċittadini, Ugwaljanza, Drittijiet u Valuri (CERV) 2

·Ugwaljanza, Drittijiet u Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, inkluża s-Sejħa għad-Drittijiet tat-Tfal

·Is-Sejħa Daphne

Il-programm dwar il-Ġustizzja 3 , inkluża s-sejħa għall-appoġġ ta’ proġetti transnazzjonali dwar it-taħriġ ġudizzjarju li jkopri l-liġi ċivili, il-liġi kriminali jew id-drittijiet fundamentali (JUST-JTRA)

Il-Programm tas-Suq Uniku (SMP, Single Market Programme) 4

Programm tal-Konsumaturi 5

Il-Fond għas-Sigurtà Interna , inkluża s-sejħa dwar l-abbuż sesswali tat-tfal 6 (ISF-2021-TF1-AG-CYBER)

Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 7  

L-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi 8  

Il-Fond Soċjali Ewropew Plus 9  

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 10

Il-Fond ta’ Koeżjoni 11  

Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta 12

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura 13  

Il-Qafas ta’ monitoraġġ tal-UE għall-Garanzija Ewropea għat-Tfal 14

L-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku 15 , inkluż:

· L-Inizjattiva ewlenija dwar ir-Riforma tad-Demokrazija u l-Istat tad-Dritt 16  

· L-inizjattiva ewlenija dwar l-Implimentazzjoni tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal (l-Inizjattiva ewlenjia IŻ-ŻGĦAŻAGĦ L-EWWEL)

·L-inizjattiva ewlenija dwar it-Tisħiħ tal-kapaċità ta’ akkoljenza u akkomodazzjoni għall-migranti

Il-Programm l-UE għas-Saħħa 17

Il-Programm Ewropa Diġitali 18 : rapport finanzjarju lin-Netwerk ta’ Ċentri għal Internet Aktar Sikur u l-pjattaforma Internet Aħjar għat-Tfal (BIK, Better Internet for Kids)

Il-programm Erasmus + 19 , inkluż:

· Is-Sejħa għal Proġetti ta’ Sperimentazzjoni Politika 2024

· Is-Sħubijiet għall-Kooperazzjoni taħt l-Azzjoni Ewlenija 2 (KA2)

Il-programmi Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni 20 - Orizzont 2020 (2014–2020) u Orizzont Ewropa (2021–2027), inklużi:

·Orizzont 2020: L-Isfida tas-Soċjetà 1 — Saħħa, tibdil demografiku u benesseri 21  

·Orizzont 2020: L-Isfida tas-Soċjetà 6 — Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi 22

·Orizzont Ewropa (2021-2027): Cluster 2 — Kultura, Kreattività u Soċjetà Inklużiva 23

·Orizzont Ewropa (2021-2027): Cluster 3 — Sigurtà ċivili għas-soċjetà 24

·Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC, European Research Council) 25

Il-Programm InvestEU 26

8.Konvenzjonijiet Internazzjonali rilevanti fil-qasam tad-drittijiet tat-tfal

8.1.Organizzazzjonijiet Internazzjonali tax-Xogħol

Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għal Dħul f’Impjieg, Nru 138 (1973)  

Il-Konvenzjoni rigward il-Projbizzjoni u l-Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom tax-Xogħol tat-Tfal, Nru 182 (1999)

8.2.Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat

Il-Konvenzjoni tal-25 ta’ Ottubru 1980 dwar l-Aspetti Ċivili tal-Ħtif Internazzjonali ta’ Minuri  

Il-Konvenzjoni tad-19 ta’ Ottubru 1996 dwar il-Ġuriżdizzjoni, il-Liġi Applikabbli, Rikonoxximent, Infurzar u Kooperazzjoni dwar ir-Responsabbiltà tal-Ġenituri u Miżuri għall-Protezzjoni tat-Tfal

Il-Konvenzjoni tat-23 ta’ Novembru 2007 dwar l-Irkupru Internazzjonali tal-Manteniment għat-Tfal u Forom Oħra ta’ Manteniment tal-Familja

Il-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat, il-Protokoll dwar il-Liġi applikabbli għall-Obbligi ta’ Manteniment, 2007.

8.3.Oħrajn

Il-Protokoll għall-Prevenzjoni, it-Trażżin u l-Ikkastigar tat-Traffikar ta’ Persuni, speċjalment ta’ Nisa u Tfal, li jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali

9.Dokumenti rilevanti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA, Fundamental Rights Agency)

Mapping Child Protection Systems in the EU – (Immappjar tas-Sistemi għall-Protezzjoni tat-Tfal fl-UE) aġġornament tal-2023|

Guardianship for unaccompanied children - A manual for trainers of guardians (Tutela għal tfal mhux akkumpanjati — Manwal għall-ħarrieġa tal-kustodji)

EUAA-FRA Practical Tool for Guardians - Introduction to international protection

EUAA-FRA Practical Tool for Guardians - The asylum procedure

Practical Tool for Guardians - Temporary protection for unaccompanied children fleeing Ukraine (Għodda Prattika għall-Gwardjani — Protezzjoni temporanja għat-tfal mhux akkumpanjati li qed jaħarbu mill-Ukrajna)

Children in migration: fundamental rights at European borders (Tfal fil-migrazzjoni: drittijiet fundamentali fil-fruntieri Ewropej)

Manwal dwar il-liġi Ewropea relatata mad-drittijiet tat-tfal - edizzjoni tal-2022

Practical guidance for protecting unaccompanied children in the relocation process (Gwida prattika għall-protezzjoni tat-tfal mhux akkumpanjati fil-proċess ta’ rilokazzjoni)

Tfal imċaħħda mill-kustodja li jinsabu fi Stat Membru tal-UE differenti minn dak tagħhom stess

Mapping minimum age requirements concerning the rights of the child in the EU (L-immappjar tar-rekwiżiti tal-età minima dwar id-drittijiet tat-tfal fl-UE)

Guardianship for children deprived of parental care (Awtorità tal-ġenituri għal tfal nieqsa mill-kura tal-ġenituri)

Manwal dwar il-liġi Ewropea dwar l-ażil, il-fruntieri u l-immigrazzjoni

Child Trafficking in the EU - Challenges, perspectives and good practices (It-traffikar tat-Tfal fl-UE — Sfidi, perspettivi u prattiki tajbin)

Ġustizzja adattata għat-tfal — Lista ta’ kontroll għall-professjonisti

(1)    Din il-lista ma hijiex eżawrjenti.
(2)     Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (2021/692/UE)
(3)     Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm dwar il-Ġustizzja (2021/693/UE)
(4)   Ir-Regolament li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) (2021/690/UE)
(5)   Ir-Regolament li jistabbilixxi programm għas-suq intern, għall-kompetittività tal-intrapriżi, inkluż l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, għall-qasam tal-pjanti, l-annimali, l-ikel u l-għalf, u għall-istatistika Ewropea (Programm tas-Suq Uniku) (2021/690/UE)
(6)     Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (2021/1149/UE)
(7)     Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (2021/1147/UE)
(8)     Ir-Regolament li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (2021/1148/UE)
(9)     Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE +) (2021/1057/UE)
(10)     Ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (2021/1058/UE)
(11)     Ir-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni (2021/1058/UE)
(12)     Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (2021/1056/UE)
(13)     Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (2021/1139/UE)
(14)     Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal (2021/1004/UE)
(15)     Ir-Regolament li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (2021/240/UE)
(16)    Ara pereżempju l-proġett dwar sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal u l-istabbiliment ta’ djar tat-tfal (Barnahus) bħala parti mill-Inizjattiva Ewlenija dwar it-Tisħiħ tad-Demokrazija u l-Istat tad-Dritt.
(17)     Ir-Regolament li jistabbilixxi Programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa (“il-Programm l-UE għas-Saħħa”) għall-perjodu 2021–2027 (2021/522/UE). Ara pereżempju żewġ proġetti biex jiġu implimentati l-aħjar prattiki għall-appoġġ ta’ tfal vulnerabbli, li bdew fil-bidu tal-2023; il-proġett dwar l-ewwel għajnuna psikoloġika lill-persuni spostati/tfal mill-Ukrajna beda fl-2023; is-sejħa għall-offerti dwar programm ta’ skambju ta’ taħriġ multidixxiplinari għall-professjonisti tas-saħħa u professjonisti oħra li jaħdmu fil-komunità ma’ gruppi speċifiċi tal-popolazzjoni, inklużi għalliema fl-iskejjel, u s-sejħa għall-aħjar prattiki u prattiki promettenti dwar is-saħħa mentali, inkluż dwar it-tfal u ż-żgħażagħ “Il-Pjan tal-Ewropa biex Jingħeleb il-Kanċer, l-inizjattiva ewlenija ‘Għajnuna għat-Tfal bil-Kanċer’”
(18)     Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Diġitali (2021/694/UE)
(19)     Ir-Regolament li jistabbilixxi Erasmus +: Il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (2021/817/UE)
(20)     Ir-Regolament li jistabbilixxi Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu (2021/695/UE)
(21)    Ara pereżempju l-proġetti: RefugeesWellSchool — Interventi preventivi bbażati fl-iskejjel għall-promozzjoni tal-benesseri mentali tal-adolexxenti refuġjati u migranti; Ħajja ugwali — Kwalità Ambjentali Bikrija u effetti fuq is-saħħa mentali tul il-ħajja; u ATHLETE — Għodod Avvanzati għar-Riċerka u t-Traduzzjoni ta’ Espożizzjoni Bikrija għall-Ħajja Umana
(22)    Ara pereżempju l-proġett REFUGE-ED — Prattiki effettivi fl-edukazzjoni, is-saħħa mentali u l-appoġġ psikosoċjali għall-integrazzjoni tat-tfal refuġjati.
(23)    Ara pereżempju l-proġetti: SCIREARLY - Politiki u prattiki bbażati fuq riċerka xjentifika għat-tnaqqis tar-riżultati insuffiċjenti u t-tluq bikri mill-iskola fl-Ewropa; LETSCARE - Lets Care: Il-bini ta’ skejjel sikuri u ta’ kura biex titrawwem l-inklużjoni edukattiva u l-kisba tal-iskejjel; CLEAR - Il-bini ta’ riżultati tat-tagħlim fl-Ewropa: Analiżi f’diversi livelli tar-riżultati (insuffiċjenti) tul il-ħajja.
(24)    Ara pereżempju l-proġetti: 2PS — Prevenzjoni u Protezzjoni permezz tal-Appoġġ; ISEDA: Soluzzjonijiet Innovattivi biex jiġi Eliminat l-Abbuż Domestiku; IMPROVE: It-titjib tal-Aċċess għas-Servizzi għall-Vittmi tal-Vjolenza Domestika billi tiġi Aċċellerata l-Bidla fl-Organizzazzjonijiet ta’ Rispons Frontline.
(25)    Ara pereżempju l-proġetti: MAD2bully – Motivazzjonijiet fil-livell Awtomatiku u Deliberat ta’ bullying; CHALLENGE – Każijiet ta’ bullying persistenti: lejn approċċi ta’ intervent imfassla biex tiġi massimizzata l-effiċjenza; Outside-in – Il-mod kif il-bullying fl-Adolexxenza Jidħol fil-Moħħ u Taħt il-Ġilda.
(26)     Ir-Regolament li jistabbilixxi l-Programm InvestEU (2021/523/UE): Il-Fond InvestEU - Unjoni Ewropea (europa.eu)