02001R0999 — MT — 07.09.2021 — 057.002
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
IR-REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta' Mejju 2001 (ĠU L 147 31.5.2001, p. 1) |
Emendat bi:
Emendat bi:
L 236 |
33 |
23.9.2003 |
Ikkoreġut bi:
IR-REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL (KE) Nru 999/2001
tat-22 ta' Mejju 2001
li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered.
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Skop
Dan ir-Regolament m' għandux japplika għal:
Prodotti kożmetiċi jew mediċinali jew tagħmir mediku, jew għall-materjal tal-bidu tagħhom jew prodotti intermedjarji;
Prodotti li mhumiex maħsuba għall-użu fl-ikel tal-bnedmin, ġwież ta' l-annimali jew fertilizzanti, jew għall-materjali tal-bidu jew prodotti intemedjarji tagħhom.
Prodotti mill-annimali maħsuba għall-wiri, tagħlim, riċerka xjentifika, studji jew analiżi speċjali, kemm-il darba dawn il-prodotti mhumiex eventwalment ikkonsmati jew użati mill-bnedmin minbarra dawk miżmuma għall-proġett ta' riċerka in kwistjoni;
Annimali ħajjin uzati għal jew maħsuba għall-użu fir-riċerka.
Artikolu 2
Separazzjoni ta' annimali ħajjin u prodotti mill-annimali
Sabiex tiġi evitata kontaminazzjoni inkroċjata jew sostituzzjoni bejn l-annimali ħajjin jew tal-prodotti mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(1) u l-prodotti mill-annimali li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(2)(a), (b) u (ċ), jew l-annimali ħajjin li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(2)(d), għandhom jiżammu separati f' kull ħin kemm-il darba dawn l-annimali jew prodotti ta’ oriġini ta’ l-annimali jiġu prodotti ta’ l-anqas taħt l-istess kondizzjonijiet ta' ħarsien tas-saħħa fir-rigward ta’ TSEijiet.
Għandhom jiġu adottati regoli għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu b’mod konformi mal-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).
Artikolu 3
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
TSE: kull enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu minbarra dawk il jiġru fil-bniedem;
it-tqegħid fis-suq ta’ kull operazzjoni li l-għan tagħha huwa li jinbiegħu annimali ħajjin jew prodotti mill-annimali koperti minn dan ir-Regolament lil terz fil-Komunità, jew f’kull forma oħra ta' provvista bi ħlas jew b' xejn għal tali terz jew ħażna sabiex jiġi provdut lit-tali terz;
materjali tal-bidu: materjal prima jew kull prodott ieħor mill-annimali li minnu, jew li bl-għajnuna tiegħu, il-prodotti li għalihom saret referenza fl-Artikolu 1(2)(a) u (b) jiġu prodotti;
awtorità kompetenti: l-awtorità ċentrali ta' kull Stat Membru kompetenti li taċċerta konformità mal-ħtiġiet ta' dan ir-Regolament jew kull awtorità li lilha dik l-awtorità ċentrali tkun iddelegat dik il-kompetenza, b’mod partikolari għall-kontroll tal-ġwież; għandha tinkludi wkoll, fejn xieraq, l-awtorità korrispondenti f'kull pajjiż
kategorija: waħda mill-kategoriji ta’ klassifika li għaliha saret referenza f’Kapitolu Ċ ta’ l-Anness II;
materjal speċifikat riskjuż: It-tessuti speċifikati fl-Anness V; kemm-il darba mhux indikat mod ieħor, ma jinkludix prodotti li jkun jinsab fihom jew ikunu derivati minn dawk it-tessuti;
annimali suspettati bħala infettati b'kull TSE: annimali ħajjin, maqtula jew mejta, li juru jew urew diżordnijiet newroloġiċi jew ta' komportament jew deterjorazzjoni progressiva tal-kondizzjoni ġenerali abbinata ma' nuqqas fis-sistema nervuza ċentrali u li għalihom l-informazzjoni miġbura abbażi ta' eżami kliniku, risposta għal trattament, kull eżami post-mortem jew kull analiżi ante jew post mortem fil-laboratorju ma jippermettux li tiġi stabbilita kull dijanjosi alternattiva. L-enċefalopatija sponġiformi ta’ l-ifrat (BSE) għandha tkun suspettata f'annimali ta’ l-ifrat li pproduċew riżultat pożittiv minn kull prova rapida speċifikament għall-BSE;
azjenda: kull post li fih jinżammu, jitrabbew jew jintwerew lill-pubbliku annimali koperti minn dan ir-Regolament;
kampjonament: it-teħid ta' kampjuni, li jaċċertaw kull rappreżentanza statistikament korretta, minn annimali jew l-ambjent tagħhom, jew minn prodotti mill-oriġini ta’ annimali, għall-għan li jiġi stabbilit kull djanjosi ta' marda, relazzjonijiet familjali, għas-sorveljanza tas-saħħa, jew għas-sorveljanza ta' l-assenza ta' aġenti mikrobioloġiċi jew ċertu materjali fi prodotti mill-annimali;
fertilizzanti: kull sostanza li jkun jinsab fiha prodotti mill-annimali utilizzati fl-art sabiex ittejjeb it-tkabbir tal-veġetazzjoni; tista' tinkludi residwi tad-diġestjoni minn prodotti tal-bio-gas jew komposjar;
“testijiet rapidi”: il-metodi ta' stħarriġ fl-Anness X, li r-riżultati tagħhom ikunu magħrufa fi żmien 24 siegħa;
test alternattiv: it-testijiet li għalihom saret referenza fl-Artikolu 8(2) li jintużaw bħala alternativ għall-irtirar ta' materjal speċifikat riskjuż;
“laħam rikoverat mekkanikament” jew “MSM” jfisser prodott miksub meta l-laħam jitneħħa mill-għadam li jkollu i-laħam wara li jiġi ddissussat, bl-użu ta' mezzi mekkaniċi li jirriżulta fit-telf jew il-modifika ta' l-istruttura tal-fibra muskolari;
“sorveljanza passiva”: ir-rappurtaġġ ta' l-annimali kollha suspettati li huma infettati b'TSE u, fejn it-TSE ma tistax tiġi eskluża minn investigazzjonijiet kliniċi, l-ittestjar fil-laboratorju ta' dawn l-annimali;
“sorveljanza attiva”: l-ittestjar ta' annimali mhux rapportati bħala suspettati li huma infettati minn TSE, bħal annimali maqtula f'emerġenza, annimali b'osservazzjonijiet fi spezzjoni ante mortem, annimali misjuba mejta, annimali b'saħħithom maqtula u annimali maqtula minħabba każ ta' TSE b'mod partikolari biex tiġi determinata l-evoluzzjoni u l-prevalenza tat-TSE f'pajjiż jew reġjun tiegħu.
Artikolu 4
Miżuri ta’ Salvagwardja
KAPITOLU II
DETERMINAZZJONI TA' L-ISTAT TAL-BSE
Artikolu 5
Klassifika
L-istatus tal-BSE ta' l-Istati Membri jew ta' pajjiżi terzi jew ta' reġjuni tagħhom (minn hawn 'il quddiem ''pajjiżi jew reġjuni'') għandu jiġi determinat b' klassifikazzjoni f'wieħed mit-tliet kategoriji li ġejjin:
L-istatus tal-BSE ta' pajjiżi jew reġjuni jista' jiġi determinat biss fuq il-bażi tal-kriterji stipulati fl-Anness II, Kapitolu A. Dawn il-kriterji għandhom jinkludu r-riżultat ta' analiżi ta' riskju fuq il-bażi tal-fatturi potenzjali kollha għall-preżenza ta' enċifalopatija sponġiformi bovina kif imsemmi fl-Anness II, Kapitolu B, u l-iżvilupp tagħhom biż-żmien, kif ukoll miżuri komprensivi għas-sorveljanza attiva u passiva billi titqies il-kategorija ta' riskju tal-pajjiż jew reġjun.
Stat Membru u pajjiżi terzi li jixtiequ jinżammu fuq il-lista ta' pajjiżi terzi approvati għall-esportazzjoni fil-Komunità ta' l-annimali ħajjin jew tal-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, għandhom jippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni biex jiġi determinat l-istatus tal-BSE tagħhom, flimkien ma' l-informazzjoni relevanti dwar il-kriterji stabbiliti fl-Anness II, Kapitolu A, u fuq il-fatturi ta' riskju potenzjali fl-Anness II, Kapitolu B, u l-iżvilupp tagħhom biż-żmien.
Din id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' l-applikazzjoni u l-informazzjoni rilevanti li għaliha saret referenza fit-tieni inċiż tal-paragrafu 1. Jekk il-Kummissjoni ssib li x-xhieda li tappoġġja ma tinkludix informazzjoni stabbilita fl-Anness II, Kapitoli A u B, għandha titlob informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi provduta fi żmien speċifikat. Id-deċiżjoni finali għandha mbagħad tittieħed fi żmien sitt xhur mill-għoti ta’ kull informazzjoni.
Wara li l-Uffiċċju Internazzjonali ta' Mard Epiżootiku (UIE) ikun waqqaf kull proċedura għall-klassifika ta' pajjiżi skond il-kategorija u jekk ikun qiegħed il-pajjiż applikant f'waħda minn dawn il-kategoriji, kull stima mill-ġdid tal-kategorizzazzjoni tal-Komunità tal-pajjiż konċernat b’mod konformi ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, jjista’ jiġi deċiż, kif xieraq, skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2).
Tali analiżi tar-riskji għandha tinkludi kull stħarriġ statistiku konklużiv tas-sitwazzjoni epidemjoloġika dwar EST fl-Istat Membru jew pajjiż terz applikant, abbażi ta' l-użu, f’kull proċedura ta' screening, ta' testijiet rapidi. Il-Kummissjoni għandha tieħu akkont tal-kriterji ta' klassifika użati mill-UIE.
It-testijiet rapidi għandhom jiġu approvati għal dan l-għan skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3) u mdaħħla f'kull lista stabbilita fl-Anness X, Kapitolu C, punt 4.
Tali proċedura ta' screening tista' wkoll tintuża mill-Istati Membri jew pajjiżi terzi li jixtiequ li jkollhom il-klassifika li wettqu fuq dak is-sisien approvat mill-Kummissjoni - skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 24(2).
L-ispejjeż ta' tali proċedura ta' screening għandhom ikunu fuq l-Istat Membru jew pajjiż terz konċernat.
L-eliġibbiltà ta' pajjiżi terzi biex jesportaw fil-Komunità annimali ħajjin, jew prodotti ta’ oriġini mill-annimali li għalihom dan ir-Regolament jipprovdi regoli speċifiċi, taħt kondizzjonijiet ibbażati fuq il-kategorjia tagħhom kif stabbilit mill-Kummissjoni, jiddependi fuq is-sottoskrizzjoni tagħhom li javżaw 'il dan ta' l-aħħar bil-miktub mill-aktar fis possibbli dwar kull evidenza epidemjoloġika jew xorta oħra li tista' twassal għal tibdil fl-istat ta’ l-ESB.
KAPITOLU III
PREVENZJONI TA' EST
Artikolu 6
Sistema ta' sorveljanza
Testijiet rapidi għandhom jiġu approvati għal dak l-għan skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(3) u mniżżla fl-Anness X.
Il-programm annwali ta' monitoraġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu mill-inqas ikopri s-subpopolazzjonijiet li ġejjin:
l-annimali bovini kollha ta' età 'l fuq minn 24 xahar mibgħuta għal qtil ta' emerġenza jew b'osservazzjonijiet fi spezzjonijiet ante mortem,
l-annimali bovini kollha ta' età 'l fuq minn 30 xahar maqtula b'mod normali għall-konsum uman,
l-annimali bovini kollha ta' età 'l fuq minn 24 xahar mhux maqtula għall-konsum uman, li jkunu mietu jew inqatlu fir-razzett, waqt it-trasport jew f'biċċerija (annimali misjuba mejta).
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jidderogaw mid-dispożizzjoni taħt il-punt (ċ) f'inħawi remoti b'densità baxxa ta' annimali, fejn m'hemmx ġbir organizzat ta' annimali mejta. Stati Membri li jagħmlu użu minn din il-possibilità għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni u jippreżentaw lista ta' l-inħawi kkonċernati flimkien ma' ġustifikazzjoni għad-deroga. Id-deroga m'għandhiex tkopri iżjed minn 10 % tal-popolazzjoni bovina fi Stat Membru.
Fuq talba ta' Stat Membru li jista' juri t-titjib tas-sitwazzjoni epidemjoloġika tal-pajjiż, skond ċerti kriterji li jridu jiġu stipulati bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(3), il-programmi annwali ta' monitoraġġ għal dak l-Istat Membru partikolari jistgħu jiġu riveduti.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jipprovdi prova tal-kapaċità tiegħu li jiddetermina l-effettività tal-miżuri applikati u jiżgura l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali bbażata fuq analiżi ta' riskju komprensiva. L-Istat Membru għandu juri b'mod partikolari:
prevalenza tal-BSE li tkun qed tonqos b'mod ċar jew li tkun baxxa b'mod konsistenti, ibbażata fuq riżultati ta' ttestjar li jkunu aġġornati;
li jkun implimenta u inforza skema sħiħa għall-ittestjar tal-BSE għal mill-inqas sitt snin (leġiżlazzjoni Komunitarja dwar it-traċċabilità u l-identifikazzjoni ta' annimali ħajjin u dwar is-sorveljanza tal-BSE);
li jkun implimenta u inforza għal mill-inqas sitt snin leġiżlazzjoni Komunitarja dwar projbizzjoni sħiħa ta' l-għalf għall-annimali fl-irziezet.
Artikolu 6a
Programmi ta' tnissil
Artikolu 7
Projbizzjonijiet dwar tmigħ ta' l-annimali
Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(3), fuq bażi ta' evalwazzjoni xjentifika tal-bżonnijiet tad-dieta ta' annimali żgħar li jixtarru u soġġetta għar-regoli adottati għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu li għalihom hemm dispożizzjoni fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, u wara evalwazzjoni ta' l-aspetti ta' kontroll ta' din id-deroga, li tippermetti l-għalf bi proteini ġejjin mill-ħut lill-annimali ż-żgħar ta' speċi li jixtarru.
Pajjiżi terzi, jew reġjuni tagħhom, b'riskju ta' BSE mhux determinat m'għandhomx jiġu permessi li jesportaw lejn il-Komunità għalf intenzjonat għall-annimali fl-irziezet li jkollu fih proteini derivati minn mammiferi jew għalf intenzjonat għall-mammiferi, ħlief għalf għall-klieb, għall-qtates u għall-annimali bil-pil, li jkollu fih proteini proċessati derivati mill-mammiferi.
Fuq it-talba ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz tista' tittieħed deċiżjoni, skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2), skond kriterji dettaljati li għandhom jiġu stabbiliti, biex jingħataw eżenzjonijiet individwali mir-restrizzjonijiet f'dan il-paragrafu. Kwalunkwe eżenzjoni għandha tikkunsidra d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3.
Artikolu 8
Materjal riskjuż speċifikat
L-Istati Membri li jawtorizzaw l-użu ta' test alternattiv skond dan il-paragrafu għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.
Artikolu 9
Prodotti li joriġinaw mill-annimali derivati minn jew li jkun jinsab fihom materjal ruminanti.
Il-Kummissjoni għandha b'hekk tippreżenta komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa u l-użu fil-futur ta' l-MSM fil-Komunità, inkluża l-politika ta' l-informazzjoni fir-rigward tal-konsumaturi.
Artikolu 10
Programmi ta' edukazzjoni
KAPITOLU IV
KONTROLL U ERADIKAZZJONI TA' EST
Artikolu 11
Notifika
Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 82/894/KEE ( 8 ), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull annimal suspettat li huwa infettat b'EST jiġi nnotifikat minnufih lill-awtoritajiet kompetenti.
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill-Kummissjoni regolarment dwar każijiet notifikati ta' EST.
L-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien tieħu l-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' miżuri oħra meħtieġa.
Artikolu 12
Miżuri fir-rigward ta’ annimali suspettati
Jekk TSE jkun uffiċjalment suspettat f'annimal bovin f'azjenda fi Stat Membru, l-annimali l-oħra kollha bovini f'dik l-azjenda għandhom jitqiegħdu taħt restrizzjoni uffiċjali fuq il-moviment sakemm ir-riżultati ta' l-eżami jkunu disponibbli. Jekk TSE jkun uffiċjalment suspettat f'annimali ovini u kaprini f'azjenda fi Stat Membru, l-annimali l-oħra kollha ovini jew kaprini f'dik l-azjenda għandhom jitqiegħdu taħt restrizzjoni uffiċjali fuq il-moviment sakemm ir-riżultati jkunu disponibbli.
Madankollu, jekk ikun hemm evidenza li l-azjenda fejn l-annimal kien jinsab meta t-TSE kienet suspettata mhix l-azjenda fejn l-annimal seta' kien espost għat-TSE, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li l-unika annimal suspettat li hu infettat għandu jitqiegħed taħt restrizzjoni uffiċjali fuq il-moviment.
Jekk jitqies meħtieġ, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi ukoll li azjendi oħrajn jew l-azjenda esposta biss għandha titqiegħed taħt kontroll uffiċjali skond l-informazzjoni epidemjoloġika disponibbli.
Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) u bħala deroga mir-restrizzjonijiet uffiċjali fuq il-moviment previsti f'dan il-paragrafu, l-Istat Membru jista' jiġi eżonerat milli jimplimenta dawn ir-restrizzjonijiet jekk japplika miżuri li joffru salvagwardji ekwivalenti bbażati fuq evalwazzjoni xierqa tar-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimal.
Artikolu 13
Miżuri wara l-konferma tal-preżenza ta' EST
Meta tiġi kkonfermata uffiċjalment il-preżenza ta' EST, għandhom jiġu applikati l-miżuri segwenti mill-aktar fis possibbli:
il-partijiet kollha tal-ġisem ta' l-annimal għandhom jiġu eliminati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 barra mill-materjal miżmum għar-reġistri skond l-Anness III, Kapitolu B ta' dan ir-Regolament;
kull inkjesta għandha titwettaq biex jiġu identifikati l-annimali kollha taħt riskju skond l-Anness VII, punt 1;
l-annimali kollha u l-prodotti tagħhom li qegħdin f'riskju, kif imniżżla fl-Anness VII, punt 2 ta' dan ir-Regolament, identifikati b'inkjesta msemmija f'punt (b) ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu maqtula u eliminati skond ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002.
Fuq it-talba ta' Stat Membru u bbażata fuq evalwazzjoni favorevoli tar-riskju fil-waqt li b'mod partikulari jqis il-miżuri ta' kontroll f'dak l-Istat Membru, tista' tittieħed deċiżjoni skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2) biex ikun permess l-użu ta' l-annimali bovini msemmija f'dan il-paragrafu sa tmiem iż-żmien fertili tagħhom.
Permezz ta' deroga mid-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu, Stat Membru jista' japplika miżuri oħra li joffru livell ta' protezzjoni ekwivalenti bbażat fuq evalwazzjoni favorevoli tar-riskju skont l-Artikoli 24a u 25, b'kunsiderazzjoni b'mod partikulari tal-miżuri ta' kontroll f'dak l-Istat Membru, jekk dawk il-miżuri ġew approvati skont il-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 24(2).
Jekk hemm xhieda li l-azjenda fejn l-annimal affettwat kien preżenti meta ġiet konfermata l-EST li x'aktarx m’hijiex l-azjenda fejn l-annimal ġie espost għall-EST, l-awtorità kompetenti tista' tiddeċiedi li ż-żewġ azjendi jew l-azjenda fejn ġie espost titqiegħed taħt kontroll uffiċjali.
Artikolu 14
Pjan ta’ kontinġenza
KAPITOLU V
IT-TQEGĦID FIS-SUQ U ESPORTAZZJONI
Artikolu 15
Annimali ħajjin, is-semene, l-embrijuni u l-ova tagħhom.
Artikolu 16
It-tqegħid fis-suq ta' prodotti derivati minn annimali
Il-prodotti segwenti derivati minn annimali minn ruminanti b'saħħithom m’għandhomx ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet dwar tqegħid fis-suq, jew jekk meħtieġ, esportazzjoni skond dan l-Artikolu, ta' l-Anness VIII, Kapitoli Ċ u D, u ta' l-Anness IX, Kapitolu A, Ċ, F u G:
Prodotti dervati mill-annimali koperti mill-Artikolu 15, u b’mod partikolari semene, embrjoni u ova;
ħalib u prodotti tal-ħalib, ġlud u ġild, u ġelatina u collagen ġejjin minn ġlud u ġild.
Prodotti ta' l-ikel li joriġinaw mill-annimali li fihom materjal miksub minn annimali bovini li joriġinaw f'pajjiż jew reġjun b'riskju tal-BSE mhux determinat m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq kemm-il darba ma jkunux ġejjin minn:
annimali mwielda tmien snin wara d-data minn meta kienet effettivament infurzata l-projbizzjoni ta' l-għalf ta' proteini ġejjin minn annimali mammiferi lill-annimali li jixtarru; u
annimali li twieldu, trabbew u baqgħu f'merħliet bi storja ċċertifikata ta' ħelsien mill-BSE għal mill-inqas seba' snin.
Barra minn hekk, prodotti ta' l-ikel li ġejjin minn annimali li jixtarru m'għandhomx jintbagħtu minn Stat Membru jew minn reġjun tiegħu b'riskju mhux determinat tal-BSE lil Stat Membru ieħor jew ikunu impurtati minn pajjiż terz b'riskju mhux determinat tal-BSE.
Din il-projbizzjoni m'għandhiex tapplika għal prodotti li joriġinaw minn annimali elenkati fl-Anness VIII, Kapitolu C, u li jilħqu r-rekwiżiti ta' l-Anness VIII, Kapitolu C.
Dawn għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa ta' l-annimali maħruġ minn veterinarju uffiċjali li jiċċertifika li ġew prodotti f'konformità ma' dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Skond il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2), iċ-ċertifikati tas-saħħa li għalihom saret referenza fl-Anness F għad-Direttiva 64/432/KEE, Mudelli II u III fl-Anness E tad-Direttiva 91/68/KEE u ċ-ċertifikati tas-saħħa xierqa stabbiliti mill-liġijiet tal-Komunità dwar kummerċ fis-semene, embrijuni u ova ta' annimali ta’ l-ifrat, nagħaġ jew mogħoż għandhom jiġu supplimentati, fejn meħtieġ, b'kull referenza għall-kategorija u speċifikazzjoni tal-klassifika ta' l-Istat Membru jew ir-reġjun ta' l-oriġini mogħtija skond l-Artikolu 5.
Dokumenti kummerċjali xierqa dwar il-kummerċ f'prodotti derivati mill-annimali għandhom jiġu supplimentati, fejn meħtieġ, b'kull riferenza għall-kategorjia ta' l-Istat Membru jew reġjun ta' oriġini mogħtija mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 5.
Artikolu 18
Iċ-ċertifikati tas-saħħa xierqa dwar importazzjonijiet previsti mill-liġijiet tal-Komunità għandhom, taħt il-proċedura li għaliha saret referenza fl-Artikolu 24(2), jiġu ssupplimentati fir-rigward għal pajjiżi terzi kklassifikati f'kategorija skond l-Artikolu 5 mill-ħtiġiet speċifiċi stabbiliti fl-Anness IX, malli tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar dik il-klassifika.
KAPITOLU VI
LABORATORJI TA’ RIFERIMENT, KAMPJUNAR, PROVI U KONTROLLI
▼M57 —————
Artikolu 20
Metodi ta' kampjonaġġ u tal-laboratorju
▼M57 —————
KAPITOLU VII
DISPOSIZZJONIJIET TRANSIZZJONALI U FINALI
Artikolu 22
Miżuri transizzjonali dwar materj riskjuż speċifikat
Artikolu 23
Emendi ta' l-annessi u l-miżuri transitorji
Wara konsultazzjoni mal-kumitat xjentifiku adatt dwar kull kwistjoni li jista' jkollha impatt fuq is-saħħa pubblika, l-annessi għandhom jiġu emendati jew supplimentati u kull miżura tranżizzjonali xierqa għandha tiġi adottata skont il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3).
Skond dik il-proċedura, miżuri transitorji għandhom jiġu adottati għal perjodu li jispiċċa fl-1 ta' Lulju 2007 l-aktar tard, biex jippermetti l-bidla mill-arranġamenti kurrenti għall-arranġamenti stabbiliti b'dan ir-Regolament.
L-Artikolu 23a
Il-miżuri għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament li ġejjin, għandhom jiġu adottati skond il-proċedura regolatorja bi skrutinju msemmija fl-Artikolu 24(3):
approvazzjoni tat-testijiet rapidi msemmija fl-Artikolu 5(3) it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 6(1), l-Artikolu 8(2) u l-Artikolu 9(3),
adattament ta' l-età msemmija fl-Artikolu 6(1b),
kriterji li juru titjib tas-sitwazzjoni epidemjoloġika msemmija fl-Artikolu 6(1b),
deċiżjoni biex ikun permess l-għalf ta' annimali ta' età żgħira ta' l-ispeċi ta' ruminanti bi proteini derivati mill-ħut kif imsemmi fl-Artikolu 7(3),
kriterji għall-għoti ta' eżenzjonijiet mir-restrizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7(4a),
deċiżjoni biex jiġi introdott livell ta' tolleranza kif imsemmi fl-Artikolu 7(4a),
deċiżjoni dwar l-età kif imsemmi fl-Artikolu 8(1),
regoli li jipprovdu għal eżenzjonijiet mir-rekwiżit tat-tneħħija u qerda ta' materjal riskjuz speċifikat kif imsemmi fl-Artikolu 8(5),
proċessi ta' produzzjoni approvati skond l-Artikolu 9(1),
deċiżjoni biex ċerti dispożizzjonijiet jiġu estiżi għal speċi ta' annimali oħra kif imsemmi fl-Artikolu 15(3),
estensjoni għal prodotti oħra li joriġinaw minn annimali tad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 tal-Artikolu 16,
adozzjoni tal-metodu biex tiġi kkonfermata l-BSE fin-nagħaġ u l-mogħoż imsemmi fl-Artikolu 20(2),
emenda jew suppliment għall-annessi u adozzjoni ta' kull miżura xierqa tranżitorja msemmija fl-Artikolu 23.
Artikolu 24
Kumitati
L-iskadenzi msemmija fl-Artikolu 5(6) ta' dik id-Deċiżjoni għandhom ikunu ta' tliet xhur u, fil-każ ta' miżuri ta' salvagwardja msemmija fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament, 15-il jum.
Artikolu 24a
Deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati skond waħda mill-proċeduri msemmija fl-Artikolu 24 għandhom jissejsu fuq evalwazzjoni xierqa tar-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali u għandhom, meta wieħed iqis l-evidenza xjentifika li teżisti, iżommu, jew jekk ġustifikat xjentifikament iżidu, il-livell ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u ta' l-annimali kif żgurat fil-Komunità.
Artikolu 25
Konsultazzjoni tal-kumitati xjentifiċi
Il-kumitati xjentifiċi xierqa għandhom jiġu kkonsultati dwar kull materjal fl-għan ta' dan ir-Regolament li jista' jkollha impatt fuq is-saħħa pubblika.
Artikolu 26
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.
Għandu jibda japplika mill-1 ta' Lulju 1991.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tieghu u jkun direttament applikabbli f’kull Stat Membru.
ANNESS I
DEFINIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI
Għall-għan ta' dan ir-Regolament:
1. |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 ( 10 ), ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 11 ), ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 12 ), id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE ( 13 ) u r-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 14 ):
(a)
id-definizzjoni ta’ “annimal imrobbi” fl-Artikolu 3(6) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(b)
id-definizzjonijiet li ġejjin, fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 142/2011:
(i)
“annimali tal-pil” fil-punt 1;
(ii)
“prodotti tad-demm” fil-punt 4;
(iii)
“proteina tal-annimali pproċessata” fil-punt 5;
(iv)
“ħut mitħun” fil-punt 7;
(v)
“kollaġini” fil-punt 11;
(vi)
“ġelatina” fil-punt 12;
(vii)
“proteini idrolizzati” fil-punt 14;
(viii)
“ikel għall-annimali domestiċi fil-landa” fil-punt 16;
(ix)
“ikel għall-annimali domestiċi” fil-punt 19;
(x)
“ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi” fil-punt 20;
(c)
id-definizzjoni ta’ “għalf” fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002;
(d)
(e)
Direttiva 2006/88/KE:
(i)
“annimal tal-akkwakultura” fl-Artikolu 3(1)(b);
(ii)
“annimal akkwatiku” fl-Artikolu 3(1)(e);
(f)
id-definizzjoni ta’ “speċi fil-periklu” fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2016/1012. |
2. |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“każ indiġenu ta’ BSE” tfisser każ ta’ enċefalopatija sponġiformi bovina li ma ntweriex biċ-ċar li hu dovut għal infezzjoni qabel l-importazzjoni bħala annimal ħaj;
(b)
“koorti” tfisser grupp ta’ annimali bovini li jinkludi kemm:
(i)
annimali mwielda fl-istess merħla bħall-annimal bovin affettwat, u fi żmien 12-il xahar qabel jew wara d-data tat-twelid tal-annimal bovin affettwat; kif ukoll
(ii)
annimali li fi kwalunkwe żmien matul l-ewwel sena ta’ ħajjithom trabbew flimkien mal-annimal bovin affettwat matul l-ewwel sena ta’ ħajtu;
(c)
“każ ta’ indiċi” tfisser l-ewwel annimal f’azjenda, jew fi grupp iddefinit b’mod epidemjoloġiku, li fih hija kkonfermata infezzjoni tat-TSE;
(d)
“TSE f’ruminanti żgħar” tfisser każ ta’ enċefalopatija sponġiformi li tittieħed żvelat f’annimal ovin jew kaprin wara test ta’ konferma għal proteina PrP anormali;
(e)
“każ ta’ scrapie” tfisser każ ikkonfermat ta’ enċefalopatija sponġiformi li tittieħed f’annimal ovin jew kaprin fejn dijanjosi ta’ BSE ġiet eskluża skont il-kriterji stipulati fil-manwal tekniku ta’ referenza tal-laboratorju tal-Unjoni Ewropea dwar il-karatterizzazzjoni tal-varjetà tat-TSE f’annimali ruminanti żgħar ( 15 );
(f)
“każ ta’ scrapie klassika” tfisser każ ikkonfermat ta’ scrapie kklassifikata skont il-kriterji stipulati fil-manwal tekniku ta’ referenza tal-laboratorju tal-Unjoni Ewropea dwar il-karatterizzazzjoni tal-varjetà tat-TSE f’ruminanti żgħar;
(g)
“każ ta’ scrapie atipika” tfisser każ ikkonfermat ta’ scrapie li fih tista’ tingħaraf differenza minn scrapie klassika skont il-kriterji stipulati fil-manwal tekniku ta’ referenza tal-laboratorju tal-Unjoni Ewropea dwar il-karatterizzazzjoni tal-varjetà tat-TSE f’ruminanti żgħar;
(h)
“ġenotip tal-proteina prijonika” fl-annimali ovini tfisser taħlita ta’ żewġ alleli kif deskritt fil-punt 1 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/1003/KE ( 16 );
(i)
“każ ta’ BSE” tfisser każ ta’ BSE kklassifikat bħala tali skont il-kriterji stabbiliti fil-metodu tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali skont il-metodi u l-protokolli fil-punt 3.1 (a) u (b) tal-Kapitolu C tal-Anness X;
(j)
“każ ta’ BSE klassika” tfisser każ ta’ BSE kklassifikata bħala tali skont il-kriterji stabbiliti fil-metodu tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni ta’ iżolati tat-TSE tal-bovini ( 17 );
(k)
“każ ta’ BSE atipika” tfisser każ ta’ BSE li ma jistax jiġi kklassifikat bħala każ ta’ BSE klassika skont il-kriterji stabbiliti fil-metodu tal-laboratorju ta’ referenza tal-Unjoni Ewropea għall-klassifikazzjoni ta’ iżolati tat-TSE tal-annimali bovini;
(l)
“annimali ovini u kaprini ta’ aktar minn 18-il xahar” tfisser annimali ovini u kaprini:
(i)
li l-età tagħhom hija kkonfermata mir-reġistri jew mid-dokumenti ta’ moviment imsemmija fil-punt 1(b), (c) u (d) tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 ( 18 ), jew
(ii)
li jkollhom iktar minn żewġ sinniet inċiżi permanenti spuntati mill-ħanek;
(m)
“insetti mrobbija” tfisser annimali mrobbija, kif definit fl-Artikolu 3(6)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ta' dawk l-ispeċijiet ta' insetti li huma awtorizzati għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali skont il-punt 2 tal-Parti A tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;
(n)
“dawk li jħalltu” tfisser bdiewa li jrabbu l-bhejjem u jħalltu l-ġwież kompost għall-użu esklussiv fl-azjenda tagħhom stess;
(o)
“ċriev imrobbija u miżmuma fil-magħluq” tfisser annimali tal-familja Cervidae li jinżammu mill-bnedmin f'territorju magħluq.
(p)
“ċriev selvaġġi” tfisser annimali tal-familja Cervidae li ma jkunux miżmuma mill-bnedmin.
(q)
“ċriev semidomestikati” tfisser annimali tal-familja Cervidae li jinżammu mill-bnedmin, għalkemm mhux f'territorju magħluq. |
ANNESS II
DETERMINAZZJONI TA’ L-ISTAT TA’ ESB
KAPITOLU A
Kriterji
L-istatus BSE tal-Istati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (minn hawn 'il quddiem magħrufa bħala pajjiżi jew reġjuni) għandu jkun determinat abbażi tal-kriterji stipulati fil-punti (a) sa (e). Għall-fini ta' dan l-Anness, “BSE” teskludi l-“BSE atipika” bħala kundizzjoni li tidher li tokkorri b'mod spontanju fil-popolazzjonijiet kollha tal-bhejjem f'rata baxxa ħafna.
Fil-pajjiżi jew reġjun:
titwettaq analiżi tar-riskju skond id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu B, li tidentifika l-fatturi potenzjali kollha ta’ okkorrenza ta’ ESB u l-perspettiva storika tagħhom fil-pajjiż jew reġjun;
tinsab fis-seħħ sistema ta’ sorveljanza u monitoraġġ kontinwu ta’ l-ESB marbutin b’mod partikolari mar-riskji deskritti fil-Kapitolu B u li jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi ta’ sorveljanza stipulati fil-Kapitolu D;
jinsab fis-seħħ u għaddej programm ta’ għarfien għall-veterinarji, il-bdiewa, u l-ħaddiema involuti fit-trasport, il-kummerċjalizzazzjoni u l-qtil ta’ annimali bovini, biex jitħeġġeġ ir-rappurtar tal-każijiet kollha li juru sinjali kliniċi konsistenti ma’ l-ESB f’sotto-popolazzjonijiet fil-mira kif definit fil-Kapitolu D ta’ dan l-Anness;
jinsab fis-seħħ obbligu li ssir notifika u li jkunu investigati l-annimali bovini kollha li juru sinjali kliniċi konsistenti ma’ l-ESB;
l-eżami tal-moħħ jew tessuti oħra miġbura fi ħdan il-qafas tas-sistema tas-sorveljanza u monitoraġġ imsemmi fil-punt (b) jitwettaq f’laboratorju approvat.
KAPITOLU B
Analiżi tar-riskju
1. Struttura tal-analiżi tar-riskju
L-analiżi tar-riskju għandha tinkludi valutazzjoni tad-dħul u valutazzjoni tal-espożizzjoni.
2. Valutazzjoni tad-dħul (sfida esterna)
2.1. Il-valutazzjoni tad-dħul għandha tikkonsisti fil-valutazzjoni tal-probabilità li l-aġent tal-BSE jew ġie introdott fil-pajjiż jew reġjun permezz ta' prodotti bażiċi potenzjalment ikkontaminati b'aġent BSE, jew huwa diġà preżenti fil-pajjiż jew reġjun.
Għandhom jitqiesu l-fatturi ta' riskju li ġejjin:
il-preżenza jew l-assenza tal-aġent tal-BSE fil-pajjiż jew reġjun u, jekk l-aġent huwa preżenti, il-prevalenza tiegħu bbażata fuq ir-riżultat ta' attivitajiet ta' sorveljanza;
il-produzzjoni ta' ikel minn laħam u għadam imfarrak jew gambal minn popolazzjoni ruminanti indiġena tal-BSE;
ikel b'laħam u għadam imfarrak jew gambal importati;
annimali bovini ovini u kaprini importati;
għalf għall-annimali u ingredjenti tal-għalf importati;
prodotti importati ta' oriġini ruminanti għall-konsum mill-bniedem, li seta' kien fihom tessuti elenkati fil-punt 1 tal-Anness V u li setgħu ġew mitmugħa lill-annimali bovini;
prodotti importati ta' oriġini ruminanti għal użu in vivo fl-annimali bovini.
2.2. Għandhom jitqiesu fit-twettiq tal-valutazzjoni tad-dħul skemi speċjali ta' eradikazzjoni, sorveljanza u investigazzjonijiet epidemjoloġiċi oħrajn (speċjalment sorveljanza għall-BSE fuq il-popolazzjoni tal-annimali bovini) rilevanti għall-fatturi tar-riskju elenkati fil-punt 2.1.
3. Analiżi ta’ l-espożizzjoni
L-analiżi ta’ l-espożizzjoni għandha tikkonsisti f’analiżi tal-probabilità ta’ l-espożizzjoni ta’ l-annimali bovini għall-aġent ta’ l-ESB, billi jitqies dan li ġej:
riċiklaġġ u amplifikazzjoni ta’ l-aġent ta’ l-ESB permezz ta’ konsum minn annimali bovini ta’ ikel b’laħam u għadam imfarrak, jew gambal ta’ oriġini ruminanti jew għalf jew ingredjenti ta’ l-għalf oħrajn ikkontaminati b’dawn;
l-użu ta’ karkassi ruminanti (inklużi minn stokk li miet), prodotti sekondarji u skart tal-biċċerija, il-parametri tal-proċessi ta’ rendiment u l-metodi ta’ manifattura ta’ l-għalf ta’ l-annimali;
it-tmigħ jew le ta’ ruminanti b’ikel b’laħam u għadam imfarrak u gambal li ġejjin minn ruminanti, inklużi miżuri ta’ inter-kontaminazzjoni ta’ għalf ta’ l-annimali;
il-livell ta’ sorveljanza għall-ESB li saret fuq il-popolazzjoni ta’ l-annimali bovini sa dakinhar u r-riżultati ta’ dik is-sorveljanza.
KAPITOLU C
Definizzjoni tal-kategoriji
I. PAJJIŻ JEW REĠJUN B’RISKJU FTIT LI XEJN TA’ ESB
Pajjiż jew reġjun:
fejn tkun twettqet analiżi tar-riskju konformi mal-Kapitolu B biex jiġu identifikati l-fatturi ta’ riskju storiċi u eżistenti;
li wera li ttieħdu miżuri speċifiċi xierqa għall-perjodu taż-żmien rilevanti definiti hawn isfel għall-ġestjoni ta’ kull riskju identifikat;
li wera li s-sorveljanza tat-Tip B tinsab fis-seħħ, b’konformità mal-Kapitolu D, u l-mira tal-punti rilevanti, skond it-Tabella 2 tiegħu ntlaħqu; u
li hu:
jew fis-sitwazzjoni li ġejja:
fil-pajjiż jew reġjun ma kien hemm l-ebda każ ta’ l-ESB, jew, intwera li kull każ ta’ ESB kien importat u nqered kompletament;
mexa mal-kriterji fil-punti (c), (d) u (e) tal-Kapitolu A ta’ dan l-Anness għal mill-inqas seba’ snin, u
intwera f’livell xieraq ta’ kontroll u verifika li għal ta’ l-anqas tmien snin la ikel b’laħam u għadam imfarrak u lanqas gambal li ġew minn ruminanti ma ġew mitmugħa lil ruminanti;
jew fis-sitwazzjoni li ġejja:
kien hemm każ indiġenu ta’ ESB jew iktar fil-pajjiż jew reġjun imma kull każ indiġenu ta’ ESB nibet iktar minn 11-il sena ilu;
mexa mal-kriterji fil-punti (c) (d) u (e) tal-Kapitolu A għal mill-inqas seba’ snin;
intwera f’livell xieraq ta’ kontroll u verifika li għal ta’ l-anqas tmien snin la ikel b’laħam u għadam imfarrak u lanqas gambal li ġew minn ruminanti ma ġew mitmugħa lil ruminanti;
l-annimali li ġejjin, jekk ħajjin fil-pajjiż jew reġjun, huma identifikati b’mod permanenti, u ċ-ċaqliq tagħhom ikkontrollat, u, meta jinqatlu jew mal-mewt, jinqerdu kompletament:
II. PAJJIŻ JEW REĠJUN B’RISKJU KKONTROLLAT TA’ ESB
Pajjiż jew reġjun
fejn tkun twettqet analiżi tar-riskju bbażata fuq it-tagħrif tal-Kapitolu B biex jiġu identifikati l-fatturi ta’ riskju storiċi u eżistenti;
li wera li ttieħdu miżuri xierqa għall-ġestjoni tar-riskji identifikati, imma dawk il-miżuri ma tteħdux għall-perjodu taż-żmien rilevanti;
li wera li s-sorveljanza tat-Tip A tinsab fis-seħħ, b’konformità mal-Kapitolu D, u l-miri tal-punti rilevanti, skond it-Tabella 2 ntlaħqu. Is-sorveljanza tat-Tip B tista’ tieħu post is-sorveljanza tat-Tip A ladarba l-punti fil-miri rilevanti jkunu ntlaħqu; u
li hu:
jew fis-sitwazzjoni li ġejja:
fil-pajjiż jew reġjun ma kien hemm l-ebda każ ta’ ESB, jew, kwalunkwe każ ta’ ESB intwera li kien importat u nqered kompletament, mexa mal-kriterji fil-punti (c), (d) u (e) tal-Kapitolu A, u dan jista’ jintwera permezz ta’ livell xieraq ta’ kontroll u verifika li la ikel b’laħam u għadam imfarrak u lanqas gambal li ġej minn ruminanti ma ntema’ lil ruminanti,
mexa mal-kriterji fil-punti (c) (d) u (e) tal-Kapitolu A għal perjodu ta’ mhux inqas minn seba’ snin, u/jew
ma jistax jintwera li kontrolli fuq it-tmigħ ta’ ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġejjin minn ruminanti lil ruminanti ilhom fis-seħħ għal tmien snin;
jew fis-sitwazzjoni li ġejja:
fil-pajjiż jew reġjun ma kien hemm l-ebda każ indiġenu ta’ ESB, jew, mexa mal-kriterji fil-punti (c) (d) u (e) tal-Kapitolu A, u dan jista’ jintwera permezz ta’ livell xieraq ta’ kontroll u verifika li la ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġej minn ruminanti ma ġew mitmugħa lil ruminanti,
mexa mal-kriterji fil-punti c) sa e) tal-Kapitolu A ta’ dan l-Anness għal perjodu ta’ mhux inqas minn seba’ snin; u/jew
ma jistax jintwera li kontrolli fuq it-tmigħ ta’ ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal ġejjin minn ruminanti lil ruminanti ilhom fis-seħħ għal tmien snin,
l-annimali li ġejjin, jekk ħajjin fil-pajjiż jew reġjun, huma identifikati b’mod permanenti, u ċ-ċaqliq tagħhom ikkontrollat, u, meta jinqatlu jew mal-mewt, jinqerdu kompletament:
III. PAJJIŻ JEW REĠJUN B’RISKJU INDETERMINAT TA’ ESB
Pajjiż jew reġjun li għalih id-determinazzjoni ta’ l-istat ta’ ESB ma kinitx konkluża, jew li ma tilħaqx il-kundizzjonijiet li jridu jiġu sodisfatti mill-pajjiż jew reġjun biex ikun ikklassifikat f’wieħed mill-kategoriji l-oħra.
KAPITOLU D
Rekwiżiti minimi ta’ sorveljanza
1. Tipi ta’ sorveljanza
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Sorveljanza tat-Tip A
L-applikazzjoni tat-Tip A se tippermetti s-sejbiet ta’ ESB bi prevalenza prevista ( 19 ) ta’ mill-inqas każ kull 100 000 fil-popolazzjoni adulta ta’ l-annimali bovini fil-pajjiż jew reġjun ikkonċernat, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %;
Sorveljanza tat-Tip B
L-applikazzjoni tat-Tip B se tippermetti s-sejbiet ta’ ESB bi prevalenza prevista ta’ mill-inqas każ kull 50 000 fil-popolazzjoni adulta ta’ l-annimali bovini fil-pajjiż jew reġjun ikkonċernat, b’livell ta’ fiduċja ta’ 95 %.
Is-sorveljanza tat-Tip B tista’ titwettaq mill-pajjiżi jew reġjuni fi stat ta’ riskju ftit li xejn ta’ ESB biex jikkonfermaw il-konklużjonijiet ta’ l-analiżi tar-riskju, per eżempju billi juru l-effettività tal-miżuri li jnaqqsu kull fattur ta’ riskju identifikat, permezz ta’ sorveljanza mmirata biex timmassimizza l-probabilità ta’ identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ miżuri bħal dawn.
Is-sorveljanza tat-Tip B għandha titwettaq mill-pajjiżi jew ir-reġjuni fi stat ta’ riskju kkontrollat ta’ ESB, wara l-ilħuq tal-punti rilevanti bl-użu ta’ sorveljanza tat-Tip A, biex iżomm il-fiduċja fl-għarfien miksub permezz ta’ sorveljanza tat-Tip A.
Għall-fini ta’ dan l-Anness, l-erba’ sotto-popolazzjonijiet ta’ annimali bovini ġew identifikati għal finijiet ta’ sorveljanza:
annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li qegħdin juru sinjali kliniċi jew ta’ mġiba konsistenti ma’ l-ESB (suspetti kliniċi);
annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li ma jkunux ambulatorji, mimduda, mhux kapaċi jqumu fuq riġlejhom jew jimxu mingħajr għajnuna; annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar mibgħuta għal qatla ta’ emerġenza jew b’osservazzjonijiet anormali fi spezzjoni ante-mortem (qatla ta’ emerġenza jew mewt aċċidentali);
annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li jinstabu mejta jew maqtula fir-razzett, waqt it-trasport jew f’biċċerija (stokk li miet);
annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 36 xahar fi qtil ta’ rutina.
2. Strateġija ta’ sorveljanza
2.1. L-istrateġija ta’ sorveljanza għandha titfassal b’tali mod li tiżgura li l-kampjuni jkunu rappreżentattivi tal-merħla tal-pajjiż jew reġjun, u jinkludi l-konsiderazzjoni ta’ fatturi demografiċi bħat-tip ta’ produzzjoni u l-lok ġeografiku, u l-influwenza possibbli ta’ prattiċi kulturalment uniċi ta’ trobbija. L-approċċ użat u l-assunzjonijiet li saru għandhom ikunu dokumentati fis-sħiħ, u d-dokumentazzjoni tinżamm għal seba’ snin.
2.2. Biex tiġi implimentata l-istrateġija ta’ sorveljanza ta’ l-ESB, pajjiż għandu juża reġistri dokumentati jew stimi affidabbli tat-tqassim ta’ l-età tal-popolazzjoni ta’ l-annimali bovini adulti u l-għadd ta’ annimali bovini ittestjati għall-ESB maqsuma skond l-età u s-sottopopolazzjoni fi ħdan il-pajjiż jew reġjun.
3. Valuri tal-punti u miri tal-punti
Kampjuni ta’ sorveljanza jridu jilħqu l-miri tal-punti stabbiliti fit-tabella 2, abbażi tal-“valuri tal-punti” ffissati fit-Tabella 1. Is-suspetti kliniċi kollha għandhom jiġu investigati, irrispettivament mill-għadd tal-punti akkumulati. Pajjiż għandu jiġbor kampjuni ta’ mill-inqas tlieta mill-erba’ sottopopolazzjonijiet. Il-punti totali għall-kampjuni miġbura għandhom jiġu akkumulati matul il-perjodu ta’ massimu ta’ seba’ snin konsekuttivi biex tintlaħaq il-mira ta’ l-għadd ta’ punti. L-akkumulazzjoni totali tal-punti għandha tkun perjodikament imqabbla ma’ l-għadd fil-mira tal-punti għal pajjiż jew reġjun.
Tabella 1
Il-valuri tal-punti ta’ sorveljanza miġbura mill-annimali fil-kategorija ta’ l-età u sottopopolazzjoni
Sottopopolazzjoni ta’ sorveljanza |
|||
Qatla ta’ rutina (1) |
Stokk li miet (2) |
Qatla aċċidentali (3) |
Suspett kliniku (4) |
Età ≥ sena u < sentejn |
|||
0,01 |
0,2 |
0,4 |
N/A |
Età ≥ sentejn u < 4 snin (adult żgħir) |
|||
0,1 |
0,2 |
0,4 |
260 |
Età ≥ 4 snin u < 7 snin (adult tan-nofs) |
|||
0,2 |
0,9 |
1,6 |
750 |
Età ≥ 7 snin u < 9 snin (adult ixjeħ) |
|||
0,1 |
0,4 |
0,7 |
220 |
Età ≥ 9 snin (xjuħ) |
|||
0,0 |
0,1 |
0,2 |
45 |
(1)
annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 36 xahar fi qtil ta’ rutina.
(2)
annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li jinstabu mejta jew maqtula fir-razzett, waqt it-trasport jew f’biċċerija (stokk li miet).
(3)
annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li ma jkunux ambulatorji, mimduda u li ma jkunux kapaċi jqumu fuq riġlejhom jew jimxu mingħajr għajnuna; annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar mibgħuta għal qatla ta’ emerġenza jew b’osservazzjonijiet fi spezzjoni ante-mortem (qatla ta’ emerġenza jew mewt aċċidentali).
(4)
annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 30 xahar li qegħdin juru sinjali kliniċi jew ta’ mġiba konsistenti ma’ l-ESB (suspetti kliniċi). |
Tabella 2
Miri tal-punti għal daqsijiet differenti ta' popolazzjonijiet ta' annimali bovini adulti f'pajjiż jew reġjun
Miri tal-punti għal pajjiż jew reġjun |
||
Daqs tal-popolazzjoni ta' annimali bovini adulti (24 xahar u aktar) |
Tip A sorveljanza |
Tip B sorveljanza |
> 1 000 000 |
300 000 |
150 000 |
900 001 -1 000 000 |
214 600 |
107 300 |
800 001 -900 000 |
190 700 |
95 350 |
700 001 -800 000 |
166 900 |
83 450 |
600 001 -700 000 |
143 000 |
71 500 |
500 001 -600 000 |
119 200 |
59 600 |
400 001 -500 000 |
95 400 |
47 700 |
300 001 -400 000 |
71 500 |
35 750 |
200 001 -300 000 |
47 700 |
23 850 |
100 001 -200 000 |
22 100 |
11 500 |
90 001 -100 000 |
19 900 |
9 950 |
80 001 -90 000 |
17 700 |
8 850 |
70 001 -80 000 |
15 500 |
7 750 |
60 001 -70 000 |
13 000 |
6 650 |
50 001 -60 000 |
11 000 |
5 500 |
40 001 -50 000 |
8 800 |
4 400 |
30 001 -40 000 |
6 600 |
3 300 |
20 001 -30 000 |
4 400 |
2 200 |
10 001 -20 000 |
2 100 |
1 050 |
9 001 -10 000 |
1 900 |
950 |
8 001 -9 000 |
1 600 |
800 |
7 001 -8 000 |
1 400 |
700 |
6 001 -7 000 |
1 200 |
600 |
5 001 -6 000 |
1 000 |
500 |
4 001 -5 000 |
800 |
400 |
3 001 -4 000 |
600 |
300 |
2 001 -3 000 |
400 |
200 |
1 001 -2 000 |
200 |
100 |
4. Miri speċifiċi
Fi ħdan kull waħda mis-sottopopolazzjonijiet f’pajjiż jew reġjun, pajjiż jista’ jkollu fil-mira annimali bovini identifikabbli bħala importati minn pajjiżi jew reġjuni fejn instabet l-ESB u l-annimali bovini li kkonsmaw għalf potenzjalment ikkontaminat minn pajjiżi jew reġjuni fejn instabet l-ESB.
5. Il-mudell ta’ sorveljanza ta’ l-ESB
Pajjiż jista’ jagħżel li juża l-mudell BSurvE kollu jew metodu alternattiv ibbażat fuq il-mudell BSurvE biex jistima l-preżenza/prevalenza ta’ ESB tiegħu.
6. Iż-żamma tas-sorveljanza
Ladarba l-miri tal-punti jkunu ntlaħqu, u sabiex jitkompla jiġi kklassifikat l-istat ta’ pajjiż jew reġjun bħala ta’ riskju ta’ ESB kkontrollat jew ta’ ftit li xejn, is-sorveljanza tista’ titnaqqas għal sorveltjanza tat-Tip B (sakemm l-indikaturi kollha jibqgħu pożittivi). Madankollu, biex titkompka l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-Kapitolu, trid titkompla sorveljanza annwali kontinwa biex tinkludi ta’ l-inqas tlieta mill-erba’ sottopopolazzjonijiet preskritti. Barra minn hekk, l-annimali bovini kollha suspettati klinikament li huma infettati bl-ESB għandhom jiġu investigati irrispettivament mill-għadd tal-punti akkumulati. Is-sorveljanza annwali f’pajjiż jew reġjun wara l-ilħuq tal-miri tal-punti mitluba, m’għandux ikun inqas mill-ammont mitlub għal wieħed minn sebgħa tat-total tal-mira tas-sorveljanza tat-Tip B.
ANNEX III
MONITORING SYSTEM
CHAPTER A
I. MONITORING IN BOVINE ANIMALS
1. General
Monitoring in bovine animals shall be carried out in accordance with the laboratory methods laid down in Annex X, Chapter C, point 3(1)(b).
2. Monitoraġġ ta’ annimali maqtula għall-konsum mill-bniedem
2.1. |
L-annimali bovini kollha li jkollhom aktar minn 24 xahar għandhom jiġu ttestjati għall-BSE meta jkunu għaddew minn:
—
qatla ta’ emerġenza skont il-punt 1 tal-Kapitolu VI tat-Taqsima I tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 (
20
), jew
—
spezzjoni ante mortem b’osservazzjonijiet dwar inċidenti, jew problemi serji fiżjoloġiċi jew funzjonali, jew b’sinjali skont il-punt 2 tal-Parti B tal-Kapitolu II tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 (
21
).
|
2.2. |
L-annimali bovini kollha f’saħħithom li jkollhom aktar minn 30 xahar maqtula b’mod normali għall-konsum mill-bniedem għandhom jiġu ttestjati għall-BSE. |
3. Monitoring in animals not slaughtered for human consumption
3.1. |
All bovine animals over 24 months of age which have died or been killed but which were not:
—
killed for destruction pursuant to Commission Regulation (EC) No 716/96 (
22
),
—
killed in the framework of an epidemic, such as foot-and-mouth disease,
—
slaughtered for human consumption,
shall be tested for BSE. |
3.2. |
Member States may decide to derogate from the provisions of point 3.1 in remote areas with a low animal density, where no collection of dead animals is organised. Member States making use of this derogation shall inform the Commission thereof, and submit a list of the derogated areas. The derogation shall not cover more than 10 % of the bovine population in the Member State. |
4. Il-monitoraġġ ta' annimali mixtrija biex jinqerdu skond ir-Regolament (KE) Nru 716/96
L-annimal kollha li twieldu bejn l-1 ta’ Awwissu 1995 u l-1 ta’ Awwissu 1996 li ġew maqtula sabiex jiġu meqruda skond ir-Regolament (KE) Nru 716/96 għandhom jiġu ttestjati għall-BSE.
5. Monitoring in other animals
In addition to the testing referred to in points 2 to 4, Member States may on a voluntary basis decide to test other bovine animals on their territory, in particular where those animals originate from countries with indigenous BSE, have consumed potentially contaminated feedingstuffs or were born or derived from BSE infected dams.
6. Miżuri wara l-ittestjar
6.1. Fejn annimal li tbiċċer għall-konsum mill-bniedem ġie magħżul għall-ittestjar għall-BSE, il-marka tas-saħħa prevista fil-Kapitolu III tat-Taqsima I tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 854/2004 ma għandhiex titwettaq fuq il-karkassa ta' dak l-annimal sakemm ikun inkiseb riżultat negattiv għat-test rapidu.
6.2. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-punt 6.1 fejn hija fis-seħħ sistema uffiċjali fil-biċċerija li tiżgura li l-ebda parti tal-annimali eżaminati li għandhom il-marka tas-saħħa ma toħroġ mill-biċċerija sakemm ikun inkiseb riżultat negattiv għat-test rapidu.
6.3. Il-partijiet kollha tal-ġisem ta' annimal ittestjat għall-BSE inkluż il-ġilda għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali sakemm ikun inkiseb riżultat negattiv għat-test rapidu, sakemm ma jkunux intremew f'konformità mal-Artikolu 12(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jew sakemm ix-xaħmijiet tagħhom ma jkunux ġew ipproċessati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u użati f'konformità mal-Artikolu 12(e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew użati għall-manifattura ta' prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 36 ta' dak ir-Regolament.
6.4. Il-partijiet kollha tal-ġisem ta' annimal li jinsab pożittiv jew mhux konklussiv għat-test rapidu inkluż il-ġilda għandhom jintremew f'konformità mal-Artikolu 12(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, apparti materjal li għandu jinżamm f'rabta mar-rekords previsti fil-Kapitolu B, il-Parti III ta' dan l-Anness, u apparti x-xaħmijiet miksuba minn tali ġisem, sakemm dawn ix-xaħmijiet jiġu pproċessati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u użati f'konformità mal-Artikolu 12(e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew użati għall-manifattura tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 36 ta' dak ir-Regolament.
6.5. Fejn annimal li tbiċċer għall-konsum mill-bniedem jinstab pożittiv jew mhux konklussiv għat-test rapidu, tal-inqas il-karkassa immedjatament preċedenti u ż-żewġ karkassi immedjatament sussegwenti għall-annimal li ttestja pożittiv jew mhux konklussiv fuq l-istess linja tal-biċċiera għandhom jinqerdu f'konformità mal-punt 6.4.
Permezz ta' deroga mill-ewwel paragrafu ta' dan il-punt, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeqirdu l-karkassi msemmija qabel biss jekk ir-riżultat tat-test rapidu jiġi kkonfermat li huwa pożittiv jew mhux konklussiv permezz tal-eżaminazzjonijiet konfermatorji msemmija fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 3.1(b).
6.6. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mid-dispożizzjonijiet tal-punt 6.5 fejn sistema fis-seħħ fil-biċċerija ma tippermettix il-kontaminazzjoni bejn il-karkassi.
7. Reviżjoni tal-programmi ta’ monitoraġġ annwali dwar il-BSE (programmi ta’ monitoraġġ tal-BSE), kif stipulat fl-Artikolu 6(1b)
7.1. Applikazzjonijiet ta’ l-Istati Membri
Applikazzjonijiet mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għal reviżjoni tal-programm tagħhom ta’ monitoraġġ annwali tal-BSE għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
tagħrif dwar is-sistema ta’ monitoraġġ annwali tal-BSE fis-seħħ matul il-perjodu preċedenti ta’ sitt snin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, inkluża dokumentazzjoni dettaljata li tipprovdi konformità mal-kriterji epidemjoloġiċi stipulati fil-punt 7.2;
tagħrif dwar is-sistema ta’ identifikazzjoni u traċċabbiltà bovina, kif imsemmi fil-punt (b) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b), fis-seħħ matul il-perjodu preċedenti ta’ sitt snin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, inkluża deskrizzjoni dettaljata tat-tħaddim tad-database kompjuterizzata kif imsemmi fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 23 );
tagħrif dwar projbizzjonijiet fuq l-għalf ta’ l-annimali matul il-perjodu preċedenti ta’ sitt snin fit-territorju ta’ l-Istat Membru, inkluża deskrizzjoni dettaljata ta’ l-infurzar tal-projbizzjoni ta’ l-għalf għal annimali miżmuma fl-irziezet, kif imsemmi fil-punt (ċ) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b), inkluż il-pjan ta’ teħid ta’ kampjuni u l-għadd u t-tip ta’ ksur tal-liġi misjuba kif ukoll ir-riżultati ta’ segwitu;
deskrizzjoni dettaljata tal-programm propost u rivedut ta’ monitoraġġ tal-BSE li jinkludi ż-żona ġeografika li fiha se jiġi implimentat il-programm u deskrizzjoni tas-sottopopolazzjonijiet ta’ annimali bovini li se jiġu koperti mill-programm rivedut ta’ monitoraġġ tal-BSE, inklużi indikaturi tal-limiti fl-età u d-daqs tal-kampjuni għall-ittestjar;
ir-riżultat ta’ analiżi tar-riskju komprensiva li turi li l-programm rivedut ta’ monitoraġġ tal-BSE se jiżgura l-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u ta’ l-annimali. Din l-analiżi tar-riskju għandha tinkludi analiżi koorta tat-twelid u studji oħrajn rilevanti li għandhom l-għan li juru li l-miżuri ta’ tnaqqis fir-riskju tat-TSE, inklużi l-projbizzjonijiet ta’ l-għalf kif imsemmija fil-punt (ċ) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b), ġew implimentati b’mod effiċjenti.
7.2. Kriterji epidemjoloġiċi
Applikazzjonijiet għal reviżjoni ta’ programm ta’ monitoraġġ tal-BSE jistgħu jiġu aċċettati biss jekk l-Istat Membru kkonċernat jista’ juri li, b’żieda mar-rekwiżiti stipulati fil-punti (a), (b) u (ċ) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b), il-kriterji epidemjoloġiċi li ġejjin huma sodisfatti fit-territorju tiegħu:
għal perjodu ta’ minn l-anqas sitt snin konsekuttivi wara d-data ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-iskema ta’ ittestjar tal-BSE tal-Komunità kif imsemmi fil-punt (b) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b):
jew
it-tnaqqis medju tar-rata annwali ta’ inċidenza tal-BSE osservata fil-popolazzjoni adulta ta’ annimali bovini (li għandhom aktar minn 24 xahar) kien ogħla minn 20 % u l-għadd totali ta’ bhejjem affettwati mill-BSE li twieldu wara l-implimentazzjoni tal-projbizzjoni totali Komunitarja ta’ l-għalf għal annimali miżmuma fl-irziezet, kif imsemmi fil-punt (ċ) tat-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 6(1b), ma qabiżx il-5 % ta’ l-għadd totali ta’ każi ta’ BSE kkonfermati;
inkella
ir-rata ta’ inċidenza annwali ta’ BSE osservata fil-popolazzjoni adulta ta’ annimali bovini (li għandhom aktar minn 24 xahar) baqgħet konsistenti taħt il-1/100 000 ;
inkella
bħala għażla oħra għal Stat Membru b’popolazzjoni adulta ta’ annimali bovini (li għandhom aktar minn 24 xahar) ta’ anqas minn 1 000 000 annimali, l-għadd akkumulat ta’ każi kkonfermati ta’ BSE baqa’ taħt ħamsa.
wara l-perjodu ta’ sitt snin imsemmi fil-punt (a), ma hemm l-ebda evidenza li l-qagħda epidemjoloġika tal-BSE qed tmur għall-agħar.
II. MONITORAĠĠ FUQ ANNIMALI BOVINI U KAPRINI
1. Ġenerali
Monitoraġġ fuq annimali ovini u kaprini għandu jitwettaq skond il-metodi tal-laboratorju mniżżlin fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 3.2(b).
2. Monitoraġġ ta’ annimali ovini u kaprini maqtula għall-konsum mill-bniedem
(a) L-Istati Membri li fihom il-popolazzjoni ta’ ngħaġ u ħrief tan-ngħaġ mogħtija lill-muntun taqbeż is-750 000 annimal għandhom jittestjaw, skont ir-regoli ta’ teħid ta’ kampjuni stipulati fil-punt 4, kampjun annwali minimu ta’ 10 000 annimal ovin maqtula għall-konsum mill-bniedem;
(b) L-Istati Membri li fihom il-popolazzjoni ta’ mogħoż li diġà welldu gidi u mogħoż li tgħammru taqbeż is-750 000 għandhom jittestjaw, skont ir-regoli ta’ teħid ta’ kampjuni stipulati fil-punt 4, kampjun annwali minimu ta’ 10 000 annimal kaprin maqtula għall-konsum mill-bniedem;
(c) Stat Membru jista’ jagħżel li jibdel massimu ta’:
3. Monitoraġġ ta’ annimali ovini jew kaprini mhux imbiċċra għall-konsum uman
L-Istati Membri għandhom jittestjaw skond ir-regoli tat-teħid ta’ kampjuni stipulati fil-punt 4 u d-daqsijiet minimi ta’ kampjun indikati fit-Tabella A u t-Tabella B, annimali ovini u kaprini li mietu jew inqatlu iżda li ma:
Tabella A
Popolazzjoni fl-Istati Membri tan-nagħaġ u tal-ħrief mgħammra għall-muntun |
Daqs minimu tal-kampjun ta’ annimali ovini mejta (1) |
> 750 000 |
10 000 |
100 000 –750 000 |
1 500 |
40 000 –100 000 |
100 % up to 500 |
< 40 000 |
100 % up to 100 |
(1)
Daqsijiet minimi tal-kampjun huma stipulati sabiex jieħdu f’konsiderazzjoni d-daqs tal-popolazzjoni ta’ l-ovini fl-Istati Membri individwali u għandhom l-għan li jipprovdu miri li jistgħu jintlaħqu |
Tabella B
Popolazzjoni fl-Istat Membru ta’ mogħoż li diġà welldu gidi u mogħoż tgħammru |
Daqs minimu tal-kampjun ta’ annimali kaprini mejta (1) |
> 750 000 |
10 000 |
250 000 –750 000 |
1 500 |
40 000 –250 000 |
100 % up to 500 |
< 40 000 |
100 % up to 100 |
(1)
Daqsijiet minimi tal-kampjun huma stipulati sabiex jieħdu f’konsiderazzjoni d-daqs tal-popolazzjoni tal-kaprini fl-Istati Membri individwali u għandhom l-għan li jipprovdu miri li jistgħu jintlaħqu |
4. Regoli tat-teħid ta’ kampjun għall-annimali msemmija fil-punti 2 u 3
L-annimali għandhom ikollhom età akbar minn 18-il xahar jew ikollhom aktar minn żewġ sinniet inċiżivi li nibtu mill-ħanek.
L-età ta’ l-annimal għandha tkun stmata abbażi tad-dentatura, is-sinjali ovvji ta’ maturità jew kull tagħrif ieħor affidabbli;
L-għażla tal-kampjun għandha titfassal bil-ħsieb li tiġi evitata s-sovrarappreżentazzjoni ta’ kwalunkwe grupp f’dak li għandu x’jaqsam ma’ oriġini, età, razza, tip ta’ produzzjoni jew kwalunkwe karatteristika oħra.
Il-kampjuni għandhom ikunu rappreżentattivi ta’ kull reġjun u staġun. Teħid multiplu ta’ kampjuni mill-istess merħla għandu jiġi evitat, fejn hu possibbli. L-Istati Membri għandhom jimmiraw il-programmi tagħhom ta’ monitoraġġ sabiex jiksbu, fejn huwa possibbli, li fi snin suċċessivi ta’ teħid ta’ kampjuni l-ażjendi kollha rreġistrati b’aktar minn 100 annimal u fejn qatt ma ġew żvelati każijiet tat-TSE jkunu soġġetti għat-testjar tat-TSE.
L-Istati Membri se jistabbilixxu sistema sabiex jikkontrollaw, fuq bażi mmirata jew ta’ tip ieħor, li l-annimali mhumiex qed jiġu ridirezzjonati mit-teħid tal-kampjuni.
Minkejja dan, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeskludu mit-teħid ta’ kampjuni żoni remoti b’densità baxxa ta’ l-annimali, fejn ma tkun organizzata l-ebda ġabra ta’ annimali mejta. Stati Membri li jagħmlu użu minn din id-deroga għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwarha, u għandhom jippreżentaw lista ta’ dawn iż-żoni remoti fejn tapplika d-deroga. Id-deroga ma għandhiex tkopri aktar minn 10 % tal-popolazzjoni ovina u kaprina fl-Istati Membri kkonċernati.
5. Monitoraġġ f’azjendi taħt miżuri ta’ kontroll u eradikazzjoni tat-TSE
L-annimali li għandhom aktar minn 18-il xahar li jinqatlu biex jinqerdu skont l-Anness VII, Kapitolu B, Parti 2, punt 2.2.1. u punt 2.2.2.(b) jew (c), għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza ta’ TSE skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stipulati fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.(b), fuq il-bażi tal-għażla ta’ kampjun sempliċi aleatorju, skont il-daqs tal-kampjun indikat fit-tabella li ġejja.
Numru ta’ annimali fil-merħla jew grupp li għandhom aktar minn 18-il xahar u li nqatlu biex jinqerdu |
Daqs minimu tal-kampjun |
70 jew inqas |
L-annimali kollha eliġibbli |
80 |
68 |
90 |
73 |
100 |
78 |
120 |
86 |
140 |
92 |
160 |
97 |
180 |
101 |
200 |
105 |
250 |
112 |
300 |
117 |
350 |
121 |
400 |
124 |
450 |
127 |
500 jew aktar |
150 |
6. Monitoraġġ fuq annimali oħra
Flimkien mal-programmi ta’ monitoraġġ imfassla fil-punti 2, 3, u 4, l-Istati Membri jistgħu fuq bażi voluntarja jwettqu monitoraġġ f’annimali oħra, b’mod partikolari:
7. Miżuri li jsegwu ttestjar ta’ annimali ovini u kaprini
7.1. Fejn annimal ovin jew kaprin tbiċċer għall-konsum uman ingħażel għall-ittestjar tat-TSE skond il-punt 2, il-karkassa tiegħu m’għandhiex tiġi mmarkata b’marka sanitarja prevista fit-Taqsima I, il-Kapitolu III ta’ l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 854/2004 sakemm jinkiseb riżultat negattiv għat-test rapidu.
7.2. L-Istati Membri jistgħu jidderogaw mill-punt 7.1. fejn hemm imwaqqfa sistema approvata mill-awtorità kompetenti fil-biċċerija li tiżgura li l-partijiet kollha ta’ annimal jistgħu jiġu ttraċċati u li l-ebda parti mill-annimal ittestjat li għandu marka sanitarja ma tista’ tħalli l-biċċerija sakemm jinkiseb riżultat negattiv għat-test rapidu.
7.3. Il-partijiet kollha tal-ġisem tal-annimal ittestjat, inkluż il-ġilda, għandhom jinżammu taħt kontroll uffiċjali sakemm jinkiseb riżultat negattiv għat-test rapidu, sakemm ma jkunux intremew f'konformità mal-Artikolu 12(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jew sakemm ix-xaħmijiet tagħhom ma jkunux ġew ipproċessati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u użati f'konformità mal-Artikolu 12(e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew użati għall-manifattura ta' prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 36 ta' dak ir-Regolament.
7.4. Il-partijiet kollha tal-ġisem ta' annimal li jinsab pożittiv għat-test rapidu, inkluż il-ġilda, għandhom jintremew direttament f'konformità mal-Artikolu 12(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, apparti l-materjal li għandu jinżamm f'rabta mar-rekords previsti fil-Kapitolu B, il-Parti III ta' dan l-Anness, u apparti x-xaħmijiet derivati minn tali ġisem, sakemm dawn ix-xaħmijiet immaċinati jiġu proċessati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u użati f'konformità mal-Artikolu 12(e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 jew użati għall-manifattura tal-prodotti derivati msemmija fl-Artikolu 36 ta' dak ir-Regolament.
8. Ġenotipar
Il-ġenotip tal-proteina prijonika għall-kodoni 136, 154 u 171 għandu jiġi ddeterminat għal kull każ pożittiv tat-TSE fin-nagħaġ. Il-każijiet kollha tat-TSE misjuba f’nagħaġ ta’ ġenotipi li jikkodifikaw l-alanina (A) fiż-żewġ alleli tal-kodon 136, l-arġinina (R) fiż-żewġ alleli tal-kodon 154 u l-arġinina (R) fiż-żewġ alleli tal-kodon 171, għandhom jiġu rrappurtati minnufih lill-Kummissjoni. Meta l-każ pożittiv tat-TSE ikun każ ta’ scarpie atipiku għandu jiġi ddeterminat il-ġenotip tal-proteina prijonika għall-kodon 141.
Il-ġenotip tal-proteina prijonika għall-kodoni 146 u 222 għandu jiġi ddeterminat għal kull każ pożittiv tat-TSE fil-mogħoż. Il-każijiet tat-TSE misjuba fil-mogħoż ta’ ġenotipi li jikkodifikaw is-serina (S) jew l-aċidu aspartiku (D) fuq mill-inqas allel wieħed fil-kodon 146 u/jew fil-liżina (K) fuq mill-inqas allel wieħed fil-kodon 222, għandhom jiġu rrappurtati minnufih lill-Kummissjoni.
III. IL-MONITORAĠĠ FIĊ-ĊRIEV
A. Programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin għall-marda tat-tnewwin kroniku (CWD)
1. Ġenerali
1.1. L-Istati Membri li jkollhom popolazzjoni selvaġġa u/jew imrobbija u/jew semidomestikata ta' ċriev u/jew ta' renni (l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u l-Iżvezja) għandhom iwettqu programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin għas-CWD fiċ-ċriev, mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2020. It-testijiet għall-iscreening tat-TSE mwettqa għall-iskop ta' dan il-programm ta' monitoraġġ għandhom isiru bejn l-1 ta' Jannar 2018 u l-31 ta' Diċembru 2020; madankollu, il-ġbir ta' kampjuni għall-għan tal-programm ta' monitoraġġ jista' madankollu jibda fl-2017.
1.2. Il-programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin għas-CWD għandu jkopri dawn l-ispeċi ta' ċriev:
1.3. Permezz ta' deroga mill-punt 1.2, Stat Membru jista', abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju dokumentata sottomessa lill-Kummissjoni Ewropea, jagħżel għall-programm ta' monitoraġġ ta tliet snin għas-CWD, subsett ta' speċijiet elenkati f'dak il-punt.
2. Disinn tal-kampjunar
2.1. L-Istati Membri msemmija fil-punt 1.1 għandhom jidentifikaw l-Unitajiet Primarji tal-Kampjunar (PSU), li għandhom ikopru t-territorji kollha li fihom il-popolazzjoni taċ-ċriev, bl-użu ta' mill-inqas l-elementi li ġejjin:
għal ċriev imrobbija u miżmuma fil-magħluq, l-istabbilimenti u l-faċilitajiet kollha li fihom iċ-ċriev jiġu miżmuma f'territorju magħluq għandhom jitqiesu bħala Unità Primarja tal-Kampjunar (PSU).
għal ċriev selvaġġi u semidomestikati, il-PSU għandha tkun definita ġeografikament abbażi tal-kriterji li ġejjin:
iż-żoni li fihom annimali selvaġġi u semidomestikati ta' speċijiet koperti mill-programm ta' monitoraġġ jiltaqgħu mill-inqas f'ċertu perjodu tas-sena;
jekk għal xi speċi dan it-tlaqqigħ ma jseħħx, iż-żoni ddelimitati b'barrieri naturali jew artifiċjali jkollhom fihom l-annimali tal-ispeċijiet koperti mill-programm ta' monitoraġġ;
iż-żoni li fihom annimali tal-ispeċijiet koperti mill-programm ta' monitoraġġ jiġu kkaċċjati u żoni konnessi ma' attivitajiet rilevanti oħra li għandhom x'jaqsmu mal-ispeċi koperti bil-programm ta' monitoraġġ.
2.2. L-Istati Membri msemmija fil-punt 1.1 għandhom jagħżlu ċriev imrobbija, miżmuma fil-magħluq, selvaġġi, u semidomestikati għall-ittestjar tat-TSE billi jużaw l-approċċ li ġej ta' teħid ta' kampjuni f'żewġ stadji:
fl-ewwel stadju, dawk l-Istati Membri għandhom:
għal ċriev imrobbija u ċriev miżmuma fil-magħluq:
Għal ċriev selvaġġi u semidomestikati:
fit-tieni stadju:
għal ċriev imrobbija u ċriev miżmuma fil-magħluq:
għal ċriev selvaġġi u semidomestikati:
2.3. Iċ-ċriev kollha magħżula għandhom ikollhom età ta' 'l fuq minn 12-il xahar. L-età tal-annimal għandha tkun stmata abbażi tad-dentatura, tas-sinjali ovvji ta' maturità jew kull tagħrif ieħor affidabbli.
2.4. Iċ-ċriev għandhom jintgħażlu mill-gruppi fil-mira li ġejjin:
għal ċriev imrobbija u ċriev miżmuma fil-magħluq:
ċriev imrobbija jew ċriev miżmuma fil-magħluq mejtin/maqtula: ċriev imrobbija jew miżmuma fil-magħluq misjuba mejta fit-territorju magħluq fejn ikunu miżmuma, waqt it-trasport jew f'biċċerija, kif ukoll ċriev tat-trobbija jew miżmuma fil-magħluq maqtula għal raġunijiet ta' saħħa/età;
ċriev imrobbija jew ċriev miżmuma fil-magħluq li jippreżentaw sinjali kliniċi/li huma morda: ċriev li juru sinjali ta' mġiba anormali u/jew disturb fil-moviment u/jew b'mod ġenerali jinsabu f'kundizzjoni ħażina;
ċriev imrobbija mbiċċra li tqiesu mhux tajbin għall-konsum mill-bniedem;
ċriev imrobbija mbiċċra li jkunu tqiesu tajbin għall-konsum mill-bniedem jekk Stat Membru jkun identifika inqas minn 3 000 ċerv imrobbi u miżmum fil-magħluq mill-gruppi (i) sa (iii).
għal ċriev selvaġġi u semidomestikati:
ċriev selvaġġi jew semidomestikati mejta/maqtula: ċriev misjuba mejta f'ambjent selvaġġ kif ukoll ċriev semidomestikati misjuba mejta jew maqtula għal raġunijiet ta' saħħa/età;
ċriev feruti/ċriev maqtula milquta minn vetturi fuq it-triq jew attakkati minn predaturi: ċriev selvaġġi jew semidomestikati milquta minn vetturi fuq it-triq, milquta minn ferroviji jew attakkati minn predaturi;
ċriev semidomestikati jew ċriev selvaġġi li juru sinjali kliniċi/li huma morda: ċriev selvaġġi u semidomestikati, li huma osservati bħala li juru sinjali ta' mġiba anormali u/jew disturb fil-moviment u/jew b'mod ġenerali jinsabu f'kundizzjoni ħażina tas-saħħa;
ċriev selvaġġi kkaċċjati u ċriev semidomestikati maqtula li ġew dikjarati mhux tajbin għall-konsum uman;
il-kaċċa selvaġġa kkaċċjata u ċ-ċriev semidomestikati li jkunu tqiesu tajbin għall-konsum mill-bniedem jekk Stat Membru jkun identifika inqas minn 3 000 ċerv selvaġġ u semidomestikat mill-gruppi (i) sa (iv).
2.5. Fil-każ ta' sejba pożittiva ta' TSE f'xi ċerv, l-għadd ta' kampjuni minn ċriev miġbura fiż-żona fejn ikun instab li kien hemm każ ta' TSE pożittiv għandu jiżdied, ibbażat fuq valutazzjoni mwettqa mill-Istat Membru kkonċernat.
3. Teħid ta' kampjuni u ttestjar fil-laboratorju
3.1. Għal kull ċerv magħżul f'konformità mal-punt 2, għandu jinġabar kampjun ta' obex u jiġi ttestjat għat-TSEs.
Barra minn hekk, fejn hu fattibbli, kampjun ta' wieħed minn dawn it-tessuti li ġejjin għandu jiġi miġbur f'din l-ordni ta' preferenza li ġejja:
noduli limfatiċi retrofarinġali;
tunsilli;
noduli limfatiċi oħra tar-ras.
Għal ittestjar rapidu, għandha tiġi ppreżentata hemisection tal-obex f'għamla friska jew ffriżata. Il-hemisection li tifdal għandha tkun iffissata. Meta jinġabru, in-noduli limfatiċi u t-tunsilli għandhom jiġu ffissati.
Porzjon ta' tessut frisk minn kull tip ta' kampjun għandu jinżamm iffriżat sakemm jinkiseb riżultat negattiv, f'każ li tinħtieġ bijoassaġġ.
3.2. Sakemm toħroġ il-pubblikazzjoni ta' linji gwida dwar l-ittestjar għat-TSE fiċ-ċriev tal-Laboratorju ta' Referenza tal-UE għat-TSE, għandu jintuża l-metodu ta' laboratorju li ġej għall-iskop tal-programm ta' monitoraġġ għas-CWD:
testijiet rapidi:
Testijiet rapidi kif imsemmija fil-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X użati fid-detezzjoni tal-enċefalopatija sponġiformi trażmissibbli (TSE) fl-obex ta' annimali bovini jew annimali ruminanti żgħar għandhom jitqiesu xierqa għad-detezzjoni tat-TSE fl-obex taċ-ċriev. Testijiet rapidi kif imsemmija fil-punt 4 tal-Kapitolu C tal-Anness X użati għad-detezzjoni tat-TSE fin-noduli limfatiċi ta' annimali bovini jew annimali ruminanti żgħar għandhom jitqiesu xierqa għad-detezzjoni tat-TSE fin-noduli limfatiċi taċ-ċriev. L-Istati Membri jistgħu wkoll jużaw l-immunoistokimika għal skopijiet ta' skrining u għal dan il-għan għandhom jissodisfaw test tal-profiċjenza organizzat mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE għat-TSE.
test ta' konferma:
Meta r-riżultat ta' test rapidu jkun inkonklużiv jew pożittiv, il-kampjun għandu jiġi soġġett għal eżaminazzjonijiet ta' konferma li jużaw mill-inqas wieħed mill-metodi u protokolli li ġejjin stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal għal testijiet djanjostiċi u vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għas-Saħħa tal-Annimali (OIE):
Meta Stat Membru ma jkunx jista' jikkonferma riżultat pożittiv ta' test rapidu, għandu jibgħat kampjun xieraq tat-tessut lil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE għal konferma.
karatterizzazzjoni ta' iżolat:
Fil-każ ta' sejbiet pożittivi tat-TSE, għandhom jitwettqu aktar testijiet għal karatterizzazzjoni tal-iżolati, f'konsultazzjoni mal-Laboratorju ta' Referenza tal-UE għat-TSE.
3.3. Il-ġenotip tal-proteina prijonika għandu jiġi ddeterminat għal kull sejba pożittiva ta' TSE fiċ-ċriev.
Barra minn hekk, għal kull ċerva ttestjata u misjuba negattiva għat-TSE, jew:
B. Monitoraġġ ulterjuri fiċ-ċriev
L-Istati Membri għandhom iwettqu monitoraġġ addizzjonali għat-TSEs fiċ-ċriev ibbażat fuq valutazzjoni tar-riskju li tista' tqis id-detezzjoni ta' TSE fiċ-ċriev fl-istess Stat Membru jew fir-reġjuni ġirien.
L-Istati Membri għajr dawk imsemmija taħt il-punt 1.1 tal-Parti A jistgħu fuq bażi volontarja jwettqu monitoraġġ għat-TSEs fiċ-ċriev.
Wara t-tmiem tal-programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin imsemmi fil-Parti A, l-Istati Membri msemmija taħt il-punt 1.1 jistgħu fuq bażi volontarja jwettqu monitoraġġ għat-TSEs fiċ-ċriev.
IV. MONITORAĠĠ FI SPEĊIJIET OĦRAJN TA' ANNIMALI
Stati Membri jistgħu fuq bażi volontarja jwettqu monitoraġġ għat-TSE fi speċijiet ta' annimali li ma jkunux annimali bovini, ovini, kaprini u ċervidi.
KAPITOLU B
REKWIŻITI TA' RAPPORTAR U REKORDJAR
I. REKWIŻITI GĦALL-ISTATI MEMBRI
A. Informazzjoni li għandha tiġi ppreżentata mill-Istati Membri fir-rapport annwali tagħhom kif previst fl-Artikolu 6(4)
1. L-għadd ta' każijiet suspettati mqiegħda taħt restrizzjonijiet uffiċjali ta' moviment skont l-Artikolu 12(1), għal kull speċi ta' annimal.
2. L-għadd ta' każijiet suspettati suġġetti għal eżaminazzjoni f'laboratorju skont l-Artikolu 12(2), għal kull speċi ta' annimal, inklużi r-riżultati tat-testijiet rapidi u konfermatorji (l-għadd ta' pożittivi u negattivi) u, fir-rigward tal-annimali bovini, id-distribuzzjoni tal-età tal-annimali kollha ttestjati. Id-distribuzzjoni tal-età għandha tinġabar fi gruppi kif ġej: “taħt l-24 xahar”, distribuzzjoni għal kull 12-il xahar bejn 24 u l-155 xahar, u ta' età ta' “aktar minn 155 xahar”.
3. L-għadd ta' qatgħat fejn ġew irrappurtati u investigati każijiet suspettati ta' annimali ovini u kaprini skont l-Artikolu 12(1) u (2).
4. L-għadd ta' annimali bovini ittestjati f'kull subpopolazzjoni msemmija fil-punti 2.1, 2.2, 3.1 u 5 tal-Parti (I) tal-Kapitolu A. Għandhom jingħataw il-metodu tal-għażla tal-kampjun, ir-riżultati tat-testijiet rapidi u ta' konferma u d-distribuzzjoni tal-età tal-annimali ttestjati miġbura fi gruppi kif stabbilit fil-punt 2.
5. L-għadd ta' annimali u qatgħat ta' ovini u kaprini ttestjati f'kull subpopolazzjoni msemmija fil-punti 2, 3, 5 u 6 tal-Parti II tal-Kapitolu A flimkien mal-metodu għall-għażla tal-kampjun u r-riżultati tat-testijiet rapidi u ta' konferma.
6. Id-distribuzzjoni ġeografika, inkluż il-pajjiż tal-oriġini jekk ma jkunx l-istess pajjiż li qed jirrapporta, ta' każijiet pożittivi ta' BSE u scrapie. Is-sena, u meta jkun possibbli x-xahar tat-twelid jingħataw għal kull każ ta' TSE f'annimali bovini, ovini u kaprini. Jiġu indikati l-każijiet ta' TSE li tqiesu atipiċi għandhom. Għall-każijiet ta' scrapie, meta jkun xieraq, jiġu rrappurtati r-riżultati tal-ittestjar molekulari primarju u sekondarju msemmija fil-punt 3.2(c) tal-Kapitolu C tal-Anness X.
7. F'annimali għajr dawk bovini, ovini u kaprini, kif ukoll iċ-ċervidi, għajr dawk koperti bil-programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin għas-CWD imsemmi fil-Parti III.A tal-Kapitolu A ta' dan l-Anness, l-għadd ta' kampjuni u każijiet konfermati ta' TSE għal kull speċi.
8. Il-ġenotip, u, meta possibbli, ir-razza, ta’ kull annimal ovin u kaprin li jkun instab pożittiv għat-TSE jew li jkun ittieħed kampjun minnu f’konformità mal-Kapitolu A, il-Parti II, il-punt 8.
9. Għal Stati Membri koperti bil-programm ta' monitoraġġ ta' tliet snin għas-CWD imsemmi fil-Parti III.A tal-Kapitolu A ta' dan l-Anness, ir-rapport annwali għas-snin 2018, 2019 u 2020 għandu jinkludi:
L-għadd ta' kampjuni ta' ċriev mibgħuta għall-ittestjar, skont il-grupp immirat, skont il-kriterji li ġejjin:
Ir-riżultati tat-testijiet rapidi u ta' konferma (l-għadd ta' testijiet pożittivi u negattivi) u, meta jkun applikabbli, investigazzjonijiet ulterjuri ta' karatterizzazzjoni tal-iżolat, it-tessut ikkampjunat u t-test rapidu u t-teknika ta' konferma użata.
Iż-żoni ġeografiċi, inkluż il-pajjiż ta' oriġini, jekk mhux dak tal-Istat Membru li jkun qed jibgħat ir-rapport, tal-każijiet pożittivi tat-TSE.
Il-ġenotip, u l-ispeċi, ta' kull ċerv misjub pożittiv għat-TSE.
Meta jiġi ttestjat, il-ġenotip taċ-ċriev ittestjati u misjuba negattivi għat-TSE.
B. Perjodi ta' rappurtar
Il-kumpilazzjoni tar-rapporti li fihom l-informazzjoni msemmija fit-Taqsima A u sottomessa lill-Kummissjoni (li għandha tibgħatha lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel) fuq bażi ta' kull xahar jew, fil-format elettroniku maqbul bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel jew, fir-rigward tal-informazzjoni msemmija fil-punt 8 fuq bażi ta' kull tliet xhur, tista' tikkostitwixxi r-rapport annwali kif meħtieġ fl-Artikolu 6(4), kemm-il darba l-informazzjoni hija aġġornata kull meta ssir disponibbli informazzjoni ulterjuri.
II. INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN IPPREŻENTATA FIR-RAPPORT SOMMARJU TAL-UNJONI
Is-sommarju tal-Unjoni jkun ippreżentat f'format ta' tabella u jkopri tal-anqas l-informazzjoni msemmija fil-Parti I.A għal kull Stat Membru.
Mill-1 ta' Jannar 2016, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel tanalizza l-informazzjoni msemmija fil-Parti I, u tippubblika sal-aħħar ta' Novembru rapport sommarju dwar it-tendenzi u s-sorsi ta' Enċefalopatiji Sponġiformi li Jinxterdu fl-Unjoni.
III. REKORDS
1. L-awtorità kompetenti żżomm, għal seba' snin, rekords tal-informazzjoni msemmija fil-Parti I.A.
2. Il-laboratorju li jinvestiga jżomm, għal seba' snin, ir-rekords tal-ittestjar, partikolarment il-kotba tax-xogħol tal-laboratorju u, meta xieraq, blokki tal-paraffina u ritratti ta' Western blots.
ANNESS IV
IT-TAGĦLIF TAL-ANNIMALI
KAPITOLU I
L-estensjonijiet tal-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 7(1)
Skont l-Artikolu 7(2), il-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 7(1) għandha tiġi estiża għat-tagħlif:
tar-ruminanti bil-fosfat tad-dikalċju u l-fosfat tat-trikalċju ta’ oriġini mill-annimali u bl-għalf kompost li fih dawn il-prodotti;
ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin, minbarra l-annimali tal-pil, bi::
proteina tal-annimali pproċessata;
prodotti tad-demm;
proteini idrolizzati li joriġinaw mill-annimali;
fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju li ġej mill-annimali;
għalf li fih il-prodotti elenkati fil-punti (i) sa (iv).
KAPITOLU II
Derogi mill-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(1) u fil-Kapitolu I
Skont l-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 7(3), il-projbizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 7(1) u fil-Kapitolu I ma għandhomx japplikaw għat-tagħlif ta:
ruminanti bi:
ħalib, prodotti b’bażi tal-ħalib, prodotti dderivati mill-ħalib, kolostru u prodotti tal-kolostru;
bajd u prodotti mill-bajd;
kollaġini u ġelatina dderivati minn annimali mhux ruminanti;
proteini idrolizzati dderivati minn:
għalf kompost li fih il-prodotti elenkati fil-punti (i) sa (iv) hawn fuq;
annimali mhux ruminanti mrobbijin, bil-materjali tal-għalf u bl-għalf kompost li ġejjin:
proteini idrolizzati dderivati minn partijiet ta’ annimali mhux ruminanti u mill-pilijiet u l-ġlud ta’ ruminanti;
ħut mitħun u għalf kompost li fih il-ħut mitħun li jkunu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima A tal-Kapitolu IV;
il-fosfat tad-dikalċju u l-fosfat tat-trikalċju ta’ oriġini mill-annimali u l-għalf kompost li jkun fih dawn il-prodotti li jkunu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima B tal-Kapitolu IV;
il-prodotti tad-demm li ġejjin minn annimali mhux ruminanti u l-għalf kompost li jkun fih dawn il-prodotti li jkunu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima C tal-Kapitolu IV;
l-annimali tal-akkwakultura tal-materjali tal-ġwież u tal-ġwież kompost li ġejjin:
il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun u minbarra l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, li jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima D tal-Kapitolu IV;
il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, li jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u l-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima F tal-Kapitolu IV;
ruminanti mhux miftuma bis-sostituti tal-ħalib li jkun fihom il-ħut mitħun u li jkunu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima E tal-Kapitolu IV;
annimali mrobbija b’materjali tat-tagħlif ġejjin mill-pjanti u għalf kompost li fih dawn il-materjali kkontaminati b’ammonti insinifikanti ta’ skaldi tal-għadam li jkun ġej minn speċijiet ta’ annimali mhux awtorizzati. L-Istati Membri jistgħu jużaw din id-deroga biss jekk qabel ikunu wettqu stima tar-riskju li kkonfermat li r-riskju għas-saħħa tal-annimali huwa negliġibbli. Din l-istima tar-riskju trid mill-inqas tqis dawn il-punti li ġejjin:
il-livell tal-kontaminazzjoni
in-natura u s-sors tal-kontaminazzjoni;
l-użu maħsub tal-għalf ikkontaminat;
ta’ tjur tat-trobbija bil-materjali tal-għalf u bl-għalf kompost li ġejjin:
il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, u l-għalf kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, li jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati f’konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u mal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima G tal-Kapitolu IV;
il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, u l-għalf kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, li jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati f’konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u mal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima F tal-Kapitolu IV;
ta’ annimali porċini bil-materjali tal-għalf u bil-għalf kompost li ġejjin:
il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, u l-għalf kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, li jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati f’konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u mal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima H tal-Kapitolu IV;
il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, u l-għalf kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, li jiġu prodotti, imqiegħda fis-suq u użati f’konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III u mal-kundizzjonijiet speċifiċi stipulati fit-Taqsima F tal-Kapitolu IV.
KAPITOLU III
Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-applikazzjoni ta’ ċerti derogi stipulati fil-Kapitolu II
TAQSIMA A
It-trasport u l-ħażna ta' materjali tal-ġwież u tal-ġwież kompost maħsubin biex jintużaw għat-tmigħ ta' annimali mrobbija mhux ruminanti
1. Il-prodotti li ġejjin, maħsubin biex jintużaw għat-tmigħ ta' annimali mrobbija mhux ruminanti għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u maħżuna f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport u l-ħażna ta' ġwież li jkun maħsub għar-ruminanti:
il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa dderivata minn annimali mhux ruminanti, inkluż il-ħut mitħun, il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini u l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija;
id-dicalcium u t-tricalcium phosphate bl-ingrossa li joriġinaw mill-annimali;
il-prodotti tad-demm bl-ingrossa derivati minn annimali mhux ruminanti;
il-ġwież kompost bl-ingrossa li jkun fih il-materjali tal-ġwież elenkati f'(a), (b) u (c).
Ir-reġistri bid-dettalji dwar it-tip ta' prodotti li ġew trasportati jew maħżuna f'impjant ta' ħażna għandhom jinżammu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.
2. B'deroga mill-punt 1, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħażna tal-prodotti elenkati f'dak il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna tal-ġwież li jkun maħsub għar-ruminanti, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta' dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.
3. L-impjanti ta' ħażna li f'konformità mal-punt 2 jaħżnu materjali tal-ġwież u l-ġwież kompost elenkati fil-punt 1 għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti abbażi ta' verifika tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti elenkati fil-punt 2.
4. Il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa derivata minn annimali porċini, u l-għalf kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, għandhom jiġu ttrasportati f’vetturi u f’kontejners u jinħażnu f’faċilitajiet ta’ ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport u għall-ħżin ta’ għalf maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura u t-tjur tat-trobbija.
5. B’deroga mill-punt 4, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta’ ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħżin ta’ proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa dderivata minn annimali porċini u ta’ għalf kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali jistgħu jintużaw sussegwentament għat-trasport jew għall-ħżin ta’ għalf maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura u t-tjur tat-trobbija, dment li dawn jitnaddfu minn qabel sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, f’konformità ma’ proċedura dokumentata li tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta’ dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.
6. Il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa dderivata minn tjur tat-trobbija, u l-għalf kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, għandhom jiġu ttrasportati f’vetturi u f’kontejners u jinħażnu f’faċilitajiet ta’ ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport u għall-ħżin ta’ għalf maħsub għall-annimali mrobija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura u l-annimali porċini.
7. B’deroga mill-punt 6, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta’ ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħżin ta’ proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa dderivata minn tjur tat-trobbija u ta’ għalf kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali jistgħu sussegwentament jintużaw għat-trasport jew għall-ħżin ta’ għalf maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura u l-annimali porċini, dment li dawn jitnaddfu minn qabel sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, f’konformità ma’ proċedura dokumentata li tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta’ dan l-użu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn.
8. Il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa dderivata minn insetti mrobbija, u l-għalf kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, għandhom jiġu ttrasportati f’vetturi u f’kontejners u jinħażnu f’faċilitajiet ta’ ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport u għall-ħżin ta’ għalf maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura, it-tjur tat-trobbija u l-annimali porċini.
9. B’deroga mill-punt 8, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta’ ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħżin ta’ proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa dderivata minn insetti mrobbija u ta’ għalf kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali jistgħu sussegwentament jintużaw għat-trasport jew għall-ħżin ta’ għalf maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, għajr l-annimali tal-akkwakultura, it-tjur tat-trobbija u l-annimali porċini, dment li dawn jitnaddfu minn qabel sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, f’konformità ma’ proċedura dokumentata li tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta’ dan l-użu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn.
10. Il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa dderivata minn annimali mhux ruminanti, għajr il-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, mill-annimali porċini u mill-insetti mrobbija, u l-għalf kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, għandhom jiġu ttrasportati f’vetturi u f’kontejners u jinħażnu f’faċilitajiet ta’ ħażna li la jintużaw, għat-trasport u lanqas għall-ħżin rispettivament ta’ għalf maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura.
11. B’deroga mill-punt 10, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta’ ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħżin tal-prodotti msemmija f’dak il-punt jistgħu sussegwentament jintużaw għat-trasport jew għall-ħżin ta’ għalf maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura, dment li dawn jitnaddfu minn qabel sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, f’konformità ma’ proċedura dokumentata li tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta’ dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.
TAQSIMA B
Il-produzzjoni ta’ għalf kompost maħsub għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin
1. L-għalf kompost maħsub għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin u li fih il-materjali tat-tagħlif li ġejjin, għandu jsir fi stabbilimenti li ma jipproduċux l-għalf kompost għar-ruminanti, u li jkunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti:
ħut mitħun;
fosfat tad-dikalċju u fosfat tat-trikalċju li ġejjin mill-annimali;
prodotti tad-demm li ġejjin minn annimali mhux ruminanti;
proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija;
proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini;
proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija.
2. B’deroga mill-punt 1, il-produzzjoni tal-għalf kompost għar-ruminanti, fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll l-għalf kompost għall-annimali mhux ruminanti mrobbijin li jkun fih il-prodotti elenkati f’dan il-punt, tista’ tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post mill-awtorità, sakemm ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-għalf kompost maħsub għar-ruminanti jrid jiġi mmanifatturat u waqt il-ħżin, il-ġarr u l-ippakkjar, jinżamm f’faċilitajiet li huma separati b’mod fiżiku mill-faċilitajiet fejn jiġi mmanifatturat u jinżamm l-għalf kompost għall-annimali mhux ruminanti;
għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin reġistri bid-dettalji tax-xiri u tal-użu tal-prodotti elenkati fil-punt 1 u tal-bejgħ ta’ għalf kompost li fih dawn il-prodotti;
għandhom isiru kampjunar u analisi regolari tal-għalf kompost maħsub għar-ruminanti biex jiġi vverifikat li ma fihx kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali mhux awtorizzati, permezz tal-metodi analitiċi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 ( 24 ); il-frekwenza tad-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP); ir-riżultati ta’ dan it-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandhom jinżammu għad-disponibbiltà tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin.
3. B'deroga mill-punt 1, għal dawk li jħalltu l-ġwież mhix meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' ġwież komplet magħmul mill-ġwież kompost li jkun fih il-prodotti elenkati f'dak il-punt, soġġett għall-konformità tagħhom mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
iridu jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproduċu ġwież komplet magħmul mill-ġwież kompost li jkun fih il-prodotti elenkati fil-punt 1;
iridu jkunu jrabbu biss annimali mhux ruminanti u:
meta jrabbu t-tjur tat-trobbija, dawn ma għandhomx jipproduċu għalf komplet minn għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija;
meta jrabbu l-annimali porċini, dawn ma għandhomx jipproduċu għalf komplet minn għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini;
il-ġwież kompost użat fil-produzzjoni tal-ġwież komplet, li fih il-ħut mitħun irid ikun fih inqas minn 50 % ta' proteina mhux raffinata;
il-ġwież kompost użat fil-produzzjoni tal-ġwież komplet, li fih id-dicalcium u t-tricalcium phosphate għandu jkun fih inqas minn 10 % ta' fosforu totali;
il-ġwież kompost użat fil-produzzjoni tal-ġwież komplet, li fih il-prodotti tad-demm derivati minn annimali mhux ruminanti għandu jkun fih inqas minn 50 % ta' proteina mhux raffinata.
TAQSIMA C
L-importazzjoni ta’ materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li huma maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra annimali tal-pil
Qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, l-importaturi għandhom jiżguraw li kull konsenja tal-materjali tal-għalf u tal-għalf kompost li jidhru hawn taħt, li huma maħsubin għall-użu fit-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin, barra mill-annimali tal-pil, skont il-Kapitolu II ta’ dan l-Anness, tkun analizzata skont il-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni tal-kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 biex jiġi vverifikat li dan ma fihx kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali mhux awtorizzati:
il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti, inkluż il-ħut mitħun, il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini u l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija.
il-prodotti tad-demm idderivati minn annimali mhux ruminanti.
l-għalf kompost li fih il-materjali tal-għalf elenkati f’ (a), u (b).
TAQSIMA D
L-użu u l-ħżin ta’ għalf li hu maħsub għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin
1. L-użu u l-ħżin tal-għalf li jidher hawn taħt għandu jkun projbit f’azjendi li għandhom speċijiet ta’ annimali mrobbijin li għalihom mhuwiex maħsub dan l-għalf:
il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti, inkluż il-ħut mitħun, il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini u l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija;
il-fosfat tad-dikalċju u l-fosfat tat-trikalċju li ġejjin mill-annimali;
prodotti tad-demm li ġejjin minn annimali mhux ruminanti;
l-għalf kompost li fih il-materjali tal-għalf elenkati f’ (a) sa (c).
2. B’deroga mill-punt 1, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu u l-ħżin tal-għalf kompost imsemmi fil-punt 1(d) f’azjendi li għandhom speċijiet imrobbijin li mhuwiex maħsub għalihom l-għalf kompost sakemm jiġu implimentati miżuri speċifiċi għal dik l-azjenda biex ikun evitat li dan l-għalf kompost jingħata lil speċi ta’ annimal li mhuwiex maħsub għalih.
KAPITOLU IV
Il-kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta’ derogi stipulati fil-Kapitolu II
TAQSIMA A
Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu ta’ ħut mitħun u għalf kompost li fih il-ħut mitħun maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta’ ħut mitħun u għalf kompost li fih il-ħut mitħun maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:
il-ħut mitħun irid jiġi prodott f'impjanti tal-ipproċessar iddedikati esklużivament għall-produzzjoni ta' prodotti derivati minn:
annimali akkwatiċi, għajr mammali tal-baħar,
invertebrati akkwatiċi tat-trobbija għajr dawk li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' “annimali akkwatiċi” prevista fl-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva 2006/88/KE, jew
stilel tal-baħar tal-ispeċi Asterias rubens li l-ħsad tagħhom isir f'żona ta' produzzjoni kif iddefinit fil-punt 2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li huma kklassifikati skont dan;
Il-kliem “ħut mitħun — ma għandux jintuża fil-ġwież għall-annimali ruminanti ħlief għall-annimali ruminanti mhux miftuma” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tal-ħut mitħun;
Il-kliem “fih il-ħut mitħun — ma għandux jingħata lir-ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li jkun fih il-ħut mitħun maħsub għall-annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-pil.
TAQSIMA B
Il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-użu tad-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali u tal-ġwież kompost li fih dawn il-fosfati maħsubin għall-ġwież ta' annimali mrobbija mhux ruminanti minbarra l-annimali tal-pil
Il-kliem “id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali — ma għandhomx jintużaw fl-għalf għall-annimali ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tad-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali;
Il-kliem “fih id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali — ma għandux jingħata lir-ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li fih id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali.
TAQSIMA C
Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu ta’ prodotti tad-demm idderivati minn annimali mhux ruminanti u għalf kompost li fih dawn il-prodotti maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-użu ta’ prodotti tad-demm meħud minn annimali mhux ruminanti u ta’ għalf kompost li fih dawn il-prodotti tad-demm maħsubin għat-tagħlif ta’ annimali mhux ruminanti mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:
Id-demm li jkun maħsub għall-użu tal-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm għandu jittieħed minn biċċeriji fejn ma jitbiċċrux ruminanti u li jkunu rreġistrati mal-awtorità kompetenti bħala biċċeriji fejn ma jitbiċċrux ruminanti.
B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tbiċċir ta’ ruminanti f’biċċerija li tipproduċi d-demm ta’ annimali mhux ruminanti maħsub għall-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm li jintużaw fl-għalf maħsub għal annimali mhux ruminanti mrobbija.
Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni rigward l-effikaċja ta’ miżuri maħsubin biex jevitaw il-kontaminazzjoni bejn id-demm tar-ruminanti u d-demm ta’ annimali li mhumiex ruminanti.
Dawn il-miżuri għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
it-tbiċċir ta’ annimali mhux ruminanti jrid isir f’linji li jkunu fiżikament separati mil-linji użati għat-tbiċċir tar-ruminanti;
il-faċilitajiet tal-ġbir, il-ħażna, il-ġarr u l-ippakkjar għad-demm li jkun ġej minn annimali mhux ruminanti għandhom jinżammu separati minn dawk użati għad-demm li jkun ġej minn ruminanti;
iridu jsiru teħid ta’ kampjuni u analiżijiet regolari tad-demm ta’ oriġini minn annimali li mhumiex ruminanti biex tiġi identifikata l-preżenza ta’ proteini tar-ruminanti. Il-metodu li jintuża għall-analiżi jrid ikun ivvalidat xjentifikament għal dan l-għan. Il-frekwenza tad-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP).
Id-demm li jkun maħsub għall-użu tal-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm għall-annimali mhux ruminanti għandu jitwassal għall-impjant tal-ipproċessar f’vetturi u kontejners iddedikati esklussivament għat-trasport ta’ demm ta’ annimali mhux ruminanti.
B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, il-vetturi u l-kontejners li jkunu ntużaw għat-trasport ta’ demm meħud mir-ruminanti, jistgħu wara jintużaw għat-trasport ta’ demm meħud minn annimali mhux ruminanti sakemm dawn ikunu tnaddfu qabel l-użu biex b’hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn prodott għal ieħor, skont proċedura ddokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti. Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm rekord dokumentat ta’ dan l-użu għal mill-inqas sentejn u jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti.
Il-prodotti tad-demm għandhom jiġu prodotti f'impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw biss demm ta' annimali mhux ruminanti, u rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproċessaw biss demm ta' annimali mhux ruminanti.
B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm f’impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw id-demm tar-ruminanti, biex jintużaw fl-għalf għal annimali mhux ruminanti mrobbija.
Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni rigward l-effikaċja ta’ miżuri maħsubin biex jevitaw il-kontaminazzjoni bejn prodott u ieħor.
Dawn il-miżuri għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
Il-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm minn annimali mhux ruminanti trid issir f’sistema magħluqa li tinżamm fiżikament separata minn sistema użata fil-produzzjoni ta’ prodotti tad-demm tar-ruminanti;
il-faċilitajiet tal-ġbir, tal-ħażna, tal-ġarr u tal-ippakkjar ta’ materja prima bl-ingrossa u ta’ prodotti finali ta’ oriġini minn annimali mhux ruminanti għandhom jinżammu separati minn dawk użati għall-materja prima bl-ingrossa u ta’ prodott finali li jkunu ġejjin minn ruminanti;
għandu jiġi applikat proċess kontinwu ta’ rikonċiljazzjoni bejn id-demm li jiddaħħal, meħud rispettivament mir-ruminanti u minn annimali mhux ruminanti, u l-prodotti tad-demm korrispondenti;
għandhom isiru kampjunar u analiżijiet regolari tal-prodotti tad-demm ta’ oriġini minn annimali mhux ruminanti biex jiġi vverifikat li ma saritx kontaminazzjoni bejnhom u prodotti tad-demm tar-ruminanti, permezz tal-metodi analitiċi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tad-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP); ir-riżultati ta’ dan it-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandhom jinżammu għad-disponibbiltà tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin.
Il-kliem “prodotti tad-demm ta' annimali mhux ruminanti — ma għandhomx jintużaw fil-ġwież għall-annimali ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tal-prodotti tad-demm derivati minn annimali mhux ruminanti.
Il-kliem “fih prodotti tad-demm ta' annimali mhux ruminanti — ma għandux jingħata lir-ruminanti” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-għalf kompost li fih prodotti tad-demm derivati mill-annimali mhux ruminanti.
TAQSIMA D
Il-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u l-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun u minbarra l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li fih din il-proteina maħsub għall-ġwież ta' annimali tal-akkwakultura
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għall-użu tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti, minbarra l-ħut mitħun, u minbarra l-proteina pproċessata tal-annimali derivata mill-insetti mrobbija, u l-ġwież kompost li fih din il-proteina, maħsub għat-tmigħ ta' annimali tal-akkwakultura:
Il-prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima għandhom jiġu minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
biċċeriji approvati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li ma jbiċċrux annimali ruminanti u li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma jbiċċrux annimali ruminanti;
impjanti tat-tqattigħ approvati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li ma jagħmlux dissussar jew tqattigħ ta’ laħam ta’ annimali ruminanti, u li jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti li fihom ma jsirx dissussar jew tqattigħ ta’ laħam ta’ annimali ruminanti;
stabbilimenti oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt (i) jew (ii), irreġistrati jew approvati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li ma jimmaniġġawx prodotti ta’ annimali ruminanti u li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma jimmaniġġawx prodotti ta’ annimali ruminanti;
stabbilimenti approvati msemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jimmaniġġaw jew jaħżnu biss prodotti sekondarji ta’ annimali mhux ruminanti li jkunu ġejjin mill-istabbilimenti msemmija fil-punti (i), (ii) u (iii).
B’deroga mill-punti (i), (ii) u (iii) tal-ewwel paragrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tbiċċir ta’ annimali ruminanti u l-immaġġar ta’ prodotti ta’ annimali ruminanti fl-istabbilimenti, imsemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-ewwel paragrafu, li jipproduċu prodotti sekondarji ta’ annimali mhux ruminanti maħsuba għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima.
Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni fuq il-post, mill-effikaċja tal-miżuri mmirati biex jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-prodotti sekondarji minn annimali ruminanti u dawk minn annimali mhux ruminanti.
Dawk il-miżuri għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
it-tbiċċir tal-annimali mhux ruminanti jrid isir f’linji li jkunu fiżikament separati minn dawk li jintużaw għat-tbiċċir tar-ruminanti;
il-prodotti minn annimali mhux ruminanti jridu jiġu mmaniġġati fuq linji tal-produzzjoni li jkunu fiżikament separati minn dawk li jintużaw għat-trattament ta’ prodotti minn annimali ruminanti;
il-faċilitajiet tal-ġbir, tal-ħżin, tat-trasport u tal-imballaġġ għall-prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn annimali mhux ruminanti jridu jinżammu separati minn dawk għall-prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn annimali ruminanti;
iridu jsiru kampjunar u analiżi regolari tal-prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn annimali mhux ruminanti biex tiġi identifikata l-preżenza tal-proteini tar-ruminanti. Il-metodu ta’ analiżi li jintuża jrid jiġi vvalidat xjentifikament għal dak l-iskop. Il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP.
Il-prodotti sekondarji ta’ oriġini minn annimali mhux ruminanti maħsubin għall-użu fil-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima għandhom jitwasslu għall-impjant tal-ipproċessar f’vetturi u kontejners li ma jkunux użati għat-trasport ta’ prodotti sekondarji ġejjin mir-ruminanti.
B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, il-prodotti sekondarji ta’ oriġini minn annimali mhux ruminanti jistghu jitwasslu f’vetturi u kontejners li jkunu ntużaw għat-trasport ta’ prodotti sekondarji dderivati mir-ruminanti, sakemm dawn ikunu tnaddfu qabel l-użu biex b’hekk tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn prodott għal ieħor, skont proċedura ddokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm rekord dokumentat ta’ dan l-użu għal mill-inqas sentejn u jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti.
Il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima għandha tiġi prodotta f'impjanti tal-ipproċessar li jkunu ddedikati esklussivament għall-ipproċessar ta' prodotti sekondarji minn annimali mhux ruminanti li jkunu ġejjin minn biċċeriji, impjanti tat-tqattigħ jew stabbilimenti oħrajn imsemmijin fil-punt (a). Dawn l-impjanti tal-ipproċessar għandhom jiġu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jipproċessaw biss prodotti sekondarji minn annimali mhux ruminanti.
B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima f’impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw il-prodotti sekondarji mir-ruminanti.
Din l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss jekk l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni rigward l-effikaċja ta’ miżuri maħsubin biex jevitaw il-kontaminazzjoni bejn il-proteina pproċessata tal-annimali ta’ oriġini mir-ruminanti u l-proteina pproċessata ta’ annimali li mhumiex ruminanti.
Dawn il-miżuri ta’ prevenzjoni għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
il-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali meħuda mir-ruminanti għandha ssir f’sistema magħluqa li tkun separata fiżikament minn waħda użata fil-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima;
il-prodotti sekondarji mill-annimali dderivati mir-ruminanti jinżammu, waqt il-ħżin u t-trasport, fi faċilitajiet li huma separati fiżikament minn dawk użati għall-prodotti sekondarji dderivati minn annimali mhux ruminanti;
il-proteina pproċessata tal-annimali meħuda mir-ruminanti tinżamm, waqt il-ħżin u t-trasport, f’faċilitajiet li huma separati fiżikament minn dawk użati għall-prodotti finali dderivati minn annimali mhux ruminanti;
għandhom isiru kampjunar u analiżijiet regolari tal-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima biex jiġi vverifikat li ma saritx kontaminazzjoni bejnha u proteina pproċessata tal-annimali tar-ruminanti, permezz tal-metodi analitiċi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tad-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandha tiġi deċiża abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri bbażati fuq il-prinċipji tal-analiżi tal-perikli u tal-punti ta’ kontroll (HACCP); ir-riżultati ta’ dan it-teħid ta’ kampjuni u tal-analiżijiet għandhom jinżammu għad-disponibbiltà tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin.
L-għalf kompost li fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f’din it-Taqsima għandha tiġi prodotta fi stabbilimenti li jkunu awtorizzati għal dan mill-awtorità kompetenti u li jkunu ddedikati esklussivament għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali tal-akkwakultura.
B’deroga minn din il-kundizzjoni speċifika:
il-produzzjoni tal-ġwież kompost, li jkun fih l-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima, għall-annimali tal-akkwakultura fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll ġwież kompost maħsub għall-annimali mrobbijin oħrajn, minbarra l-annimali tal-pil, tista' tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti wara spezzjoni fil-post, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
mhix meħtieġa awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta' ġwież komplet mill-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima għal dawk li jħalltu l-ġwież u li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Id-dokument kummerċjali jew iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, li jakkumpanjaw il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima u t-tikketta tagħha jrid ikollhom dan il-kliem li ġej stampat fuqhom b'mod ċar: “il-proteina pproċessata tal-annimali minn annimali mhux ruminanti — ma għandhiex tintuża fil-ġwież għall-annimali mrobbija ħlief għall-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil”.
Il-kliem li ġej għandu jkun indikat b'mod ċar fuq it-tikketta tal-ġwież kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali msemmija f'din it-Taqsima:
“fih il-proteina pproċessata ta' annimali mhux ruminanti — ma għandux jingħata bħala għalf lill-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-akkwakultura u l-annimali tal-pil”.
TAQSIMA E
Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun, għat-tagħlif ta’ ruminanti mhux miftuma
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni, għat-tqegħid fis-suq u għall-użu ta’ sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun, għat-tagħlif ta’ annimali ruminanti mrobbija mhux miftuma:
il-ħut mitħun użat fis-sostituti tal-ħalib irid jiġi prodott f'impjanti tal-ipproċessar iddedikati esklużivament għall-produzzjoni ta' prodotti derivati minn:
annimali akkwatiċi, għajr mammali tal-baħar,
invertebrati akkwatiċi tat-trobbija għajr dawk li jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' “annimali akkwatiċi” prevista fl-Artikolu 3(1)(e) tad-Direttiva 2006/88/KE, jew
stilel tal-baħar tal-ispeċi Asterias rubens li l-ħsad tagħhom isir f'żona ta' produzzjoni kif iddefinit fil-punt 2.5 tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 u li huma kklassifikati skont dan.
Il-ħut mitħun użat fis-sostituti tal-ħalib għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati fil-Kapitolu III.
Il-kliem “il-ħut mitħun — ma għandux jintuża fil-ġwież għall-annimali ruminanti ħlief għall-annimali ruminanti mhux miftuma” għandu jkun indikat b'mod ċar fuq id-dokument kummerċjali ta' akkumpanjament jew fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, kif xieraq, kif ukoll fuq it-tikketta tal-ħut mitħun maħsub biex jintuża fis-sostituti tal-ħalib.
l-użu tal-ħut mitħun għall-annimali ruminanti mrobbija mhux miftuma se jkun awtorizzat biss għall-produzzjoni tas-sostituti tal-ħalib, imqassmin fil-forma mnixxfa u mogħtija wara li jiġu mħallta bi kwantità speċifika ta' likwidu, maħsub għat-tmigħ tar-ruminanti mhux miftuma bħala suppliment, jew bħala sostitut għal ħalib postkolostrali qabel jintemm il-ftim.
is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun maħsubin għall-annimali ruminanti mhux miftuma mrobbija għandhom jiġu prodotti fi stabbilimenti li ma jipproduċux ġwież kompost ieħor għar-ruminanti u li huma awtorizzati għal dan l-għan mill-awtorità kompetenti.
B'deroga minn din il-kundizzjoni speċjali, il-produzzjoni ta' ġwież kompost ieħor għar-ruminanti, fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll is-sostituti tal-ħalib li jkun fihom il-ħut mitħun maħsubin għall-annimali ruminanti mrobbijin mhux miftuma tista' tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
waqt il-ħażna, il-ġarr u l-imballaġġ, il-ġwież kompost ieħor maħsub għar-ruminanti jrid jinżamm f'faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk użati għall-ħut mitħun bl-ingrossa u għas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun bl-ingrossa;
il-ġwież kompost l-ieħor maħsub għar-ruminanti jrid jiġi mmanifatturat f'faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn faċilitajiet fejn jiġu mmanifatturati s-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun;
ir-reġistri bid-dettalji dwar ix-xiri u l-użu tal-ħut mitħun u l-bejgħ tas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun għandhom jinżammu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin;
għandhom isiru kampjunar u analiżi regolari tal-ġwież kompost l-ieħor maħsub għar-ruminanti biex jiġi vverifikat li ma fihx kostitwenti li ġejjin mill-annimali mhux awtorizzati permezz tal-metodi ta' analiżi għad-determinazzjoni ta' kostitwenti li ġejjin mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi deċiża abbażi ta' valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP; ir-riżultati għandhom jibqgħu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas ħames snin.
qabel ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni, l-importaturi għandhom jiżguraw li kull konsenja impurtata ta' sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun tiġi analizzata skont il-metodi ta' analiżi għall-identifikazzjoni tal-kostitwenti li ġejjin mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stipulati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 biex jiġi vverifikat in-nuqqas ta' kostitwenti li ġejjin mill-annimali mhux awtorizzati.
It-tikketta tas-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun maħsubin għall-annimali ruminanti mrobbijin mhux miftuma, irid ikollha mmarkat b'mod ċar il-kliem “fih il-ħut mitħun — ma għandux jingħata lir-ruminanti minbarra ruminanti mhux miftuma”.
is-sostituti tal-ħalib bl-ingrossa li fihom il-ħut mitħun maħsubin għar-ruminanti mrobbijin mhux miftuma għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u maħżuna f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport jew il-ħażna ta' ġwież ieħor maħsub għar-ruminanti.
B'deroga minn dik il-kundizzjoni speċifika, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jintużaw wara għat-trasport jew għall-ħażna ta' ġwież ieħor bl-ingrossa maħsub għar-ruminanti, jistgħu jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna ta' sostituti tal-ħalib bl-ingrossa li fihom il-ħut mitħun maħsubin għar-ruminanti mrobbijin mhux miftuma, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti. Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta' dan l-użu li jkun disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.
f'azjendi agrikoli fejn jinżammu r-ruminanti għandu jkun hemm fis-seħħ miżuri biex is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun ma jingħatawx lil ruminanti oħrajn minbarra dawk mhux miftuma. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi lista ta' azjendi agrikoli li fihom jintużaw is-sostituti tal-ħalib li fihom il-ħut mitħun, permezz ta' sistema ta' notifika minn qabel mill-azjenda agrikola jew permezz ta' sistema oħra li tiżgura l-konformità ma' din il-kundizzjoni speċifika.
TAQSIMA F
Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u għall-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, u ta’ għalf kompost li jkun fih din il-proteina, maħsuba biex jintużaw għat-tagħlif ta’ annimali tal-akkwakultura, ta’ tjur tat-trobbija u ta’ annimali porċini
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għall-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, u ta’ għalf kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali, maħsuba biex jintużaw għat-tagħlif ta’ annimali tal-akkwakultura, ta’ tjur tat-trobbija u ta’ annimali porċini:
Il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija trid tiġi prodotta:
f’impjanti tal-ipproċessar approvati f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u ddedikati esklussivament għall-produzzjoni ta’ prodotti dderivati minn insetti mrobbija;
f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
B’deroga mill-kundizzjoni prevista fil-punt (i) tal-ewwel paragrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija f’impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw prodotti sekondarji minn speċijiet oħra.
Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni, dwar l-effikaċja tal-miżuri mmirati biex jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata tal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, mal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali oħra mrobbija.
Dawk il-miżuri preventivi għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
L-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija għandu jiġi prodott fi stabbilimenti:
awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti;
iddedikati għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali tal-akkwakultura, għat-tjur tat-trobbija jew għall-annimali porċini.
B’deroga mill-punt (i) tal-ewwel paragrafu, awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta’ għalf komplet minn għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija ma għandhiex tkun meħtieġa għal dawk li jħalltu l-għalf u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
B’deroga mill-punt (ii) tal-ewwel paragrafu, il-produzzjoni ta’ għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, maħsub għall-annimali tal-akkwakultura, għat-tjur tat-trobbija jew għall-annimali porċini, fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll l-għalf kompost maħsub għal annimali oħra mrobbija, minbarra l-annimali bil-pil, tista’ tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Id-dokument kummerċjali jew, skont il-każ, iċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, it-tikketta ta’ dik il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, u t-tikketta tal-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar f’konformità mat-Taqsima G tal-Kapitolu V ta’ dan l-Anness.
TAQSIMA G
Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u għall-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, u ta’ għalf kompost li jkun fih din il-proteina, maħsuba biex jintużaw għat-tagħlif ta’ tjur tat-trobbija
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għall-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, u ta’ għalf kompost li jkun fih din il-proteina, maħsuba biex jintużaw għat-tagħlif ta’ tjur tat-trobbija (“proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini”):
Il-prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini għandhom jiġu minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
biċċeriji approvati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li ma jbiċċrux ruminanti u tjur tat-trobbija u li jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma jbiċċrux ruminanti u tjur tat-trobbija;
impjanti tat-tqattigħ approvati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li ma jagħmlux dissussar jew tqattigħ ta’ laħam ta’ annimali ruminanti u tat-tjur tat-trobbija, u li jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti li fihom ma jsirx dissussar jew tqattigħ ta’ laħam ta’ annimali ruminanti u tat-tjur tat-trobbija;
stabbilimenti oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt (i) jew (ii), irreġistrati jew approvati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li ma jimmaniġġawx prodotti minn ruminanti u minn tjur tat-trobbija u li jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma jimmaniġġawx prodotti minn ruminanti u minn tjur tat-trobbija;
stabbilimenti approvati msemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jimmaniġġaw jew jaħżnu biss prodotti sekondarji ta’ annimali mhux ruminanti li jkunu ġejjin mill-istabbilimenti msemmija fil-punti (i), (ii) u (iii).
B’deroga mill-punti (i), (ii) u (iii) tal-ewwel paragrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tbiċċir tar-ruminanti jew tat-tjur tat-trobbija u l-maniġġar ta’ prodotti minn ruminanti jew minn tjur tat-trobbija fl-istabbilimenti msemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-ewwel paragrafu li jipproduċu prodotti sekondarji minn annimali porċini maħsuba għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini.
Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni fuq il-post, mill-effikaċja tal-miżuri mmirati biex jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-prodotti sekondarji minn annimali ruminanti jew minn tjur tat-trobbija u dawk minn annimali porċini.
Dawk il-miżuri għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
it-tbiċċir tal-annimali porċini jrid isir f’linji li jkunu fiżikament separati minn dawk li jintużaw għat-tbiċċir tar-ruminanti jew tat-tjur tat-trobbija;
il-prodotti ta’ oriġini porċina jridu jiġu maniġġati fuq linji tal-produzzjoni li jkunu fiżikament separati minn dawk li jintużaw għall-maniġġar ta’ prodotti minn ruminanti jew minn tjur tat-trobbija;
il-faċilitajiet tal-ġbir, tal-ħżin, tat-trasport u tal-imballaġġ għall-prodotti sekondarji tal-annimali ta’ oriġini porċina jridu jinżammu separati minn dawk għall-prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn ruminanti jew minn tjur tat-trobbija;
iridu jsiru kampjunar u analiżi regolari tal-prodotti sekondarji tal-annimali ta’ oriġini porċina biex tiġi identifikata l-preżenza ta’ proteini tar-ruminanti u tat-tjur tat-trobbija. Il-metodu ta’ analiżi li jintuża jrid jiġi vvalidat xjentifikament għal dak l-iskop. Il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP.
Il-prodotti sekondarji tal-annimali ta’ oriġini porċina maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini għandhom jiġu ttrasportati f’impjant tal-ipproċessar f’vetturi u f’kontejners li ma jintużawx għat-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn ruminanti jew minn tjur tat-trobbija.
B’deroga mill-ewwel paragrafu, dawn jistgħu jiġu ttrasportati f’vetturi u f’kontejners li jkunu ntużaw qabel għat-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali dderivati minn ruminanti jew minn tjur tat-trobbija, dment li dawk il-vetturi u l-kontejners ikunu tnaddfu minn qabel sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata f’konformità ma’ proċedura dokumentata li tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Kull meta tintuża din il-proċedura, traċċa dokumentata ta’ dan l-użu għandha tinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn.
Il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini għandha tiġi prodotta f’impjanti tal-ipproċessar:
iddedikati għall-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji li jinkisbu mill-biċċerji, mill-impjanti tat-tqattigħ u mill-istabbilimenti l-oħra msemmija fil-punt (a);
irreġistrati mill-awtorità kompetenti li ma jipproċessawx prodotti sekondarji minn annimali ruminanti jew minn tjur tat-trobbija.
B’deroga mill-punt (ii) tal-ewwel paragrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini f’impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw prodotti sekondarji minn annimali ruminanti jew minn tjur tat-trobbija.
Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni, dwar l-effikaċja tal-miżuri mmirati biex jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-proteina pproċessata tal-annimali li toriġina minn ruminanti jew minn tjur tat-trobbija u l-proteina pproċessata tal-annimali ta’ oriġini porċina.
Dawk il-miżuri preventivi għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
il-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn ruminanti jew minn tjur tat-trobbija trid issir f’sistema magħluqa li tkun fiżikament separata minn dik li tintuża għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini;
iż-żamma ta’ prodotti sekondarji tal-annimali dderivati minn ruminanti jew minn tjur tat-trobbija matul il-ħżin u t-trasport f’faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk għall-prodotti sekondarji tal-annimali dderivati minn annimali porċini;
iż-żamma ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn ruminanti jew minn tjur tat-trobbija matul il-ħżin u l-imballaġġ f’faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk li jintużaw għall-prodotti finali dderivati minn annimali porċini;
iridu jsiru kampjunar u analiżi regolari, permezz tal-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti li joriġinaw mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009, tal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini biex jiġi vverifikat li ma hemmx kontaminazzjoni kroċjata mal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn ruminanti jew minn tjur tat-trobbija; il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP; ir-riżultati ta’ dan il-kampjunar u ta’ din l-analiżi għandhom jinżammu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin.
L-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini għandu jiġi prodott fi stabbilimenti:
awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti;
iddedikati esklussivament għall-produzzjoni tal-għalf għat-tjur tat-trobbija, għall-annimali tal-akkwakultura jew għall-annimali bil-pil.
B’deroga mill-punt (i) tal-ewwel paragrafu, awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta’ għalf komplet minn għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini ma għandhiex tkun meħtieġa għal dawk li jħalltu l-għalf u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
B’deroga mill-punt (ii) tal-ewwel paragrafu, il-produzzjoni ta’ għalf kompost għat-tjur tat-trobbija li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll għalf kompost maħsub għall-annimali mrobbija, għajr għall-annimali tal-akkwakultura u dawk bil-pil, tista’ tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post, soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Id-dokument kummerċjali jew, skont il-każ, iċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, it-tikketta ta’ dik il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, u t-tikketta tal-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar f’konformità mat-Taqsima G tal-Kapitolu V ta’ dan l-Anness.
TAQSIMA H
Kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-produzzjoni u għall-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, u ta’ għalf kompost li jkun fih din il-proteina, maħsuba biex jintużaw għat-tagħlif ta’ annimali porċini
Il-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-produzzjoni u għall-użu ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, u ta’ għalf kompost li jkun fih din il-proteina, maħsuba biex jintużaw għat-tagħlif ta’ annimali porċini (“proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija”):
Il-prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija għandhom jiġu minn wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
biċċeriji approvati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li ma jbiċċrux ruminanti u annimali porċini u li jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma jbiċċrux annimali ruminanti u annimali porċini;
impjanti tat-tqattigħ approvati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 li ma jagħmlux dissussar jew tqattigħ ta’ laħam ta’ annimali ruminanti u tal-majjal, u li jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li fihom ma jsirx dissussar jew tqattigħ ta’ laħam ta’ annimali ruminanti u ta’ majjal;
stabbilimenti oħra minbarra dawk imsemmija fil-punt (i) jew (ii), irreġistrati jew approvati f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, li ma jimmaniġġawx prodotti minn annimali ruminanti u minn annimali porċini u li jkunu rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma jimmaniġġawx prodotti minn annimali ruminanti u minn annimali porċini;
stabbilimenti approvati msemmija fil-punti (h) u (i) tal-Artikolu 24(1) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 li huma rreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li jimmaniġġaw jew jaħżnu biss prodotti sekondarji ta’ annimali mhux ruminanti li jkunu ġejjin mill-istabbilimenti msemmija fil-punti (i), (ii) u (iii).
B’deroga mill-punti (i), (ii) u (iii) tal-ewwel paragrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza t-tbiċċir tar-ruminanti jew tal-annimali porċini u l-immaniġġar ta’ prodotti minn annimali ruminanti jew minn annimali porċini fl-istabbilimenti msemmija fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-ewwel paragrafu li jipproduċu prodotti sekondarji tal-annimali minn tjur tat-trobbija maħsuba għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija.
Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni fuq il-post, mill-effikaċja tal-miżuri mmirati biex jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-prodotti sekondarji minn annimali ruminanti jew minn annimali porċini u dawk minn tjur tat-trobbija.
Dawk il-miżuri għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
it-tbiċċir tat-tjur tat-trobbija jrid isir f’linji li jkunu fiżikament separati minn dawk li jintużaw għat-tbiċċir tar-ruminanti jew tal-annimali porċini;
il-prodotti tat-tjur tat-trobbija jridu jiġu maniġġati fuq linji tal-produzzjoni li jkunu fiżikament separati minn dawk li jintużaw għall-imaniġġar ta’ prodotti tar-ruminanti jew tal-porċini;
il-faċilitajiet tal-ġbir, tal-ħżin, tat-trasport u tal-imballaġġ għall-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin minn tjur tat-trobbija jridu jinżammu separati minn dawk għall-prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin mir-ruminanti jew mill-porċini;
iridu jsiru kampjunar u analiżi regolari tal-prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn tjur tat-trobbija biex tiġi identifikata l-preżenza ta’ proteini tar-ruminanti u tal-porċini. Il-metodu ta’ analiżi li jintuża jrid jiġi vvalidat xjentifikament għal dak l-iskop. Il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP.
Il-prodotti sekondarji tal-annimali li joriġinaw minn tjur tat-trobbija maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija għandhom jiġu ttrasportati f’impjant tal-ipproċessar f’vetturi u f’kontejners li ma jintużawx għat-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin mir-ruminanti jew mill-porċini.
B’deroga mill-ewwel paragrafu, dawn jistgħu jiġu ttrasportati f’vetturi u f’kontejners li jkunu ntużaw qabel għat-trasport ta’ prodotti sekondarji tal-annimali dderivati minn ruminanti jew minn annimali porċini, dment li dawk il-vetturi u l-kontejners ikunu tnaddfu minn qabel sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata f’konformità ma’ proċedura dokumentata li tkun ġiet awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Kull meta tintuża din il-proċedura, traċċa dokumentata ta’ dan l-użu għandha tinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn.
Il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija għandha tiġi prodotta f’impjanti tal-ipproċessar:
iddedikati għall-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali li jinkisbu mill-biċċerji, mill-impjanti tat-tqattigħ u mill-istabbilimenti l-oħra msemmija fil-punt (a);
irreġistrati mill-awtorità kompetenti bħala li ma jipproċessawx prodotti sekondarji minn annimali ruminanti jew porċini.
B’deroga mill-punt (ii) tal-ewwel paragrafu, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija f’impjanti tal-ipproċessar li jipproċessaw prodotti sekondarji minn annimali ruminanti jew porċini.
Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tingħata biss meta l-awtorità kompetenti tkun sodisfatta, wara spezzjoni, dwar l-effikaċja tal-miżuri mmirati biex jipprevjenu l-kontaminazzjoni kroċjata bejn il-proteina pproċessata ta’ annimali ruminanti jew annimali porċini u l-proteina pproċessata tal-annimali li toriġina minn tjur tat-trobbija.
Dawk il-miżuri preventivi għandhom jinkludu r-rekwiżiti minimi li ġejjin:
il-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn ruminanti jew minn annimali porċini trid issir f’sistema magħluqa li tkun fiżikament separata minn dik li tintuża għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija;
iż-żamma ta’ prodotti sekondarji tal-annimali dderivati minn ruminanti jew minn annimali porċini matul il-ħżin u t-trasport f’faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk għall-prodotti sekondarji tal-annimali dderivati minn tjur tat-trobbija;
iż-żamma ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn ruminanti jew minn annimali porċini matul il-ħżin u l-imballaġġ f’faċilitajiet li jkunu fiżikament separati minn dawk li jintużaw għall-prodotti finali dderivati minn tjur tat-trobbija;
iridu jsiru kampjunar u analiżi regolari tal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija biex jiġi vverifikat li ma hemmx kontaminazzjoni kroċjata mal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn ruminanti jew minn annimali porċini permezz tal-metodi ta’ analiżi għad-determinazzjoni ta’ kostitwenti li joriġinaw mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stabbiliti fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009; il-frekwenza tal-kampjunar u tal-analiżi għandha tiġi ddeterminata abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-operatur bħala parti mill-proċeduri tiegħu bbażati fuq il-prinċipji tal-HACCP; ir-riżultati ta’ dan il-kampjunar u ta’ din l-analiżi għandhom jinżammu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin.
L-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija għandu jiġi prodott fi stabbilimenti:
awtorizzati għal dak l-iskop mill-awtorità kompetenti;
iddedikati esklussivament għall-produzzjoni tal-għalf għall-annimali porċini, tal-akkwakultura jew bil-pil.
B’deroga mill-punt (i) tal-ewwel paragrafu, awtorizzazzjoni speċifika għall-produzzjoni ta’ għalf komplet minn għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija ma għandhiex tkun meħtieġa għal dawk li jħalltu l-għalf u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
B’deroga mill-punt (ii) tal-ewwel paragrafu, il-produzzjoni ta’ għalf kompost għall-annimali porċini, li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, fi stabbilimenti li jipproduċu wkoll għalf kompost maħsub għall-annimali mrobbija, għajr għall-annimali tal-akkwakultura u dawk bil-pil, tista’ tiġi awtorizzata mill-awtorità kompetenti, wara spezzjoni fuq il-post, soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Id-dokument kummerċjali jew, skont il-każ, iċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, it-tikketta ta’ dik il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, u t-tikketta tal-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar f’konformità mat-Taqsima G tal-Kapitolu V ta’ dan l-Anness.
KAPITOLU V
Ir-rekwiżiti ġenerali
TAQSIMA A
Listi
1. L-Istati Membri għandhom iżommu aġġornati u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-listi dwar:
il-biċċeriji rreġistrati bħala biċċeriji li ma jbiċċrux ruminanti skont l-ewwel paragrafu tal-punt (a) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV, kif ukoll il-biċċeriji awtorizzati minn fejn jista’ jinkiseb id-demm prodott skont it-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-punt (a) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV;
il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti oħrajn tal-ikel u stabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali rreġistrati bħala, rispettivament, li ma jbiċċrux ruminanti, ma jagħmlux dissussar jew tqattigħ ta’ laħam ta’ annimali ruminanti, u li jimmaniġġaw jew jaħżnu biss prodotti sekondarji tal-annimali, li jiġu minn dawn l-istabbilimenti tal-ikel minn fejn jistgħu jinkisbu prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, kif ukoll il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u l-istabbilimenti oħrajn awtorizzati, minn fejn jistgħu jinkisbu prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti f’konformità mat-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-punt (a) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;
il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ, stabbilimenti oħra tal-ikel u l-istabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali rreġistrati bħala, rispettivament, li ma jbiċċrux ruminanti u tjur tat-trobbija, li ma jagħmlux dissussar jew tqattigħ ta’ laħam ta’ annimali ruminanti u tat-tjur tat-trobbija, li ma jimmaniġġawx prodotti minn ruminanti u minn tjur tat-trobbija, u li jimmaniġġaw jew jaħżnu biss prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin minn dawn l-istabbilimenti tal-ikel, li minnhom jistgħu jinkisbu prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-punt (a) tat-Taqsima G tal-Kapitolu IV, kif ukoll il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti oħra tal-ikel awtorizzati, li minnhom jistgħu jinkisbu prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini f’konformità mat-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-punt (a) tat-Taqsima G tal-Kapitolu IV;
il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ, u stabbilimenti oħra tal-ikel u tal-prodotti sekondarji tal-annimali rreġistrati bħala, rispettivament, li ma jbiċċrux ruminanti u annimali porċini, li ma jagħmlux dissussar jew tqattigħ ta’ laħam ta’ annimali ruminanti u tal-majjal, li ma jimmaniġġawx prodotti tar-ruminanti u tal-porċini, u li jimmaniġġaw jew jaħżnu biss prodotti sekondarji tal-annimali li jkunu ġejjin minn dawn l-istabbilimenti tal-ikel, li minnhom jistgħu jinkisbu prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-punt (a) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV, kif ukoll il-biċċeriji, l-impjanti tat-tqattigħ u stabbilimenti oħra tal-ikel awtorizzati, li minnhom jistgħu jinkisbu prodotti sekondarji tal-annimali maħsuba biex jintużaw għall-produzzjoni ta’ proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija f’konformità mat-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-punt (a) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV;
l-impjanti tal-ipproċessar irreġistrati bħala li jipproċessaw esklussivament demm ta’ annimali mhux ruminanti f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-punt (c) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV, kif ukoll l-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati li jipproduċu prodotti tad-demm f’konformità mat-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-punt (c) tat-Taqsima C tal-Kapitolu IV;
l-impjanti tal-ipproċessar irreġistrati bħala impjanti li ma jipproċessawx prodotti sekondarji minn annimali mhux ruminanti f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, kif ukoll l-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati li jipproduċu l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti li joperaw f’konformità mat-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;
l-impjanti tal-ipproċessar irreġistrati bħala impjanti li ma jipproċessawx prodotti sekondarji minn ruminanti u minn tjur tat-trobbija f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-punt (c) tat-Taqsima G tal-Kapitolu IV, kif ukoll l-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati li jipproduċu l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini li joperaw f’konformità mat-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-punt (c) tat-Taqsima G tal-Kapitolu IV;
l-impjanti tal-ipproċessar irreġistrati bħala impjanti li ma jipproċessawx il-prodotti sekondarji mir-ruminanti u mill-annimali porċini f’konformità mal-ewwel paragrafu tal-punt (c) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV, kif ukoll l-impjanti tal-ipproċessar awtorizzati li jipproduċu l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija li joperaw f’konformità mat-tieni, it-tielet u r-raba’ paragrafi tal-punt (c) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV;
l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li jipproduċu, f’konformità mat-Taqsima B tal-Kapitolu III, għalf kompost li jkun fih il-ħut mitħun kif ukoll il-fosfat tad-dikalċju u tat-trikalċju li joriġina mill-annimali, prodotti tad-demm idderivati minn annimali mhux ruminanti, proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, jew proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija;
l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li jipproduċu l-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti, skont il-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV;; kif ukoll l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li jipproduċu esklussivament, skont il-punt 3(b)(ii) tat-Taqsima E tal-Kapitolu V, l-għalf kompost għall-esportazzjoni mill-Unjoni jew l-għalf kompost għall-esportazzjoni mill-Unjoni u l-għalf kompost għall-annimali tal-akkwakultura biex jitqiegħdu fis-suq;
l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li f’konformità mal-punt (d) tat-Taqsima E tal-Kapitolu IV, jipproduċu sostituti tal-ħalib li jkun fihom il-ħut mitħun, maħsuba għall-annimali mrobbija mhux miftuma tal-ispeċijiet tar-ruminanti;
l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li f’konformità mal-punt (b) tat-Taqsima F tal-Kapitolu IV, jipproduċu għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija;
l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li f’konformità mal-punt (d) tat-Taqsima G tal-Kapitolu IV, jipproduċu għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, maħsub għat-tjur tat-trobbija;
l-istabbilimenti awtorizzati tal-għalf kompost li f’konformità mal-punt (d) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV, jipproduċu għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, maħsub għall-annimali porċini;
l-impjanti tal-ħżin awtorizzati f’konformità mal-punt 3 tat-Taqsima A tal-Kapitolu III, jew f’konformità mat-tielet paragrafu tal-punt 3(d) tat-Taqsima E tal-Kapitolu V.
2. L-Istati Membri għandhom iżommu aġġornati l-listi ta’ dawk li jħalltu l-għalf u li jkunu rreġistrati f’konformità mal-punt 3 tat-Taqsima B tal-Kapitolu III, u f’konformità mal-punt (d)(ii) tat-Taqsima D, mal-punt (b)(ii) tat-Taqsima F, mal-punt (d)(ii) tat-Taqsima G, u mal-punt (d)(ii) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV.
TAQSIMA B
It-trasport u l-ħażna ta' materjali tal-ġwież u ta' ġwież kompost li fihom il-prodotti derivati mir-ruminanti
1. Il-materjali tal-ġwież bl-ingrossa u l-ġwież kompost bl-ingrossa li fihom prodotti derivati minn ruminanti barra dawk elenkati fil-punti (a) sa (d) li ġejjin għandhom jiġu trasportati f'vetturi u f'kontejners u jinħażnu f'faċilitajiet ta' ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport jew il-ħażna ta' ġwież li jkun maħsub għall-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:
il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib, il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru;
id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali;
il-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tal-annimali ruminati;
il-grass tal-annimali ruminanti mmaċinat b'livell massimu ta' impuritajiet insolubbli ta' 0,15 % fil-piż u derivattivi magħmula minn dan il-grass.
2. B'deroga mill-punt 1, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta' ħażna li jkunu ntużaw qabel għat-trasport jew għall-ħażna ta' materjali tal-ġwież bl-ingrossa u ta' ġwież kompost bl-ingrossa elenkati f'dan il-punt, jistgħu wara jintużaw għat-trasport jew għall-ħażna tal-ġwież li jkun maħsub għal annimali mrobbijin, minbarra annimali tal-pil, diment li dawn jitnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, skont proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Kull meta tintuża din il-proċedura, ir-reġistru dokumentat ta' dan l-użu għandu jinżamm disponibbli għall-awtorità kompetenti għal mill-inqas sentejn.
TAQSIMA C
Il-produzzjoni ta' ġwież kompost maħsub għall-annimali tal-pil jew għall-annimali domestiċi li fih prodotti derivati minn annimali ruminanti jew minn annimali mhux ruminanti
1. Il-ġwież kompost maħsub għall-annimali tal-pil jew għall-annimali domestiċi li jkun fih prodotti derivati mir-ruminanti, minbarra dawk elenkati fil-punti (a) sa (d) li ġejjin, ma għandux jiġi prodott fi stabbilimenti li jipproduċu l-ġwież għall-annimali mrobbijin minbarra l-annimali tal-pil:
il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib, il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru;
id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li ġejjin mill-annimali;
il-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tal-annimali ruminati;
il-grass tal-annimali ruminanti mmaċinat b'livell massimu ta' impuritajiet insolubbli ta' 0,15 % fil-piż u derivattivi magħmula minn dan il-grass.
2. L-għalf kompost maħsub għall-annimali bil-pil jew għall-annimali domestiċi, li fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti, ma għandux jiġi prodott fi stabbilimenti li jipproduċu l-għalf għall-annimali mrobbija, għajr għall-annimali bil-pil jew l-annimali tal-akkwakultura.
3. B’deroga mill-punt 2:
l-għalf kompost maħsub għall-annimali bil-pil jew għall-annimali domestiċi, li fih il-ħut mitħun, jista’ jiġi prodott fi stabbilimenti li jipproduċu l-għalf għall-annimali mrobbija mhux ruminanti u s-sostituti tal-ħalib għat-tagħlif ta’ ruminanti mhux miftuma;
l-għalf kompost maħsub għall-annimali bil-pil jew għall-annimali domestiċi, li fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, jista’ jiġi prodott fi stabbilimenti li jipproduċu l-għalf għat-tjur tat-trobbija jew għall-annimali porċini, dment li l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija tikkonforma mal-punt (a) tat-Taqsima F tal-Kapitolu IV;
l-għalf kompost maħsub għall-annimali bil-pil jew għall-annimali domestiċi, li fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini, jista’ jiġi prodott fi stabbilimenti li jipproduċu l-għalf għat-tjur tat-trobbija, dment li l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali porċini tikkonforma mal-punti (a), (b) u (c) tat-Taqsima G tal-Kapitolu IV;
l-għalf kompost maħsub għall-annimali bil-pil jew għall-annimali domestiċi, li fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija, jista’ jiġi prodott fi stabbilimenti li jipproduċu l-għalf għall-annimali porċini, dment li l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn tjur tat-trobbija tikkonforma mal-punti (a), (b) u (c) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV.
TAQSIMA D
L-użu u l-ħażna fl-azjendi agrikoli ta' materjali tal-ġwież u ta' ġwież kompost għall-annimali mrobbijin li fihom il-prodotti li joriġinaw mir-ruminanti
L-użu u l-ħażna ta' materjali tal-ġwież u tal-ġwież kompost għall-annimali mrobbijin li jkun fih il-prodotti derivati mir-ruminanti minbarra dawk elenkati fil-punti (a) sa (d) għandhom jiġu pprojbiti fl-azjendi agrikoli li fihom jinżammu annimali mrobbijin li mhumiex annimali tal-pil:
il-ħalib, il-prodotti tal-ħalib, il-prodotti derivati mill-ħalib, il-kolostru u l-prodotti tal-kolostru;
id-dicalcium u t-tricalcium phosphate li joriġinaw mill-annimali;
il-proteini idrolizzati derivati mill-ġlud tal-annimali ruminati;
il-grass tal-annimali ruminanti mmaċinat b'livell massimu ta' impuritajiet insolubbli ta' 0,15 % fil-piż u derivattivi magħmula minn dan il-grass.
TAQSIMA E
L-esportazzjoni ta' proteina pproċessata tal-annimali u ta' prodotti li fihom din il-proteina
1. L-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali ruminanti, jew tal-proteina pproċessata tal-annimali derivata kemm minn annimali ruminanti kif ukoll mhux ruminanti, għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-proteina pproċessata tal-annimali għandha tiġi trasportata f'kontejners issiġillati, direttament mill-impjant tal-ipproċessar tal-produzzjoni sal-punt ta' ħruġ mit-territorju tal-Unjoni, li għandu jkun post ta' spezzjoni fil-fruntiera elenkat fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE ( 25 ). Qabel iħalli t-territorju tal-Unjoni, l-operatur responsabbli għall-arranġament tat-trasport tal-proteina pproċessata tal-annimali għandu jinforma lill-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera dwar il-wasla tal-konsenja fil-punt ta' ħruġ.
Il-konsenja għandha tiġi akkumpanjata minn dokument kummerċjali komplut kif xieraq ippreżentat skont il-mudell stipulat fil-punt 6 tal-Kapitolu III tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) Nru 142/2011 u maħruġ mis-sistema kompjuterizzata veterinarja integrata (TRACES) introdotta mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE ( 26 ). Fuq dak id-dokument kummerċjali, il-post ta' ħruġ ta' spezzjoni fil-fruntiera għandu jkun indikat bħala l-punt ta' ħruġ fil-kaxxa I.28.
Meta l-konsenja tasal fil-punt ta' ħruġ, l-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandha tivverifika s-siġill ta' kull kontejner ippreżentat fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera.
B'deroga, abbażi ta' analiżi tar-riskju, l-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera tista' tiddeċiedi li tiċċekkja s-siġill tal-kontejner fuq bażi aleatorja.
Jekk is-siġill iċċekkjat ma jkunx sodisfaċenti, il-konsenja trid jew tinqered jew tintbagħat lura lejn l-istabbiliment tal-oriġini.
L-awtorità kompetenti fil-post ta' spezzjoni fil-fruntiera għandha tinforma, permezz ta' TRACES, lill-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment tal-oriġini dwar il-wasla tal-konsenja fil-punt ta' ħruġ u, fejn japplika, dwar l-eżitu tal-verifika tas-siġill u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva li tkun ittieħdet.
L-awtorità kompetenti responsabbli għall-istabbiliment tal-oriġini għandha twettaq kontrolli uffiċjali regolari biex tivverifika l-implimentazzjoni korretta tal-punti (a) u (b) u biex tivverifika li, għal kull konsenja ta' proteina pproċessata tal-annimali li ġejja mill-annimali ruminanti maħsuba għall-esportazzjoni, il-konferma tal-kontroll imwettaq fil-punt ta' ħruġ tkun waslet mingħand l-awtorità kompetenti tal-post ta' spezzjoni fil-fruntiera, permezz ta' TRACES.
2. Mingħajr preġudizzju għall-punt 1, l-esportazzjoni ta' prodotti li fihom il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mir-ruminanti għandha tiġi pprojbita.
B'deroga din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għal:
ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata mir-ruminanti li:
ġie pproċessat fi stabbilimenti jew pjanti approvati skont l-Artikolu 24(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009; kif ukoll
jiġi ppakkjat u ttikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
fertilizzanti organiċi jew tejjieba tal-ħamrija, kif definiti fil-punt 22 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, li fil-kompożizzjoni tagħhom hemm proteini tal-annimali pproċessati derivati minn ruminanti jew taħlita ta' proteini tal-annimali pproċessati minn ruminanti u annimali mhux ruminanti diment li:
ma fihomx materjal u prodotti tal-Kategorija 1 derivati minnhom jew materjal u prodotti tal-Kategorija 2 derivati minnhom, għajr demel, kif definit fil-punt 20 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, ipproċessati skont ir-regoli għat-tqegħid fis-suq ta' demel ipproċessat, stabbiliti fit-Taqsima 2 (a), (b), (d) u (e) tal-Kapitolu I tal-Anness XI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011;
il-proteini tal-annimali pproċessati li jinsabu fil-fertilizzanti organiċi jew fit-tejjieba tal-ħamrija huma konformi mar-rekwiżiti speċifiċi deskritti fit-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness X tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;
il-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija jista' jkun fihom materjali oħra tal-kategorija 3, li jkunu ġew ipproċessati skont:
ġew prodotti fi stabbilimenti jew f'impjanti approvati skont l-Artikolu 24(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
jitħallat ma' proporzjon suffiċjenti ta' komponent, awtorizzat mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija jiġu prodotti, li jagħmel il-prodott mhux tajjeb għall-annimali jew inkella jkun effettiv biex jipprevjeni l-użu ħażin tat-taħlita għal finijiet ta' tagħlif. Dan il-komponent għandu jitħallat mal-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija fl-impjant li jiffabbrikahom jew f'impjant irreġistrat għal dan il-għan skont il-punt 2 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011.
Jekk ikun meħtieġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz ta' destinazzjoni, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija jiġu prodotti tista' taċċetta l-użu ta' komponenti oħra jew metodi oħra għall-prevenzjoni tal-użu ta' fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija bħala għalf, differenti minn dawk awtorizzati f'dan l-Istat Membru, sakemm dawn ma jkunux f'kontradizzjoni mar-regoli stabbiliti fil-punt 3 tal-Artikolu 22 u l-punt 3 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;
ġew ipproċessati biex tiġi żgurata d-dekontaminazzjoni ta' patoġeni skont il-punt 5 tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu II tal-Anness XI tar-Regolament (UE) Nru 142/2011;
ikollhom tikketta mwaħħla mal-imballaġġ jew mal-kontenitur bil-kliem “fertilizzanti organiċi jew tejjieba tal-ħamrija/l-ebda mergħa ta' annimali mrobbija jew l-użu ta' għelejjel bħala ħxejjex matul tal-inqas 21 jum wara l-applikazzjoni”;
huma esportati f'konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (v), (vii) u (viii) tal-punt 2(b) m'għandhomx japplikaw għall-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija li jkunu f'pakketti lesti għall-bejgħ li ma jkunux jiżnu aktar minn 50 kg għall-użu mill-konsumatur finali.
3. L-esportazzjoni tal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti, jew tal-għalf kompost li jkun fih din il-proteina, għandha tkun soġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti għandha tiġi prodotta f’impjanti tal-ipproċessar li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, jew tal-punt (a)(i) tat-Taqsima F tal-Kapitolu IV, jew tal-punt (c) tat-Taqsima G tal-Kapitolu IV, jew tal-punt (c) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV.
L-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti għandu jiġi prodott fi stabbilimenti tal-għalf kompost li:
f’konformità mal-punt (d) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, jew mal-punt (b) tat-Taqsima F tal-Kapitolu IV, jew mal-punt (d) tat-Taqsima G tal-Kapitolu IV, jew mal-punt (d) tat-Taqsima H tal-Kapitolu IV jipproduċu; jew
jiksbu l-proteina pproċessata tal-annimali li tintuża fl-għalf kompost maħsub għall-esportazzjoni minn impjanti tal-ipproċessar li jikkonformaw mal-punt (a) u, jew:
L-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti għandu jiġi imballat u ttikkettat f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew mar-rekwiżiti legali tal-pajjiż importatur. Meta l-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn annimali mhux ruminanti ma jkunx ittikkettat f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-kliem li ġej għandu jiġi indikat fuq it-tikketta: “fih il-proteina pproċessata ta’ annimali mhux ruminanti”.
Il-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa dderivata minn annimali mhux ruminanti u l-għalf kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina, li huma maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni, għandhom jiġu ttrasportati f’vetturi u f’kontejners u jinħażnu f’faċilitajiet ta’ ħażna li ma jintużawx, rispettivament, għat-trasport u għall-ħżin ta’ għalf għat-tqegħid fis-suq u maħsub għat-tagħlif ta’ ruminanti jew ta’ annimali mrobbija mhux ruminanti minbarra l-annimali tal-akkwakultura. Ir-reġistri bid-dettalji dwar it-tip ta’ prodotti li ġew ittrasportati jew maħżuna għandhom jinżammu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn.
B’deroga mill-ewwel paragrafu, il-vetturi, il-kontejners u l-faċilitajiet ta’ ħażna li qabel ikunu ntużaw għat-trasport jew għall-ħżin ta’ proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa dderivata minn annimali mhux ruminanti u ta’ għalf kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina, u maħsuba għall-esportazzjoni mill-Unjoni, jistgħu sussegwentament jintużaw għat-trasport jew għall-ħżin ta’ għalf għat-tqegħid fis-suq u maħsub għat-tagħlif ta’ ruminanti jew ta’ annimali mrobbija mhux ruminanti, minbarra l-annimali tal-akkwakultura, dment li dawn jitnaddfu minn qabel sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata, f’konformità ma’ proċedura dokumentata li tkun awtorizzata minn qabel mill-awtorità kompetenti. Kull meta tintuża din il-proċedura, għandu jinżamm reġistru dokumentat ta’ dan l-użu disponibbli għall-awtorità kompetenti għal perjodu ta’ mill-inqas sentejn.
L-impjanti ta’ ħażna li jaħżnu l-proteina pproċessata tal-annimali bl-ingrossa dderivata minn annimali mhux ruminanti, u l-għalf kompost bl-ingrossa li jkun fih din il-proteina, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-punt (d), għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti abbażi ta’ verifika tal-konformità tagħhom mar-rekwiżiti elenkati f’dak il-paragrafu.
4. B'deroga mill-punt 3, il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dak il-punt ma għandhomx japplikaw għal:
l-ikel tal-annimali domestiċi li fih il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti u li jkun ġie pproċessat fi stabbilimenti tal-ikel għall-annimali domestiċi approvati skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u li jkun ippakkjat u ttikkettat skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni;
il-ħut mitħun, diment li jiġi prodott skont dan l-Anness;
il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, diment li tkun ġiet prodotta skont dan l-Anness;
il-ġwież kompost li ma fih l-ebda proteina pproċessata tal-annimali minbarra l-ħut mitħun u l-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn insetti mrobbija, diment li jiġi prodott skont dan l-Anness;
il-proteina pproċessata tal-annimali derivata minn annimali mhux ruminanti maħsuba għall-manifatturar tal-ikel għall-annimali domestiċi jew ta' fertilizzanti u ta' prodotti orġaniċi li jtejbu l-ħamrija fil-pajjiż terz ta' destinazzjoni, diment li, qabel l-esportazzjoni, l-esportatur jiżgura li kull konsenja ta' proteina pproċessata tal-annimali tkun analizzata skont il-metodu ta' analiżi stipulat fil-punt 2.2 tal-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009 sabiex jivverifika n-nuqqas ta' kostitwenti li ġejjin minn annimali ruminanti.
5. L-esportazzjoni tal-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija li fil-kompożizzjoni tagħhom hemm proteini tal-annimali pproċessati derivati biss minn annimali mhux ruminanti u ma jkun fihom l-ebda materjal li joriġina minn ruminanti, għandhom ikunu soġġetti għall-konformità ma' dawn il-kondizzjonijiet:
ir-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 2(b)(i), (ii), (iii), (iv), (v), (vi) u (vii) ta' din it-taqsima. Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 2(b)(v) u (vii) ma għandhomx japplikaw għall-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija li jkunu f'pakketti lesti għall-bejgħ li ma jkunux jiżnu aktar minn 50 kg għall-użu mill-konsumatur finali.
il-proteina tal-annimali pproċessata derivata minn annimali mhux ruminanti li hemm fihom għandha tiġi prodotta f'impjanti tal-ipproċessar li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-punt (c) tat-Taqsima D tal-Kapitolu IV, u li huma elenkati skont il-punt 1(d) tat-Taqsima A tal-Kapitolu V.
ikunu ġew prodotti fi stabbilimenti jew f'impjanti li huma ddedikati esklużivament għall-ipproċessar tal-fertilizzanti organiċi ta' annimali mhux ruminanti jew tat-tejjieba tal-ħamrija.
B'deroga minn din il-kondizzjoni speċifika, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza l-esportazzjoni tal-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija msemmija f'dan il-punt prodotti fi stabbilimenti jew impjanti li jipproċessaw il-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija li jkun fihom materjal ta' annimali ruminanti, jekk jiġu implimentati miżuri effettivi għall-prevenzjoni ta' kontaminazzjoni kroċjata bejn il-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija li jkun fihom biss materjal ta' annimali mhux ruminanti u l-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija li fihom materjal ta' annimali ruminanti;
jiġu ttrasportati sal-punt ta' ħruġ mit-territorju tal-Unjoni f'materjal tal-imballaġġ ġdid, jew f'kontejners għal kwantitajiet kbar li ma jintużawx għat-trasport ta' materjali li joriġnaw minn annimali ruminanti jew li jkunu tnaddfu qabel l-użu sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni kroċjata skont proċedura dokumentata li tkun ingħatat qabel l-awtorizzazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti.
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (c) u (d) tal-punt 5 ma għandhomx japplikaw għall-fertilizzanti organiċi jew it-tejjieba tal-ħamrija li jkunu f'pakketti lesti għall-bejgħ li ma jkunux jiżnu aktar minn 50 kg għall-użu mill-konsumatur finali.
TAQSIMA F
Kontrolli uffiċjali
1. Il-kontrolli uffiċjali li jsiru mill-awtorità kompetenti biex din tivverifika l-konformità mar-regoli stabbiliti f’dan l-Anness għandhom jinkludu l-ispezzjonijiet u t-teħid ta’ kampjuni għall-analiżi ta’ proteina pproċessata tal-annimali u tal-għalf b’konformità mal-metodi ta’ analiżi għall-identifikazzjoni ta’ kostitwenti ta’ oriġini mill-annimali għall-kontroll tal-għalf stabbiliti fl- Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 152/2009.
2. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika l-kompetenza tal-laboratorji li jwettqu l-analiżijiet għal dawn il-kontrolli uffiċjali fuq bażi regolari, b’mod partikolari billi tivvaluta r-riżultati tat-testijiet inter-proficiency.
Jekk il-livell ta’ kompetenza jitqies li mhuwiex sodisfaċenti, għandu jsir għall-inqas taħriġ mill-ġdid tal-persunal kollu tal-laboratorju bħala miżura korrettiva minima, qabel ma jitwettqu aktar analiżijiet.
TAQSIMA G
Dokument ta’ akkumpanjament u tikkettar tal-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, minn annimali porċini jew minn tjur tat-trobbija, u tal-għalf kompost li jkun fih din il-proteina pproċessata tal-annimali
1. Id-dokument kummerċjali jew, skont il-każ, iċ-ċertifikat tas-saħħa li jakkumpanja l-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, minn annimali porċini jew minn tjur tat-trobbija f’konformità mal-Artikolu 21(2) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u t-tikketta ta’ dik il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, minn annimali porċini jew minn tjur tat-trobbija, għandhom jiġu mmarkati b’mod ċar bil-kliem li ġej: “Proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn … [jekk jogħġbok daħħal l-annimali mrobbija rilevanti li minnhom tkun idderivata l-proteina pproċessata tal-annimali elenkati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1] — ma għandhiex tintuża fl-għalf għall-annimali mrobbija għajr … [jekk jogħġbok daħħal l-annimali mrobbija korrispondenti li jistgħu jingħalfu bil-proteina pproċessata tal-annimali elenkati fit-tieni kolonna tat-Tabella 1]”;
2. Il-kliem li ġej għandu jiġi indikat b’mod ċar fuq it-tikketta tal-għalf kompost li jkun fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn insetti mrobbija, minn annimali porċini jew minn tjur tat-trobbija: “fih il-proteina pproċessata tal-annimali dderivata minn … [jekk jogħġbok daħħal l-annimali mrobbija rilevanti li minnhom hija dderivata l-proteina pproċessata tal-annimali elenkati fl-ewwel kolonna tat-Tabella 1] — ma għandux jingħalef lill-annimali mrobbija għajr … [jekk jogħġbok daħħal l-annimali mrobbija korrispondenti li jistgħu jingħalfu bil-proteina pproċessata tal-annimali elenkati fit-tieni kolonna tat-Tabella 1]”;
Tabella 1
Annimali mrobbija li minnhom hija dderivata l-proteina pproċessata tal-annimali |
Annimali mrobbija li jistgħu jingħalfu bil-proteina pproċessata tal-annimali |
Insetti mrobbija |
Annimali tal-akkwakultura, annimali bil-pil, annimali porċini, tjur tat-trobbija |
Annimali porċini |
Annimali tal-akkwakultura, annimali bil-pil, tjur tat-trobbija |
Tjur tat-trobbija |
Annimali tal-akkwakultura, annimali bil-pil, annimali porċini |
Insetti mrobbija u annimali porċini |
Annimali tal-akkwakultura, annimali bil-pil, tjur tat-trobbija |
Insetti mrobbija u tjur tat-trobbija |
Annimali tal-akkwakultura, annimali bil-pil, annimali porċini |
Annimali porċini u tjur tat-trobbija |
Annimali tal-akkwakultura, annimali bil-pil |
Insetti mrobbija, annimali porċini u tjur tat-trobbija |
Annimali tal-akkwakultura, annimali bil-pil |
ANNESS V
MATERJAL RISKJUŻ SPEĊIFIKAT
1. Definizzjoni ta’ materjal riskjuż speċifikat
It-tessuti li ġejjin għandhom ikunu kklassifikati bħala materjal ta’ riskju speċifikat jekk jiġu minn annimali li l-oriġini tagħhom huwa fi Stat Membru jew pajjiż terz jew f’wieħed mir-reġjun tagħhom b’riskju ta’ ESB ikkontrollat jew mhux determinat:
fir-rigward ta’ annimali bovini
il-kranju ħlief ix-xedaq u inklużi l-moħħ u l-għajnejn, u n-nerv tas-sinsla ta’ annimali li għandhom iktar minn 12-il xahar;
il-kolonna vertebrali ħlief il-vertebri tad-denb, il-proċessi tas-sinsla u tat-trasversi tal-vertebri ċervikali, toraċiċi u tal-ġenbejn u l-krinjiera sakrali medjana u l-ġnub tas-sakrali, imma inkluż l-għerq tax-xewka tad-dar, ta’ annimali li għandhom iktar minn 30 xahar; u
it-tunsilli, l-aħħar erba' metri tal-musrana ż-żgħira, il-musrana l-għamja u l-mindil ta' annimali ta' kull età.
fir-rigward tal-annimali ovini u kaprini: il-kranju, inkluż il-moħħ u l-għajnejn, u l-korda tan-nervituri ta’ annimali li għandhom iktar minn 12-il xahar jew li għandhom sinna inċiżiva permanenti li spuntat fil-ħanek.
2. Rekwiżiti speċifiċi għal Stati Membri bi status ta' riskju negliġibbli ta' BSE
It-tessuti elenkati fil-punt 1.(a)(i) u 1.(b), li huma derivati minn annimali li joriġinaw fi Stati Membri b'riskju negliġibbli ta' BSE, għandhom jiġu kkunsidrati bħala materjal speċifiku ta' riskju.
3. Immarkar u rimi
Materjal ta' riskju speċifikat għandu jiġi mmarkat b'linka jew, skont il-każ, b'immarkar ieħor, immedjatament meta jitneħħa, u jintrema f'konformità mar-regoli stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1069/2009, u b'mod partikolari fl-Artikolu 12 tiegħu.
4. Tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat
4.1. Materjal ta' riskju speċifikat għandu jitneħħa:
f'biċċeriji, jew, skont il-każ, f'postijiet oħrajn tal-biċċiera;
f'impjant tat-tqattigħ, fil-każ tal-kolonna vertebrali tal-annimali bovini;
fejn xieraq, fi stabbilimenti jew impjanti approvati msemmija fl-Artikolu 24(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
4.2. Permezz ta' deroga mill-punt 4.1, l-użu ta' test alternattiv għat-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat, imsemmi fl-Artikolu 8(2), jista' jkun awtorizzat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(3) ta' dan ir-Regolament, sakemm dak it-test alternattiv ikun elenkat fl-Anness X, f'konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
it-testijiet alternattivi jridu jitwettqu fil-biċċeriji fuq l-annimali kollha eliġibbli għat-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat;
l-ebda prodott bovin, ovin jew kaprin maħsub għall-konsum mill-bniedem jew għall-għalf tal-annimali ma' jista' joħroġ mill-biċċerija qabel mal-awtorità kompetenti tkun irċeviet u aċċettat ir-riżultati tat-testijiet alternattivi fuq l-annimali mbiċċra kollha potenzjalment ikkontaminati jekk il-BSE tkun ġiet ikkonfermata f'wieħed minnhom;
meta test alternattiv jagħti riżultat pożittiv, il-materjal bovin, ovin u kaprin kollu li potenzjalment ikun ġie kkontaminat fil-biċċerija jrid jinqered f'konformità mal-punt 3, sakemm il-partijiet kollha tal-ġisem inkluż il-ġilda tal-annimal affettwat ma jkunux jistgħu jiġu identifikati u miżmuma separati.
4.3. Permezz ta' deroga mill-punt 4.1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu:
it-tneħħija tal-korda tan-nervituri tax-xewka tad-dahar tal-annimali ovini u kaprini fl-impjant tat-tqattigħ speċifikament awtorizzat għal dak l-iskop;
it-tneħħija tal-kolonna vertebrali tal-annimali bovini minn karkassi jew partijiet ta' karkassi fil-ħwienet tal-laħam, awtorizzati, monitorjati u reġistrati speċifikament għal dak l-iskop;
it-tneħħija tal-laħam tar-ras minn annimali bovini fl-impjanti tat-tqattigħ speċifikament awtorizzati għal dak l-iskop f'konformità mal-punt 9.
4.4. Ir-regoli dwar it-tneħħija ta' materjal ta' riskju speċifikat stipulati f'dan il-Kapitolu ma għandhomx japplikaw għal materjal tal-Kategorija 1 użat f'konformità mal-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għall-għalf għall-annimali taż-żu, kif ukoll għal materjal tal-Kategorija 1 użat f'konformità mal-Artikolu 18(2)(b) ta' dak ir-Regolament għall-għalf għal speċijiet ta' għasafar nekrofagi li jinsabu f'periklu li jintilfu jew li huma protetti u speċijiet oħrajn li jgħixu fil-ħabitat naturali tagħhom, għall-promozzjoni tal-bijodiversità.
5. Miżuri li jikkonċernaw laħam separat mekkanikament
Madankollu d-deċiżjonijiet individwali msemmija fl-Artikolu 5(2), u b’deroga mill-Artikolu 9(3), għandu jkun ipprojbit fl-Istati Membri kollha li jintużaw għadam jew qatgħat bl-għadam ta’ annimali bovini, ovini u kaprini għall-produzzjoni ta’ laħam separat mekkanikament.
6. Miżuri li jikkonċernaw il-laċerazzjoni tat-tessut
Minbarra l-projbizzjoni stipulata fl-Artikolu 8(3) kontra l-użu, fi Stati Membri jew reġjuni tagħhom, li għandom riskju tal-BSE kontrollat jew mhux determinat, tal-laċerazzjoni, wara l-isturdament, tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument allongat fil-forma ta' virga li jiddaħħal fil-kavità kranjali, jew permezz ta' injezzjoni tal-gass fil-kavità kranjali, ta' annimali bovini, ovini jew kaprini li l-laħam tagħhom huwa maħsub għal konsum mill-bniedem jew tal-annimali, dik il-projbizzjoni għandha tkun applikabbli wkoll għal Stati Membri b'riskju tal-BSE negliġibbli.
7. Tneħħija tal-ilsna mill-annimali bovini
L-ilsna tal-annimali bovini ta' kull età maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali għandhom jitneħħew fil-biċċerija permezz ta' sezzjoni trasversali rostrali għall-apofisi tal-ilsien tal-għadma bażijojde, ħlief għall-ilsna tal-annimali bovini li l-oriġini tagħhom hija fi Stati Membri li għandhom riskju tal-BSE negliġibbli.
8. Il-ħażna ta’ laħam bovin tar-ras
8.1. Il-laħam tar-ras ta’ annimali bovini ta’ età ta’ iktar minn 12-il xahar għandhom jinħażnu f’biċċeriji, skond sistema ta’ kontroll, rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti, biex tkun żgurata l-prevenzjoni tal-kontaminazzjoni possibbli tal-laħam tar-ras b’tessut tas-sistema nervuża ċentrali. Is-sistema għandha tinkludi għall-inqas id-dispożizzjonijiet li ġejjin:
il-ħażna għandha ssir f’parti ddedikata apposta, fiżikament separata mill-partijiet l-oħra tal-linja tal-qtil;
fejn l-irjus jitneħħew mit-trasportatur jew mill-ganċi qabel jinħażen il-laħam tar-ras, it-toqba tat-tir fuq quddiem u l-foramen magnum għandhom ikunu ssiġillati b’tapp impermeabbli u li jdum. Meta tinġabar l-istemma tal-moħħ għall-eżami fil-laboratorju għall-ESB, il-foramen magnum għandu jkun issiġillat immedjatament wara dak il-ġbir;
ma għandux jinħażen laħam tar-ras minn irjus fejn l-għajnejn ikunu miksurin jew mitlufin eżatt qabel, jew wara l-qtil, jew li jkunu miksurin b’tali mod li jista’ jirriżulta f’kontaminazzjoni tar-ras mat-tessut nervuż ċentrali;
laħam tar-ras ma għandux jinħażen minn irjus li ma ġewx issiġillati sew skond it-tieni inċiż;
bla ħsara għar-regoli ġenerali dwar l-iġjene, l-istruzzjonijiet speċifiċi ta’ ħidma għandhom ikunu fis-seħħ biex ma jitħalliex li jkun hemm kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras waqt il-ħażna, b’mod partikolari fil-każ meta s-siġill imsemmi fit-tieni inċiż jintilef jew l-għajnejn jinkisru matul l-attività;
għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali ħalli jiġi vverifikat li l-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni jkunu implimentati sew.
8.2. B’deroga mir-rekwiżiti tal-punt 8.1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fil-biċċerija japplikaw sistema ta’ kontroll alternattiva għall-ħażna ta’ laħam bovin tar-ras, li jwassal għal tnaqqis ekwivalenti fil-livell ta’ kontaminazzjoni ta’ laħam tar-ras b’tessut tas-sistema nervuża ċentrali. Għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali biex jiġi vverifikat li l-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni jkunu implimentati sew. L-Istati Membri li jużaw din id-deroga għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra fil-qafas tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali bis-sistema tal-kontroll tagħhom u r-riżultati tal-ġbir tal-kampjuni.
8.3. Jekk l-ħażna ssir mingħajr ma titneħħa r-ras bovina mit-trasportatur jew mill-ganċi, il-punti 8.1 u 8.2 ma għandhomx japplikaw.
9. Il-ħażna ta’ laħam bovin tar-ras f’impjanti tat-tqattigħ awtorizzati
B’deroga mill-punt 8, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jippermettu l-ħażna ta’ laħam tar-ras minn bovini f’impjanti tat-tqattigħ awtorizzati speċifikatament għal din il-fini sakemm id-dispożizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti:
l-irjus maħsuba għat-trasport għall-impjant tat-tqattigħ għandhom ikunu sospiżi fuq xtilliera matul il-perjodu tal-ħażna u t-trasport mill-biċċerija għall-impjant tat-tqattigħ;
it-toqba tat-tir fuq quddiem u l-foramen magnum għandhom ikunu ssiġillati sew b’tapp impermeabbli u li jdum qabel ma jinġarru mit-traportatur jew il-ganċi għall-ixtillieri. Meta tinġabar l-istemma tal-moħħ għall-eżami f’laboratorju għall-ESB, il-foramen magnum għandu jkun issiġillat immedjatament wara dak il-ġbir;
l-irjus li ma ġewx issiġillati sew skond il-punt (b), fejn l-għajnejn jinkisru jew jintilfu eżatt qabel jew wara l-qatla jew li nkisru b’mod ieħor li jista’ jirriżulta f’kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras b’tessut nervuż ċentrali għandu jkun eskluż mit-trasport għall-impjanti tat-tqattigħ awtorizzat speċifikatament;
għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni għall-biċċerija bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali biex tiġi vverifikata l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni;
il-ħażna ta’ laħam tar-ras għandha ssir skond sistema ta’ kontroll, rikonoxxuta mill-awtorità kompetenti, biex tiġi żgurata l-prevenzjoni ta’ kontaminazzjoni possibbli ta’ laħam tar-ras. Is-sistema għandha mill-inqas tinkludi:
l-irjus kollha għandhom ikunu ċċekkjati b’mod viżwali għal sinjali ta’ kontaminazzjoni jew ħsara u li s-siġill sar sew qabel ma tibda l-ħażna tal-laħam tar-ras;
il-laħam tar-ras ma għandux ikun mill-irjus li ma ġewx issiġillati sew, fejn l-għajnejn huma miksurin jew li nkisru b’xi mod ieħor li jista’ jwassal għall-kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras b’tessut nervuż ċentrali. Il-laħam tar-ras ukoll ma għandu jinħażen minn ebda ras fejn il-kontaminazzjoni minn irjus bħal dawn ikun suspettuż;
bla ħsara għar-regoli ġenerali dwar l-iġjene, l-istruzzjonijiet speċifiċi ta’ ħidma għandhom ikunu fis-seħħ biex ma jitħalliex li jkun hemm kontaminazzjoni tal-laħam tar-ras waqt it-trasport u l-ħażna, b’mod partikolari meta s-siġill jintilef jew l-għajnejn jinkisru matul l-attività;
għandu jkun fis-seħħ pjan ta’ ġbir ta’ kampjuni għall-impjant tat-tqattigħ bl-użu ta’ test f’laboratorju adatt biex jinstab it-tessut tas-sistema nervuża ċentrali biex jiġi vverifikat li l-miżuri għat-tnaqqis tal-kontaminazzjoni jkunu implimentati sew.
10. Regoli dwar il-kummerċ u t-trasport
10.1. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li jintbagħtu rjus ta’ karkassi mhux maqlugħa li fihom ikun hemm materjal riskjuż speċifikat lil Stat Membru ieħor wara li dak l-Istat Membru jkun qabel li jirċievi l-materjal u approva l-kundizzjonijiet tad-dispaċċ u t-trasport.
10.2. B’deroga mill-punt 10.1, karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f’mhux iktar minn tliet qatgħat bl-ingrossa, u kwarti li ma fihom l-ebda materjal riskjuż speċifikat ħlief għall-kolonna vertebrali, inkluża l-ganglija ta’ l-għerq dorsali, jistgħu’ jintbagħtu minn Stat Membru għall-ieħor mingħajr il-qbil minn qabel ta’ dan ta’ l-aħħar.
10.3. Esportazzjonijiet barra mill-Komunità ta’ rjus u laħam frisk ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini li fihom materjali riskjużi speċifikati għandhom ikunu pprojbiti.
11. Kontrolli
11.1. L-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli uffiċjali frekwenti biex jivverifikaw l-applikazzjoni korretta ta' dan l-Anness u għandhom jiżguraw li jittieħdu l-miżuri biex tiġi evitata kwalunkwe kontaminazzjoni, b'mod partikolari fil-biċċeriji, fl-impjanti tat-tqattigħ jew f'postijiet oħrajn fejn jitneħħa materjal ta' riskju speċifikat, bħall-ħwienet tal-laħam jew stabbilimenti msemmija fil-punt 4.1(c).
11.2. L-Istati Membri għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu sistema biex jiżguraw u jivverifikaw li l-materjal ta' riskju speċifikat jiġi ġestit u jintrema f'konformità ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009.
11.3. Għandha tidħol fis-seħħ sistema ta' kontroll għat-tneħħija tal-kolonna vertebrali kif speċifikat fil-punt 1(a). Dik is-sistema ta' kontroll għandha tinkludi tal-inqas il-miżuri li ġejjin:
Sat-30 ta' Ġunju 2017, meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali ma tkunx meħtieġa, il-karkassi jew il-qatgħat sħaħ tal-karkassi tal-annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa blu viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta kif jissemma fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000,
Mill-1 ta' Lulju 2017, meta t-tneħħija tal-kolonna vertebrali tkun meħtieġa, il-karkassi jew il-qatgħat sħaħ tal-karkassi tal-annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa ħamra viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta kif jissemma fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000;
Fejn applikabbli, għandha tiżdied informazzjoni speċifika dwar in-numru tal-karkassi tal-bovini jew il-qatgħat sħaħ tal-karkassi, li minnhom it-tneħħija tal-kolonna vertebrali tkun meħtieġa, fuq id-dokument kummerċjali marbut mal-kunsinna tal-laħam. Fejn applikabbli, dik l-informazzjoni speċifika għandha tiżdied mad-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (CVED) imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 ( 27 ) fil-każ tal-importazzjonijiet;
Il-ħwienet tal-laħam għandhom iżommu d-dokumenti kummerċjali msemmija f'(b) għal tal-inqas sena.
ANNESS VI
PRODOTTI TA’ ORIĠINI MILL-ANNIMALI LI ĠEW MINN JEW LI FIHOM MATERJALI RUMINANTI, KIF IMSEMMI FL-ARTIKOLU 9(1)
ANNESS VII
IL-KONTROLL U L-ERADIKAZZJONI TA’ ENĊEFALOPATIJI SPONĠIFORMI LI JITTIEĦDU
KAPITOLU A
Miżuri wara suspett ta’ preżenza ta’ tse f’annimali ovini u kaprini
Jekk tiġi suspettata t-TSE f’annimal ovin jew kaprin f’azjenda fi Stat Membru, u sakemm ikunu disponibbli r-riżultati tal-eżamijiet li jikkonfermaw is-suspett, l-annimali ovini u kaprini l-oħra kollha f’dik l-azjenda, għandhom jitqiegħdu taħt restrizzjoni uffiċjali tal-moviment.
Jekk ikun hemm evidenza li l-azjenda fejn l-annimal kien preżenti meta ġiet issuspettata t-TSE x’aktarx li mhix l-azjenda fejn l-annimal seta’ ġie espost għat-TSE, l-Istat Membru kompetenti jista’ jiddeċiedi li azjendi oħra jew l-azjenda biss fejn ġie espost titqiegħed taħt kontroll uffiċjali, skont it-tagħrif epidemjoloġiku disponibbli.
Sakemm ikunu disponibbli r-riżultati li jikkonfermaw il-preżenza tat-TSE, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li ġejjin mill-annimali ovini u kaprini ta’ azjenda mqiegħda taħt kontroll uffiċjali, li huma preżenti f’dik l-azjenda mid-data li fiha ġiet issuspettata l-preżenza tat-TSE għandhom jintużaw biss f’dik l-azjenda.
KAPITOLU B
Miżuri wara konferma tal-preżenza ta’ tse f’annimali bovini, ovini u kaprini
1. L-inkjesta msemmija fl-Artikolu 13(1)(b) għandha tidentifika:
fil-każ ta’ annimali bovini:
fil-każ ta’ annimali ovini u kaprini:
2. Il-miżuri stabbiliti fl-Artikolu 13(1)(c) għandhom jinkludu mill-inqas:
Fil-każ ta’ konferma tal-BSE f’annimal bovin, il-qatla u l-qerda sħiħa tal-annimali bovini identifikati mill-inkjesta msemmija fit-tieni u t-tielet inċiż tal-punt 1(a); minkejja dan, Stat Membru jista’ jiddeċiedi:
Fil-każ ta’ konferma tat-TSE f’annimal ovin jew kaprin:
F’każijiet fejn il-BSE ma tistax tiġi eskluża
Jekk il-BSE ma tistax tiġi eskluża wara r-riżultati tal-ittestjar molekolari sekondarju mwettaq skont il-metodi u l-protokolli stipulati fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 3.2(c) (ii), il-qatla u l-qerda totali, mingħajr dewmien, tal-annimali, l-embrijuni u l-ova kollha identifikati mill-inkjesta msemmija mit-tieni sal-ħames inċiż tal-punt 1(b).
L-annimali li għandhom aktar minn 18-il xahar maqtula biex jinqerdu għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi u l-protokolli tal-laboratorji stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2, kif stabbilit fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5.
Għandu jiġi ddeterminat il-ġenotip tal-proteina prijonika tal-annimali ovini kollha, sa massimu ta’ 50.
Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib miġjuba mill-annimali li għandhom jinqerdu, li kienu preżenti fl-azjenda bejn id-data tal-konferma li l-BSE ma tistax tiġi eskluża u d-data tal-qerda sħiħa tal-annimali, għandhom jintremew skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 28 ).
Wara l-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali kollha, il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3 għandhom japplikaw għall-azjenda.
F’każijiet fejn il-BSE u l-iscrapie atipika jistgħu jiġu esklużi
Jekk BSE u scrapie atipika jiġu esklużi skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stipulati fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2, l-azjenda għandha tiġi soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (a). Barra minn hekk, skont id-deċiżjoni tal-Istat Membru responsabbli mill-azjenda, l-azjenda għandha tiġi soġġetta għall-kundizzjonijiet tal-għażla 1 stipulata fil-punt (b), jew tal-għażla 2 stipulata fil-punt (c), jew tal-għażla 3 stipulata fil-punt (d). F’każ ta’ azjenda b’merħla mħallta ta’ annimali ovini u kaprini, l-Istat Membru responsabbli għall-azjenda jista’ jiddeċiedi li japplika l-kundizzjonijiet ta’ waħda mill-għażliet għall-annimali ovini tal-azjenda u għażla differenti għall-annimali kaprini tal-azjenda:
Il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib li ġejjin mill-annimali li għandhom jinqerdu jew jinqatlu u li kienu preżenti fl-azjenda bejn id-data tal-konferma tal-każ tat-TSE u d-data tat-tlestija tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fl-azjenda kif stabbilit fil-punti (b) u (c), jew li ġejjin mill-grupp/merħla infettata sakemm jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha stabbiliti fil-punt (d) u l-punt 4, ma għandhomx jintużaw għall-għalf ta’ ruminanti, ħlief għall-għalf ta’ ruminanti f’dik l-azjenda.
It-tqegħid fis-suq tat-tali ħalib u prodotti tal-ħalib bħala għalf għal annimali mhux ruminanti għandu jkun limitat għat-territorju tal-Istat Membru responsabbli għall-azjenda.
Id-dokument kummerċjali li jakkumpanja kunsinni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib bħal dawn u kwalunkwe imballaġġ li jkun fih kunsinni bħal dawn għandhom ikunu mmarkati b’mod ċar bil-kliem: “m’għandux jingħata bħala għalf lir-ruminanti”.
L-użu u l-ħażna tal-għalf li fih dan il-ħalib u prodotti tal-ħalib għandu jkun ipprojbit f’azjendi fejn jinżammu r-ruminanti.
Għalf bil-grossa li fih dan il-ħalib jew prodotti tal-ħalib għandu jiġi ttrasportat permezz ta’ vetturi li ma jġorrux għalf għar-ruminanti fl-istess ħin.
Jekk dawn il-vetturi wara jintużaw għat-trasport ta’ għalf maħsub għar-ruminanti, dawn għandhom jinħaslu sew sabiex tiġi evitata l-kontaminazzjoni minn prodott għall-ieħor, skont proċedura approvata mill-Istat Membru responsabbli għall-azjenda.
L-għażla 1 – il-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali kollha
Il-qtil u l-qerda sħiħa, mingħajr dewmien, tal-annimali, l-embrijuni u l-ova kollha identifikati mill-inkjesta msemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi tal-punt 1(b).
L-annimali li għandhom aktar minn 18-il xahar maqtula biex jinqerdu għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi tal-laboratorji u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, il-Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2, kif stabbilit fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5.
Għandu jiġi ddeterminat Il-ġenotip tal-proteina prijonika tal-annimali ovini kollha, sa massimu ta’ 50.
Permezz ta’ deroga mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-għażla 1, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu minflok ma jwettqu l-miżuri elenkati f’(i) jew (ii):
li jibdlu l-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali kollha, mingħajr dewmien, mal-qtil tagħhom għall-konsum mill-bniedem, mingħajr dewmien, diment li:
li jeżentaw il-ħrief u l-gidjien li jkollhom inqas minn tliet xhur mill-qtil u l-qerda sħiħa mingħajr dewmien, diment li dawn jinqatlu għall-konsum mill-bniedem mhux aktar tard minn meta jgħalqu tliet xhur.
Iċ-ċaqliq ta’ annimali msemmija fil-punti (i) u (ii) mill-azjenda lejn il-biċċerija għandu jkun permess.
Wara l-qtil u l-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali kollha, għall-azjenda fejn ġie deċiż li tiġi applikata l-għażla 1 għandhom jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3.
L-Għażla 2 — il-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali suxxettibbli biss
Il-ġenotipar tal-proteina prijonika tal-annimali ovini u kaprini kollha preżenti fl-azjenda, minbarra l-ħrief u l-gidjien li jkollhom inqas minn tliet xhur sakemm jinqatlu għall-konsum mill-bniedem mhux aktar tard minn meta jkollhom tliet xhur.
Il-qtil u l-qerda sħiħa, mingħajr dewmien, tal-annimali ovini u/jew kaprini kollha, l-embrijuni u l-ova kollha identifikati mill-inkjesta msemmija fit-tieni u fit-tielet inċiż tal-punt 1(b), bl-eċċezzjoni ta’:
L-annimali ta’ iktar minn 18-il xahar maqtula sabiex jinqerdu għandhom jiġu ttestjati għall-preżenza tat-TSE skont il-metodi tal-laboratorji u l-protokolli stabbiliti fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2, kif stabbilit fl-Anness III, Kapitolu A, Parti II, punt 5.
Permezz ta’ deroga mill-kundizzjonijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-għażla 2, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu minflok li jwettqu l-miżuri elenkati f’(i), (ii) jew (iii):
li jissostitwixxu l-qtil u l-qerda sħiħa tal-annimali msemmija fit-tieni paragrafu tal-għażla 2 permezz tal-qtil tagħhom għall-konsum mill-bniedem, sakemm:
li jdewmu l-ġenotipar u l-qtil sussegwenti u l-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali msemmija fit-tieni paragrafu tal-għażla 2 għal perjodu li ma jaqbiżx it-tliet xhur. Din id-deroga tista’ tiġi applikata f’sitwazzjonijiet fejn il-każ tal-indiċi jiġi kkonfermat qrib il-bidu tal-istaġun tat-twelid tal-ħrief u/jew tal-gidjien fil-farm, sakemm in-nagħaġ u/jew il-mogħoż u l-frieħ tagħhom jinżammu iżolati mill-annimali ovini u/jew kaprini ta’ azjendi oħra matul il-perjodu kollu.
li jdewmu l-qtil u l-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali msemmija fit-tieni paragrafu tal-għażla 2 għal perjodu massimu ta’ tliet snin mid-data tal-konferma tal-każ primarju, fil-merħliet ta’ annimali ovini u f’azjendi fejn jinżammu flimkien annimali ovini u kaprini. L-applikazzjoni tad-deroga stipulata f’dan il-paragrafu għandha tkun limitata għal każijiet fejn l-Istat Membru responsabbli għall-azjenda jqis li s-sitwazzjoni epidemjoloġika ma tistax tiġi indirizzata mingħajr il-qtil tal-annimali rilevanti, iżda li dan ma jistax jsir minnufih minħabba l-livell baxx ta’ reżistenza fil-populazzjoni ovina u kaprina tal-azjenda flimkien ma’ kunsiderazzjonijiet oħra, inklużi fatturi ekonomiċi. Imtaten għat-tgħammir minbarra dawk tal-ġenotip ARR/ARR għandhom jinqatlu jew jiġu kastrati mingħajr dewmien. Il-miżuri kollha possibbli biex tinbena reżistenza ġenetika fil-popolazzjoni ovina u/jew kaprina tal-azjenda għandhom jiġu implimentati, inkluż tnissil u qtil motivat ta’ nagħaġ biex tiżdied il-frekwenza tal-allel ARR u jiġi eliminat l-allel VRQ, u t-tnissil ta’ bdabad li jġorru alleli K222, D146 jew S146. L-Istat Membru responsabbli għall-azjenda għandu jiżgura li n-numru ta’ annimali li għandhom jinqatlu fl-aħħar tal-perjodu ta’ dewmien ma jkunx akbar minn dak fiż-żmien immedjat wara li ġie kkonfermat il-każ primarju. Fil-każ tal-applikazzjoni tad-deroga stipulata f’dan il-paragrafu, il-miżuri stipulati fil-punt 4 għandhom japplikaw għall-azjenda sal-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali msemmija fit-tieni paragrafu tal-għażla 2, u wara r-restrizzjonijiet stipulati fil-punt 3 għandhom ikunu applikabbli.
Wara l-qtil u l-qerda sħiħa, jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali msemmija fit-tieni paragrafu tal-għażla 2, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 3 għall-azjenda.
L-Għażla 3 – l-ebda qtil obbligatorju u qerda sħiħa ta’ annimali
Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma joqtolx u ma jeqridx totalment l-annimali identifikati fl-inkjesta msemmija fit-tieni u t-tielet inċiż tal-punt 1(b) meta jintlaħqu l-kriterji stipulati f’mill-inqas wieħed mill-erba’ inċiżi li ġejjin:
Il-ġenotip tal-proteina prijonika tal-annimali ovini u kaprini kollha, sa massimu ta’ 50 minn għal kull speċi, għandu jiġi ddeterminat f’perjodu ta’ tliet xhur mid-data tal-konferma tal-każ indiċi ta’ scrapie klassika.
Meta jinqabdu każijiet oħrajn ta’ scrapie klassika f’azjenda fejn tkun qed tiġi applikata l-għażla 3, ir-rilevanza tar-raġunijiet u l-kriterji li tkun ibbażata fuqhom id-deċiżjoni li tiġi applikata l-għażla 3 għal din l-azjenda għandha terġa’ tiġi eżaminata mill-Istat Membru. Jekk jiġi konkluż li l-applikazzjoni tal-għażla 3 ma tiżgurax kontroll xieraq tat-tifqigħa, l-Istat Membru għandu jaqleb il-ġestjoni ta’ din l-azjenda mill-għażla 3 għall-għażla 1 jew għall-għażla 2, kif stipulat fil-punti (b) u (c).
Il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 4 għandhom japplikaw immedjatament għal azjenda fejn ikun ġie deċiż li għandha tiġi applikata l-għażla 3.
L-Istati Membri li jippermettu rikors għall-għażla 3 fil-ġestjoni ta’ tifqigħat ta’ scrapie klassika għandhom iżommu rekord tar-raġunijiet u l-kriterji li tkun ibbażata fuqhom kull deċiżjoni individwali ta’ applikazzjoni.
▼M68 —————
Jekk annimal infettat bit-TSE jkun ġie introdott minn azjenda oħra:
Stat Membru jista’ jiddeċiedi, abbażi tal-istorja tal-annimal infettat, li japplika miżuri ta’ eradikazzjoni fl-azjenda ta’ oriġini flimkien mal-azjenda li fiha ġiet ikkonfermata l-infezzjoni, jew minflokha;
fil-każ ta’ art użata għall-mergħa komuni minn aktar minn merħla jew grupp wieħed, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ eradikazzjoni għal merħla jew grupp wieħed, abbażi ta’ kunsiderazzjoni motivata tal-fatturi epidemjoloġiċi kollha;
fejn aktar minn merħla jew grupp wieħed jinżamm f’azjenda waħda, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jillimitaw l-applikazzjoni tal-miżuri ta’ eradikazzjoni għall-grupp jew merħla li fih tkun ġiet ikkonfermata t-TSE, sakemm ikun ġie vverifikat li l-gruppi jew il-merħliet jinżammu iżolati minn xulxin u li t-tixrid tal-infezzjoni bejn il-gruppi jew il-merħliet permezz ta’ kuntatt dirett jew indirett huwa improbabbli.
3. Wara l-qtil u l-qerda sħiħa jew il-qtil għall-konsum mill-bniedem tal-annimali kollha identifikati f’azjenda, f’konformità mal-punt 2.2.1, il-punt 2.2.2(b) jew il-punt 2.2.2(c), għandhom japplikaw ir-restrizzjonijiet li ġejjin:
L-azjenda għandha tiġi soġġetta għal protokoll intensifikat ta’ monitoraġġ tat-TSE. Dan għandu jinkludi l-ittestjar għall-preżenza ta’ TSE f’annimali li għandhom aktar minn 18-il xahar, li jkunu mietu jew li jkunu nqatlu fl-azjenda iżda mhux fil-kuntest ta’ kampanja għall-qerda ta’ marda. Annimali ovini tal-ġenotip ARR/ARR u annimali kaprini li mill-inqas iġorru wieħed mill-alleli K222, D146 jew S146 huma eżentati. L-ittestjar għandu jitwettaq skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stipulati fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.
L-annimali li ġejjin biss jistgħu jiġu introdotti fl-azjenda:
L-imtaten għat-tgħammir, il-bdabad tal-għalla u l-prodotti ġerminali ovini u kaprini li ġejjin biss jistgħu jintużaw fl-azjenda:
Iċ-ċaqliq tal-annimali mill-azjenda għandu jew jitħalla għall-finijiet tal-qerda, jew inkella jiġ soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali li ġejjin jistgħu jiġu mċaqalqa mill-azjenda għall-finijiet kollha, inkluż it-tgħammir:
l-annimali li ġejjin jistgħu jiċċaqilqu mill-azjenda sabiex jittieħdu direttament għall-qatla għall-konsum mill-bniedem:
jekk l-Istat Membru hekk jiddeċiedi, il-ħrief u l-gidjien jistgħu jitmexxew lejn azjenda agrikola oħra li tinsab fit-territorju tagħha biss għall-finijiet ta’ simna qabel il-qatla soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Ir-restrizzjonijiet stipulati fil-punti 3.1 sa 3.4 għandhom ikomplu japplikaw għall-azjenda:
sad-data tal-kisba tal-istatus ARR/ARR mill-annimali ovini kolha fl-azjenda, sakemm ma jinżammu ebda annimal kaprin fl-azjenda; jew
sad-data li fiha l-annimali kaprini kollha fl-azjenda jġorru mill-inqas wieħed mill-alleli K222, D146 jew S146, sakemm ma jinżamm ebda annimal ovin fl-azjenda; jew
Sad-data tal-ksib ta’ status ARR/ARR mill-annimali ovini kollha fl-azjenda u l-annimali kaprini kollha fl-azjenda jġorru mill-inqas wieħed mill-alleli K222, D146 jew S146; jew
għal perjodu ta’ sentejn mid-data meta l-miżuri kollha msemmija fil-punt 2.2.1., fil-punt 2.2.2(b) jew il-punt 2.2.2(c) ikunu twettqu, sakemm ma jiġi skopert ebda każ tat-TSE ħlief l-iscrapie atipika matul dan il-perjodu ta’ sentejn.
4. Wara d-deċiżjoni li tiġi implimentata l-għażla 3 stabbilita fil-punt 2.2.2.(d) jew id-deroga prevista fil-punt 2.2.2.(c)(iii) il-miżuri li ġejjin għandhom japplikaw immedjatament għall-azjenda:
L-azjenda għandha tiġi soġġetta għal protokoll ta’ monitoraġġ tat-TSE intensifikat. Dan għandu jinkludi l-ittestjar għall-preżenza ta’ TSE fl-annimali li għandhom aktar minn 18-il xahar li:
Annimali ovini tal-ġenotip ARR/ARR u annimali kaprini li mill-inqas iġorru wieħed mill-alleli K222, D146 jew S146 huma eżentati. L-ittestjar għandu jitwettaq skont il-metodi tal-laboratorju u l-protokolli stipulati fl-Anness X, Kapitolu C, Parti 3, punt 3.2.
Għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet kif stipulati fil-punti 3.2 u 3.3.
Madankollu, permezz ta’ deroga mill-punti 3.2 u 3.3, Stat Membru jista’ jippermetti l-introduzzjoni u l-użu fl-azjenda ta’
soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
Iċ-ċaqliq tal-annimali mill-azjenda agrikola għandu jkun permess għall-finijiet ta’ qerda jew biex imorru direttament għall-qatla għall-konsum mill-bniedem, jew għandhom jiġu soġġetti għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
imtaten u nagħaġ tal-ġenotip ARR/ARR u annimali kaprini li jġorru mill-inqas wieħed mill-alleli K222, D146 jew S146 jistgħu jiġu mċaqalqa mill-azjenda għall-finijiet kollha, inkluż it-tnissil, sakemm dawn jiġu mċaqalqa f’azjendi oħrajn li jkunu soġġetti għall-applikazzjoni tal-miżuri skont il-punti 2.2.2(c) (għażla 2) jew 2.2.2(d) (għażla 3);
jekk l-Istat Membru hekk jiddeċiedi, il-ħrief u l-gidjien jistgħu jitmexxew lejn azjenda agrikola oħra li tinsab fit-territorju tagħha biss għall-finijiet ta’ simna qabel il-qatla soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
L-Istat Membru għandu jiżgura li mill-azjenda ma jintbagħtux semen, embrijuni u bajd.
Il-mergħa komuni tal-annimali ovini u kaprini kollha fl-azjenda mal-annimali ovini u kaprini ta’ azjendi oħrajn għandha tkun ipprojbita matul il-perjodu tat-twelid tal-ħrief u/jew il-gidjien.
Barra mill-perjodu tat-twelid ta’ ħrief u/jew gidjien, il-mergħa komuni għandha tiġi soġġetta għal restrizzjonijiet li għandhom jiġu determinati mill-Istat Membru, abbażi ta’ kunsiderazzjoni motivata tal-fatturi epidemjoloġiċi kollha.
Ir-restrizzjonijiet stabbiliti fil-punti 4.1 sa 4.5 għandhom japplikaw għal perjodu ta’ sentejn wara l-identifikazzjoni tal-aktar każ riċenti tat-TSE, ħlief tal-iscrapie atipika, fl-azjendi fejn l-għażla 3 stipulata fil-punt 2.2.2(d) tkun ġiet implimentata.
KAPITOLU C
Rekwiżiti minimi għal programm ta’ tgħammir għal reżistenza għat-tse f’annimali ovini skont l-artikolu 6 A
PARTI 1
Rekwiżiti ġenerali
1. Il-programm tat-tgħammir għandu jikkonċentra fuq gruppi ta’ mertu ġenetiku għoli, kif iddefinit fil-punt 3 tal-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kumissjoni 2002/1003/KE.
Madankollu, l-Istati Membri fejn ikun hemm programm ta’ tgħammir fis-seħħ jistgħu jiddeċiedu li jippermettu t-teħid ta’ kampjuni u l-ġenotipar ta’ imtaten għat-tgħammir biss, fil-gruppi li ma jiħdux sehem fil-programm tat-tgħammir.
2. Għandha tiġi stabbilita bażi ta’ dejta li jkun fiha tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:
l-identità, ir-razza u n-numru ta’ annimali fil-merħliet kollha li jieħdu sehem fil-programm tat-tgħammir;
l-identifikazzjoni tal-annimali individwali li ttieħdu bħala kampjun fil-programm tat-tgħammir, inklużi l-imtaten għat-tgħammir li ttieħdu bħala kampjuni minn merħliet li ma ħadux sehem fil-programm tat-tgħammir;
ir-riżultati ta’ kwalunkwe test ta’ ġenotipar.
3. Għandha tiġi stabbilita sistema ta’ ċertifikazzjoni uniformi li fiha l-ġenotip ta’ kull annimal meħud bħala kampjun fil-programm tat-tgħammir, inklużi l-imtaten għat-tgħammir li ttieħdu bħala kampjuni f’merħliet li ma ħadux sehem fil-programm tat-tgħammir, jiġi ċċertifikat b’referenza għan-numru ta’ identifikazzjoni individwali tiegħu.
4. Għandha tiġi stabbilita sistema għall-identifikazzjoni tal-annimali u l-kampjuni, l-ipproċessar tal-kampjuni u l-kunsinna ta’ riżultati li tnaqqas kemm jista’ jkun il-possibbiltà ta’ żball mill-bniedem. L-effettività ta’ dik is-sistema għandha tkun soġġetta għal verifika aleatorja regolari.
5. Il-ġenotipar ta’ demm jew tessuti oħrajn miġbura għall-finijiet tal-programm tat-tgħammir, inkluż minn imtaten għat-tgħammir meħuda bħala kampjuni f’merħliet li ma ħadux sehem fil-programm tat-tgħammir, għandu jitwettaq f’laboratorji li jkunu ġew approvati skont il-programm tat-tgħammir.
6. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tista’ tgħin lill-assoċjazzjonijiet tat-tgħammir sabiex iwaqqfu banek ġenetiċi li jikkonsistu f’semen, ova u embrijuni rappreżentattivi tal-ġenotipi tal-proteina prijonika li aktarx isiru rari bħala riżultat tal-programm tat-tgħammir.
7. Għandhom jiġu mfassla programmi tat-tgħammir għal kull razza, b’kunsiderazzjoni ta’:
il-frekwenzi tal-alleli differenti fir-razza;
ir-rarità tar-razza;
l-evitar ta’ tgħammir ta’ annimali tal-istess demm jew deriva ġenetika.
8. Meta Stat Membru jippermetti, f'konformità mat-tieni paragrafu tal-punt 1, it-teħid tal-kampjuni u l-ġenotipar ta' mtaten tat-tagħmir f'merħliet li ma jieħdux sehem fil-programm ta' tkabbir, il-ġenotip tal-proteina prijonika għall-kodoni 136, 141, 154 u 171 għandhom jiġu determinati għal kampjun minimu rappreżentattiv tal-popolazzjoni ovina kollha tal-Istat Membru, jew:
darba kull tliet snin b'kampjun minimu ta' mill-anqas 1 560 annimal ovin; jew
bi frekwenza u b'daqs ta' kampjun determinat mill-Istat Membru abbażi tal-konformità mal-kriterji li ġejjin:
it-tfassil tal-kampjunar iqis dejta epidemjoloġika rilevanti miġbura waqt stħarriġ preċedenti, inkluża dejta dwar il-ġenotip tal-proteina prijonika tan-nagħaġ għall-kodoni 136, 141, 154 u 171 skont ir-razza, ir-reġjun, l-età, is-sess u t-tip ta' merħla;
it-tfassil tal-kampjunar jippermetti, tal-anqas, li tinqabad bidla ta' 5 % fil-prevalenza ta' ġenotip fuq perjodu ta' tliet snin, b'potenza ta' 80 % u livell ta' fiduċja ta' 95 %.
PARTI 2
Regoli speċifiċi għall-merħliet li jieħdu sehem
1. Il-programm tat-tgħammir għandu jkun immirat biex iżid il-frekwenza tal-allel ARR fi ħdan il-grupp, filwaqt li jnaqqas il-prevalenza ta’ dawk l-alleli li jkunu ntwerew li jikkontribwixxu għas-suxxettibilità għat-TSE.
2. Ir-rekwiżiti minimi għall-gruppi li jieħdu sehem għandhom ikunu dawn li ġejjin:
l-annimali kollha fil-merħla li għandhom jiġu ġenotipati għandhom jiġu identifikati individwalment permezz ta’ mezzi siguri;
l-imtaten kollha maħsuba għat-tgħammir fil-grupp għandhom jiġu ġenotipati qabel jintużaw għat-tgħammir;
kull annimal raġel li jġorr l-allel VRQ għandu jinqatel jew jiġi kkastrat, fi żmien sitt xhur wara d-determinazzjoni tal-ġenotip tiegħu; kwalunkwe annimal bħal dan ma għandux jinħareġ mill-azjenda ħlief għall-qtil;
l-annimali nisa li jkunu magħrufa li jġorru l-allel VRQ ma għandhomx jinħarġu mill-azjenda ħlief għall-biċċerija;
l-annimali rġiel, li jinkludu donaturi tas-semen użati għall-inseminazzjoni artifiċjali, barra minn dawk iċċertifikati skont il-programm tat-tgħammir, ma għandhomx jintużaw għat-tgħammir fi ħdan il-grupp.
3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu derogi mir-rekwiżiti stipulati fil-punt 2(c) u (d) għall-finijiet tal-protezzjoni tar-razez u l-karatteristiċi tal-produzzjoni.
4. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deroga mogħtija skont il-punt 3 u dwar il-kriterji użati.
PARTI 3
Regoli speċifiċi għall-imtaten għat-tgħammir meħuda bħala kampjun f’merħliet li ma ħadux sehem fil-programm ta’ tgħammir
1. L-imtaten li minnhom għandhom jittieħdu l-kampjuni jridu jiġu identifikati b’mod individwali bl-użu ta’ mezzi siguri.
2. Kull muntun li jinstab li jġorr l-allel VRQ ma għandux jinħareġ mill-azjenda ħlief għall-qtil.
PARTI 4
Il-qafas għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ reżistenti għat-TSE ta’ gruppi ta’ annimali ovini
1. Il-qafas għar-rikonoxximent tal-istatus reżistenti għat-TSE ta’ gruppi ta’ annimali ovini għandu jirrikonoxxi l-istatus reżistenti għat-TSE ta’ gruppi ta’ annimali ovini li bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-programm ta’ tgħammir kif stipulat fl-Artikolu 6a, jissodisfaw il-kriterji meħtieġa f’dak il-programm.
Dak ir-rikonoxximent għandu jingħata mill-anqas fuq dawn iż-żewġ livelli:
gruppi tal-livell I għandhom ikunu gruppi msawra kompletament minn annimali ovini tal-ġenotip ARR/ARR;
gruppi tal-livell II għandhom ikunu gruppi li l-wild tagħhom ikun ġie esklussivament minn imtaten irġiel tal-ġenotip ARR/ARR.
L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħtu rikonoxximent fuq livelli addizzjonali sabiex jissodisfaw ir-rekwiżiti nazzjonali.
2. Għandu jsir teħid ta’ kampjuni aleatorju regolari ta’ annimali ovini minn gruppi reżistenti għat-TSE:
fl-azjenda jew fil-biċċerija sabiex jiġi vverifikat il-ġenotip tagħhom;
fil-każ ta’ gruppi tal-livell I, f’annimali ta’ aktar minn 18-il xahar fil-biċċerija, għall-ittestjar tat-TSE skont l-Anness III.
PARTI 5
Rapporti li għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni mill-Istati Membri
L-Istati Membri li jintroduċu programmi nazzjonali tat-tgħammir biex jagħżlu għar-reżistenza għat-TSE fil-popolazzjonijiet ovini tagħhom għandhom:
jinnotifikaw lill-Kummissjoni r-rekwiżiti għal dawn il-programmi;
jippreżentaw rapport annwali dwar il-progress tagħhom lill-Kummissjoni.
Ir-rapport għal kull sena kalendarja għandu jintbagħat mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara.
ANNESS VIII
TQEGĦID FIS-SUQ U ESPORTAZZJONI
KAPITOLU A
Kundizzjonijiet għal kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ annimali ħajjin, ta’ semen u ta’ embrijuni
TAQSIMA A
Kundizzjonijiet li japplikaw għal-annimali ovini u kaprini u għas-semen u l-embrijuni tagħhom
1. |
Azjendi agrikoli b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika u riskju kontrollat tal-iscrapie klassika:
1.1.
Għal fini ta' kummerċ intra-Unjoni, l-Istati Membri għandhom, fejn applikabbli, jistabbilixxu u jagħmlu superviżjoni ta' skema uffiċjali għar-rikonoxximent ta' azjendi agrikoli b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika u azjendi agrikoli b'riskju kontrollat tal-iscrapie klassika. Abbażi ta' dik l-iskema uffiċjali, għandhom, fejn applikabbli, jistabbilixxu u jżommu listi ta' azjendi agrikoli ta' annimali ovini u kaprini b'riskju negliġibbli u azjendi agrikoli b'riskju kontrollat tal-iscrapie klassika.
1.2.
Azjenda agrikola ta' annimali ovini li għandhom status ta' reżistenza għat-TSE tal-livell I, kif hemm stabbilit fl-Anness VII, il-Kapitolu C, il-Parti 4, il-punt 1.(a), u fejn ma ġie kkonfermat ebda każ tal-iscrapie klassika għal perjodu ta' mill-inqas is-seba' snin preċedenti, tista' tiġi rikonoxxuta bħala azjenda agrikola b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika. Azjenda agrikola ta' annimali ovini, annimali kaprini, jew annimali ovini u kaprini tista' wkoll tiġi rikonnoxxuta bħala azjenda agrikola b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika sakemm tkun ikkonformat mal-kundizzjonijiet li ġejjin għal perjodu ta' mill-inqas is-seba' snin preċedenti:
(a)
l-annimali ovini u kaprini huma permanentament identifikati u jinżammu r-reġistri, sabiex ikunu jistgħu jiġu rintraċċati lura lejn l-azjenda agrikola tat-twelid tagħhom;
(b)
jinżammu r-rekords taċ-ċaqliq tal-annimali ovini u kaprini ġewwa l-azjenda agrikola u barra minnha;
(c)
fl-azjenda agrikola jiġu introdotti biss l-annimali ovini u kaprini li ġejjin:
(i)
annimali ovini u kaprini minn azjendi agrikoli b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika;
(ii)
annimali ovini u kaprini minn azjendi agrikoli li ssodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (i) għal perjodu minimu tas-seba' snin preċedenti jew għal tal-inqas l-istess perjodu ta' żmien bħall-perjodu ta' żmien li matulu l-azjenda agrikola fejn se jiġu introdotti tkun issodisfat il-kundizzjonijiet stipulati f'dawk il-punti;
(iii)
annimali ovini maskili tal-ġenotip tal-proteina prion ARR/ARR;
(iv)
annimali ovini jew kaprini li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (i) jew (ii) ħlief matul il-perjodu meta nżammu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, sakemm dak iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
—
iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen huwa approvat f'konformità mal-Kapitolu I(I) tal-Anness D tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (
29
) u ssorveljat f'konformità mal-Kapitolu I(II) ta' dak l-Anness;
—
għal perjodu tas-seba' snin preċedenti, ġew introdotti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen dawk l-annimali ovini jew kaprini biss minn azjendi agrikoli li matul dak il-perjodu ssodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (e), u li kienu soġġetti għal kontrolli regolari minn veterinarju uffiċjali jew veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti;
—
ebda każ tal-iscrapie klassika ma jkun ġie kkonfermat fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għal perjodu tas-seba' snin preċedenti;
—
fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen hemm fis-seħħ miżuri tal-bijosigurtà sabiex ikun żgurat li l-annimali ovini u kaprini f'dak iċ-ċentru u li ġejjin minn azjendi agrikoli bi status tar-riskju negliġibbli jew kontrollat għall-iscrapie klassika ma għandhomx kuntatt dirett jew indirett ma' annimali ovini u kaprini li ġejjin minn azjendi agrikoli ta' status tal-iscrapie klassika iktar baxx.
(d)
l-azjenda agrikola hija soġġetta għal kontrolli regolari biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (i) minn veterinarju uffiċjali jew veterinarju awtorizzat għal dak il-fini mill-awtorità kompetenti, li jridu jsiru tal-inqas fuq bażi annwali mill-1 ta' Jannar 2014;
(e)
ebda każ tal-iscrapie klassika ma ġie kkonfermat;
(f)
Sal-31 ta' Diċembru 2013, l-annimali ovini u kaprini kollha msemmija fl-Anness III, il-Kapitolu A, il-Parti II, il-punt 3, ta' eta' ikbar minn 18-il xahar, li jkunu mietu jew inqatlu għal raġunijiet differenti mill-qatla għall-konsum mill-bniedem jiġu ttestjati f'laboratorju għall-iscrapie klassika f'konformità mal-metodi u mal-protokolli tal-laboratorju stipulati fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 3.2. Mill-1 ta' Jannar 2014, l-annimali ovini u kaprini kollha ta' eta' ikbar minn 18-il xahar li jkunu mietu jew inqatlu għal raġunijiet differenti mill-qatla għall-konsum mill-bniedem jiġu ttestjati f'laboratorju għall-iscrapie klassika f'konformità mal-metodi u mal-protokolli tal-laboratorju stipulati fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 3.2. Permezz ta' deroga mill-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel u fit-tieni paragrafi tal-punt (f), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-annimali ovini u kaprini kollha ta' eta' ikbar minn 18-il xahar mingħajr valur kummerċjali, maqtula fl-aħħar tal-ħajja produttiva tagħhom minflok ma tbiċċru għall-konsum mill-bniedem, jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali, u dawk kollha li jesebixxu sinjali ta' tħassir jew sinjali newroloġiċi jiġu ttestjati f'laboratorju għall-iscrapie klassika f'konformità mal-metodi u mal-protokolli tal-laboratorju stipulati fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 3.2. Barra mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (f), mill-1 ta' Jannar 2014 għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(g)
fl-azjenda agrikola jiġu introdotti biss l-ova u l-embrijuni tal-annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini li ġejjin:
(i)
ova u embrijuni minn annimali donaturi li mit-twelid inżammu fi Stat Membru li għandu riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika, jew f'azjenda agrikola li għandha riskju negliġibbli jew riskju kontrollat tal-iscrapie klassika, jew li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
—
huma permanentament identifikati biex ikunu jistgħu jiġu rintraċċati lura lejn l-azjenda agrikola fejn twieldu;
—
mit-twelid inżammu f'azjendi agrikoli li fihom ma ġewx rapportati każijiet tal-iscrapie klassika matul ir-residenza tagħhom;
—
ma wrewx sinjali kliniċi tal-iscrapie klassika fil-mument tal-ġbir tal-ova jew tal-embrijuni;
(ii)
ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina li jġorru tal-inqas allel ARR wieħed.
(h)
fl-azjenda agrikola jiġi introdott biss is-semen tal-annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini li ġejjin:
(i)
semen minn annimali donaturi li nżammu mit-twelid fi Stat Membru li għandu riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika, jew f'azjenda agrikola li għandha riskju negliġibbli jew riskju kontrollat tal-iscrapie klassika, jew li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
—
huma permanentament identifikati biex ikunu jistgħu jiġu rintraċċati lura lejn l-azjenda agrikola fejn twieldu;
—
ma wrew ebda sinjal kliniku tal-iscrapie klassika fil-mument tal-ġbir tas-semen;
(ii)
semen mill-imtaten tal-ġenotip tal-proteina prion ARR/ARR;
(i)
l-annimali ovini u kaprini fl-azjenda agrikola ma għandhomx kuntatt dirett jew indirett, inkluż ragħa kondiviż, ma' annimali ovini u kaprini minn azjendi agrikoli ta' status tal-iscrapie klassika iktar baxx.
1.3.
Azjenda agrikola ta' annimali ovini, annimali kaprini, jew annimali ovini u kaprini tista' tiġi rikonnoxxuta bħala waħda b'riskju kontrollat tal-iscrapie klassika sakemm tkun ikkonformat mal-kundizzjonijiet li ġejjin għal perjodu ta' mill-inqas it-tliet snin preċedenti:
(a)
l-annimali ovini u kaprini huma permanentament identifikati u jinżammu r-reġistri, sabiex ikunu jistgħu jiġu rintraċċati lura lejn l-azjenda agrikola tat-twelid tagħhom;
(b)
jinżammu r-rekords taċ-ċaqliq tal-annimali ovini u kaprini ġewwa l-azjenda agrikola u barra minnha;
(c)
fl-azjenda agrikola jiġu introdotti biss l-annimali ovini u kaprini li ġejjin:
(i)
annimali ovini u kaprini minn azjendi agrikoli b'riskju negliġibbli jew kontrollat tal-iscrapie klassika;
(ii)
annimali ovini u kaprini minn azjendi agrikoli li ssodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (i) għal perjodu minimu tat-tliet snin preċedenti jew għal tal-inqas l-istess perjodu ta' żmien bħall-perjodu ta' żmien li matulu l-azjenda agrikola fejn se jiġu introdotti tkun issodisfat il-kundizzjonijiet stipulati f'dawk il-punti;
(iii)
annimali ovini maskili tal-ġenotip tal-proteina prion ARR/ARR;
(iv)
annimali ovini jew kaprini li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt (i) jew (ii) ħlief matul il-perjodu meta nżammu fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen, sakemm dak iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen ikun konformi mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
—
iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen huwa approvat f'konformità mal-Kapitolu I(I) tal-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE u ssorveljat f'konformità mal-Kapitolu I(II) ta' dak l-Anness;
—
għal perjodu tat-tliet snin preċedenti, ġew introdotti fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen dawk l-annimali ovini jew kaprini biss minn azjendi agrikoli li matul dak il-perjodu ssodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a), (b) u (e), u li kienu soġġett għal kontrolli regolari minn veterinarju uffiċjali jew veterinarju awtorizzat mill-awtorità kompetenti;
—
ebda każ tal-iscrapie klassika ma jkun ġie kkonfermat fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen għall-perjodu tat-tliet snin preċedenti;
—
fiċ-ċentru tal-ġbir tas-semen hemm fis-seħħ miżuri tal-bijosigurtà sabiex ikun żgurat li l-annimali ovini u kaprini f'dak iċ-ċentru u li ġejjin minn azjendi agrikoli bi status tar-riskju negliġibbli jew kontrollat għall-iscrapie klassika ma għandhomx kuntatt dirett jew indirett ma' annimali ovini u kaprini li ġejjin minn azjendi agrikoli ta' status tal-iscrapie klassika iktar baxx.
(d)
l-azjenda agrikola hija soġġetta għal kontrolli regolari biex tiġi vverifikata l-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (i) minn veterinarju uffiċjali jew veterinarju awtorizzat għal dak il-fini mill-awtorità kompetenti, li jridu jsiru tal-inqas fuq bażi annwali mill-1 ta' Jannar 2014;
(e)
ebda każ tal-iscrapie klassika ma ġie kkonfermat;
(f)
Sal-31 ta' Diċembru 2013, l-annimali ovini u kaprini kollha msemmija fl-Anness III, il-Kapitolu A, il-Parti II, il-punt 3, ta' eta' ikbar minn 18-il xahar, li jkunu mietu jew inqatlu għal raġunijiet differenti mill-qatla għall-konsum mill-bniedem jiġu ttestjati f'laboratorju għall-iscrapie klassika f'konformità mal-metodi u mal-protokolli tal-laboratorju stipulati fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 3.2. Mill-1 ta' Jannar 2014, l-annimali ovini u kaprini kollha ta' eta' ikbar minn 18-il xahar li jkunu mietu jew inqatlu għal raġunijiet differenti mill-qatla għall-konsum mill-bniedem jiġu ttestjati f'laboratorju għall-iscrapie klassika f'konformità mal-metodi u mal-protokolli tal-laboratorju stipulati fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 3.2. Permezz ta' deroga mill-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel u fit-tieni paragrafi tal-punt (f), l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-annimali ovini u kaprini kollha ta' eta' ikbar minn 18-il xahar mingħajr valur kummerċjali, maqtula fl-aħħar tal-ħajja produttiva tagħhom minflok ma tbiċċru għall-konsum mill-bniedem, jiġu spezzjonati minn veterinarju uffiċjali, u dawk kollha li jesebixxu sinjali ta' tħassir jew sinjali newroloġiċi jiġu ttestjati f'laboratorju għall-iscrapie klassika f'konformità mal-metodi u mal-protokolli tal-laboratorju stipulati fl-Anness X, il-Kapitolu C, il-punt 3.2. Barra mill-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) sa (f), mill-1 ta' Jannar 2014 għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(g)
fl-azjenda agrikola jiġu introdotti biss l-ova u l-embrijuni tal-annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini li ġejjin:
(i)
ova u embrijuni minn annimali donaturi li mit-twelid inżammu fi Stat Membru li għandu riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika, jew f'azjenda agrikola li għandha riskju negliġibbli jew riskju kontrollat tal-iscrapie klassika, jew li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
—
huma permanentament identifikati biex ikunu jistgħu jiġu rintraċċati lura lejn l-azjenda agrikola fejn twieldu;
—
mit-twelid inżammu f'azjendi agrikoli li fihom ma ġewx rapportati każijiet tal-iscrapie klassika matul ir-residenza tagħhom;
—
ma wrewx sinjali kliniċi tal-iscrapie klassika fil-mument tal-ġbir tal-ova jew tal-embrijuni;
(ii)
ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina li jġorru tal-inqas allel ARR wieħed;
(h)
fl-azjenda agrikola jiġi introdott biss is-semen tal-annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini li ġejjin:
(i)
semen minn annimali donaturi li nżammu mit-twelid fi Stat Membru li għandu riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika, jew f'azjenda agrikola li għandha riskju negliġibbli jew riskju kontrollat tal-iscrapie klassika, jew li jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:
—
huma permanentament identifikati biex ikunu jistgħu jiġu rintraċċati lura lejn l-azjenda agrikola fejn twieldu;
—
ma wrew ebda sinjal kliniku tal-iscrapie klassika fil-mument tal-ġbir tas-semen;
(ii)
semen mill-imtaten tal-ġenotip tal-proteina prion ARR/ARR;
(i)
l-annimali ovini u kaprini fl-azjenda agrikola ma għandhomx kuntatt dirett jew indirett, inkluż ragħa kondiviż, ma' annimali ovini u kaprini minn azjendi agrikoli ta' status tal-iscrapie klassika iktar baxx.
1.4.
Jekk ikun ikkonfermat każ tal-iscrapie klassika f'azjenda agrikola b'riskju negliġibbli jew riskju kontrollat tal-iscrapie klassika, jew f'azjenda agrikola li jinsab li għandha rabta epidemojoloġika ma' azjenda agrikola b'riskju negliġibbli jew riskju kontrollat tal-iscrapie klassika bħala riżultat ta' inkjesta msemmija fil-Parti 1 tal-Kapitolu V tal-Anness VII, l-azjenda agrikola b'riskju negliġibbli jew riskju kontrollat tal-iscrapie klassika għandha titħassar immedjatament mil-lista msemmija fil-punt 1.1 ta' din it-Taqsima. L-Istat Membru għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħrajn immedjatament li jkunu introduċew annimali ovini u kaprini li joriġinaw minn, jew semen jew embrijuni miġbura minn annimali ovini u kaprini miżmuma fl-azjenda agrikola infettata matul perjodu tas-seba' snin preċedenti fil-każ ta' azjenda agrikola b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika jew matul il-perjodu tat-tliet snin preċedenti fil-każ ta' azjenda agrikola b'riskju kontrollat tal-iscrapie klassika. |
2. |
L-Istati Membri jew iż-żoni ta’ Stat Membru b’riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika 2.1. Fejn Stat Membru jikkunsidra li t-territorju tiegħu jew parti mit-territorju tiegħu joħloq riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika, huwa għandu jibgħat id-dokumentazzjoni xierqa ta’ prova lill-Kummissjoni, u f’din għandu jistabbilixxi b’mod partikolari li:
(a)
twettqet valutazzjoni tar-riskju, u din uriet li attwalment hemm fis-seħħ miżuri xierqa u li dawn ittieħdu għall-perjodu rilevanti taż-żmien sabiex jiġi kkontrollat kull riskju identifikat. Din il-valutazzjoni tar-riskju għandha tidentifika l-fatturi potenzjali kollha għall-okkorrenza ta’ scrapie klassika u l-perspettiva storika tagħhom, b’mod partikolari:
(i)
l-importazzjoni jew l-introduzzjoni ta’ annimali ovini u kaprini jew is-semen u l-embrijuni tagħhom potenzjalment infettati bi scrapie klassika;
(ii)
il-firxa ta’ għarfien tal-istruttura tal-popolazzjoni u l-prattiki tat-trobbija tal-annimali ovini u kaprini;
(iii)
il-prattiki tal-għalf, inkluż il-konsum ta’ laħam u għadam imfarrak jew qrieqeċ ta’ oriġini minn ruminanti;
(iv)
l-importazzjoni ta’ ħalib u prodotti tal-ħalib li joriġinaw minn annimali ovini u kaprini maħsuba għall-użu fl-għalf ta’ annimali ovini u kaprini;
(b)
għal perjodu ta' mill-inqas is-seba' snin preċedenti, ikunu ġew ittestjati annimali ovini u kaprini li juru sinjali kliniċi kompatibbli mal-iscrapie klassika;
(c)
għal perjodu ta' mill-inqas is-seba' snin preċedenti, għadd suffiċjenti ta' annimali ovini u kaprini ta' eta' ikbar minn 18-il xahar, rappreżentattivi tal-annimali ovini u kaprini mbiċċra, li mietu jew inqatlu għal raġunijiet differenti mill-qatla għall-konsum mill-bniedem, ġew ittestjati kull sena, biex jipprovdu livell ta' fiduċja ta' 95 perċentwal ta' detezzjoni tal-iscrapie klassika jekk hija preżenti f'dik il-popolazzjoni f'rata ta' prevalenza li taqbeż il-0,1 perċentwal u matul dak il-perjodu ma jkunx ġie rapportat ebda każ tal-iscrapie klassika;
(d)
l-għalf lill-annimali ovini u kaprini ta’ laħam u għadam imfarrak jew qrieqeċ ta’ oriġini minn ruminanti ġie pprojbit u infurzat b’mod effettiv fl-Istat Membru kollu għal perjodu ta’ mill-inqas seba’ snin;
(e)
introduzzjonijiet minn Stati Membri oħrajn ta’ annimali ovini u kaprini u semen u embrijuni tagħhom jitwettqu skont il-punt 4.1(b) jew il-punt 4.2.
(f)
l-introduzzjonijiet minn pajjiżi terzi ta’ annimali ovini u kaprini u semen u embrijuni tagħhom jitwettqu skont il-Kapitolu E jew il-Kapitolu H tal-Anness IX. 2.2. L-istatus ta’ riskju negliġibbli għal scrapie klassika tal-Istat Membru jew taż-żona tal-Istat Membru jista’ jiġi approvat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). L-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni dwar kull bidla fl-informazzjoni relatata mal-marda li titressaq skont il-punt 2.1. L-istatus ta’ riskju negliġibbli approvat skont il-punt 2.2. jista’, fid-dawl ta’ din in-notifika, jista’ jiġi rtirat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). 2.3. L-Istati Membri jew żona tal-Istat Membru b'riskju negliġibbli għall-iscrapie klassika huma li ġejjin:
—
l-Awstrija
—
il-Finlandja
—
l-Iżvezja.
|
3. |
Programm ta’ kontroll nazzjonali għal scrapie klassika: 3.1. Stat Membru li għandu programm ta’ kontroll nazzjonali għall-iscrapie klassika li jkopri t-territorju kollu tiegħu:
(a)
jista’ jissottometti l-programm ta’ kontroll nazzjonali tiegħu lill-Kummissjoni, u fih jispjega b’mod partikolari:
—
id-distribuzzjoni tal-iscrapie klassika fl-Istat Membru,
—
ir-raġunijiet għall-programm ta’ kontroll nazzjonali, b’kunsiderazzjoni tal-importanza tal-marda u l-bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji,
—
il-kategoriji tal-istatus iddefiniti għall-azjendi u l-istandards li għandhom jinkisbu f’kull kategorija,
—
il-proċeduri tal-ittestjar li għandhom jintużaw,
—
il-proċeduri ta’ monitoraġġ tal-programm ta’ kontroll nazzjonali,
—
l-azzjoni li għandha tittieħed jekk, għal xi raġuni, azjenda titlef l-istatus tagħha,
—
il-miżuri li għandhom jittieħdu jekk ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa skont il-programm ta’ kontroll nazzjonali jkunu pożittivi,
(b)
il-programm imsemmi fil-punt (a) jista’ jiġi approvat jekk jikkonforma mal-kriterji stabbiliti f’dak il-punt, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2); emendi jew żidiet għall-programmi sottomessi mill-Istati Membri jistgħu jiġu approvati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). 3.2. Il-programmi nazzjonali għall-kontroll tal-iscrapie tal-Istati Membri li ġejjin huma b'dan approvati:
—
id-Danimarka,
—
is-Slovenja.
|
4. |
Il-kummerċ intra-Unjoni tal-annimali ovini u kaprini u s-semen u l-embrijuni tagħhom Japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
4.1.
Annimali ovini u kaprini:
(a)
annimali ovini u kaprini għat-tgħammir intenzjonati għal Stati Membri differenti minn dawk b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika jew bi programm ta' kontroll nazzjonali tal-iscrapie approvat għandhom:
(i)
jiġu minn azjenda jew azjendi agrikoli b'riskju negliġibbli jew riskju kontrollat tal-iscrapie klassika; jew
(ii)
jiġu minn Stat Membru jew żona ta' Stat Membru b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika; jew
(iii)
fil-każ ta’ annimali ovini, ikunu tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR u fil-każ ta’ annimali kaprini, iġorru mill-inqas wieħed mill-alleli K222, D146 jew S146, sakemm dawn ma jkunux ġejjin minn azjenda soġġetta għar-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VII, Kapitolu B, punti 3 u 4.
(b)
annimali ovini u kaprini għall-użi intenzjonati kollha ħlief il-qtil immedjat intenzjonati għal Stati Membri b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika jew bi programm ta' kontroll nazzjonali tal-iscrapie approvat għandhom:
(i)
jiġu minn azjenda jew azjendi agrikoli b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika; jew
(ii)
jiġu minn Stat Membru jew żona ta' Stat Membru b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika; jew
(iii)
fil-każ ta’ annimali ovini, ikunu tal-ġenotip tal-proteina prijonika ARR/ARR u fil-każ ta’ annimali kaprini, iġorru mill-inqas wieħed mill-alleli K222, D146 jew S146, sakemm dawn ma jkunux ġejjin minn azjenda soġġetta għar-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VII, Kapitolu B, punti 3 u 4.
(c)
Permezz ta' deroga mill-punti (a) u (b), ir-rekwiżiti stipulati f'dawk il-punti ma għandhomx japplikaw għal annimali ovini u kaprini, li jinżammu u jiġu mċaqalqa esklussivament bejn korpi, istituti jew ċentri approvati kif definit fl-Artikolu 2(1)(c) tad-Direttiva 92/65/KEE.
(d)
Permezz ta' deroga mill-punti (a) u (b), l-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista' tawtorizza kummerċ intra-Unjoni f'annimali li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f'dawk il-punti, sakemm tkun irċeviet kunsens minn qabel mill-awtorità kompetenti tal-Istati Membri destinatarji ta' dawk l-annimali, u sakemm dawk l-annimali jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
(i)
ir-razza tal-annimali hija razza fil-periklu;
(ii)
l-annimali jiddaħħlu fi ktieb tat-tnissil għal dik ir-razza fl-Istat Membru ta’ spedizzjoni. Dan il-ktieb tat-tnissil jiġi stabbilit u jinżamm minn soċjetà tat-tnissil, rikonoxxuta skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2016/1012, jew minn awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru, skont l-Artikolu 38 ta’ dak ir-Regolament. L-annimali jiddaħħlu wkoll fi ktieb tat-tnissil għal dik ir-razza fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni. Dan il-ktieb tat-tnissil jiġi stabbilit ukoll u jinżamm minn soċjetà tat-tnissil, rikonoxxuta skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) 2016/1012, jew minn awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 38 ta’ dak ir-Regolament;
(iii)
fl-Istat Membru ta’ spedizzjoni u fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni, is-soċjetajiet tat-tnissil jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (ii) iwettqu programm tat-tnissil immirat lejn il-preservazzjoni ta’ dik ir-razza;
(iv)
l-annimali mhumiex ġejjin minn azjenda agrikola soġġetta għar-restrizzjonijiet stipulati fl-Anness VII, il-Kapitolu B, il-punti 3 u 4;
(v)
►M66 wara d-dħul tal-annimali li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fil-punti (a) jew (b) fl-azjenda riċevituri fl-Istat Membru ta’ destinazzjoni, iċ-ċaqliq tal-annimali ovini u kaprini kollha f’dik l-azjenda għandu jiġi ristrett skont il-punt 3.4 tal-Kapitolu B tal-Anness VII, għal perjodu ta’ tliet snin. Meta Stat Membru ta’ destinazzjoni jkollu riskju negliġibbli ta’ scrapie klassika jew programm ta’ kontroll tal-iscrapie nazzjonali approvat, din ir-restrizzjoni għandha tinżamm għal perjodu ta’ seba’ snin. Permezz ta’ deroga mill-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt, tali restrizzjoni fuq il-kummerċ intra-UE jew għaċ-ċaqliq ta’ annimali fl-Istat Membru ma għandhiex tapplika għal annimali li jappartjenu għal razza fil-periklu, u li jkunu destinati għal azjenda fejn titnissel din ir-razza fil-periklu. Ir-razza għandha tiġi soġġetta għal programm tat-tnissil immirat lejn il-prevenzjoni tar-razza u mwettaq minn soċjetà tat-tnissil kif definit fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 2016/1012 jew awtorità kompetenti skont l-Artikolu 38 ta’ dak ir-Regolament. ◄ Wara l-kummerċ intra-Unjoni jew iċ-ċaqliq domestiku msemmi fit-tieni paragrafu tal-punt (v), iċ-ċaqliq tal-annimali ovini u kaprini kollha fl-azjenda jew fl-azjendi agrikoli li jirċievu annimali mċaqalqa skont dik id-deroga għandu jkun ristrett f'konformità mal-ewwel u mat-tieni paragrafi tal-punt (v).
4.2.
semen u embrijuni ta' annimali tal-ispeċijiet ovini u kaprini għandhom:
(a)
jinġabru minn annimali li dejjem inżammu mit-twelid f'azjenda jew azjendi agrikoli b'riskju negliġibbli jew riskju kontrollat tal-iscrapie klassika, ħlief fejn l-azjenda agrikola tkun ċentru tal-ġbir tas-semen, sakemm dak iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 1.3.(c)(iv); jew
(b)
jinġabru minn annimali li dejjem inżammu għall-aħħar tliet snin qabel il-ġbir f'azjenda jew f'azjendi agrikoli li kkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-punt 1.3. (a) sa (f) għal tliet snin, ħlief fejn l-azjenda agrikola hija ċentru tal-ġbir tas-semen, sakemm iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 1.3.(c)(iv); jew
(c)
jinġabru minn annimali li dejjem inżammu mit-twelid f'pajjiż jew f'żona b'riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika; jew
(d)
fil-każ ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina, jinġabar minn annimali maskili tal-ġenotip tal-proteina prion ARR/ARR; jew
(e)
fil-każ ta' embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina, iġorru tal-inqas allel ARR wieħed. |
TAQSIMA B
Kundizzjonijiet li japplikaw għall-annimali bovini
Ir-Renju Unit għandu jiżgura li l-annimali bovini mwielda jew imrobbija fit-territorju tiegħu qabel l-1 ta’ Awwissu 1996 ma jintbagħtux mit-territorju tiegħu lejn Stati Membri jew pajjiżi terzi oħrajn.
KAPITOLU B
Kondizzjonijiet dwar wild ta' annimali suspettati jew ikkonfermati b'EST imsemmija fl-Artikolu 15(2)
Għandu jkun ipprojbit li jitqiegħed fis-suq l-aħħar wild ta' annimali ta’ l-ifrat femminili infettati b' EST jew annimali tar-razza tal-mogħoż jew tar-razza tan-nagħaġ ikkonfermati b'ESB li welldu fl-aħħar sentejn qabel jew waqt iż-żmien wara d-dehra ta' l-ewwel sinjali kliniċi tal-bidu tal-marda.
KAPITOLU C
Kundizzjonijiet għal kummerċ intra-Komunitarju f’ċerti prodotti li joriġinaw mill-annimali
TAQSIMA A
prodotti
Il-prodotti li ġejjin li joriġinaw mill-annimali huma eżenti mill-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3), sakemm ikunu derivati minn annimali bovini, ovini u kaprini li jissodisfaw ir-rekwiżiti tat-Taqsima B:
TAQSIMA B
rekwiżiti
Il-prodotti msemmija fit-Taqsima A jridu jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li joriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma ġewx mitmugħa ikel b’laħam u għadam imfarrak jew gambal li ġew minn ruminanti u għaddew mill-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem;
l-annimali minn fejn ġew il-prodotti li oriġinaw minn annimali bovini, ovini u kaprini ma nqatlux wara li ġew storduti permezz ta’ gass injettat fil-kavità kranjali jew maqtula bl-istess metodu jew maqtula b’laċerazzjoni wara stordament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta’ strument forma ta’ virga mtawla mdaħħal fil-kavità kranjali;
il-prodotti ta’ oriġini minn annimali bovini, ovini u kaprini mhumiex ġejjin minn:
materjal ta’ riskju speċifikat kif definit fl-Anness V,
tessuti nervużi u limfatiċi esposti matul il-proċess tat-tneħħija ta’ l-għadam, u
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta’ annimali bovini, ovini jew kaprini;
KAPITOLU D
Kondizzjonijiet li jgħoddu għall-esportazzjoni
Annimali ta’ l-ifrat ħajjin u prodotti li joriġinaw mill-annimali dderivati minnhom għandhom ikunu soġġetti - dwar esportazzjoni għal pajjiżi terzi - għar-regoli mwaqqfa f'dan ir-Regolament għall-kummerċ intra-Komunitarju.
ANNESS IX
IMPORTAZZJONI FL-UNJONI TA' ANNIMALI ĦAJJIN, EMBRIJUNI, OVA U PRODOTTI TA' ORIĠINI TAL-ANNIMALI
KAPITOLU B
Importazzjonijiet ta' annimali bovini
TAQSIMA A
Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE negliġibbli
L-importazzjonijiet ta' annimali bovini minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE negliġibbli għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkonferma li:
l-annimali twieldu u dejjem trabbew f'pajjiż jew f'reġjun jew f'pajjiżi jew f'reġjuni klassifikati f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE ( 30 ) bħala pajjiżi jew reġjuni li huma ta' riskju BSE negliġibbli;
l-annimali jiġu identifikati permezz ta' sistema tal-identifikazzjoni permanenti li tgħin l-intraċċar tagħhom lura lejn l-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex l-annimali bovini li ġejjin:
il-każijiet kollha tal-BSE,
l-annimali bovini kollha, li matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, trabbew mal-każijiet BSE matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li dawn potenzjalment ikkonsmaw l-istess għalf ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew
jekk ir-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fl-inċiż (ii) mhumiex konklussivi, l-annimali bovini kollha li twieldu fl-istess merħla, u fi żmien 12-il xahar tat-twelid tal-każijiet BSE;
u
jekk kien hemm każijiet BSE indiġeni fil-pajjiż konċernat, l-annimali twieldu
wara d-data li minnha ġiet inforzata effettivament il-projbizzjoni fuq l-alimentazzjoni tar-ruminanti bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE; jew
wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ BSE indiġenu jekk twieled wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf msemmija fl-inċiż (i).
TAQSIMA B
Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE kontrollat
L-importazzjonijiet ta' annimali bovini minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE kontrollat għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jattesta li:
il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju BSE kontrollat;
l-annimali jiġu identifikati permezz ta' sistema tal-identifikazzjoni permanenti li tgħin l-intraċċar tagħhom lura lejn l-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex l-annimali bovini li ġejjin:
il-każijiet kollha tal-BSE,
l-annimali bovini kollha, li matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, trabbew mal-każijiet BSE matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li dawn potenzjalment ikkonsmaw l-istess għalf ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew
jekk ir-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fl-inċiż (ii) mhumiex konklussivi, l-annimali bovini kollha li twieldu fl-istess merħla, u fi żmien 12-il xahar tat-twelid tal-każijiet BSE;
l-annimali twieldu;
wara d-data li minnha ġiet inforzata effettivament il-projbizzjoni fuq l-alimentazzjoni tar-ruminanti bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE; jew
wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ BSE indiġenu jekk twieled wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf msemmija fl-inċiż (i).
TAQSIMA C
Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE mhux determinat
L-importazzjonijiet ta' annimali bovini minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE mhux determinat għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jattesta li:
il-pajjiż jew ir-reġjun ġie kategorizzat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju BSE mhux determinat;
l-alimentazzjoni tar-ruminanti bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE, ġiet ipprojbita u l-projbizzjoni ġiet infurzata effettivament fil-pajjiż jew fir-reġjun;
l-annimali jiġu identifikati permezz ta' sistema tal-identifikazzjoni permanenti li tgħin l-intraċċar tagħhom lura lejn l-omm u l-merħla tal-oriġini, u mhumiex l-annimali bovini li ġejjin:
il-każijiet kollha tal-BSE,
l-annimali bovini kollha, li matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, trabbew mal-każijiet BSE matul l-ewwel sena ta' ħajjithom, u li l-investigazzjoni wriet li dawn potenzjalment ikkonsmaw l-istess għalf ikkontaminat matul dak il-perjodu, jew
jekk ir-riżultati tal-investigazzjoni msemmija fl-inċiż (ii) mhumiex konklussivi, l-annimali bovini kollha li twieldu fl-istess merħla, u fi żmien 12-il xahar tat-twelid tal-każijiet BSE;
l-annimali twieldu;
tal-inqas sentejn wara d-data li minnha ġiet inforzata effettivament il-projbizzjoni fuq l-alimentazzjoni tar-ruminanti bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE; jew
wara d-data tat-twelid tal-aħħar każ BSE indiġenu jekk twieled wara d-data tal-projbizzjoni fuq l-għalf msemmija fl-inċiż (i).
KAPITOLU C
Importazzjonijiet ta' prodotti ta' oriġini tal-annimali minn annimali bovini, ovini jew kaprini
TAQSIMA A
Prodotti
Il-prodotti ta' oriġini bovina, ovina u kaprina li ġejjin, kif definit fil-punti li ġejjin tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet stipulati fit-Taqsimiet B, C jew D ta' dan il-Kapitolu skont il-kategorija tar-riskju tal-BSE tal-pajjiż tal-oriġini:
TAQSIMA B
Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE negliġibbli
L-importazzjonijiet ta' prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE negliġibbli għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jattesta li:
il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifkat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju BSE negliġibbli;
l-annimali kollha li minnhom ġew derivati l-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini kellhom riżultati tal-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem favorevoli;
il-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u ma humiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament;
jekk l-annimali, li minnhom ġew derivati l-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju BSE kontrollat jew mhux determinat, permezz ta' deroga mill-punt (c) ta' din it-Taqsima, il-karkassi, in-nofs karkassi jew in-nofs karkassi maqtugħa f'mhux iktar minn tliet partijiet sħaħ, u kwarti li ma fihom ebda materjal ta' riskju speċifikat apparti mill-kolonna vertebrali, inkluż gangliji spinali, jistgħu jiġu importati. Fil-każ ta' tali importazzjonijiet, il-karkassi jew qatgħat sħaħ ta' karkassi ta' annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali li hija definita bħala materjal ta' riskju speċifikat f'konformità mal-punt 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa ħamra viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta msemmija fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000. Barra minn hekk, għandha tiżdied informazzjoni speċifika dwar l-għadd ta' karkassi jew ta' qatgħat sħaħ ta' karkassi, li minnhom it-tneħħija tal-kolonna vertebrali tkun meħtieġa, fuq id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (CVED) imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004;
il-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u ma humiex derivati minn laħam separat mekkanikament miskub minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief jekk l-animali, li minnhom huma derivati l-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, dejjem trabbew u tbiċċru f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju BSE negliġibbli li fih ma kienx hemm każijiet BSE indiġeni;
l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini ma tbiċċrux wara l-isturdament permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali jew inqatlu bl-istess metodu jew tbiċċru permezz ta' laċerazzjoni wara l-isturdament tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument fil-forma ta' virga allongata introdott fil-kavità kranjali, ħlief jekk l-annimali li minnhom huma derivati prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini, twieldu, dejjem trabbew u tbiċċru f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju BSE negliġibbli;
jekk l-annimali, li minnhom ġew derivati l-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini, joriġinaw f'pajjiż jew f'reġjun ikklassifikat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju BSE mhux determinat, l-annimali ma rċevewx alimentazzjoni bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE;
jekk l-annimali, li minnhom ġew derivati prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini joriġinaw minn pajjiż jew reġjun klassifikat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjoni li huwa ta' riskju BSE mhux determinat, il-prodotti ġew prodotti u ġestiti f'manjiera li tiżgura li ma kienx fihom u ma kinux kontaminati b'tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar.
TAQSIMA C
Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE kontrollat
1. L-importazzjonijiet ta' prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE kontrollat għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkonferma li:
il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju BSE kontrollat;
l-annimali kollha li minnhom ġew derivati l-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini kellhom riżultati tal-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem favorevoli;
l-annimali, li minnhom ġew derivati prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini maħsuba għall-esportazzjoni, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument fil-forma ta' virga allongata introdotta fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass intjettat fil-kavità kranjali;
il-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u ma humiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, jew laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini;
jekk l-annimali, li minnhom ġew derivati l-prodotti ta’ oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini, joriġinaw f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li għandu riskju mhux determinat ta’ BSE, l-annimali ma ngħatawx jieklu taħlita ta’ laħam u għadam mitħun jew qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif iddefinit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-OIE;
jekk l-annimali, li minnhom ġew derivati l-prodotti ta’ oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini joriġinaw f’pajjiż jew f’reġjun ikklassifikat f’konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li għandu riskju mhux determinat ta’ BSE, il-prodotti ġew magħmula u ġestiti b’mod li jiżgura li ma kienx fihom u ma kinux ikkontaminati b’tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta’ dissussar.
2. Għal prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, permezz ta' deroga mill-punt 1(d), jistgħu jiġu importati karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f'mhux iktar minn tliet qatgħat sħaħ, u kwarti li ma jkunx fihom materjal ta' riskju speċifikat apparti mill-kolonna vertebrali, inkluż gangliji spinali.
3. Meta tkun meħtieġa t-tneħħija tal-kolonna vertebrali, il-karkassi jew il-qatgħat sħaħ tal-karkassi tal-annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa ħamra viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta kif jissemma fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.
4. L-għadd ta' karkassi jew ta' qatgħat sħaħ ta' karkassi bovini, li minnhom tkun meħtieġa t-tneħħija tal-kolonna vertebrali, għandu jinkiteb fuq id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (CVED) imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 fil-każ tal-importazzjonijiet.
5. Fil-każ ta' intestini li oriġinaw minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE negliġibbli, l-importazzjonijiet tal-intestini ttrattati għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkonferma li:
il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju BSE kontrollat;
l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, dejjem trabbew u tbiċċru fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju BSE negliġibbli u kellhom riżultati tal-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem favorevoli;
jekk l-intestini ġejjin minn pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet BSE indiġeni;
l-annimali twieldu wara d-data li minnha ġiet inforzata l-projbizzjoni fuq l-alimentazzjoni tar-ruminanti bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti; jew
il-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u ma humiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.
TAQSIMA D
Importazzjonijiet minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE mhux determinat
1. L-importazzjonijiet ta' prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini msemmija fit-Taqsima A minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE mhux determinat għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkonferma li:
l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini ma rċevewx alimentazzjoni bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE, u kellhom riżultati ante-mortem u post-mortem favorevoli;
l-annimali li minnhom ġew derivati prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini, ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument fil-forma ta' virga allongata introdotta fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass intjettat fil-kavità kranjali;
il-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u mhumiex derivati minn:
materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament;
tessut nervuż u limfatiku espost matul il-proċess ta' dissussar;
laħam separat mekkanikament miksub minn għadam ta' annimali bovini, ovini jew kaprini.
2. Għal prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, permezz ta' deroga mill-punt 1(c), jistgħu jiġu importati karkassi, nofs karkassi jew nofs karkassi maqtugħa f'mhux iktar minn tliet qatgħat sħaħ, u kwarti li ma jkunx fihom materjal ta' riskju speċifikat apparti mill-kolonna vertebrali, inkluż gangliji spinali.
3. Meta tkun meħtieġa t-tneħħija tal-kolonna vertebrali, il-karkassi jew il-qatgħat sħaħ tal-karkassi tal-annimali bovini li fihom il-kolonna vertebrali, għandhom jiġu identifikati permezz ta' strixxa ħamra viżibbli b'mod ċar fuq it-tikketta kif jissemma fl-Artikolu 13 jew 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.
4. Fil-każ tal-importazzjonijiet għandha tiżdied fuq id-Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (CVED) imsemmi fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (KE) Nru 136/2004 informazzjoni speċifika dwar l-għadd ta' karkassi jew ta' qatgħat sħaħ ta' karkassi bovini, li minnhom tkun meħtieġa t-tneħħija tal-kolonna vertebrali.
5. Fil-każ ta' intestini li oriġinaw minn pajjiż jew reġjun b'riskju BSE negliġibbli, l-importazzjonijiet tal-intestini ttrattati għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jikkonferma li:
il-pajjiż jew ir-reġjun huwa klassifikat f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li huwa ta' riskju BSE mhux determinat;
l-annimali li minnhom ġew derivati l-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini twieldu, dejjem trabbew u tbiċċru fil-pajjiż jew fir-reġjun b'riskju BSE negliġibbli u kellhom riżultati tal-ispezzjonijiet ante-mortem u post-mortem favorevoli;
jekk l-intestini ġejjin minn pajjiż jew reġjun fejn kien hemm każijiet BSE indiġeni;
l-annimali twieldu wara d-data li minnha ġiet inforzata l-projbizzjoni fuq l-alimentazzjoni tar-ruminanti bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti; jew
il-prodotti ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini ma fihomx u ma humiex derivati minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament.
KAPITOLU D
Importazzjonijiet ta' prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati minn oriġini bovina, ovina u kaprina
TAQSIMA A
Prodotti sekondarji tal-annimali
Dan il-Kapitolu għandu japplika għall-prodotti sekondarji tal-annimali li ġejjin, kif definit fil-punti (1) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 u l-prodotti derivati li ġejjin kif definit fil-punt (2) ta' dak l-Artikolu, sakemm dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati huma ta' oriġini tal-annimali bovini, ovini u kaprini:
Xaħmijiet immaċinati miksuba minn materjal tal-Kategorija 2, li huma maħsuba li jintużaw bħala fertilizzanti organiċi jew tejjieba tal-ħamrija, kif definit fil-punt 22 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
Għadam u prodotti tal-għadam derivati minn materjal tal-Kategorija 2;
Xaħmijiet immaċinati miksuba minn materjal tal-Kategorija 3, li huma maħsuba li jintużaw bħala fertilizzanti organiċi jew tejjieba tal-ħamrija, jew bħala għalf, kif definit fil-punti 22 u 25 rispettivament tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009, jew il-materjali tal-bidu tagħhom;
Ikel tal-annimali domestiċi inkluż ħelu tal-klieb;
Prodotti tad-demm;
Proteina tal-annimali proċessata;
Għadam u prodotti tal-għadam derivati minn materjal tal-Kategorija 3;
Ġelatina u kolaġen derivati minn materjali differenti mill-ġlud;
Materjal tal-kategorija 3 u prodotti derivati differenti minn dawk imsemmija fil-punti (c) sa (h) bl-esklużjoni ta':
ġlud friski, ġlud trattati;
ġelatina u kolaġen derivati mill-ġlud;
derivattivi tax-xaħam.
TAQSIMA B
Rekwiżiti taċ-ċertifikat tas-saħħa
L-importazzjonijiet tal-prodotti sekondarji tal-annimali u tal-prodotti derivati ta' oriġini bovina, ovina u kaprina li jissemmew fit-Taqsima A għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa li jkun tħejja bl-attestazzjoni li ġejja:
il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat:
ma fihx u mhux derivat minn materjal ta' riskju speċifikat kif definit fil-punt 1 tal-Anness V ta' dan ir-Regolament; u
ma fihx u mhuwiex idderivat minn laħam separat mekkanikament miskub minn għadam tal-annimali bovini, ovini jew kaprini, ħlief jekk l-animali, li minnhom huma dderivati l-prodotti sekondarji tal-annimali jew il-prodotti derivati, twieldu, dejjem trabbew u tbiċċru f'pajjiż jew f'reġjun ikklassifikat b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE bħala pajjiż jew reġjun li għandu riskju negliġibbli tal-BSE, li fih ma kienx hemm każijiet indiġeni tal-BSE; u
huwa derivat minn annimali li ma nqatlux, wara l-isturdament, permezz tal-laċerazzjoni tat-tessut nervuż ċentrali permezz ta' strument fil-forma ta' virga allongata introdott fil-kavità kranjali, jew permezz ta' gass injettat fil-kavità kranjali, ħlief l-annimali li twieldu, dejjem trabbew u tbiċċru f'pajjiż jew f'reġjun ikklassifikat li għandu riskju negliġibbli tal-BSE b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE;
jew
il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat ma fihx jew mhux derivat minn materjali bovini, ovini u kaprini minbarra dawk derivati minn annimali li twieldu, dejjem trabbew u tbiċċru f'pajjiż jew f'reġjun klassifikat li għandu riskju negliġibbli tal-BSE b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE.
Flimkien mar-rekwiżiti tal-punt 1 ta' din it-Taqsima, l-importazzjonijiet tal-prodotti sekondarji tal-annimali u l-prodotti derivati msemmija fil-punti (d) u (f) tat-Taqsima A għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa li jkun tħejja bl-attestazzjoni li ġejja:
il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat joriġina minn pajjiż jew reġjun ikklassifikat li għandu riskju negliġibbli tal-BSE b'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE, u fejn ma kien hemm l-ebda każ indiġenu tal-BSE;
jew
il-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat joriġina minn pajjiż jew reġjun ikklassifikat li għandu riskju negliġibbli tal-BSE f'konformità mad-Deċiżjoni 2007/453/KE, fejn kien hemm każ indiġenu ta' ESB, u l-prodott sekondarju tal-annimali jew il-prodott derivat inkiseb minn annimali li twieldu wara d-data minn meta bdiet tiġi effettivament infurzata l-projbizzjoni fuq it-tmigħ tar-ruminanti bil-frakass tal-laħam u tal-għadam u bi qrieqeċ li ġejjin mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE, f'dak il-pajjiż jew f'dak ir-reġjun.
B'deroga mill-paragrafu ta' qabel, l-attestazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) ma għandhiex tkun meħtieġa għall-importazzjoni tal-ikel ipproċessat għall-annimali domestiċi, li jkun ippakkjat u ttikkettjat b'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Minbarra r-rekwiżiti tal-punti (1) u (2) ta' din it-Taqsima, l-importazzjonijiet tal-prodotti sekondarji tal-annimali u tal-prodotti derivati msemmija fit-Taqsima A, li fihom il-ħalib jew il-prodotti tal-ħalib ta' oriġini ovina jew kaprina u li huma maħsuba għall-għalf, għandhom jiġu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa li jkun tħejja bl-attestazzjoni li ġejja:
l-annimali ovini u kaprini li minnhom ġew derivati dawk il-prodotti sekondarji tal-annimali jew dawk il-prodotti derivati nżammu dejjem minn twelidhom f'pajjiż fejn huma ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-iscrapie klassika hija notifikabbli b'mod obbligatorju;
hemm fis-seħħ sistema ta' sensibilizzazzjoni, sorveljanza u monitoraġġ;
fil-każ ta' suspett tat-TSE jew konferma tal-iscrapie klassika japplikaw ir-restrizzjonijiet uffiċjali għall-azjendi agrikoli tal-annimali ovini jew kaprini;
l-annimali ovini u kaprini affettwati mill-iscrapie klassika jinqatlu u l-katavri jinqerdu kompletament;
it-tmigħ tal-annimali ovini u kaprini bil-frakass tal-laħam u tal-għadam u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE, ġie pprojbit u infurzat effettivament fil-pajjiż kollu għal perjodu ta' mill-inqas is-seba' snin ta' qabel;
il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib tal-annimali ovini jew kaprini joriġinaw minn azjendi agrikoli fejn mhumiex imposti restrizzjonijiet uffiċjali minħabba suspett tat-TSE;
il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib tal-annimali ovini jew kaprini joriġinaw minn azjendi agrikoli fejn ma kienx hemm dijanjożi tal-iscrapie klassika matul perjodu ta' mill-inqas is-seba' snin ta' qabel jew, wara l-konferma ta' każ tal-iscrapie klassika:
l-annimali ovini u kaprini kollha fl-azjenda agrikola nqatlu u nqerdu jew tbiċċru, ħlief l-imtaten tat-tgħammir tal-ġenotip ARR/ARR, in-nagħaġ tat-tgħammir li jkollhom mill-inqas allel ARR wieħed u ebda allel VRQ, u annimali ovini oħrajn li jkollhom mill-inqas allel ARR wieħed;
jew
l-annimali kollha li fihom ġiet ikkonfermata l-iscrapie klassika nqatlu u l-katavri tagħhom inqerdu, u l-azjenda agrikola ilha soġġetta għal mill-inqas sentejn mid-data tal-konferma tal-aħħar każ tal-iscrapie klassika, għal monitoraġġ intensifikat għat-TSE, inkluż bl-ittestjar għall-preżenza tat-TSE fl-annimali kollha li ġejjin li għandhom iktar minn 18-il xahar, ħlief l-annimali ovini tal-ġenotip ARR/ARR, skont il-metodi tal-laboratorju stipulati fil-punti 3.2 tal-Kapitolu C tal-Anness X,li ta riżultati negattivi:
KAPITOLU E
Importazzjonijiet ta' annimali ovini u kaprini
L-annimali ovini u kaprini importati fl-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jattesta li dejjem inżammu mit-twelid f'pajjiż fejn ġew issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-iscrapie klassika hija notifikabbli b'mod obbligatorju;
hemm fis-seħħ sistema ta' sensibilizzazzjoni, sorveljanza u monitoraġġ;
annimali ovini u kaprini affettwati mill-iscrapie klassika jinqatlu u jinqerdu kompletament;
l-alimentazzjoni tal-annimali ovini u kaprini bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun u bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE, ġiet ipprojbita u inforzata effettivament fil-pajjiż kollu għal perjodu ta' mill-inqas is-seba' snin preċedenti;
Minbarra l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti 1 sa 4, iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali għandu jattesta li:
Għall-annimali ovini u kaprini għat-tgħammir li jiġu importati fl-Unjoni u maħsuba għal Stati Membri differenti minn dawk li għandhom riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika jew minn dawk li għandhom programm nazzjonali ta' kontroll tal-iscrapie approvat elenkat fil-punt 3.2 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII, għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
l-annimali ovini u kaprini importati ġejjin minn azjenda jew azjendi agrikoli li kkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-punt 1.3 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII; jew
huma annimali ovini tal-ġenotip tal-proteina prion ARR/ARR u ġejjin minn azjenda agrikola fejn matul l-aħħar sentejn ma ġietx imposta restrizzjoni uffiċjali fuq iċ-ċaqliq minħabba l-BSE jew l-iscrapie klassika.
Għal annimali ovini u kaprini għall-użi kollha bl-eċċezzjoni tat-tbiċċir immedjat li jiġu importati fl-Unjoni u maħsuba għal Stat Membru li għandu riskju negliġibbli tal-iscrapie klassika jew li għandu programm nazzjonali ta' kontroll tal-iscrapie approvat elenkat fil-punt 3.2 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII, għandu jkun hemm konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
ġejjin minn azjenda jew azjendi agrikoli li kkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-punt 1.2 tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII; jew
huma annimali ovini tal-ġenotip tal-proteina prion ARR/ARR u ġejjin minn azjenda agrikola fejn matul l-aħħar sentejn ma ġietx imposta restrizzjoni uffiċjali fuq iċ-ċaqliq minħabba l-BSE jew l-iscrapie klassika.
KAPITOLU F
Importazzjonijiet ta' prodotti ta' oriġini tal-annimali minn annimali tar-razzett jew ċervidi selvaġġi
1. Meta jiġu importati fl-Unjoni mill-Kanada jew mill-Istati Uniti tal-Amerka, laħam frisk, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam kif definit fil-punti 1.10, 1.13, 1.15 u 7.1 rispettivament tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, derivati minn annimali ċervidi tar-razzett, iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' produzzjoni, li tgħid kif ġej:
“Dan il-prodott fih jew huwa derivat esklussivament minn laħam, bl-esklużjoni tal-ġewwieni u tal-korda tan-nervituri tax-xewka tad-dahar, ta' annimali ċervidi tar-razzett li ġew eżaminati għall-marda kronika ta' tħassir permezz tal-istopatoloġija, l-immunoistokimika jew metodu dijanjostiku ieħor rikonoxxut mill-awtorità kompetenti b'riżultati negattivi u mhux derivat minn annimali li ġejjin minn merħla fejn il-marda kronika ta' tħassir ġiet konfermata jew hija uffiċjalment suspettata.”
2. Meta jiġu importati fl-Unjoni mill-Kanada jew mill-Istati Uniti tal-Amerka, laħam frisk, laħam ikkapuljat, preparazzjonijiet tal-laħam u prodotti tal-laħam kif definit fil-punti 1.10, 1.13, 1.15 u 7.1 rispettivament tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 853/2004, derivati minn annimali ċervidi selvaġġi, iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom ikunu akkumpanjati minn dikjarazzjoni ffirmata mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' produzzjoni, li tgħid kif ġej:
“Dan il-prodott fih jew huwa derivat esklussivament minn laħam, bl-esklużjoni tal-ġewwieni u tal-korda tan-nervituri tax-xewka tad-dahar, ta' annimali ċervidi selvaġġi li ġew eżaminati għall-marda kronika ta' tħassir permezz tal-istopatoloġija, l-immunoistokimika jew metodu dijanjostiku ieħor rikonoxxut mill-awtorità kompetenti b'riżultati negattivi u mhux derivat minn annimali li ġejjin minn reġjun fejn il-marda kronika ta' tħassir ġiet konfermata fl-aħħar tliet snin jew hija uffiċjalment suspettata.”
KAPITOLU H
Importazzjoni ta' semen u embrijuni ovini u kaprini
Is-semen u l-embrijuni ovini u kaprini importati fl-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat tas-saħħa tal-annimali li jattesta li:
l-annimali donaturi inżammu dejjem mit-twelid fil-pajjiż fejn il-kundizzjonijiet li ġejjin jiġu ssodisfati:
l-iscrapie klassika hija notifikabbli b'mod obbligatorju;
hemm fis-seħħ sistema ta' sensibilizzazzjoni, sorveljanza u monitoraġġ;
annimali ovini u kaprini affettwati mill-iscrapie klassika jinqatlu u jinqerdu kompletament;
l-alimentazzjoni tal-annimali ovini u kaprini bid-dqiq mil-laħam u l-għadam mitħun, jew bil-qrieqeċ derivati mir-ruminanti, kif definit fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri OIE, ġiet ipprojbita u inforzata effettivament fil-pajjiż kollu għal perjodu ta' mill-inqas is-seba' snin preċedenti; u
l-annimali donaturi nżammew kontinwament għal perjodu ta' tliet snin li jippreċedu d-data tal-ġbir tas-semen jew l-embrijuni esportati f'azjenda jew azjendi agrikoli li matul dak il-perjodu ssodisfaw ir-rekwiżiti kollha stipulati fil-punt 1.3.(a) sa (f) tat-Taqsima A tal-Kapitolu A tal-Anness VIII ħlief fejn l-azjenda agrikola hija ċentru tal-ġbir tas-semen, sakemm iċ-ċentru tal-ġbir tas-semen jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 1.3.(c)(iv) ta' dik it-Taqsima; jew
fil-każ ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina, is-semen jinġabar minn annimali maskili tal-ġenotip tal-proteina prion ARR/ARR; jew
fil-każ ta' embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina, l-embrijuni jġorru tal-inqas allel ARR wieħed.
ANNESS X
LABORATORJI TA' REFERENZA, TEĦID TA' KAMPJUNI U METODI TA' ANALIŻI TAL-LABORATORJU
▼M57 —————
KAPITOLU C
Teħid ta' kampjuni u ttestjar fil-laboratorju
1. Teħid ta' kampjuni
Kwalunkwe kampjun maħsub biex jiġi eżaminat għall-preżenza ta' TSE għandu jinġabar bl-użu tal-metodi u l-protokolli stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal ta' testijiet djanjostiċi u vaċċini għall-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) (il-Manwal). Apparti dan, jew fin-nuqqas, ta' metodi u protokolli OIE, u biex jiġi żgurat li biżżejjed materjal ikun disponibbli, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura l-użu ta' metodi u protokolli għat-teħid ta' kampjuni li huma konformi mal-linji gwida maħruġa mil-laboratorju ta' referenza tal-UE.
B'mod partikolari l-awtorità kompetenti għandha tiġbor it-tessuti adattati, skont il-parir xjentifiku disponibbli u l-linji gwida tal-laboratorju ta' referenza tal-UE, sabiex tiżgura s-sejbien ta' razez magħrufa ta' TSE f'ruminanti żgħar u għandha żżomm mill-anqas nofs it-tessuti miġbura friski iżda mhux iffriżati sakemm ir-riżultat tat-test rapidu joħroġ negattiv. Meta r-riżultat ikun pożittiv jew ma jwassalx għal konklużjoni, it-tessuti li jifdal għandhom ikunu suġġetti għal ittestjar ta' konferma, u sussegwentement jiġu pproċessati skont il-linji gwida tal-laboratorju ta' referenza tal-UE dwar l-ittestjar diskriminatorju u l-klassifikazzjoni — “TSE strain characterisation in small ruminants: A technical handbook for National Reference Laboratories in the EU”.
Il-kampjuni għandhom jiġu mmarkati sew fir-rigward tal-identità tal-annimal li minnu ttieħed il-kampjun.
2. Laboratorji
Kull eżami ta' laboratorji għat-TSE għandu jsir f'laboratorji dijanjostiċi nnominati uffiċjalment għal dak l-għan mill-awtorità kompetenti.
3. Metodi u protokolli
3.1. Testjar fil-laboratorju għall-preżenza ta' BSE f'annimali bovini
(a)
Kampjuni minn annimali bovini mibgħuta għall-ittestjar tal-laboratorju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(2) għandhom minnufih ikunu soġġetti għal eżaminazzjonijiet ta' konferma li jużaw mill-inqas wieħed mill-metodi u protokolli li ġejjin stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal:
il-metodu immunoistokimiku (IHC);
Western blot;
it-turija ta' fibrili karatteristiċi bil-mikroskopija bl-elettroni;
eżaminazzjoni istopatologika
it-tlaqqigħ flimkien ta' testijiet rapidi kif stabbilit fit-tielet sottoparagrafu.
Fil-każ li l-eżaminazzjoni istopatoloġika ma twassalx għal konklużjoni jew tkun negattiva, it-tessuti għandhom jiġu sottomessi għal aktar eżaminazzjoni minn wieħed mill-metodi u protokolli l-oħra ta' konferma.
Jistgħu jintużaw testijiet rapidi kemm għal skrinjar primarju ta' każijiet suspetti kif ukoll, jekk ma jwasslux għal konlużjoni jew pożittivi, għal konferma sussegwenti, skont il-linji gwida mil-laboratorju ta' referenza tal-UE — “OIE rules for the official confirmation of BSE in bovines (based on an initial reactive result in an approved rapid test) by using a second rapid test”, u bil-kundizzjoni li:
il-konferma sseħħ f'laboratorju nazzjonali ta' referenza għat-TSEs; kif ukoll
wieħed miż-żewġ testijiet rapidi jkun Western blot; kif ukoll
it-tieni test rapidu użat:
jekk jintuża Western blot rapidu bħala l-ewwel test, ir-riżultat ta' dak it-test għandu jiġi dokumentat u l-immaġni tal-blot tintbagħat lil-laboratorju nazzjonali ta' referenza għat-TSEs; kif ukoll
fejn ir-riżultat tal-iskrinjar primarju ma jkunx ikkonfermat b'test rapidu sussegwenti, il-kampjun għandu jkun soġġett għal eżaminazzjoni b'wieħed mill-metodi l-oħra ta' konferma; Fil-każ li l-eżaminazzjoni istopatoloġika tintuża għal dak il-għan, iżda ma twassalx għal konklużjoni jew tkun negattiva, it-tessuti għandhom jintbagħtu għal eżaminazzjoni ulterjuri minn wieħed mill-metodi u protokolli l-oħra ta' konferma.
Jekk ir-riżultat ta' waħda mill-eżaminazzjonijiet ta' konferma msemmija fil-punti (i) sa (v) tal-ewwel sottoparagrafu jkun pożittiv, l-annimal għandu jitqies bħala każ pożittiv ta' BSE.
(b)
Kampjuni minn annimali bovini mibgħuta għall-ittestjar tal-laboratorju skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III, Kapitolu A, Parti I għandhom jiġu eżaminati b'test rapidu.
Meta r-riżultat ta' test rapidu ma jwassalx għal konklużjoni jew ikun pożittiv, il-kampjun għandu minnufih jiġi soġġett għal eżaminazzjonijiet ta' konferma li jużaw mill-inqas wieħed mill-metodi u protokolli li ġejjin li huma stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal:
il-metodu immunoistokimiku (IHC);
Western blot;
it-turija ta' fibrili karatteristiċi bil-mikroskopija bl-elettroni;
eżaminazzjoni istopatologika
it-tlaqqigħ flimkien ta' testijiet rapidi kif stabbilit fit-tielet sottoparagrafu.
Fil-każ li l-eżaminazzjoni istopatoloġika ma twassalx għal konklużjoni jew tkun negattiva, it-tessuti għandhom jintbagħtu għal aktar eżaminazzjoni minn wieħed mill-metodi u protokolli l-oħra ta' konferma.
Jistgħu jintużaw testijiet rapidi kemm għal skrinjar primarju ta' każijiet suspetti kif ukoll, jekk ma jwassalx għal konklużjoni jew pożittivi, għal konferma sussegwenti, skont il-linji gwida mil-laboratorju ta' referenza tal-UE — “OIE rules for the official confirmation of BSE in bovines (based on an initial reactive result in an approved rapid test) by using a second rapid test”, u bil-kundizzjoni li:
il-konferma sseħħ f'laboratorju nazzjonali ta' referenza għat-TSEs; kif ukoll
wieħed miż-żewġ testijiet rapidi jkun Western blot; kif ukoll
it-tieni test rapidu użat:
jekk jintuża Western blot rapidu bħala l-ewwel test, ir-riżultat ta' dak it-test għandu jiġi dokumentat u l-immaġni tal-blot tintbagħat lil-laboratorju nazzjonali ta' referenza għat-TSEs; kif ukoll
fejn ir-riżultat tal-iskrinjar primarju ma jkunx ikkonfermat b'test rapidu sussegwenti, il-kampjun għandu jkun soġġett għal eżaminazzjoni b'wieħed mill-metodi l-oħra ta' konferma; fil-każ li l-eżaminazzjoni istopatoloġika tintuża għal dak il-għan, iżda ma twassalx għal konklużjoni jew tkun negattiva, it-tessuti għandhom jintbagħtu għal eżaminazzjoni ulterjuri minn wieħed mill-metodi u protokolli l-oħra ta' konferma.
Annimal għandu jitqies bħala każ pożittiv ta' BSE kemm-il darba r-riżultat tat-test rapidu ma jwassalx għal konklużjoni jew ikun pożittiv, u mill-inqas waħda mill-eżaminazzjonijiet ta' konferma msemmija fil-punti (i) sa (v) tal-ewwel sottoparagrafu tkun pożittiva.
(c)
Il-kampjuni mill-każijiet pożittivi kollha ta' BSE għandhom jintbagħtu f'laboratorju nnominat mill-awtorità kompetenti, li ħa sehem b'suċċess fl-ittestjar tal-profiċjenza organizzat mil-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-ittestjar diskriminatorju ta' każi kkonfermati ta' BSE, fejn dawn għandhom jerġgħu jiġu ttestjati skont il-metodi u l-protokolli stabbiliti fil-metodu tal-laboratorju ta' referenza tal-UE għall-klassifikazzjoni ta' iżolati tat-TSE tal-bovini (metodu two-blot għall-klassifikazzjoni provviżorja tal-iżolati tat-TSE tal-bovini).
3.2. Testjar fil-laboratorju għall-preżenza ta' TSE f'annimali ovini u kaprini
(a)
Il-kampjuni minn annimali ovini u kaprini mibgħuta għall-ittestjar tal-laboratorju skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(2) għandhom minnufih ikunu soġġetti għal eżaminazzjonijiet ta' konferma li jużaw mill-inqas wieħed mill-metodi u l-protokolli li ġejjin stabbiliti fl-aħħar edizzjoni tal-Manwal:
il-metodu immunoistokimiku (IHC);
Western blot;
it-turija ta' fibrili karatteristiċi bil-mikroskopija bl-elettroni;
eżaminazzjoni istopatologika.
Fil-każ li l-eżaminazzjoni istopatoloġika ma twassalx għal konklużjoni jew tkun negattiva, it-tessuti għandhom jintbagħtu għal eżaminazzjoni ulterjuri minn wieħed mill-metodi u protokolli l-oħra ta' konferma.
Testijiet rapidi jistgħu jiġu użati għal skrinjar primarju f'każijiet suspetti. Testijiet bħal dawn jistgħu ma jintużawx għal konferma sussegwenti.
Fejn ir-riżultat ta' test rapidu użat għal skrinjar primarju ta' każi suspetti huwa pożittiv jew ma jwassalx għal konklużjoni, il-kampjun għandu jkun soġġett għal eżaminazzjoni minn waħda mill-eżaminazzjonijiet ta' konferma msemmija fil-punti (i) sa (iv) tal-ewwel sottoparagrafu. Fil-każ li l-eżaminazzjoni istopatoloġika tintuża għal dak il-għan, iżda ma twassalx għal konklużjoni jew tkun negattiva, it-tessuti għandhom jintbagħtu għal eżaminazzjoni ulterjuri minn wieħed mill-metodi u protokolli l-oħra ta' konferma.
Jekk ir-riżultat ta’ waħda mill-eżaminazzjonijiet ta’ konferma msemmija fil-punti (i) sa (iv) tal-ewwel subparagrafu jkun pożittiv, l-annimal għandu jitqies bħala każ pożittiv ta’ TSE.
(b)
Il-kampjuni minn annimali ovini u kaprini mibgħuta għall-ittestjar tal-laboratorju skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness III, Kapitolu A, Parti II (Sorveljanza f'annimali ovini u kaprini) għandhom jiġu eżaminati b'test rapidu, sabiex tiġi żgurata d-detezzjoni tar-razez magħrufa kollha ta' TSE.
Meta r-riżultat tat-test rapidu jkun pożittiv jew ma jwassalx għal konklużjoni, it-tessuti meħuda bħala kampjun għandhom jintbagħtu minnufih lil-laboratorju uffiċjali għall-eżaminazzjonijiet ta' konferma permezz tal-istopatoloġija, l-immunoistokimika, il-proċedura tal-Western blotting jew it-turija tal-fibrili karatteristiċi permezz ta' mikroskopija bl-elettroni, kif imsemmi fil-punt (a). Jekk ir-riżultat tal-eżaminazzjoni ta' konferma jkun negattiv jew ma jwassalx għal konklużjoni, it-tessuti għandhom jintbagħtu għal eżaminazzjoni ulterjuri bl-immunoistokimika jew bil-Western blotting.
Jekk ir-riżultat ta’ wieħed mill-eżaminazzjonijiet ta’ konferma jkun pożittiv, l-annimal għandu jitqies bħala każ pożittiv ta’ TSE.
(c)
Kampjuni li, wara l-eżaminazzjonijiet imsemmija fil-punti (a) jew (b), jitqiesu bħala każijiet pożittivi ta’ TSE, iżda ma jitqisux każijiet atipiċi, għandhom jiġu eżaminati biex tiġi eskluża l-preżenza tal-BSE biss meta jiġu minn każ ta’ indiċi. Każijiet oħra, li juru karatteristiċi li, skont il-laboratorju tal-ittestjar, tistħoqqilhom investigazzjoni, għandhom jiġu eżaminati wkoll biex jeskludu l-preżenza tal-BSE.
(i) Ittestjar molekolari primarju b’metodu diskriminatorju tal-Western blotting
Sabiex tiġi eskluża l-preżenza tal-BSE, il-kampjuni għandhom jiġu eżaminati permezz ta’ metodu diskriminatorju tal-Western blotting elenkat fil-linji gwida tal-laboratorju ta’ referenza tal-UE. L-eżaminazzjoni diskriminatorja għandha titwettaq minn laboratorju uffiċjali, magħżul mill-awtorità kompetenti, li jkun ipparteċipa b’suċċess fl-aħħar ittestjar ta’ profiċjenza organizzat mil-laboratorju ta’ referenza tal-UE għall-użu ta’ dan il-metodu.
(ii) Ittestjar molekulari sekondarju b’metodi addizzjonali ta’ ttestjar molekulari
Il-każijiet tat-TSE fejn il-preżenza tal-BSE ma tistax tiġi eskluża skont il-linji gwida maħruġa mil-laboratorju ta’ referenza tal-UE mill-ittestjar molekolari primarju msemmi fil-punt (i), għandhom jintbagħtu minnufih lil-laboratorju ta’ referenza tal-UE flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli. Il-kampjuni għandhom jiġu sottomessi għal aktar investigazzjoni u konferma b’mill-inqas metodu wieħed alternattiv, li huwa immunokimikament differenti mill-metodu primarju molekulari oriġinali. Id-disinn tal-ittestjar molekulari sekondarju, f’konformità mal-aħħar għarfien xjentifiku u kompetenza fil-laboratorji, għandu jiġi approvat fuq bażi ta’ każ b’każ mil-laboratorju ta’ referenza tal-UE, kif deskritt fil-linji gwida tiegħu. Il-laboratorju ta’ referenza tal-UE għandu jkun assistit minn bord ta’ esperti msemmija bħala l-Grupp Espert tat-Tipizzazzjoni tar-Razza (Strain Typing Expert Group — STEG), kif ukoll minn rappreżentant tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali rilevanti.
Ir-riżultati għandhom jiġu interpretati mil-laboratorju ta’ referenza tal-UE assistit mill-STEG, kif ukoll rappreżentant tal-laboratorju ta’ referenza nazzjonali rilevanti. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata minnufih dwar ir-riżultat ta’ dik l-interpretazzjoni.
(iii) Bijoassaġġ fuq il-ġrieden
Il-kampjuni indikattivi tal-BSE jew li ma jwassalux għall-konklużjoni ta' BSE, wara ttestjar molekolari sekondarju, għandhom jiġu analizzati b'mod ulterjuri permezz ta' bijoassaġġ fuq il-ġrieden għal konferma finali. In-natura jew il-kwantità ta' materjal disponibbli jista' jinfluwenza d-disinn tal-bijoassaġġ, li jiġi approvat mil-laboratorju ta' referenza tal-UE megħjun mill-STEG fuq bażi ta' każ b'każ. Il-bijoassaġġi se jitwettqu mil-laboratorju ta' referenza tal-UE, jew minn laboratorji nnominati mil-laboratorju ta' referenza tal-UE.
Ir-riżultati għandhom jiġu interpretati mil-laboratorju ta' referenza tal-UE megħjun mill-STEG. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata minnufih dwar ir-riżultat ta' dik l-interpretazzjoni.
3.3. L-ittestjar fil-laboratorju għall-preżenza tat-TSEs fl-ispeċijiet għajr dawk imsemmija fil-punti 3.1 u 3.2
Fejn il-metodi u l-protokolli huma stabbiliti għal testijiet imwettqa għall-konferma tal-preżenza suspettata ta' TSE fi speċi għajr dik bovina, ovina u kaprina, dawn għandhom jinkludu għall-inqas eżaminazzjoniistopatoloġika tat-tessuti tal-moħħ. L-awtorità kompetenti tista' wkoll teħtieġ testijiet tal-laboratorju bħall-immunoistokimika, il-proċedura tal-Western blotting, it-turija ta' fibrilli karatteristiċi bil-mikroskopija bl-elettroni jew metodi oħrajn iddiżinjati biex jiżvelaw il-forma tal-proteina prijonika assoċjata mal-marda. Fi kwalunkwe każ, għandha ssir għall-inqas eżaminazzjoni waħda oħra fil-laboratorju jekk l-eżaminazzjoni istopatoloġika tkun negattiva jew ma twassalx għal konklużjoni. Mill-inqas tliet eżaminazzjonijiet differenti b'riżultati pożittivi għandhom jitwettqu fil-każ tal-ewwel sinjal tal-marda.
B'mod partikolari, fejn hija suspettata l-BSE fi speċi għajr f'annimali bovini, il-każijiet għandhom jiġu riferiti lil-laboratorju ta' referenza tal-UE megħjun mill-STEG għal aktar karatterizzazzjoni.
4. Testijiet rapidi
Għall-finijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin biss għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ tal-BSE fl-annimali bovini:
Għall-finijiet tat-twettiq tat-testijiet rapidi skont l-Artikoli 5(3) u 6(1), il-metodi li ġejjin biss għandhom jintużaw bħala testijiet rapidi għall-monitoraġġ tat-TSE fl-annimali ovini u kaprini:
▼M56 —————
Fit-testijiet rapidi kollha, it-teħid ta' kampjuni tat-tessuti li fuqhom għandu jiġi applikat it-test għandu jkun konformi mal-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-manifattur.
Il-produtturi tat-testijiet rapidi għandu jkollhom sistema ta' garanzija tal-kwalità li tkun ġiet approvata mil-laboratorju ta' referenza tal-UE u li tiżgura li l-prestazzjoni tat-test ma tinbidilx. Il-produtturi għandhom jipprovdu lil-laboratorju ta' referenza tal-UE bil-protokolli tat-test.
Tibdil fit-testijiet rapidi jew fil-protokolli tat-testijiet jista' jsir biss wara notifika minn qabel lil-laboratorju ta' referenza tal-UE u bil-kundizzjoni li l-laboratorju ta' referenza tal-UE jivverifika li t-tibdil ma jnaqqasx is-sensittività, l-ispeċifiċità jew l-affidabilità tat-test rapidu. Dik il-verifika għandha tiġi kkomunikata lill-Kummisjoni u lil-laboratorji nazzjonali ta' referenza.
5. Testijiet alternattivi
(Għandhom jiġu definiti)
▼M31 —————
( 1 ) ĠU L 184, tas-17.7.1999, p. 23.
( 2 ) Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta' Diċembru 1989 dwar verifiki veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju b’kull għan ta' tlestija tas-suq intern (ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 13). Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE (ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49).
( 3 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar verifiki veterinarji u żootekniċi li jgħoddu fil-Kummerċ intra-Komunitarju f'ċertu annimali ħajjin u prodotti b’kull għan ta' tlestija tas-suq intern (ĠU L 224, tat-30.18.1990, p. 29). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE.
( 4 ) Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jwaqqaf sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali tal-fart u rigward it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u ta' prodotti mill-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KC) Nru 820/97 (ĠU L 204, tal-11.8.2000, p.1).
( 5 ) Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta' Ġunju 1964 dwar il-problemi ta’ saħħa ta' l-annimali li jaffettwaw il-kummerċ intra-Komunitarju fil-bhejjem ta’ l-ifrat u l-ħnieżer (ĠU 12l tad-29.7.1964, p.1977/64). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2000/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 163, ta' l-4.7.2000, p. 35).
( 6 ) Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta' Jannar 1991 dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju f'annimali tar-razza tal-mogħoż u nagħaġ (GU L 46, tad-19.2.1991, p. 19). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/953/KE (ĠU L 371, tal-31.12.1994, p. 14).
( 7 ) Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabblixxi l-prinċipji li jirregolaw l- organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq annimali deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (ĠU L 268, ta' l-24.9.1991, p. 56). Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 96/43/KE (ĠU L 162, ta' l-1.7.1996, p. 1).
( 8 ) Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l- organizzazzjoni ta' verifiki veterinarji fuq prodotti deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, tat-30.1.1998, p. 9).
( 9 ) Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ir-Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1).
( 10 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 142/2011 tal-25 ta’ Frar 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi skont dik id-Direttiva (ĠU L 54, 26.2.2011, p. 1).
( 11 ) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
( 12 ) Ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1).
( 13 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14).
( 14 ) Ir-Regolament (UE) 2016/1012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-kondizzjonijiet żootekniċi u ġenealoġiċi għat-tnissil, kummerċ u dħul fl-Unjoni ta’ annimali ta’ razza pura għat-tnissil, ħnieżer tat-tnissil ibridi u tal-prodotti ġerminali tagħhom u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 652/2014, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE u 90/425/KEE u jħassar ċerti atti fil-qasam tat-tnissil tal-annimali (“ir-Regolament dwar it-Tnissil tal-Annimali”) (ĠU L 171, 29.6.2016, p. 66).
( 15 ) http://vla.defra.gov.uk/science/docs/sci_tse_rl_handbookv4jan10.pdf
( 16 ) ĠU L 349, 24.12.2002, p. 105.
( 17 ) http://vla.defra.gov.uk/science/docs/sci_tse_rl_2blot.pdf
( 18 ) ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8.
( 19 ) Prevalenza prevista hija użata biex tiddetermina d-daqs ta’ stħarriġ ta’ test espress f’termini ta’ punti ta’ mira. Jekk il-prevalenza effettiva tkun ikbar mill-prevalenza prevista magħżula, l-istħarriġ x’aktarx ħafna li jsib marda.
( 20 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55.
( 21 ) ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206.
( 22 ) OJ L 99, 20.4.1996, p. 14.
( 23 ) ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1.
( 24 ) ĠU L 54, 26.2.2009, p. 1.
( 25 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 Tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1).
( 26 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/292/KE tat-30 ta' Marzu 2004 dwar l-introduzzjoni tas-sistema Traces u li temenda d-Deċiżjoni 92/486/KEE (ĠU L 94, 31.3.2004, p. 63).
( 27 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 136/2004 tat-22 ta' Jannar 2004 li jistabbilixxi proċeduri għal kontrolli veterinarji f'postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntieri tal-Komunità fuq prodotti importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 21, 28.1.2004, p. 11).
( 28 ) ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.
( 29 ) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta' l-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta', u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta' saħħa ta' l-annimali meħtieġa f'regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A (1) ta' Direttiva 90/425/KEE (ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54).
( 30 ) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta' Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-BSE ta' Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skont ir-riskju tal-BSE (ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84).