This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 22018D0359
Decision of the EEA Joint Committee No 137/2016 of 8 July 2016 amending Annex I (Veterinary and phytosanitary matters) and Annex II (Technical regulations, standards, testing and certification) to the EEA Agreement [2018/359]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/359]
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 137/2016 tat-8 ta’ Lulju 2016 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/359]
ĠU L 73, 15.3.2018, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
15.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 73/6 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
NRU 137/2016
tat-8 ta’ Lulju 2016
li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/359]
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1 tat-3 ta’ Diċembru 2015 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-bifenażat, għall-boskalid, għaċ-ċjażofammid, għaċ-ċiromażina, għad-dażomet, għad-ditijokarbamati, għall-fluważifop-P, għall-mepanipirim, għall-metrafenon, għall-pikloram, għall-propamokarb, għall-piridaben, għall-pirjofenon, għas-sulfoksaflor, għat-tebukonażol, għat-tebufenpirad u għat-tiram f’ċerti prodotti jew fuqhom (1) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim ŻEE. |
(2) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna l-leġiżlazzjoni rigward l-għalf u l-oġġetti tal-ikel. Il-leġiżlazzjoni dwar l-għalf u l-oġġetti tal-ikel ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein sakemm l-applikazzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli tkun estiża għal-Liechtenstein, kif speċifikat fl-adattamenti settorjali għall-Anness I u fl-introduzzjoni tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein. |
(3) |
Għalhekk, l-Anness I u II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġu emendati skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej jiżdied fil-punt 40 (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu II tal-Anness I tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32016 R 0001: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1 tat-3 ta’ Diċembru 2015 (ĠU L 2, 5.1.2016, p. 1).” |
Artikolu 2
L-inċiż segwenti jiżdied fil-punt 54zzy (ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE:
“— |
32016 R 0001: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/1 tat-3 ta’ Diċembru 2015 (ĠU L 2, 5.1.2016, p. 1).” |
Artikolu 3
It-test tar-Regolament (UE) 2016/1 bl-Iżlandiż u bin-Norveġiż, li se jiġi ppubblikat fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandu jkun awtentiku.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-9 ta’ Lulju 2016, dment li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2016.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
BERGDÍS ELLERTSDÓTTIR
(*1) Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.