(1)
|
fit-taqsima A, l-entrati għas-sitt persuni fiżiċi li ġejjin huma sostitwiti b'dan li ġej:
A.
|
Persuni fiżiċi
|
Ismijiet
(Trażlitterazzjoni bl-alfabett Latin)
|
Ismijiet
|
Informazzjoni ta' identifikazzjoni
|
Raġunijiet għall-elenkar
|
Data tal-elenkar
|
"1.
|
Alexander (Alexandr) Petrovich KALASHNIKOV
|
Aлександр Петрович КАЛАШНИКОВ
(ortografija Russa)
|
Kariga/i: Eks Direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN)
Data tat-twelid: 27.1.1964
Post tat-twelid: Tatarsk, Reġjun/Oblast ta' Novosibirsk, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa)
Nazzjonalità: Russa
Sess: raġel
|
Alexander Kalashnikov kien id-direttur tas-Servizz Penitenzjarju Federali Russu (FSIN) mit-8 ta' Ottubru 2019 sal-25 ta' Novembru 2021. F'dik il-pożizzjoni, huwa ssorvelja l-attivitajiet kollha tal-FSIN. Fil-kapaċità tiegħu bħala direttur tal-FSIN, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, inkluż arresti u detenzjonijiet arbitrarji.
Fil-każ ta' Alexei Navalny, waqt li s-Sur Navalny kien qed jirkupra fil-Ġermanja (Settembru 2020-Jannar 2021) wara li kien ġie avvelenat b'aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok, fit-28 ta' Diċembru 2020, l-FSIN ordna li b'mod immedjat jippreżenta ruħu quddiem uffiċjal tal-probation jew, jekk jonqos milli jagħmel dan, jiffaċċja sentenza ta' ħabs talli jkun kiser il-kondizzjonijiet ta' sentenza sospiża fuq kundanna għal frodi. Dik il-kundanna għal frodi nstabet li kienet arbitrarja u inġusta mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2018. Fis-17 ta' Jannar 2021, fuq ordnijiet ta' Alexander Kalashnikov, uffiċjali tal-FSIN arrestaw lil Alexei Navalny mal-wasla tiegħu fl-ajruport ta' Moska.
L-arrest ta' Alexei Navalny huwa bbażat fuq deċiżjoni tal-qorti tal-belt ta' Khimki, li min-naħa tagħha nħarġet fuq talba tal-FSIN. Lejn l-aħħar ta' Dicembru 2020, l-FSIN kien diġà talab li qorti tissostitwixxi s-sentenza sospiża ta' Alexei Navalny b'sentenza ta' ħabs. Fis-17 ta' Frar 2021, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ordnat lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa jirrilaxxa lil Alexei Navalny.
|
2.3.2021
|
6.
|
WANG Junzheng
|
王君正
(ortografija Ċiniża)
|
Kariga/i: Segretarju tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) fir-Reġjun Awtonomu tat-Tibet (TAR); Eks Segretarju tal-Partit tal-Korp ta' Produzzjoni u Kostruzzjoni ta' Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta' Xinjiang fiċ-Ċina; Kummissarju politiku tal-XPCC u CEO taċ-China Xinjian Group
Data tat-twelid: Mejju 1963
Post tat-twelid: Linyi, Shandong (iċ-Ċina)
Nazzjonalità: Ċiniża
Sess: raġel
|
Segretarju tal-Partit Komunista Ċiniż (CCP) fir-Reġjun Awtonomu tat-Tibet (TAR) sa minn Ottubru 2021. Eks Segretarju tal-Partit tal-Korp ta' Produzzjoni u Kostruzzjoni ta' Xinjiang (KPKX) u Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-Reġjun Awtonomu Ujgur ta' Xinjiang (RAUX) fiċ-Ċina minn April 2020 sa Ottubru 2021, kif ukoll Kummissarju politiku tal-KPKX minn Mejju 2020 sa Ottubru 2021. Eks Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX, minn Frar 2019 sa Settembru 2020. Wang Junzheng okkupa wkoll karigi għolja oħra fil-KPKX.
L-XPCC huwa organizzazzjoni ekonomika u paramilitari tal-istat fl-XUAR, li teżerċita awtorità amministrattiva u tikkontrolla l-attivitajiet ekonomiċi f'Xinjiang.
Bħala Segretarju tal-Partit u Kummissarju Politiku tal-KPKX, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki kollha implimentati mill-KPKX. F'dik il-kariga, huwa kien responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fiċ-Ċina, b'mod partikolari detenzjonijiet arbitrarji u trattament degradanti fuq skala kbira li laqat lill-Ujguri u lil popli minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn, kif ukoll ksur sistematiku tal-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin tagħhom, fost l-oħrajn, b'rabta mal-implimentazzjoni mill-KPKX ta' programm ta' sorveljanza, detenzjoni u indottrinazzjoni fuq skala kbira mmirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn.
Hu kien responsabbli wkoll mill-użu sistematiku mill-KPKX tal-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn bħala forza tax-xogħol furzat, b'mod partikolari fl-għelieqi tal-qoton.
Bħala Viċi Segretarju tal-Kumitat tal-Partit tar-RAUX, Wang Junzheng kien involut fis-sorveljanza tal-politiki tas-sigurtà kollha implimentati f'Xinjiang, inkluż il-programm imsemmi qabel immirat lejn l-Ujguri u nies minn minoranzi etniċi Musulmani oħrajn. Bħala Segretarju tal-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi u Legali tar-RAUX minn Frar 2019 sa Settembru 2020, Wang Junzheng kien responabbli miż-żamma tas-sigurtà interna u l-infurzar tal-liġi fir-RAUX. Bħala tali, kellu kariga politika importanti inkarigat biex jissorvelja u jimplimenta l-programm imsemmi qabel.
|
22.3.2021
|
9.
|
JONG Kyong-thaek (magħruf ukoll bħala CHO'NG Kyo'ng-t'aek)
|
정경택
(ortografija Koreana)
|
Kariga/i: Direttur tal-Bureau tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean; Eks Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)
Data tat-twelid: bejn l-1.1.1961 u l-31.12.1963
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)
Sess: raġel
|
Jong Kyong-thaek huwa d-Direttur tal-Bureau tal-Politika Ġenerali tal-Armata tal-Poplu Korean. Hu kien il-Ministru għas-Sigurtà tal-Istat tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK) mill-2017 sal-2021. Il-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat tar-RDPK hu wieħed mill-istituzzjonijiet ewlenin responsabbli mill-implimentazzjoni tal-politiki repressivi tas-sigurtà tar-RDPK, b'enfasi fuq l-identifikazzjoni u t-trażżin ta' dissens politiku, l-influss ta' informazzjoni "sovversiva" minn barra, u kull imġiba oħra meqjusa bħala theddida politika serja għas-sistema politika u t-tmexxija tagħha.
Bħala Eks Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà tal-Istat, Jong Kyong-thaek huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b'mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta' persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.
|
22.3.2021
|
10.
|
RI Yong Gil (magħruf ukoll bħala RI Yong Gi, RI Yo'ng-kil, YI Yo'ng-kil)
|
리영길
(ortografija Koreana)
|
Kariga/i: Ministru għad-Difiża Nazzjonali tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)
Grad: Viċi Marixall
Data tat-twelid: 1955
Nazzjonalità: Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK)
Sess: raġel
|
Ri Yong Gil huwa l-Ministru għad-Difiża Nazzjonali tar-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (RDPK). Huwa kien il-Ministru għas-Sigurtà Soċjali minn Jannar 2021 sa Ġunju jew Lulju 2021. Kien Kap tal-Istat Maġġur tal-Armata tal-Poplu Korean (KPA) bejn l-2018 u Jannar 2021. Huwa ġie promoss għal Viċi Marixall tal-KPA fl-14 ta' April 2022.
Bħala Ministru għad-Difiża Nazzjonali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż minn membri tal-Kmand tas-Sigurtà Militari u unitajiet oħra tal-KPA.
Il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali tar-RDPK (li qabel kien magħruf bħala l-Ministeru għas-Sigurtà tal-Poplu jew il-Ministeru għas-Sigurtà Pubblika) u l-Kmand tas-Sigurtà Militari huma istituzzjonijiet responsabbli milli jimplimentaw il-politiki ta' sigurtà repressivi tar-RDPK, fosthom l-interrogazzjoni u l-ikkastigar ta' nies li jaħarbu mir-RDPK "illegalment". B'mod partikolari, il-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali hu responsabbli milli jmexxi kampijiet tal-ħabs u ċentri ta' xogħol ta' detenzjoni fuq perjodu qasir ta' żmien permezz tal-Uffiċċju Korrettiv tiegħu, fejn il-priġunieri/detenuti jitħallew bil-ġuħ apposta u huma soġġetti għal trattament inuman ieħor.
Bħala eks Kap tal-Ministeru għas-Sigurtà Soċjali, Ri Yong Gil huwa responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-RDPK, b'mod partikolari tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji, arbitrarji u sommarji u qtil, għajbien sfurzat ta' persuni, u arresti jew detenzjonijiet arbitrarji, kif ukoll xogħol furzat mifrux u vjolenza sesswali kontra n-nisa.
Bħala eks Kap tal-Persunal Ġenerali tal-KPA, Ri Yong Gil huwa responsabbli wkoll għall-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-KPA.
|
22.3.2021
|
12.
|
Abderrahim AL-KANI (magħruf ukoll bħala Abdul-Rahim AL-KANI, Abd-al-Rahim AL-KANI, Abdel Rahim KHALIFA Abdel Rahim AL-SHAQAQI)
|
عبد الرحيم الكاني
(ortografija bl-Għarbi)
|
Kariga/i: membru tal-Milizzja Kaniyat
Data tat-twelid: 7.9.1997
Nazzjonalità: Libjana
Numru tal-passaport: PH3854LY
Numru tal-karta tal-identità: 119970331820
Sess: raġel
|
Abderrahim Al-Kani huwa membru ewlieni tal-Milizzja Kaniyat u ħu l-Kap tal-Milizzja Kaniyat, Mohammed Khalifa Al-Khani (miet f'Lulju 2021). Il-Milizzja Kaniyat eżerċitat il-kontroll fuq il-belt Libjana ta' Tarhuna bejn l-2015 u Ġunju 2020.
Abderrahim Al-Kani huwa inkarigat mis-sigurtà interna għall-Milizzja Kaniyat. F'dik il-kapaċità, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem fil-Libja, b'mod partikolari qtil ekstraġudizzjarju u għajbien sfurzat ta' persuni bejn l-2015 u Ġunju 2020 f'Tarhuna.
Abderrahim Al-Kani u l-Milizzja Kaniyat ħarbu minn Tarhuna fil-bidu ta' Ġunju 2020 lejn il-Lvant tal-Libja. Minn dakinhar, diversi oqbra tal-massa attribwiti lill-Milizzja Kaniyat ġew skoperti f'Tarhuna.
|
22.3.2021
|
16.
|
Dimitriy (Dimitry, Dmitri, Dmitry) Valerievich UTKIN
|
Дмитрий Валерьевич Уткин
(Ortografija Russa)
|
Kariga/i: Fundatur u kmandant tal-Grupp Wagner
Grad: Logutenent Kurunell (riżerva)
Sinjal tas-sejħa: Vagner, Wagner, The Nineth
ID tal-Grupp Wagner: M-0209
Data tat-twelid: 1.6.1970 jew 11.6.1970
Post tat-twelid: Asbest, Sverdlovsk Oblast, SFSR Russa (issa l-Federazzjoni Russa)
Nazzjonalità: Russa
Indirizz: Pskov, Russian Federation
Sess: raġel
|
Dimitriy Utkin, eks uffiċjal tal-intelligence militari Russa (GRU), huwa l-fundatur tal-Grupp Wagner u huwa responsabbli għall-koordinazzjoni u l-ippjanar tal-operazzjonijiet għall-iskjerament tal-merċenarji tal-Grupp Wagner f'diversi pajjiżi.
Fil-pożizzjoni tiegħu ta' kmand fi ħdan il-Grupp Wagner, huwa responsabbli għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa mill-grupp, li jinkludu tortura u eżekuzzjonijiet u qtil ekstraġudizzjarji, sommarji jew arbitrarji.
Dan jinkludi t-tortura sal-mewt ta' diżertur Sirjan minn erba' membri tal-Grupp Wagner f'Ġunju 2017 fil-provinċja ta' Homs, is-Sirja. Skont eks membru tal-Grupp Wagner, Dimitriy Utkin personalment ordna t-tortura sal-mewt tad-diżertur kif ukoll l-iffilmjar tal-att.
|
13.12.2021"
|
|
|