EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004R0876

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 876/2004 tad-29 ta' April 2004 li jemenda l-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kummerċ f'annimali ovini u kaprini għat-tnissilTest b'rilevanza għaż-ŻEE

OJ L 162, 30.4.2004, p. 52–53 (ES, DA, DE, EL, EN, FR, IT, NL, PT, FI, SV)
Special edition in Czech: Chapter 03 Volume 045 P. 180 - 181
Special edition in Estonian: Chapter 03 Volume 045 P. 180 - 181
Special edition in Latvian: Chapter 03 Volume 045 P. 180 - 181
Special edition in Lithuanian: Chapter 03 Volume 045 P. 180 - 181
Special edition in Hungarian Chapter 03 Volume 045 P. 180 - 181
Special edition in Maltese: Chapter 03 Volume 045 P. 180 - 181
Special edition in Polish: Chapter 03 Volume 045 P. 180 - 181
Special edition in Slovak: Chapter 03 Volume 045 P. 180 - 181
Special edition in Slovene: Chapter 03 Volume 045 P. 180 - 181
Special edition in Bulgarian: Chapter 03 Volume 058 P. 167 - 168
Special edition in Romanian: Chapter 03 Volume 058 P. 167 - 168
Special edition in Croatian: Chapter 03 Volume 014 P. 255 - 256

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2004/876/oj

32004R0876



Official Journal L 162 , 30/04/2004 P. 0052 - 0053


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 876/2004

tad-29 ta' April 2004

li jemenda l-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kummerċ f'annimali ovini u kaprini għat-tnissil

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jippreskrivi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċifalopatiji sponġiformi [1] li jittieħdu, u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 23 tiegħu,

Billi:

(1) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jippreskrivi l-kondizzjonijiet għal kummerċ intra-Komunitarju f'annimali ovini u kaprini għat-tnissil.

(2) Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nri 260/2003 [2] u 1915/2003 [3] jemendaw ir-Regolament 999/2001 biex jintroduċu miżuri ta' eradikazzjoni għal azjendi (irziezet, holdings) infettati minn coenurus cerebralis, u jemendaw il-kondizzjonijiet tal-kummerċ (sengħa) għat-tnissil ta' ngħaġ biex jippermettu kummerċ bla restrizzjoni f'ngħaġ tal-ġenotip ta' proteina prion ARR/ARR.

(3) Ir-rekwiżiti ta' mmonitorjar għal azjendi (holdings) li jixtiequ jibagħtu ngħaġ u mogħoż għat-tnissil għall-kummerċ intra-Komunitarju għandhom ikunu emendati biex jirriflettu l-avviċinament iktar vigoruż li se jkun adottat għall-eradikazzjoni ta' coenurus cerebralis. Ir-restrizzjonijiet fuq annimali li jidħlu f'dawk l-azjendi m'għandhomx iktar ikunu estiżi għal nagħaġ tal-ġenotip ta' proteina prion ARR/ARR.

(4) Id-disposizzjonijiet ġodda għandhom ikunu introdotti f'żewġ stadji, biex jippermettu sorveljanza fit-terminu qasir, filwaqt li jimpedixxu diżordni fil-kummerċ.

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandu għalhekk jiġi emendat kif mistħoqq.

(6) Il-miżuri li jipprovdi għalihom dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VIII mar-Regolament (KE) Nru 999/2001 huwa emendat skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' April 2004.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 147, tal-31.5.2001, pġ. 1. kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2245/2003 (ĠU L 333, ta’ l-20.12.2003, pġ. 28).

[2] ĠU L 37, tat-13.02.03, pġ. 7.

[3] ĠU L 283, tal-31.10.03, pġ. 29.

--------------------------------------------------

ANNESS

Il-punt (a) tal-Parti I tal-Kapitolu A ta' l-Anness VIII ikun issostitwit b'dan li ġej:

"(a) annimali ovini u kaprini għat-tnissil għandhom jew ikunu ngħaġ tal-ġenotip ta' proteina prion ARR/ARR, kif iddefiniti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/1003/KE [1], jew ikunu nżammu kontinwament sa mit-twelid jew għall-aħħar tliet snin f'azjenda jew azjendi li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin għall-inqas għal tliet snin:

(i) sat-30 ta' Ġunju 2007:

- tkun suġġetta (jkunu suġġetti) għal kontrolli veterinarji uffiċjali regolari,

- l-annimali jkunu mmarkati,

- ebda każ ta' coenurus cerebralis ma jkun ikkonfermat,

- ikkontrollar permezz ta' teħid ta' kampjuni ta' annimali xjuħ nisa maħsuba għall-qatla ikun twettaq,

- nisa, bl-eċċezzjoni ta' ngħaġ tal-ġenotip ta' proteina prion ARR/ARR, għandhom ikunu introdotti fl-azjenda biss jekk ikunu ġejjin minn azjenda li tikkonforma ruħha ma' l-istess rekwiżiti.

Mill-1 ta' Lulju 2004 l-iktar tard, l-azjenda jew azjendi għandhom jibdew jissodisfaw ir-rekwiżiti addizzjonali li ġejjin:

- l-annimali kollha li jirreferi għalihom l-Anness III, mal-Kapitolu A, il-Parti II, il-punt 3 fuq l-età ta' 18-il xahar li mietu jew inqatlu fl-azjenda għandhom ikunu eżzminati għal coenurus cerebralis skond il-metodu tal-laboratorju preskritti fl-Anness X, mal-Kapitolu C, il-punt 3.2(b), u

- annimali ovini u kaprini, bl-eċċezzjoni ta' ngħaġ tal-ġenotip ta' proteina prion ARR/ARR, għandhom ikunu introdotti fl-azjenda biss jekk ikunu ġejjin minn azjenda li tikkonforma ruħha ma' l-istess rekwiżiti.

(ii) mill-1 ta' Lulju 2007:

- tkun suġġetta għal kontrolli veterinarji uffiċjali regolari,

- l-annimali jkunu identifikati f'konformita mal-leġislazzjoni Komunitarja,

- ebda każ ta' coenurus cerebralis ma kien ikkonfermat,

- l-annimali kollha li jirreferi għalihom l-Anness III, mal-Kapitolu A, il-Parti II, il-punt 3 fuq l-età ta' 18-il xahar li mietu jew inqatlu fl-azjenda kienu eżaminati għal coenurus cerebralis skond il-metodi ta' laboratorju preskritti fl-Anness X, mal-Kapitolu C, il-punt 3.2(b),

- annimali ovini u kaprini, bl-eċċezzjoni ta' ngħaġ tal-ġenotip ta' proteina prion ARR/ARR, ikunu introdotti fl-azjenda biss jekk ikunu ġejjin minn azjenda li tikkonforma ruħha ma' l-istess rekwiżiti.

Jekk ikunu ddestinati għal Stat Membru li jibbenefika, għat-territorju tiegħu kollu jew parti minnu, mid-disposizzjonijiet preskritti fil-punt (b) jew (c), annimali ovini jew kaprini għat-tnissil għandhom jikkonformaw ruħhom mal-garanziji addizzjonali, ġenerali jew speċifiċi, li kienu ddefiniti skond il-proċedura li jirreferi għaliha l-Artikolu 24(2)."

[1] ĠU L 349, 24.12.02, p. 105.

--------------------------------------------------

Top