Dokument je izvleček s spletišča EUR-Lex.
Dokument 32016R1238
Commission Delegated Regulation (EU) 2016/1238 of 18 May 2016 supplementing Regulation (EU) No 1308/2013 of the European Parliament and of the Council with regard to public intervention and aid for private storage (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1238 tat-18 ta' Mejju 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/2837
ĠU L 206, 30.7.2016, str. 15–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
V veljavi: Ta akt je bil spremenjen. Trenutna prečiščena različica: 07/02/2018
30.7.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 206/15 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1238
tat-18 ta' Mejju 2016
li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 19(1), (2), (3), (4)(a) u (5) u 223(2)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (2), u b'mod partikulari l-Artikoli 64(6) u 66(3)(c) u (e) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 issostitwixxa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (3) u jistipula regoli ġodda fir-rigward tal-intervent pubbliku u tal-għajnuna għall-ħżin privat. Jagħti wkoll is-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati u ta' implimentazzjoni f'dak ir-rigward. Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tal-intervent pubbliku u tal-iskemi tal-għajnuna għall-ħżin privat fil-qafas legali l-ġdid, ċerti regoli jridu jkunu adottati permezz ta' tali atti. |
(2) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi li l-intervent pubbliku japplika fir-rigward tal-qamħ komuni, tal-qamħ durum, tax-xgħir, tal-qamħirrum, tar-ross fil-fosdqa, tal-laħam frisk jew imkessaħ tas-settur taċ-ċanga u tal-vitella, tal-butir u tat-trab tal-ħalib xkumat, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament, kif ukoll rekwiżiti addizzjonali ddeterminati mill-Kummissjoni. |
(3) |
L-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 jipprovdi li l-għajnuna għall-ħżin pubbliku tista' tingħata għaz-zokkor abjad, għaż-żejt taż-żebbuġa, għall-fibra tal-kittieb, għal-laħam frisk jew imkessaħ tal-annimali bovini b'età ta' tmien xhur jew ikbar, għall-butir, għall-ġobon, għat-trab tal-ħalib xkumat, għal-laħam tal-majjal, għal-laħam tan-nagħaġ jew tal-mogħoż, skont il-kundizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament, kif ukoll rekwiżiti addizzjonali ddeterminati mill-Kummissjoni. |
(4) |
Sabiex tkun issimplifikata u tittejjeb l-effettività tal-mekkaniżmi ta' ġestjoni u ta' kontroll marbutin mal-iskemi tal-intervent pubbliku u tal-għajnuna għall-ħżin privat, għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għall-prodotti eliġibbli kollha. |
(5) |
Bħala regola ġenerali, biex jiġu ffaċilitati l-ġestjoni u l-kontroll, il-parteċipazzjoni fl-iskemi ta' intervent pubbliku u tal-għajnuna għall-ħżin privat għandha tkun permessa biss lil operaturi stabbiliti u rreġistrati fi Stat Membru għall-finijiet tal-VAT. |
(6) |
Biex ikun ipprovdut kontroll effettiv tal-produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa u tal-produzzjoni taz-zokkor, l-operaturi eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin privat għandhom jilħqu kundizzjonijiet addizzjonali. |
(7) |
Billi l-prodotti li huma koperti mill-intervent pubbliku u mill-għajnuna għall-ħżin privat għandhom natura li tvarja f'dak li għandu x'jaqsam mal-produzzjoni, maż-żmien tal-ħsad u mar-rekwiżiti tal-ħżin, għandhom jiġu stipulati kundizzjonijiet speċifiċi għal kull prodott. Sabiex l-operaturi jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw ruħhom għas-sistema l-ġdida, ċerti kundizzjonijiet għandhom jibdew japplikaw biss mill-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2017/18 fir-rigward taċ-ċereali u tar-ross. |
(8) |
Sabiex tiġi ggarantita s-serjetà tal-offerta, tas-sejħa għall-offerti jew tal-applikazzjoni, u sabiex jiġi żgurat li l-miżura jkollha l-effett mixtieq fis-suq, kemm fil-każ tax-xiri ta' intervent, ta' bejgħ u ta' rimi fil-qafas tal-iskema għall-iktar żvantaġġati fl-Unjoni, u kemm fir-rigward tal-għajnuna għall-ħżin privat, għandhom jiġu stipulati rekwiżiti marbutin mad-depożitu ta' garanzija. |
(9) |
Għandhom jiġu stipulati dispożizzjonijiet għar-rilaxx u għat-telf tal-garanzija għax-xiri ta' intervent, għall-bejgħ jew għar-rimi fil-qafas tal-iskema għall-iktar żvantaġġati fl-Unjoni, u fir-rigward tal-għajnuna għall-ħżin privat. |
(10) |
Fejn jidħlu l-bejgħ ta' intervent, il-proċedura ta' sejħa għall-offerti tista' ssir sew biss jekk jitressqu applikazzjonijiet ġenwini. Sabiex jintlaħaq dan il-għan, għandu jkun rekwiżit li l-garanzija tiġi rilaxxata soġġett għall-pagament tal-prezz tal-bejgħ qabel l-iskadenza stipulata. |
(11) |
Sabiex ikun żgurat li l-iskema ta' intervent pubbliku taħdem bl-iktar mod sempliċi u effiċjenti possibbli mal-Unjoni kollha, fir-rigward tax-xiri ta' prodotti eleġibbli fuq naħa, u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti meħudin mill-aġenziji tal-intervent fuq in-naħa l-oħra, il-postijiet ta' ħżin għandhom jilħqu ċerti kundizzjonijiet. |
(12) |
Jeħtieġ li jiġi pprovdut li l-aġenziji ta' pagament responsabbli mill-intervent pubbliku fl-Istati Membri, skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 (4), jiżguraw li dawk il-kundizzjonijiet marbutin mal-postijiet ta' ħżin jiġu rrispettati. |
(13) |
F'każ li l-allokazzjoni taċ-ċanga għax-xiri ta' intervent taqbeż il-kapaċità ta' ħżin fil-kiesaħ disponibbli fi Stat Membru, jeħtieġ li tkun prevista l-possibbiltà li Stat Membru juża l-kapaċità ta' ħżin fil-kiesaħ fi Stat Membru ieħor. |
(14) |
Sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna għall-ħżin privat tiġi ġġestita b'mod effiċjenti, għandhom jiġu stipulati regoli speċifiċi relatati mal-pagament tal-għajnuna għall-ħżin privat. |
(15) |
Billi l-għan ta' dan ir-Regolament u tal-att ta' implimentazzjoni li għandu jiġi adottat fir-rigward tal-intervent pubbliku u tal-ħżin privat huwa li jissemplifika d-dispożizzjonijiet applikabbli għall-prodotti koperti mill-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat, kif ukoll li jadattahom għall-qafas legali l-ġdid stipulat bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 (5), għandu jissostitwixxi d-dispożizzjonijiet inklużi fir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3427/87 (6), (KEE) Nru 2351/91 (7), (KE) Nru 720/2008 (8), (KE) Nru 826/2008 (9), (KE) Nru 1130/2009 (10), (UE) Nru 1272/2009 (11) u (UE) Nru 807/2010 (12). Għall-finijiet ta' ċarezza, dawn ir-Regolamenti għandhom jitħassru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONI PRELIMINARI
Artikolu 1
Kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament jistipula regoli li jissupplimentaw ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, kif ġej:
(a) |
ix-xiri u l-bejgħ, mill-intervent pubbliku, ta' prodotti elenkati fl-Artikolu 11 ta' dak ir-Regolament; kif ukoll |
(b) |
l-għoti ta' għajnuna għall-ħżin privat għall-prodotti elenkati fl-Artikolu 17 ta' dak ir-Regolament. |
KAPITOLU II
REGOLI ĠENERALI
Artikolu 2
L-eliġibbiltà tal-operaturi
1. L-operaturi għandhom ikunu stabbiliti u rreġistrati fl-Unjoni għall-finijiet tal-VAT sabiex ikunu jistgħu jressqu:
(a) |
offerta jew applikazzjoni għax-xiri, jew applikazzjoni għall-bejgħ, ta' prodotti taħt intervent pubbliku; jew |
(b) |
applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat jew applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat iffissit bil-quddiem. |
2. Fil-każ tax-xiri ta' ċanga, l-operaturi li ġejjin biss, imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jressqu applikazzjonijiet:
(a) |
biċċeriji tal-annimali bovini approvati skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13); |
(b) |
negozjanti tal-bhejjem jew tal-laħam li jsir il-qtil tal-bhejjem għandhom jew f'isimhom. |
3. Fil-każ tal-għajnuna għall-ħżin privat, l-operaturi li ġejjin biss, imsemmija fil-paragrafu 1, jistgħu jressqu offerti jew applikazzjonijiet:
(a) |
fis-settur taż-żejt taż-żebbuġa, operaturi li jilħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Anness VII; |
(b) |
fis-settur taz-zokkor, operaturi li huma manifatturi taz-zokkor. |
Artikolu 3
Eliġibbiltà tal-prodotti
1. Il-prodotti għandhom ikunu ta' kwalità soda, ġusta u kummerċjabbli, u għandhom jilħqu r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013.
2. Fil-każ tax-xiri, il-prodotti għandhom jilħqu r-rekwiżiti stipulati kif ġej:
(a) |
għaċ-ċereali: fl-Anness I ta' dan ir-Regolament; |
(b) |
għar-ross: fl-Anness II ta' dan ir-Regolament; |
(c) |
għaċ-ċanga: fl-Anness III ta' dan ir-Regolament; |
(d) |
għall-butir: fil-Partijiet I u II tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament, u fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Regolament 2016/1240 (14); |
(e) |
għat-trab tal-ħalib xkumat: fil-Partijiet I u II tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, u fl-Artikolu 21 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. |
Barra minn hekk, il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat iridu jkunu ġew ipproċessati f'impriża approvata skont il-Parti III tal-Anness IV jew skont il-Parti III tal-Anness V ta' dan ir-Regolament, rispettivament.
3. Fil-każ tal-għajnuna għall-ħżin privat, il-prodotti għandhom jilħqu r-rekwiżiti stipulati fl-Anness VI ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 4
Garanzija
L-operaturi għandhom jiddepożitaw garanzija favur l-aġenzija ta' pagament rilevanti, skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu IV tar-Regolament Delegat (UE) Nru 907/2014, meta:
(a) |
iressqu offerta jew applikazzjoni għax-xiri jew għall-bejgħ ta' prodotti ta' intervent, jew għar-rimi ta' tali prodotti fi ħdan l-iskema għat-tqassim tal-ikel lill-persuni l-iktar fil-bżonn, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
(b) |
iressqu offerta jew applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat, sakemm ma jistipulax mod ieħor xi Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti jew li jiffissal-ammont tal-għajnuna bil-quddiem, kif imsemmi fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. |
Artikolu 5
Ir-rilaxx u t-telf tal-garanzija
1. Il-garanzija prevista fl-Artikolu 4 għandha tiġi rrilaxxata meta applikazzjoni jew offerta ma tkunx ammissibbli jew ma tkunx ġiet aċċettata.
2. F'każ ta' xiri ta' intervent, il-garanzija tiġi rrilaxxata meta:
(a) |
l-operatur ikun wassal il-kwantità indikata sad-data finali tat-twassil stipulata fl-ordni ta' kunsinna msemmija fl-Artikolu 17 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240; u |
(b) |
tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà tal-prodotti, imsemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament; jew |
(c) |
jiġi applikat koeffiċjent tal-allokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. F'dak il-każ, l-ammont tal-garanzija rrilaxxata għandu jikkorrispondi għall-kwantità li ma tkunx ġiet aċċettata; jew |
(d) |
l-offerta tiġi rtirata minn operatur li għalih ikun japplika koeffiċjent tal-allokazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. |
3. F'każ ta' bejgħ ta' prodotti ta' intervent, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata:
(a) |
għall-operaturi li ma jirnexxilhomx, wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 32(1) jew 36(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240; |
(b) |
għall-operaturi li jirnexxilhom, fir-rigward tal-kwantitajiet li għalihom ikun sar pagament skont l-Artikolu 35 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240; |
(c) |
fejn ikunu nqdew l-obbligi marbutin mar-rimi ta' prodotti taħt l-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-iktar żvantaġġati. |
4. F'każ tal-għajnuna għall-ħżin privat, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata meta:
(a) |
jiġi applikat koeffiċjent tal-allokazzjoni kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. F'dak il-każ, l-ammont tal-garanzija rrilaxxata għandu jikkorrispondi għall-kwantità li ma tkunx ġiet aċċettata; |
(b) |
l-offerta tiġi rtirata minħabba li jkun ġie ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni kif jissemma fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240; |
(c) |
ikunu nqdew l-obbligi kuntrattwali fir-rigward tal-kwantità kuntrattwali. |
5. Il-garanzija msemmija għandha tintilef fejn l-offerta jew l-applikazzjoni tkun:
(a) |
irtirata minħabba raġunijiet minbarra l-iffissar ta' koeffiċjent skont l-Artikolu 11(1)(b) jew l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 43(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240; jew |
(b) |
emendata wara t-tressiq tagħha. |
6. F'każ ta' xiri ta' intervent, il-garanzija għandha tintilef meta:
(a) |
il-prodotti ma jkunux konformi mar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tal-kwantitajiet mhux aċċettati; |
(b) |
ħlief għal każijiet ta' forza maġġuri, l-operatur jonqos milli jwassal il-prodotti sad-data aħħarija stipulata fl-ordni tal-kunsinna, proporzjonalment mal-kwantitajiet mhux imwassla, u x-xiri għandu jitħassar fir-rigward ta' dawk il-kwantitajiet. |
Madankollu, fil-każ taċ-ċereali, tar-ross u taċ-ċanga, jekk il-kwantità li tkun fil-fatt twasslet u ġiet aċċettata tkun anqas mill-kwantità speċifikata fl-ordni tal-kunsinna, il-garanzija għandha tiġi rrilaxxata bis-sħiħ jekk id-differenza ma tkunx ta' aktar minn 5 %.
7. F'każ ta' bejgħ ta' prodotti ta' intervent, ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, il-garanzija tintilef:
(a) |
fir-rigward ta' kwantitajiet li għalihom ma jkunx sar pagament skont l-Artikolu 35 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, u l-bejgħ għandu jitħassar fir-rigward ta' dawk il-kwantitajiet; |
(b) |
fejn ma jkunux inqdew l-obbligi marbutin mar-rimi ta' prodotti taħt l-iskema għad-distribuzzjoni tal-ikel lill-iktar żvantaġġati. |
8. F'każ ta' għajnuna għall-ħżin privat, il-garanzija tintilef meta:
(a) |
inqas minn 95 % tal-kwantitajiet speċifikati fl-offerta jew fl-applikazzjoni jitqiegħdu fi ħżin skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240; |
(b) |
jinżamm maħżun ammont inqas mill-perċentwal tal-kwantità kuntrattwali msemmi fl-Artikolu 8(1), inkluż fil-każ ta' zokkor maħżun bl-ingrossa fis-silo magħżul mill-operatur, għall-perjodu stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura ta' sejħa għall-offerti jew li jiffissal-ammont tal-għajnuna għall-ħżin privat bil-quddiem; |
(c) |
ma tiġix osservata l-iskadenza għat-tqegħid tal-prodott fi ħżin kif imsemmi fl-Artikolu 47(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240; |
(d) |
il-verifiki stipulati fil-Kapitolu I tat-Titolu IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 juru li l-prodotti maħżuna ma jikkorrispondux għar-rekwiżiti ta' kwalità msemmija fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. |
(e) |
ma jiġix osservat ir-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 53(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. |
KAPITOLU III
REGOLI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-INTERVENT PUBBLIKU
Artikolu 6
Postijiet tal-ħżin ta' intervent
1. L-aġenziji tal-pagament għandhom jiżguraw li l-postijiet tal-ħżin ta' intervent (“postijiet tal-ħżin”) ikunu xierqa għall-ħżin u għaż-żamma f'kundizzjoni tajba tal-prodotti mixtrija, inkluż fejn tidħol it-temperatura tal-ħżin, u għandhom jilħqu r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 7.
2. Matul il-perjodu fejn isir ix-xiri ta' intervent, l-aġenzija tal-pagament għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar il-postijiet tal-ħżin disponibbli fit-territorji tagħhom, u għandhom iżommu din l-informazzjoni aġġornata.
Artikolu 7
Rekwiżiti għall-postijiet tal-ħżin
1. Kull post tal-ħżin għandu jilħaq ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
ikun mgħammar bit-tagħmir tekniku meħtieġ biex jilqa' u jżomm il-prodotti; |
(b) |
ikun kapaċi jneħħi kwantitajiet sabiex jikkonforma mal-perjodu ta' tneħħija indikat fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240; |
(c) |
f'każ ta' ċereali, ross, butir u trab tal-ħalib xkumat, ikollu kapaċità minima ta' ħżin kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. |
2. L-aġenziji tal-pagament jistgħu jistipulaw standards tekniċi għall-postijiet tal-ħżin, u għandhom jieħdu kull miżura meħtieġa biex jiżguraw li l-prodotti milqugħa għall-ħżin jiġu ppreżervati tajjeb.
3. Fil-każ tas-settur taċ-ċanga, il-postijiet tal-ħżin għandhom jippermettu:
(a) |
il-ħżin ta' karkassi, nofs karkassi, u karkassi maqtugħin fi kwarti, li jittieħdu u jiġu dissussati; |
(b) |
li jiġi ffriżat il-laħam kollu dissussat mingħajr aktar ipproċessar. |
Madankollu, fejn id-dissussar ma jkunx kundizzjoni tas-sejħa għall-offerti, il-post tal-ħżin għandu jippermetti li jintlaqa' u jinżamm il-laħam bil-għadam.
Fejn l-impjant tat-tqattigħ u l-impjant tat-tkessiħ ta' post tal-ħżin ikunu konnessi mal-biċċerija jew mal-operatur, l-aġenzija tal-pagament għandu jwettaq il-verifiki xierqa sabiex tiżgura li ċ-ċanga soġġetta għall-intervent tiġi ttrattata u tinħażen skont dan ir-Regolament.
Il-ħażniet kesħin li jinsabu fl-Istat Membri li jeżerċita ġuriżdizzjoni fuq l-aġenzija tal-pagament għandhom ikunu kapaċi jżommu ċ-ċanga kollha allokata mill-aġenzija tal-pagament għal mill-inqas tliet xhur taħt kundizzjonijiet teknikament sodisfaċenti.
Madankollu, fejn ma jkunx hemm biżżejjed kapaċità ta' ħżin fil-kiesaħ fi Stat Membru għaċ-ċanga allokata, l-aġenzija tal-pagament ikkonċernat tista' torganizza l-ħżin ta' tali ċanga fi Stat Membru ieħor, u tgħarraf lill-Kummissjoni kif xieraq.
KAPITOLU IV
REGOLI SPEĊIFIĊI MARBUTIN MAL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT
Artikolu 8
Il-pagament tal-għajnuna għall-ħżin privat
1. L-għajnuna għall-ħżin privat għandha titħallas għall-kwantità kuntrattwali jekk il-kwantità maħżuna matul il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali tirrappreżenta tal-anqas 99 % mill-kwantità kuntrattwali.
Madakollu, fir-rigward tal-prodotti li ġejjin, l-għajnuna għandha titħallas għall-kwantità kuntrattwali jekk il-kwantità maħżuna matul il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali tirrappreżenta tal-anqas 97 % mill-kwantità kuntrattwali:
(a) |
zokkor li jkun maħżun b'mod separat minn zokkor ieħor fis-silo magħżul mill-operatur; |
(b) |
żejt taż-żebbuġa; |
(c) |
fibra tal-kittien; |
(d) |
ċanga, majjal, laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, bil-kundizzjoni li l-kwantità kuntrattwali tirreferi għal-laħam frisk li jidħol fil-ħżin; |
(e) |
ġobon; |
(f) |
trab tal-ħalib xkumat fi “boroż kbar” kif imsemmi fil-punt (c) tal-Parti VI tal-Anness VI. |
2. Għajr f'każijiet ta' forza maġġuri, jekk il-kwantità maħżuna matul il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali, inkluż fil-każ ta' zokkor maħżun bl-ingrossa fis-silo magħżul mill-operatur, tkun inqas mill-perċentwal tal-kwantità kuntrattwali msemmi fil-paragrafu 1, ma għandha titħallas l-ebda għajnuna. Madankollu, fil-każ tal-ġobon, jekk l-aġenzija tal-pagament tqis li l-ġobon inkwistjoni kien soġġett għal telf naturali fil-piż matul il-perjodu tal-ħżin, dan it-telf fil-piż ma għandux iwassal għal tnaqqis fl-għajnuna, u lanqas għat-telf tal-garanzija.
3. L-għajnuna għandha titħallas biss fejn il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali jirrispetta l-perjodu ta' ħżin stipulat fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura ta' sejħa għall-offerti jew li jiffissal-ammont tal-għajnuna bil-quddiem.
4. Jekk il-verifiki matul il-ħżin jew mat-tneħħija tal-prodotti jikxfu li l-prodotti huma difettużi, ma għandha titħallas l-ebda garanzija għall-kwantitajiet ikkonċernati. Il-bqija tal-lott tal-ħażna eliġibbli għall-għajnuna għandha tkun mhux inqas mill-kwantità minima msemmija fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura tas-sejħa għall-offerti jew li jiffissal-ammont tal-għajnuna bil-quddiem.
L-istess regola għandha tapplika fejn parti minn lott maħżun titneħħa mill-ħżin minħabba difetti qabel tmiem il-perjodu minimu ta' ħżin jew qabel l-ewwel data permessa għall-operati ta' tneħħija, fejn tali data tkun stipulata fir-Regolament ta' Implimentazzjoni li jiftaħ il-proċedura ta' sejħa għall-offerti jew li jiffissal-ammont tal-għajnuna bil-quddiem.
Il-prodotti difettużi ma għandhomx jiġu inklużi fil-kalkolu tal-kwantità maħżuna msemmija fil-paragrafu 1.
5. Għajr f'każijiet ta' forza maġġuri, fejn, fir-rigward tal-kwantità totali maħżuna, l-operatur ma jirrispettax tmiem il-perjodu ta' ħżin kuntrattwali li jkun ġie ffissat skont l-Artikolu 48(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, l-għajnuna għall-kuntratt inkwistjoni għandha titnaqqas b'10 % għal kull jum tal-kalendarju tan-nonkonformità.
Madankollu, dan it-tnaqqis ma għandux jaqbeż il-100 % tal-għajnuna.
6. Jekk ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 53(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 ma jiġix osservat, ma għandha titħallas ebda għajnuna għall-ħżin b'rabta mal-kuntratt ikkonċernat.
KAPITOLU V
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U FINALI
Artikolu 9
Notifiki
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-aġenziji tal-pagament approvati u bil-kwantitajiet approvati, skont il-kundizzjonijiet iddettaljati stipulati fil-Kapitolu I tat-Titolu V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.
Artikolu 10
Revoka u dispożizzjonijiet tranżitorji
Ir-Regolamenti (KEE) Nru 3427/87, (KEE) Nru 2351/91, (KE) Nru 720/2008, (KE) Nru 826/2008, (KE) Nru 1130/2009, (UE) Nru 1272/2009 u (UE) Nru 807/2010 huma mħassra.
L-Artikolu 56(3) u l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 u l-Parti A tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 826/2008 jibqgħu japplikaw sakemm jibdew japplikaw l-atti li jieħdu post ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 (15).
Il-Parti II, it-Tabella IV tal-Parti IX u l-punt (h) tal-Parti XI tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandhom jibqgħu japplikaw sat-30 ta' Ġunju 2017.
Ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 għandu jibqa' japplika fir-rigward ta' offerti rċevuti skont dak ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Ir-Regolament (KE) Nru 826/2008 għandu jibqa' japplika fir-rigward tal-offerti jew applikazzjonijiet li jaslu skont dak ir-Regolament qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 11
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Ottubru 2016. Madankollu, rigward ix-xiri ta' intervent pubbliku, tapplika l-Parti II tal-Anness I mill-1 ta' Lulju 2017.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Mejju 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ir-Regolament Waħdieni dwar OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 907/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni tal-kontijiet, il-garanziji u l-użu tal-euro (ĠU L 255, 28.8.2014, p. 18).
(5) ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1370/2013 tas-16 ta' Diċembru 2013 li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta' ċerti għajnuniet u rifużjonijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni tas-swieq tal-prodotti agrikoli (ĠU L 346, 20.12.2013, p. 12).
(6) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3427/87 tas-16 ta' Novembru 1987 li jistipula r-regoli dettaljati għall-intervent fis-suq tar-ross (ĠU L 326, 17.11.1987, p. 25).
(7) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2351/91 tat-30 ta' Lulju 1991 li jistabbilixxi regoli dettaljati applikabbli għax-xiri ta' ross miżmum minn aġenzija ta' intervent għall-provvista ta' għajnuna alimentarja (ĠU L 214, 2.8.1991, p. 51).
(8) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 720/2008 tal-25 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati komuni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward il-ħażna u l-moviment ta' prodotti mixtrija minn aġenzija li tħallas jew minn aġenzija ta' intervent (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 198, 26.7.2008, p. 17).
(9) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 826/2008 tal-20 ta' Awwissu 2008 li jipprovdi regoli komuni għall-għotja ta' għajnuna għall-ħażna privata ta' ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 223, 21.8.2008, p. 3).
(10) ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2009 tal-24 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dettaljati għall-verifika tal-użu u/jew destinazzjoni ta' prodotti minn intervent (ĠU L 310, 25.11.2009, p. 5).
(11) ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1).
(12) ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2010 tal-14 ta' Settembru 2010 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-forniment ta' ikel mill-ħażniet ta' intervent għall-benefiċċju tal-persuni l-aktar fil-bżonn fl-Unjoni (ĠU L 242, 15.9.2010, p. 9).
(13) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
(14) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1240 tat-18 ta' Mejju 2016 li jistipula r-regoli għal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-intervent pubbliku u l-għajnuna għall-ħżin privat (Ara paġna 71 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(15) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 792/2009 tal-31 ta' Awwissu 2009 li jistipula regoli dettaljati għan-notifiki tal-Istati Membri lill-Kummissjoni dwar informazzjoni u dokumenti fl-implimentazzjoni tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq, l-iskema tal-pagamenti diretti, il-promozzjoni tal-prodotti agrikoli u s-sistemi applikabbli għar-reġjuni l-aktar imbiegħda u l-gżejjer iż-żgħar tal-Eġew (ĠU L 228, 1.9.2009, p. 3).
ANNESS I
XIRI TA' ĊEREALI
PARTI I
Kriterji tal-eliġibbiltà għaċ-ċereali
1. |
Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward taċ-ċereali għandhom ikunu, partikolarment, dawn li ġejjin:
|
2. |
Il-livell massimu ta' sustanzi li jniġġsu, kif imsemmi fil-punt 1(d), għandu jkun kif ġej:
|
3. |
L-Istati Membri għandhom jiċċekkjaw il-livelli tas-sustanzi li jniġġsu, inkluża tar-radjuattività, abbażi ta' analiżi tar-riskju, filwaqt li jqisu b'mod partikulari t-tagħrif li jkun tahom l-applikant u l-impenji ta' dan tal-aħħar f'dak li għandu x'jaqsam mal-konformità mal-istandards stabbiliti, speċjalment fid-dawl tar-riżultati tal-analiżi. Barra minn hekk, f'każ fejn l-analiżi jindikaw li l-indiċi Zeleny ta' lott tal-qamħ komuni jkun ta' bejn 22 u 30, sabiex dan il-qamħ jitqies tajjeb, ġust u ta' kwalità li tista' tinbiegħ fis-suq, l-għaġina miksuba minnu trid titqies li ma twaħħalx u li hi tajba biex tinħadem mill-magni. |
PARTI II
Rekwiżiti minimi tal-kwalità msemmija fil-Parti I
|
Qamħ durum |
Qamħ komuni |
Xgħir |
Qamħirrun |
||||
|
14,5 % |
14,5 % |
14,5 % |
13,5 % |
||||
|
12 % |
12 % |
12 % |
12 % |
||||
|
6 % |
5 % |
5 % |
5 % |
||||
|
8,5 % |
7 % |
12 % |
5 % |
||||
|
5 % |
7 % |
12 % |
5 % |
||||
|
X |
X |
X |
m.a. |
||||
|
3 % |
X |
5 % |
X |
||||
|
X |
X |
X |
X |
||||
|
X |
X |
m.a. |
m.a. |
||||
|
0,50 % |
0,50 % |
3 % |
0,50 % |
||||
|
3,5 % |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
||||
|
4 % |
4 % |
6 % |
6 % |
||||
|
4,5 % (*) |
3 % |
3 % |
3 % |
||||
li minnhom: |
|
|
|
|
||||
|
|
|
|
|
||||
|
0,10 % |
0,10 % |
0,10 % |
0,10 % |
||||
|
X |
X |
X |
X |
||||
|
|
|
|
|
||||
|
0,05 % |
0,05 % |
X |
X |
||||
|
1,5 % |
X |
X |
X |
||||
|
X |
X |
X |
X |
||||
|
X |
X |
X |
X |
||||
|
X |
X |
X |
X |
||||
|
0,05 % |
0,05 % |
m.a. |
m.a. |
||||
|
X |
X |
m.a. |
m.a. |
||||
|
X |
X |
X |
X |
||||
|
27 % |
m.a. |
m.a. |
m.a. |
||||
|
78 |
73 |
62 |
m.a. |
||||
|
11,5 % |
11,0 % |
m.a. |
m.a. |
||||
|
220 |
220 |
m.a. |
m.a. |
||||
|
m.a. |
22 |
m.a. |
m.a. |
||||
|
Elementi minbarra ċ-ċereali baċiżi ta' kwalità mhix mittiefsa, kif definit fil-Parti I tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240.
Il-ħbub taċ-ċereali bażiċi u ta' ċereali oħrajn li jkunu bil-ħsara jew imħassrin għandhom jiġu kklassifikati fil-kategorija ta' “impuritajiet varji” anki jekk ikollhom difetti li jaqgħu taħt kategoriji oħrajn.
(1) Ir-Regolament (KEE) Nru 315/93 tal-Kunsill, tat-8 ta' Frar 1993, li jistabblixxi proċeduri tal-Komunità għall-kontaminanti fl-ikel (ĠU L 37, 13.2.1993, p. 1).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tal-Kummissjoni tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissal-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5).
(3) Id-Direttiva 2002/32/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Mejju 2002 dwar sustanzi mhux mixtieqa fl-għalf tal-annimali (ĠU L 140, 30.5.2002, p. 10).
(*) Li minnhom massimu ta' 3 % għal impuritajiet varji minbarra ħbub affettwati mill-fusarjożi.
(**) Bħala perċentwal tal-materja niexfa.
ANNESS II
XIRI TA' ROSS
PARTI I
Kriterji tal-eliġibbiltà għar-ross bil-ħliefa
1. |
Ir-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 3 fir-rigward tar-ross għandhom ikunu, partikolarment, dawn li ġejjin:
|
2. |
Għall-għanijiet ta' dan l-Anness, “impuritajiet varji” tfisser elementi oħra minbarra r-ross. |
PARTI II
Il-kriterji għar-rendiment mit-tħin
Ir-rendiment bażiku mit-tħin
Deskrizzjoni tal-varjetà |
Rendiment fi ħbub sħaħ (%) |
Rendiment totali (%) |
Argo, Selenio, Couachi |
66 |
73 |
Alpe, Arco, Balilla, Balilla Sollana, Bomba, Elio, Flipper, Lido, Sara, Thainato, Thaiperla, Veta, Guadiamar |
65 |
73 |
Ispaniki A, Makedonia |
64 |
73 |
Bravo, Europa, Loto, Riva, Rosa Marchetti, Savio, Veneria |
63 |
72 |
Ariete, Bahia, Carola, Cigalon, Cripto, Drago, Eolo, Gladio, Graldo, Koral, Mercurio, Niva, Onda, Padano, Panda, Ribe, S. Andrea, Saturno, Senia, Smeraldo, Dion, Zeus |
62 |
72 |
Strymonas |
62 |
71 |
Baldo, Redi, Roma, Tebre, Volano |
61 |
72 |
Thaibonnet, Puntal |
60 |
72 |
Evropi |
60 |
70 |
Arborio, Rea |
58 |
72 |
Carnaroli, Elba, Vialone Nano |
57 |
72 |
Axios |
57 |
67 |
Roxani |
57 |
66 |
Varjetajiet mingħajr isem |
64 |
72 |
PARTI III
Il-perċentwali massimi
Difetti tal-ħbub |
Ross tal-ħabba tonda Kodiċi tan-NM 1006 10 92 |
Ross tal-ħabba mezzana u tal-ħabba twila A Kodiċijiet tan-NM 1006 10 94 u 1006 10 96 |
Ross tal-ħabba twila B Kodiċi tan-NM 1006 10 98 |
Ħbub immermra |
6 |
4 |
4 |
Qamħ b'vini ħomor |
10 |
5 |
5 |
Ħbub imtebbgħa u bit-tikek |
4 |
2,75 |
2,75 |
Ħbub kulur l-ambra |
1 |
0,50 |
0,50 |
Ħbub sofor |
0,175 |
0,175 |
0,175 |
Impuritajiet varji |
1 |
1 |
1 |
Ħbub tar-ross ta' varjetajiet oħra |
5 |
5 |
5 |
ANNESS III
XIRI TA' ĊANGA
PARTI I
Il-kriterji tal-eliġibbiltà għaċ-ċanga
1. |
Jistgħu jinxtraw karkassi, nofs karkassi u karkassi mqattgħa fi kwarti, friski jew imkessħa (kodiċi tan-NM 0201) kif elenkati fil-Parti II ta' dan l-Anness li jaqgħu taħt il-kategoriji li ġejjin iddefiniti fil-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013:
|
2. |
Jistgħu jinxtraw il-prodotti msemmija fil-punt 1 biss skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
PARTI II
Il-klassifikazzjoni tal-prodotti
Għall-finijiet ta' din il-Parti, il-kategorija Z tirreferi biss għall-bhejjem maskili deskritti fil-punt 1(c) tal-Parti I.
BELGIQUE/BELGIË Carcasses, demi-carcasses: Hele dieren, halve dieren:
|
БЪЛГАРИЯ Tрупове, половинки трупове:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ČESKÁ REPUBLIKA Jatečně upravená těla, půlky jatečně upravených těl:
|
DANMARK Hele og halve kroppe:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
DEUTSCHLAND Ganze oder halbe Tierkörper:
|
EESTI Rümbad, poolrümbad:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
EIRE/IRELAND Carcases, half-carcases:
|
ΕΛΛΑΔΑ Ολόκληρα ή μισά σφάγια:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ESPAÑA Canales o medias canales:
|
FRANCE Carcasses, demi-carcasses:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
REPUBLIKA HRVATSKA Trupovi, polovice trupova:
|
ITALIA Carcasse e mezzene:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ΚΥΠΡΟΣ Ολόκληρα ή μισά σφάγια:
|
LATVIJA Liemeņi, pusliemeņi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
LIETUVA Skerdenos ir skerdenų pusės:
|
LUXEMBOURG Carcasses, demi-carcasses:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
MAGYARORSZÁG Hasított test vagy hasított féltest:
|
MALTA Karkassi, nofs karkassi:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
NEDERLAND Hele dieren, halve dieren:
|
ÖSTERREICH Ganze oder halbe Tierkörper:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
POLSKA Tusze, półtusze:
|
PORTUGAL Carcaças ou meias-carcaças:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ROMÂNIA Carcase, jumătăți de carcase
|
SLOVENIJA Trupi, polovice trupov:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
SLOVENSKO Jatočné telá, jatočné polovice:
|
SUOMI/FINLAND Ruhot, puoliruhot/Slaktkroppar, halva slaktkroppar:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
SVERIGE Slaktkroppar, halva slaktkroppar:
|
UNITED KINGDOM I. Great Britain Carcases, half-carcases:
II. L-Irlanda ta' Fuq Carcases, half-carcases:
|
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jippreskrivi regoli speċifiċi għall-organizzazzjoni ta' kontrolli uffiċjali fuq prodotti li joriġinaw mill-annimali maħsuba għall-konsum uman (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 206).
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).
ANNESS IV
XIRI TA' BUTIR
PARTI I
Il-kriterji tal-eliġibbiltà għall-butir
1. |
L-aġenzija tal-pagament għandha tixtri biss butir konformi mal-Artikolu 11(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, bil-punti 2 sa 6 ta' din il-Parti ta' dan l-Anness u bil-Parti Ia tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. |
2. |
L-aġenzija tal-pagament għandha tivverifika l-kwalità tal-butir billi tuża l-metodi deskritti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, u abbażi ta' kampjuni meħudin skont ir-regoli stipulati fil-Parti I tal-Anness IV ta' dan l-istess Regolament. Madanakollu, l-aġenziji tal-pagament, soġġett għal ftehim bil-miktub mal-Kummissjoni, jistgħu jistabbilixxu sistema fejn wieħed iwettaq verifika fuqu nnifsu taħt is-sorveljanza tagħhom stess, għal ċerti rekwiżiti tal-kwalità u fil-każ ta' ċerti impriżi approvati. |
3. |
Il-livelli ta' radjuattività fil-butir ma jistgħux jaqbżu l-livelli massimi permessi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u għandhom ikunu mmonitorjati biss jekk is-sitwazzjoni tirrikjedi dan. |
4. |
Il-butir għandu jkun inħadem fil-31 ġurnata qabel il-jum li fih l-aġenzija tal-pagament tkun irċeviet l-offerta għall-bejgħ bi prezz fiss, jew inkella, fil-każ tal-offerti, fil-31 ġurnata qabel id-data tal-għeluq tas-subperjodu tas-sejħa għall-offerti. |
5. |
Fejn il-butir ikun offrut għall-intervent fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn ġie prodott, ix-xiri għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat maħruġ mill-entità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jitressaq lill-entità kompetenti tal-Istat Membru xerrej sa mhux aktar tard minn 35 ġurnata wara l-jum li fih tkun waslet l-offerta ta' xiri jew wara d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-offerti, u għandu jkun fih it-tagħrif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 tal-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, kif ukoll konferma li l-butir ikun ġie prodott direttament u esklussivament minn krema pasturizzata skont it-tifsira tal-Artikolu 11(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, f'impriża approvata fl-Unjoni. |
6. |
Fejn l-Istat Membru ta' produzzjoni jkun wettaq il-verifiki msemmija fil-punt 2, iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 5 għandu jkun fih ukoll ir-riżultati ta' dawk il-verifiki, u għandu jikkonferma li l-prodott ikkonċernat huwa butir li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 11(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. F'dak il-każ, l-ippakkjar għandu jkun issiġillat permezz ta' tikketta nnumerata maħruġa mill-entità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi n-numru tat-tikketta. |
PARTI II
Rekwiżiti ta' kompożizzjoni u karatteristiċi tal-kwalità
Il-butir huwa emulsjoni solida, l-aktar tat-tip ta' ilma fiż-żejt, bil-karatteristiċi tal-kompożizzjoni u tal-kwalità li ġejjin:
Parametri |
Karatteristiċi ta' kontenut u kwalità |
Xaħam |
Minimu ta' 82 % |
Ilma |
Massimu ta' 16 % |
Solidi bla xaħam |
Massimu ta' 2 % |
Aċidi grassi ħielsa |
Massimu ta' 1,2 mmole/100 g xaħam |
Valur tal-perossidu |
Massimu ta' 0,3 meq ossiġenu/1 000 g xaħam |
Koliformi |
Mhux traċċabbli f'1 g |
Xaħam bla ħalib |
Mhux traċċabbli b'analiżi ta' trigliċeride |
Karatteristiċi sensorjali |
Mill-anqas erbgħa minn ħames punti għal dehra, togħma u konsistenza |
Tixrid tal-ilma |
Mill-anqas erba' punti |
PARTI III
Kriterji għall-approvazzjoni ta' impriżi msemmija fl-Artikolu 11(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
1. |
L-impriżi msemmija fl-Artikolu 11(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu approvati biss jekk:
|
2. |
Biex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-entitajiet kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post mingħajr avviż, abbażi tal-iskeda ta' intervent tal-produzzjoni tal-butir tal-impriżi kkonċernati. Huma għandhom jagħmlu mill-anqas:
|
3. |
L-approvazzjoni għandha tkun irtirata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1(a) ma jibqgħux jitħarsu. L-approvazzjoni tista' terġa' tingħata wara talba tal-impriża kkonċernata wara perjodu ta' mill-anqas sitt xhur, wara spezzjoni fil-fond. Ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, meta impriża tinstab li ma kinitx konformi ma' xi wieħed mill-impenji tagħha msemmija fil-punt 1(b), (c) u (d), l-approvazzjoni għandha tkun sospiża għal perjodu ta' bejn xahar u 12-il xahar, skont kemm tkun gravi l-irregolarità. L-Istat Membru m'għandux jimponi s-sospensjoni msemmija fejn jinstab li l-irregolarità ma twettqitx apposta jew b'riżultat ta' negliġenza serja u jekk ma tkunx importanti wisq fir-rigward tal-effettività tal-ispezzjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-punt 2. |
4. |
Għandu jsir rapport dwar l-ispezzjonijiet imwettqa skont il-punti 2 u 3, li jispeċifika:
Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli. |
ANNESS V
XIRI TAT-TRAB TAL-ĦALIB XKUMAT
PARTI I
Il-kriterji tal-eliġibbiltà għat-trab tal-ħalib xkumat
1. |
L-aġenzija tal-pagament għandha tixtri biss butir konformi mal-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, mal-punti 2 sa 6 ta' din il-Parti ta' dan l-Anness u mal-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240. |
2. |
L-aġenzija tal-pagament għandha tivverifika l-kwalità tal-butir billi tuża l-metodi deskritti fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, u abbażi ta' kampjuni meħudin skont ir-regoli stipulati fil-Parti I tal-Anness V ta' dan l-istess Regolament. Il-verifiki għandhom jistabbilixxu li, ħlief għall-materja prima awtorizzata użata għall-aġġustament tal-proteina kif imsemmi fil-punt (4)(b) tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KE (1), it-trab tal-ħalib xkumat ma jkunx fih prodotti oħra, b'mod partikulari x-xorrox tal-butir jew ix-xorrox, kif iddefinit fil-Parti II ta' dan l-Anness. L-aġġustament tal-proteina, jekk applikabbli, għandu jsir fil-fażi likwida. Il-materjal użat għall-aġġustament tal-proteina għandu joriġina mill-Unjoni. Madanakollu, l-aġenziji tal-pagament, soġġett għal ftehim bil-miktub mal-Kummissjoni, jistgħu jistabbilixxu sistema fejn wieħed iwettaq verifika fuqu nnifsu taħt is-sorveljanza tagħhom stess, għal ċerti rekwiżiti tal-kwalità u fil-każ ta' ċerti impriżi approvati. |
3. |
Il-livelli ta' radjuattività fit-trab tal-ħalib xkumat ma jistgħux jaqbżu l-livelli massimi permessi skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u għandhom ikunu mmonitorjati biss jekk is-sitwazzjoni tirrikjedi dan. |
4. |
It-trab tal-ħalib xkumat għandu jkun ġie prodott fil-31 ġurnata qabel il-jum li fih l-aġenzija tal-pagament tkun irċeviet l-offerta għall-bejgħ bi prezz fiss, jew inkella, fil-każ tal-offerti, fil-31 ġurnata qabel id-data tal-għeluq tas-subperjodu tas-sejħa għall-offerti. Jekk it-trab tal-ħalib xkumat jinħażen f'silos li jkun fihom iktar minn ġurnata waħda ta' produzzjoni, irid ikun ġie mmanifatturat matul it-tliet ġimgħat ta' qabel il-ġimgħa li fiha tkun waslet l-offerta għall-bejgħ bi prezz fiss, jew inkella, fil-każ tal-offerti, fl-erba' ġimgħat ta' qabel id-data tal-għeluq tas-subperjodu tas-sejħa għall-offerti. |
5. |
Fejn it-trab tal-ħalib xkumat ikun offrut għall-intervent fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn ġie prodott, ix-xiri għandu jkun soġġett għall-preżentazzjoni ta' ċertifikat maħruġ mill-entità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jitressaq lill-entità kompetenti tal-Istat Membru xerrej sa mhux aktar tard minn 35 ġurnata wara l-jum li fih tkun waslet l-offerta ta' xiri jew wara d-data tal-għeluq tas-sejħa għall-offerti, u għandu jkun fih it-tagħrif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 2 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, kif ukoll konferma li t-trab tal-ħalib xkumat ikun ġie prodott minn ħalib minn impriża approvata fl-Unjoni skont l-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, u li l-aġġustament tal-proteina, jekk seħħ, ġara fil-fażi likwida. |
6. |
Fejn l-Istat Membru ta' produzzjoni jkun wettaq il-verifiki msemmija fil-punt 2, iċ-ċertifikat imsemmi fil-punt 5 għandu jkun fih ukoll ir-riżultati ta' dawk il-verifiki, u għandu jikkonferma li l-prodott ikkonċernat huwa trab tal-ħalib xkumat li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013. F'dak il-każ, il-boroż imsemmija fl-Artikolu 21(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240 għandhom ikun issiġillati b'tikketta nnumerata maħruġa mill-entità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni. Iċ-ċertifikat għandu jinkludi n-numru tat-tikketta. |
PARTI II
Rekwiżiti ta' kompożizzjoni u karatteristiċi tal-kwalità
Parametri |
Karatteristiċi ta' kontenut u kwalità |
Kontenut tal-proteina |
Minimu ta' 34,0 % tal-materja niexfa bla xaħam |
Kontenut ta' xaħam |
Massimu ta' 1,00 % |
Kontenut ta' ilma |
Massimu ta' 3,5 % |
aċidità titrattabbli espressa f'ml ta' soluzzjoni tas-sodju idrossidu deċinormali |
Massimu ta' 19,5 ml |
Kontenut ta' ħalib |
Massimu 150 mg/100 g |
Addittivi |
Xejn |
Test tal-fosfatażi |
Negattiv, i.e., mhux aktar minn 350 mU ta' attività fosfatika għal kull litru ta' ħalib rikostitwit |
Indiċi ta' solubilità |
Massimu ta' 0,5 ml (24 °C) |
Indiċi ta' partiċelli maħruqa |
Massimu ta' 15,0 milligramma, jiġifieri minimu ta' diska B |
Kontenut ta' mikroorganiżmi |
Massimu ta' 40 000 kull gramma |
Sejbien tal-koliformi |
Negattivi fi 0,1 g |
Sejbien ta' xorrox tal-butir (2) |
Negattiv (3) |
Sejbien tat-tames tax-xorrox (4) |
Xejn |
Sejbien ta' xorrox aċiduż (5) |
Xejn |
Togħma u riħa |
Nadif |
Dehra |
Kulur abjad jew ftit fl-isfar, mingħajr impuritajiet u partiċelli kkuluriti |
Sustanzi antimikrobiċi |
Negattiv (6) |
PARTI III
Kriterji għall-approvazzjoni ta' impriżi msemmija fl-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
1. |
L-impriżi msemmija fl-Artikolu 11(e) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għandhom ikunu approvati biss jekk:
|
2. |
Sabiex tkun żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, l-entitajiet kompetenti għandhom iwettqu spezzjonijiet fuq il-post għall-għarrieda, abbażi tal-iskeda tal-produzzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat għall-intervent tal-impriżi konċernati. Huma għandhom jagħmlu mill-anqas:
|
3. |
L-approvazzjoni għandha tkun irtirata jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 1(a) ma jibqgħux jitħarsu. L-approvazzjoni tista' terġa' tingħata wara talba tal-impriża kkonċernata wara perjodu ta' mill-anqas sitt xhur, wara spezzjoni fil-fond. Ħlief f'każijiet ta' forza maġġuri, meta impriża tinstab li ma kinitx konformi ma' xi wieħed mill-impenji tagħha msemmija fil-punt 1(b), (c) u (d), l-approvazzjoni għandha tkun sospiża għal perjodu ta' bejn xahar u 12-il xahar, skont kemm tkun gravi l-irregolarità. L-Istat Membru m'għandux jimponi s-sospensjoni msemmija fejn jinstab li l-irregolarità ma twettqitx apposta jew b'riżultat ta' negliġenza serja u jekk ma tkunx importanti wisq fir-rigward tal-effettività tal-ispezzjonijiet li dwarhom hemm dispożizzjoni fil-punt 2. |
4. |
Għandu jsir rapport dwar l-ispezzjonijiet imwettqa skont il-punti 2 u 3, li jispeċifika:
Ir-rapport għandu jkun iffirmat mill-ispettur responsabbli. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/114/KEE tal-20 ta' Diċembru 2001 dwar xi ħalib parzjalment jew totalment de-idratat u preservat għall-konsum tal-bniedem (ĠU L 15, 17.1.2002, p. 19).
(2) “Xorrox tal-butir” tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-butir li jinkiseb wara li titħawwad il-krema u jinfired ix-xaħam solidu.
(3) In-nuqqas ta' xorrox tal-butir jista' jiġi stabbilit jew permezz ta' spezzjoni fuq il-post tal-impjant tal-produzzjoni mwettqa mingħajr avviż minn qabel u mill-inqas darba fil-ġimgħa, jew permezz ta' analiżi fil-laboratorju tal-prodott aħħari li jindika massimu ta' 69,31 mg ta' PEDP għal kull 100 g.
(4) “Xorrox” tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-ġobon jew tal-kaseina li jinkiseb permezz tal-azzjoni tal-aċidi, tat-tames u/jew ta' proċessi kimiċi u fiżiċi.
(5) “Xorrox” tfisser il-prodott sekondarju tal-manifattura tal-ġobon jew tal-kaseina li jinkiseb permezz tal-azzjoni tal-aċidi, tat-tames u/jew ta' proċessi kimiċi u fiżiċi. Il-metodu li għandu jiġi applikat għandu jkun approvat mill-aġenzija tal-intervent.
(6) Il-ħalib mhux ipproċessat użat għall-produzzjoni tat-trab tal-ħalib xkumat għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fit-Taqsima IX tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 853/2004.
ANNESS VI
REKWIŻITI TA' KWALITÀ GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT
Il-livelli ta' radjuattività fil-prodotti eliġibbli għall-għajnuna għall-ħżin privat m'għandhomx jaqbżu l-livelli massimi permessi, fejn applikabbli, skont ir-regoli tal-Unjoni. Il-livell ta' kontaminazzjoni radjuattiva tal-prodotti għandu jiġi mmonitorjat biss jekk is-sitwazzjoni tkun teħtieġ dan, u matul il-perjodu rekwiżit.
I. Zokkor
Iz-zokkor li għalih titressaq offerta jew applikazzjoni għandu jkun:
(a) |
zokkor abjad f'forma kristallina, bl-ingrossa jew f'boroż kbar ta' 800 kg jew aktar b'indikazzjoni tal-piż nett; |
(b) |
b'kontenut tal-umdità li ma jaqbiżx 0,06 %. |
Sa tmiem il-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni 2016/17, għandu jkun ġie prodott fi ħdan kwota tal-kampanja ta' kummerċjalizzazzjoni li fiha tkun saret l-offerta jew l-applikazzjoni, għajr għaz-zokkor abjad irtirat jew riżervat għall-kampanja ta' wara.
II. Fibra tal-kittien
L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata biss għal fibra twila tal-kittien li tinkiseb b'separazzjoni sħiħa tal-fibri u tal-partijiet tal-għuda taz-zokk li jkollhom tul medju ta' mill-anqas 50 ċm, wara li jiġu mimxuta u rranġati f'fili paralleli f'munzelli, folji jew filaturi, u li għaliha l-kwantità minima għall-applikazzjonijiet jew għall-offerti għal għajnuna tkun ta' 2 000 kg.
Il-fibra twila tal-kittien għandha tinħażen f'balal li fuqhom jista' jkollhom kodiċi, fejn xieraq:
(a) |
in-numru li jidentifika l-fabbrika u l-Istat Membru ta' produzzjoni; |
(b) |
id-data tad-dħul fil-ħażna; |
(c) |
il-piż nett. |
III. Laħam
L-għajnuna għandha tingħata biss għal:
(a) |
ċanga kklassifkata skont l-iskala tal-Unjoni għall-klassifikazzjoni tal-karkassi, kif stipulat fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1249/2008 (1), u identifikata skont l-Artioklu 6(3) tal-istess Regolament; |
(b) |
karkassi tal-ħrief ta' inqas minn 12-il xahar, u qatgħat tagħhom; |
(c) |
laħam minn bhejjem imrobbija fl-Unjoni għal perjodu minimu tal-aħħar tliet xhur fil-każ taċ-ċanga, xahrejn fil-każ tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, u maqtula mhux iktar 10 jum qabel ma tqiegħdu fil-ħżin. Fil-każ ta' qżieqeż maqtula qabel l-età ta' xahrejn, il-laħam għandu jkun ġej minn annimali mrobbija fl-Unjoni sa minn twelidhom; |
(d) |
laħam minn annimali jkunu ġew maqtula skont ir-Regolament (KE) Nru 854/2004 u r-Regolament (KE) Nru 854/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
(e) |
laħam minn bhejjem li ma jkollhom l-ebda karatteristika li trendihom mhux tajba għall-ħażna jew għal użu sussegwenti; |
(f) |
laħam minn bhejjem mhux maqtula b'riżultat ta' miżuri ta' emerġenza; |
(g) |
laħam fl-istat frisk, maħżun iffriżat. |
IV. Butir
L-għajnuna għandha tingħata biss għall-butir:
(a) |
b'kontenut minimu ta' xaħam tal-ħalib, bil-piż, ta' 80 %, b'kontenut massimu ta' solidi tal-ħalib iżda mhux xaħam, bil-piż, ta' 2 %, u b'kontenut massumu tal-ilma ta' 16 %; |
(b) |
li jkun ġie prodott fis-60 jum qabel il-jum tal-applikazzjoni jew il-jum tat-tressiq tal-offerta. |
L-ippakkjar tal-butir għandu juri l-piż nett. Barra minn hekk, japplikaw ir-regoli dwar l-ippakkjar tal-butir fil-Parti II tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/1240, u dan bl-eċċezzjoni tal-obbligu li jiġi indikat it-terminu “butir ħelu” meta l-butir għandu pH ta' 6,2 jew aktar.
Il-konformità mar-rekwiżit dwar l-oriġini tista' tiġi ssustanzjata b'evidenza li l-butir ikun ġie prodott f'impriża approvata skont il-punt 1(a), (b) u (c) tal-Parti III tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament, jew b'evidenza xierqa oħra maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni li tixhed il-konformità ma' dak ir-rekwiżit.
Fejn il-butir ikun ġie prodott fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt tal-ħżin, l-Istat Membru ta' produzzjoni għandu jipprovdi kull assistenza mitluba mill-Istat Membru li fih il-kuntratt ikun ġie konkluż, sabiex tiġi vverifikata l-oriġini tal-prodott.
V. Ġobon
L-għajnuna għall-ħżin privat għandha tingħata biss għall-ġobon li jkollu denominazzjoni tal-oriġini protetta (DOP) jew indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP), li meta jibda l-kuntratt tal-ħżin ikollu età minima li tikkorrispondi għall-perjodu ta' maturazzjoni stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għal dak il-ġobon kif se jiġi kummerċjalizzat wara l-ħżin skont il-kuntratt, u miżjud bil-perjodu ta' maturazzjoni lil hinn minn dan il-perjodu li jikkontribwixxi biex jiżdied il-valur tal-ġobon.
Meta perjodu ta' maturazzjoni ma jkunx stabbilit fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott imsemmija fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, meta jibda l-kuntratt tal-ħżin, il-ġobon għandu jkollu età minima li tikkorrispondi għall-perjodu ta' maturazzjoni li jikkontribwixxi biex jiżdied il-valur tal-ġobon.
Barra minn hekk, il-ġobon għandu jkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a) |
ikun immarkat b'indikazzjoni, li tista' tkun ikkodifikata, tal-impriża li tkun immanifatturatu u bid-data tal-manifattura; |
(b) |
ikun maħżun bħala ġobon sħiħ fl-Istat Membru fejn jiġi prodott il-ġobon u li fih jikkwalifika biex iġorr id-DOP jew l-IĠP skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012; kif ukoll |
(c) |
ma jkunx soġġett għal xi kuntratt ta' ħżin qabel dan. |
Min jieħu ħsieb il-ħżin għandu jżomm reġistru li fih idaħħal id-dettalji msemmija fil-punt (a) tat-tielet paragrafu, fid-data tad-dħul fil-ħżin.
VI. Trab tal-ħalib xkumat
L-għajnuna għandha tingħata biss għat-trab tal-ħalib xkumat:
(a) |
li ma jkunx fih aktar minn 1,5 % xaħam u 5 % ilma, u b'kontenut ta' proteina ta' materja xotta bla xaħam ta' mill-anqas 34 %; |
(b) |
li jkun ġie prodott matul is-60 jum qabel il-jum tal-applikazzjoni jew il-jum tat-tressiq tal-offerta; |
(c) |
li jkun maħżun ġo boroż b'piż nett ta' 25 kg, jew f'“boroż kbar” li ma jiżnux aktar minn 1 500 kg. |
Il-boroż għandhom juru l-piż nett. Barra minn hekk, japplikaw ir-regoli fil-punt 2 u 3 tal-Parti II tal-Anness V tar-Regolament ta' Implimentazzjoni 2016/1240 dwar it-twassil u l-ippakkjar tat-trab tal-ħalib xkumat, bl-eċċezzjoni tal-obbligu li fuq il-boroż jiġi indikat it-terminu “trab tal-ħalib xkumat bl-isprej”.
Il-konformità mar-rekwiżit dwar l-oriġini tista' tiġi ssustanzjata b'evidenza li t-trab tal-ħalib xkumat ikun ġie prodott f'impriża approvata skont il-punt 1(a), (b) u (c) tal-Parti III tal-Anness IV ta' dan ir-Regolament, jew b'evidenza xierqa oħra maħruġa mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' produzzjoni li tixhed il-konformità ma' dak ir-rekwiżit.
Fejn it-trab tal-ħalib xkumat ikun ġie prodott fi Stat Membru differenti minn dak fejn ikun ġie konkluż il-kuntratt tal-ħżin, l-Istat Membru ta' produzzjoni għandu jipprovdi kull assistenza mitluba mill-Istat Membru li fih il-kuntratt ikun ġie konkluż, sabiex tiġi vverifikata l-oriġini tal-prodott.
(1) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1249/2008 tal-10 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tal-iskali tal-Komunità għall-klassifikazzjoni ta' karkassi taċ-ċanga, tal-majjal, u tal-laħam tan-nagħaġ u r-rapportar tal-prezzijiet tagħhom (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 3).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).
ANNESS VII
KUNDIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-OPERATURI LI JRESSQU OFFERTA GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT JEW APPLIKAZZJONI GĦALL-GĦAJNUNA GĦALL-ĦŻIN PRIVAT FIS-SETTUR TAŻ-ŻEJT TAŻ-ŻEBBUĠA
L-operaturi taż-żejt taż-żebbuġa għandhom jaqgħu f'waħda minn dawn il-kategoriji li ġejjin:
(a) |
organizzazzjoni ta' produtturi, jew assoċjazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' produtturi, li tkun ġiet rikonoxxuta skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat; |
(b) |
mitħna li jislet iż-żejt taż-żebbuġa li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati mill-Istat Membru kkonċernat; |
(c) |
impriża tal-ippakkjar taż-żejt taż-żebbuġa li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati mill-Istat Membru kkonċernat. |
Jekk operatur taż-żejt taż-żebbuġa ma jikkonformax mal-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament jew fir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jew (UE) Nru 1308/2013, ma għandux ikun eliġibbli biex iressaq offerta jew applikazzjoni għall-għajnuna għall-ħżin privat fi żmien tnax-il xahar mid-data li fiha jkunu ġew rimedjati r-raġunijiet għal tali nonkonformità.
Tali azzjoni ma għandhiex tittieħed fil-każijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 64(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jew jekk in-nonkonformità kienet ta' natura minuri.
(1) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' 17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).